|
2.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/26 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10279 - TFS/Mitsui/MAF Colombia)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 209/08)
1.
Fil-25 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Toyota Financial Services Corporation (“TFS”, il-Ġappun), sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Toyota Motor Corporation (“TMC”, il-Ġappun); |
|
— |
Mitsui & Co., Ltd (“Mitsui”, il-Ġappun); |
|
— |
MAF Colombia SAS (“MAF Colombia”, il-Kolombja), bħalissa kkontrollata minn Mitsui. |
TFS u Mitsui jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ MAF Colombia.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
TFS toffri servizzi finanzjarji, inkluż finanzjament tal-bejgħ tal-karozzi, karti tal-kreditu u servizzi tal-assikurazzjoni kif ukoll servizzi ta’ finanzjament tal-bejgħ ta’ vetturi u servizzi ta’ kiri ta’ vetturi għall-individwi u n-negozji globalment. TMC attiva fis-settur tal-manifattura, tal-bejgħ, tal-kiri u tat-tiswija ta’ vetturi bil-mutur, tal-vapuri, tal-ajruplani u tagħmir ieħor tat-trasport, kif ukoll fil-bejgħ ta’ tagħmir għall-immaniġġar ta’ materjal mad-dinja kollha; |
|
— |
Mitsui toffri attivitajiet kummerċjali ġenerali. Hija twettaq l-attivitajiet kummerċjali tagħha globalment f’oqsma li jvarjaw minn bejgħ ta’ prodotti, loġistika u finanzjament madwar id-dinja; |
|
— |
MAF Colombia tipprovdi servizzi ta’ self awtomatiku lill-konsumaturi fil-Kolombja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10279 - TFS/Mitsui/MAF Colombia
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).