|
22.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 245/4 |
DEĊIŻJONI (UE, EURATOM) 2015/1568 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tas-16 ta' Settembru 2015
li taħtar imħallef fil-Qorti Ġenerali
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikoli 5 u 7 ta' Protokoll nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara r-riżenja tas-Sur Nicholas James FORWOOD li tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2015, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur Nicholas James FORWOOD, jiġifieri sal-31 ta' Awwissu 2019. |
|
(2) |
Ġie propost is-Sur Ian Stewart FORRESTER għall-kariga li tbattlet. |
|
(3) |
Il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-adegwatezza tas-Sur Ian Stewart FORRESTER għall-qadi tad-dmirijiet ta' mħallef fil-Qorti Ġenerali, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Ian Stewart FORRESTER huwa b'dan maħtur imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2015 sal-31 ta' Awwissu 2019.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Settembru 2015.
Il-President
C. BRAUN