European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2461

9.11.2023

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2461

tas-7 ta’ Novembru 2023

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/451 dwar l-istandards armonizzati għall-prodotti għall-bini abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(5) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-manifatturi jridu jużaw il-metodi u l-kriterji pprovduti fl-istandards armonizzati, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti b’dawk l-istandards b’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2021) 5359 (2), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) għall-abbozzar u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 għall-apparati tat-tisħin tal-ispazju.

(3)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2021) 5359, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN 13240:2001, EN 13240:2001/A2:2004, EN 13240:2001/AC:2006 u EN 13240:2001/A2:2004/AC:2007 — Ħiters tal-kamra li jaħdmu bil-fjuwils solidi — Rekwiżiti u metodi tal-ittestjar; EN 13229:2001, EN 13229:2001/A1:2003, EN 13229:2001/A2:2004, EN 13229:2001/AC:2006 u EN 13229:2001/A2:2004/AC:2007 — Apparati mdaħħla fil-ħajt, inkluż fuklari miftuħa li jaħdmu bil-fjuwils solidi — Rekwiżiti u metodi tal-ittestjar; EN 12815:2001, EN 12815:2001/A1:2004, EN 12815:2001/AC:2006 u EN 12815:2001/A1:2004/AC:2007 — Kukers residenzjali mħaddma bil-fjuwil solidu — Rekwiżiti u metodu tal-ittestjar; EN 12809:2001, EN 12809:2001/A1:2004, EN 12809:2001/A1:2004/AC:2007 u EN 12809:2001/AC:2006 — Bojlers indipendenti residenzjali li jaħdmu bil-fjuwil solidu — Potenza termika nominali sa 50 kW u EN 14785:2006 — Apparati għat-tisħin tal-ispazji residenzjali li jaħdmu bil-pellets tal-injam — Rekwiżiti u metodi tal-ittestjar. Ir-referenzi ta’ dawk l-istandards huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(4)

Ir-reviżjoni ta’ dawk l-istandards wasslet għall-adozzjoni tal-istandards armonizzati riveduti EN 16510-2-1:2022 — Apparati residenzjali li jaħdmu bil-fjuwils solidi — il-Parti 2-1: Ħiters tal-kmamar, EN 16510-2-2: 2022 — Apparati residenzjali li jaħdmu bil-fjuwils solidi — il-Parti 2-2: Apparati mdaħħla fil-ħajt, inkluż fuklari miftuħa, EN 16510-2-3:2022 — Apparati residenzjali li jaħdmu bil-fjuwils solidi — il-Parti 2-3: Kukers, EN 16510–2-4: 2022 — Apparati residenzjali li jaħdmu bil-fjuwils solidi — il-Parti 2-4: Bojler indipendenti — Potenza termika nominali sa 50 kW u EN 16510-2-6: 2022 — Apparati residenzjali li jaħdmu bil-fjuwils solidi — il-Parti 2-6: Ħiters tal-kmamar imħaddma mekkanikament bil-pellets tal-injam, apparati mdaħħla fil-ħajt u kukers.

(5)

L-istandards riveduti fihom metodi tal-kejl għall-emissjonijiet tal-NOx, tal-idrokarburi u tal-materja partikolata għall-apparati li jaħdmu bil-fjuwils solidi, speċifikazzjonijiet għall-klassifikazzjoni tal-apparati li jaħdmu bil-fjuwils solidi u l-limiti tas-sistema għall-apparati ssiġillati fil-kmamar, l-effiċjenza enerġetika applikabbli u t-tikkettar tal-klassi tal-enerġija u l-effiċjenza staġunali tat-tisħin tal-ispazji u karatteristiċi essenzjali relatati mas-sostenibbiltà ambjentali. L-istandards riveduti jippermettu lill-manifatturi jiddikjaraw l-emissjonijiet, l-effiċjenza enerġetika u s-sostenibbiltà ambjentali u għalhekk jikkontribwixxu għat-tneħħija tal-ostakli tekniċi għall-kummerċ.

(6)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandards armonizzati riveduti mis-CEN kinux konformi mat-talba tal-istandardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2021) 5359 u tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

(7)

L-istandard armonizzat rivedut mis-CEN hu konformi mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2021) 5359 u mar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/451 (4) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Biex ikun żgurat li r-referenzi ta’ dawk l-istandards ikunu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 16510-2-1:2022, EN 16510-2-2:2022, EN 16510-2-3:2022, EN 16510-2-4:2022 u EN 16510-2-6:2022 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(9)

F’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, irid jiġi indikat perjodu ta’ koeżistenza għal kull standard armonizzat li jieħu post standard armonizzat ieħor.

(10)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2019/451 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(11)

Biex l-manifatturi jkunu jistgħu jużaw l-istandard armonizzat rivedut mill-aktar fis possibbli, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/451 hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2021) 5359 tad-29 ta’ Lulju 2021 dwar talba tal-istandardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni rigward l-apparati tat-tisħin tal-ispazju b’appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(3)   ĠU C 92, 9.3.2018, p. 139.

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/451 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-prodotti għall-bini abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 80).


ANNESS

Fl-Anness I jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza għall-istandard

Referenza għall-istandard li tteħidlu postu

Bidu tal-perjodu ta’ koeżistenza (jj.xx.ssss.)

Tmiem il-perjodu ta’ koeżistenza (jj.xx.ssss.)

“8.

EN 16510-2-1:2022

Apparati residenzjali li jaħdmu bil-fjuwils solidi — il-Parti 2-1: Ħiters tal-kmamar

EN 13240:2001

Ħiters tal-kmamar li jaħdmu bil-fjuwil solidu — Rekwiżiti u metodi tal-ittestjar

EN 13240:2001/A2:2004

EN 13240:2001/AC:2006

EN 13240:2001/A2:2004/AC:2007

9.11.2023

9.11.2025

9.

EN 16510-2-2:2022

Apparati residenzjali li jaħdmu bil-fjuwils solidi — il-Parti 2-2: Apparati mdaħħla fil-ħajt, inkluż fuklari miftuħa

EN 13229:2001

Apparati mdaħħla fil-ħajt, inkluż fuklari miftuħa li jaħdmu bil-fjuwils solidi — Rekwiżiti u metodi tal-ittestjar

EN 13229:2001/A1:2003

EN 13229:2001/A2:2004

EN 13229:2001/AC:2006

EN 13229:2001/A2:2004/AC:2007

9.11.2023

9.11.2025

10.

EN 16510-2-3:2022

Apparati residenzjali li jaħdmu bil-fjuwils solidi — il-Parti 2-3: Kukers

EN 12815:2001

Kukers residenzjali li jaħdmu bil-fjuwil solidu — Rekwiżiti u metodi tal-ittestjar

EN 12815:2001/AC:2006

EN 12815:2001/A1:2004/AC:2007

EN 12815:2001/A1:2004

9.11.2023

9.11.2025

11.

EN 16510-2-4:2022

Apparati residenzjali li jaħdmu bil-fjuwils solidi — il-Parti 2-4: Bojlers indipendenti — Potenza termika nominali sa 50 kW

EN 12809:2001

Bojlers indipendenti residenzjali li jaħdmu bil-fjuwil solidu — Potenza termika nominali sa 50 kW — Rekwiżiti u metodi tal-ittestjar

EN 12809:2001/A1:2004

EN 12809:2001/A1:2004/AC:2007

EN 12809:2001/AC:2006

9.11.2023

9.11.2025

12.

EN 16510-2-6:2022

Apparati residenzjali li jaħdmu bil-fjuwils solidi — il-Parti 2-6: Ħiters tal-kmamar imħaddma mekkanikament bil-pellets tal-injam, apparati mdaħħla fil-ħajt u kukers.

EN 14785:2006

Apparati tat-tisħin tal-ispazji residenzjali li jaħdmu bil-pellets tal-injam — Rekwiżiti u metodi tal-ittestjar

9.11.2023

9.11.2025”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2461/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)