<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-558/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0558</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:806">EU:C:2020:806</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20201008">8.10.2020</DATE> – Kawża C‑558/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Impresa Pizzarotti (Vantaġġ anormali mogħti lil kumpannija mhux residenti)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20201008">8 ta’ Ottubru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 49 u 63 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ stabbiliment</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tad-dħul taxxabbli tal-kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Persuni li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ interdipendenza</KEYWORD><KEYWORD>Vantaġġ mhux normali mogħti minn fergħa residenti lil kumpannija mhux residenti</KEYWORD><KEYWORD>Rettifika tad-dħul taxxabbli tal-fergħa ta’ kumpannija mhux residenti</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ rettifika tad-dħul taxxabbli fil-każ ta’ vantaġġ identiku mogħti mill-fergħa tagħha lil kumpannija residenti</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ kompetizzjoni libera</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑558/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunalul Cluj (il-Qorti tal-Kontea ta’ Cluj, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190703">3 ta’ Lulju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190723">23 ta’ Lulju 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Impresa Pizzarotti &amp; C SPA Italia Sucursala Cluj</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Safjan u N. Jääskinen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Impresa Pizzarotti &amp; C SPA Italia Sucursala Cluj, minn L. I. Buduşan, avocată,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, inizjalment minn C.‑R. Canţăr, E. Gane u A. Rotăreanu, sussegwentement minn E. Gane u A. Rotăreanu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u J. Očková, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u R. Kanitz, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn M. Tassopoulou u A. Magrippi, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn E. De Bonis, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Roels u A. Armenia, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 63 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Impresa Pizzarotti &amp; C SPA Italia Sucursala Cluj (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Impresa Pizzarotti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili (l-Aġenzija Nazzjonali tal-Amministrazzjoni Fiskali – id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni ta’ Kontribwenti Kbar, ir-Rumanija, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>awtorità fiskali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar l-annullament ta’ att amministrattiv fiskali maħruġ minn din l-awtorità kif ukoll tal-valutazzjoni tat-taxxa stabbilita abbażi tal-imsemmi att.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt Rumen</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(c) tal-Legea nr. 571/2003 privind Codul fiscal (il-Liġi Nru 571/2003 dwar il-Kodiċi tat-Taxxi) tat-<DATE ISO="20031222">22 ta’ Diċembru 2003</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 927 tat-<DATE ISO="20031223">23 ta’ Diċembru 2003</DATE>), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Kodiċi tat-Taxxi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għall-finijiet ta’ dan il-kodiċi, bl-eċċezzjoni tat-Titolu VI, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="007.020"><NO.PARAG>20.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>persuna<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>: kull persuna fiżika jew ġuridika;</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.021"><NO.PARAG>21.</NO.PARAG><ALINEA><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>persuna relatata<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>: persuna tkun relatata ma’ persuna oħra jekk ir-relazzjoni tagħhom tikkorrispondi mill-inqas għal wieħed mill-każijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>persuna ġuridika hija relatata ma’ persuna oħra jekk, mill-inqas:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>l-ewwel persuna ġuridika għandha direttament jew indirettament, inklużi l-holdings tal-persuni relatati, mill-inqas 25 % tal-valur jew tan-numru ta’ ishma jew tad-drittijiet tal-vot tal-persuna ġuridika l-oħra jew jekk hija tikkontrolla lil din tal-aħħar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>it-tieni persuna ġuridika għandha, direttament jew indirettament, inklużi l-holdings tal-persuni relatati, mill-inqas 25 % tal-valur jew tan-numru tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot tal-ewwel persuna ġuridika;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>persuna ġuridika terza għandha, direttament jew indirettament, inklużi l-ishma tal-persuni relatati, mill-inqas 25 % tal-valur jew tan-numru ta’ ishma jew tad-drittijiet ta’ vot kemm tal-ewwel persuna ġuridika kif ukoll tat-tieni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.032"><NO.PARAG>32.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>: kull bejgħ, ċessjoni jew trasferiment tad-dritt ta’ proprjetà, l-iskambju ta’ dritt ta’ proprjetà għal servizzi jew dritt ieħor ta’ proprjetà kif ukoll it-trasferiment tal-patrimonju fiduċjarju fil-kuntest tat-tranżazzjoni fiduċjarja skont il-Kodiċi Ċivili.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(2) ta’ dan il-kodiċi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Fil-kuntest ta’ tranżazzjoni bejn persuni Rumeni u persuni mhux residenti relatati kif ukoll bejn persuni Rumeni relatati, l-awtoritajiet fiskali jistgħu jaġġustaw id-dħul jew l-ispejjeż ta’ kull waħda minn dawn il-persuni, sa fejn meħtieġ, sabiex jirriflettu l-prezz tas-suq tal-oġġetti jew tas-servizzi pprovduti fil-kuntest tat-tranżazzjoni. Sabiex jiġi stabbilit il-prezz tas-suq tat-tranżazzjonijiet bejn persuni relatati, il-metodu l-iktar adegwat fost dawn li ġejjin għandu jiġi segwit: […]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 29(3) tal-imsemmi kodiċi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-profitt taxxabbli tal-istabbiliment permanenti għandu jiġi ddeterminat billi dan tal-aħħar jitqies bħala persuna distinta u skont ir-regoli dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment applikati sabiex jiġi ddeterminat il-prezz tas-suq ta’ trasferiment magħmul bejn il-persuna ġuridika barranija u l-istabbiliment permanenti tagħha. Meta l-istabbiliment permanenti ma jkollux fattura għall-infiq allokat lilu mill-istabbiliment prinċipali tiegħu, l-evidenza l-oħra ta’ sostenn għandha tinkludi provi tat-teħid ta’ responsabbiltà effettiva għall-ispejjeż u l-allokazzjoni raġonevoli ta’ dawn l-ispejjeż lill-istabbiliment permanenti skont ir-regoli dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Impresa Pizzarotti hija l-fergħa Rumena ta’ SC Impresa Pizzarotti &amp; C SPA Italia (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Pizzarotti Italia<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), stabbilita fl-Italja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Bejn id‑<DATE ISO="20160729">29 ta’ Lulju 2016</DATE> u l‑<DATE ISO="20170911">11 ta’ Settembru 2017</DATE>, id-diviżjoni ta’ kontroll tal-awtorità fiskali wettqet xi verifiki ma’ Impresa Pizzarotti, fil-kwalità tagħha ta’ persuna taxxabbli għat-taxxa fuq il-kumpanniji, li matulhom ġie kkonstatat li din il-fergħa kienet ikkonkludiet, fil-kwalità tagħha ta’ persuna li ssellef, żewġ kuntratti ta’ self mal-kumpannija omm tagħha, Pizzarotti Italia: kuntratt iddatat is‑<DATE ISO="20120206">6 ta’ Frar 2012</DATE>, dwar ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">11400000</FT>, u kuntratt iddatat id‑<DATE ISO="20120309">9 ta’ Marzu 2012</DATE>, dwar ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2300000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li dawn is-somom kienu ġew mislufa għal perijodu inizjali ta’ sena, li jista’ jiġi estiż permezz ta’ ftehim addizzjonali, li l-kuntratti ta’ self ma kienu jinkludu ebda klawżola dwar il-ġbir ta’ interessi minn Impresa Pizzarotti u li, għalkemm fl-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE> l-ammont dovut kien jammonta għal EUR <FT TYPE="NUMBER">11250000</FT>, fid‑<DATE ISO="20140409">9 ta’ April 2014</DATE> iż-żewġ ammonti mislufa kienu ġew irrimborsati kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl tal-Artikolu 11(2) tal-Kodiċi tat-Taxxa, li jipprevedi li t-tranżazzjonijiet imwettqa bejn persuni Rumeni u persuni mhux residenti relatati huma suġġetti għar-regoli fil-qasam tal-prezz ta’ trasferiment, u tal-Artikolu 29(3) ta’ dan il-kodiċi, skont liema l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>persuni Rumeni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> jkopri fergħa li hija l-istabbiliment permanenti ta’ persuna mhux residenti, l-awtorità fiskali qieset li Impresa Pizzarotti, kumpannija rikorrenti fil-kawża prinċipali, kellha titqies bħala persuna relatata ma’<?PAGE NO="4"?> Pizzarotti Italia u li r-rata ta’ interessi tal-imsemmija self kellha tkun iffissata għall-prezz fis-suq, konformement mar-regoli fil-qasam ta’ prezz ta’ trasferiment, daqslikieku kienu seħħew f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-awtorità fiskali, fl‑<DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, abbażi tar-rapport ta’ kontroll fiskali tal-istess jum, stabbilixxiet valutazzjoni tat-taxxa li timponi fuq Impresa Pizzarotti żieda tat-taxxa fl-ammont ta’ RON 297 141.92 (lei Rumeni) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">72400</FT>) u żieda fil-bażi taxxabbli fl-ammont ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">1857137</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">452595</FT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE>, l-awtorità fiskali ċaħdet bħala infondat l-ilment ta’ Impresa Pizzarotti kontra din il-valutazzjoni tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Din tal-aħħar għalhekk adixxiet lill-qorti tar-rinviju, it-Tribunalul Cluj (il-Qorti tal-Kontea ta’ Cluj, ir-Rumanija), b’talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE> kif ukoll tal-valutazzjoni tat-taxxa tal‑<DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tilwima fil-kawża prinċipali, Impresa Pizzarotti targumenta, essenzjalment, li d-dispożizzjonijiet nazzjonali invokati mill-awtorità fiskali jiksru l-Artikoli 49 u 63 TFUE, sa fejn dawn jipprevedu li t-trasferimenti ta’ fondi bejn fergħa stabbilita fi Stat Membru u l-kumpannija omm tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor jirrappreżentaw tranżazzjonijiet li jistgħu jkunu suġġetti għar-regoli fil-qasam tal-prezz ta’ trasferiment, filwaqt li dawn ir-regoli ma humiex applikabbli jekk il-fergħa u l-kumpannija omm tagħha jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunalul Cluj (il-Qorti tal-Kontea ta’ Cluj) iddeċidiet li tissospendi l-kawża quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-Artikoli 49 u 63 [TFUE] jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali [bħall-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 29(3) tal-Kodiċi tat-Taxxa], li tippermetti li trasferiment bankarju ta’ fondi minn fergħa residenti fi Stat Membru lill-kumpannija omm tagħha residenti fi Stat Membru ieħor jiġi rriklassifikat bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>tranżazzjoni li tiġġenera dħul<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>, b’mod li l-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-prezzijiet tat-trasferiment issir obbligatorja, filwaqt li, jekk l-istess tranżazzjoni tkun saret bejn fergħa u kumpannija omm, it-tnejn li huma residenti fl-istess Stat Membru, din ma kinitx tkun tista’ tiġi rriklassifikata hekk u l-imsemmija regoli ma kinux jiġu applikati?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 49 u 63 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru skont liema trasferiment ta’ fondi mwettaq minn fergħa residenti, favur il-kumpannija omm tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor, jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>tranżazzjoni li tiġġenera dħul<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, b’tali mod li l-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-prezzijiet ta’ trasferiment issir obbligatorja, filwaqt li, kieku l-istess tranżazzjoni kienet saret bejn fergħa u kumpannija omm stabbiliti t-tnejn li huma fl-istess Stat Membru, din ma kinitx tiġi kklassifikata b’dan il-mod u l-imsemmija regoli ma kinux japplikaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jsegwi li l-Kodiċi tat-Taxxa jipprevedi regoli ta’ rettifika tal-bażi taxxabbli, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>prezzijiet ta’ trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, intiżi sabiex jiġi evitat li kumpanniji residenti jipprovdu prodotti jew servizzi lil kumpanniji mhux residenti bi prezz stmat inqas jew b’xejn, u għalhekk inaqqsu d-dħul taxxabbli tagħhom fir-Rumanija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li l-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment, fid-domanda magħmula, kemm għal-libertà ta’ stabbiliment kif ukoll għall-moviment liberu tal-kapital, stabbiliti fl-Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE rispettivament, għandu jitfakkar, preliminarjament, li l-ħolqien u ż-żamma totali minn persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi Stat Membru ta’ stabbiliment permanenti, bħal fergħa, li tinsab fi Stat<?PAGE NO="5"?> Membru ieħor, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni sostantiv tal-Artikolu 49 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080515">15 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Lidl Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑414/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:278">EU:C:2008:278</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Dickinger u Ömer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑347/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:582">EU:C:2011:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-tilwima fil-kawża prinċipali tikkonċerna l-impatt tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fuq it-trattament fiskali ta’ trasferiment ta’ fondi bejn fergħa stabbilita fir-Rumanija u l-kumpannija omm tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Jekk jitqies li s-sistema fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tinkludi effetti restrittivi fuq il-moviment liberu tal-kapital, tali effetti jkunu l-konsegwenza inevitabbli ta’ eventwali ostakolu għal-libertà ta’ stabbiliment u ma jiġġustifikawx eżami tal-imsemmija sistema fiskali fid-dawl tal-Artikolu 63 TFUE (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080515">15 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Lidl Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑414/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:278">EU:C:2008:278</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha tiġi eżaminata biss fid-dawl tad-dispożizzjonijiet dwar il-libertà ta’ stabbiliment tat-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jitfakkar li l-libertà ta’ stabbiliment, li l-Artikolu 49 TFUE jirrikonoxxi liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, tinkludi, b’mod konformi mal-Artikolu 54 TFUE, għall-kumpanniji stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru u li jkollhom is-sede prinċipali, it-tmexxija ċentrali jew l-istabbiliment prinċipali tagħhom fi ħdan l-Unjoni, id-dritt li jeżerċitaw l-attività tagħhom fi Stat Membru ieħor permezz ta’ sussidjarja, fergħa jew aġenzija (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Denkavit Internationaal u Denkavit France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑170/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:783">EU:C:2006:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Masco Denmark u Damixa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑593/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:984">EU:C:2016:984</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment tinkludi r-restrizzjonijiet għall-ħolqien ta’ aġenziji, fergħat jew sussidjarji miċ-ċittadini ta’ Stat Membru stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Denkavit Internationaal u Denkavit France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑170/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:783">EU:C:2006:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ kumpanniji, għandu jiġi rrilevat ukoll li s-sede tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 54 TFUE, isservi sabiex tiġi ddeterminata, bħaċ-ċittadinanza tal-persuni fiżiċi, ir-rabta tagħhom mal-ordinament ġuridiku ta’ Stat Membru. Li jiġi aċċettat li l-Istat Membru ta’ stabbiliment tas-sussidjarja residenti jista’ liberament japplika trattament differenti għall-imsemmija sussidjarja minħabba s-sempliċi fatt li s-sede tal-kumpannija omm tkun qiegħda fi Stat Membru ieħor, iċaħħad l-Artikolu 49 TFUE minn kull sens. Il-libertà ta’ stabbiliment hija għalhekk intiża sabiex tiggarantixxi l-benefiċċju tat-trattament nazzjonali fl-Istat Membru ospitanti tal-fergħa, billi tipprojbixxi kull diskriminazzjoni, anki dik minima, ibbażata fuq il-post tas-sede tal-kumpanniji (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Denkavit Internationaal u Denkavit France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑170/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:783">EU:C:2006:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar ukoll li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li vantaġġi mhux normali jew gratwiti mogħtija minn kumpannija residenti lil kumpannija li għandha rabta ta’ interdipendenza magħha jiżdiedu mal-profitti rispettivi tal-ewwel kumpannija biss jekk il-kumpannija benefiċjarja tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>SGI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑311/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:26">EU:C:2010:26</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif indikat il-qorti tar-rinviju, il-Kodiċi tat-Taxxa jirrigwarda l-fergħat bħala persuni distinti biss meta dawn ikunu stabbiliment permanenti ta’ persuna ġuridika mhux residenti b’tali mod li d-dħul ta’ fergħa jiġi rrettifikat, skont ir-regoli tal-prezz ta’ trasferiment, biss jekk il-kumpannija omm tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor. Jekk, min-naħa l-oħra, il-fergħa u l-kumpannija omm ikunu stabbiliti fir-Rumanija, ma ssir ebda korrezzjoni tad-dħul.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li fergħa ta’ kumpannija mhux residenti bħal Impresa Pizzarotti tibbenefika minn trattament inqas favorevoli minn dak li tibbenefika minnu l-fergħa ta’ kumpannija residenti li twettaq tranżazzjonijiet simili mal-kumpannija omm tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li tali differenza fit-trattament fiskali tal-fergħat, skont il-post tas-sede tal-kumpanniji omm tagħhom, li magħhom ġew konklużi tranżazzjonijiet ikkaratterizzati minn kundizzjonijiet li ma humiex komuni bejn terzi, tista’ tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE. Fil-fatt, il-kumpannija omm tista’ tasal li jkollha tirrinunzja l-akkwist, il-ħolqien jew iż-żamma ta’ fergħa fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza rispettiva tagħha, minħabba l-oneru fiskali li jolqot, f’sitwazzjoni transkonfinali, l-għoti ta’ kundizzjonijiet li ma humiex komuni bejn terzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Hornbach-Baumarkt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑382/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:366">EU:C:2018:366</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, miżura fiskali li tista’ tostakola l-libertà ta’ stabbiliment stabbilita fl-Artikolu 49 TFUE tista’ tiġi aċċettata biss jekk din tirrigwarda sitwazzjonijiet li ma humiex oġġettivament paragunabbli jew jekk din tista’ tiġi ġġustifikata b’raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni. Huwa wkoll neċessarju, f’din l-ipoteżi, li dan ikun xieraq sabiex jiżgura li l-għan inkwistjoni jintlaħaq u li dan ma jeċċedix dak li huwa meħtieġ sabiex dan l-għan jintlaħaq (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Hornbach-Baumarkt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑382/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:366">EU:C:2018:366</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-regoli dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment previsti mill-Kodiċi tat-Taxxa għandhom l-għan li jevitaw li l-bażi taxxabbli fl-Istat ta’ residenza tal-istabbiliment permanenti ta’ kumpannija mhux residenti titnaqqas minħabba tranżazzjonijiet imwettqa minn dan l-istabbiliment permanenti mal-kumpannija omm tiegħu li ma humiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-ħtieġa li jiġi żgurat tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri tista’ tkun ta’ natura li tiġġustifika differenza fit-trattament meta s-sistema eżaminata tkun intiża sabiex tipprevjeni aġir ta’ natura li jikkomprometti d-dritt ta’ Stat Membru li jeżerċita l-kompetenza fiskali tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fit-territorju tiegħu (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Hornbach-Baumarkt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑382/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:366">EU:C:2018:366</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-partijiet kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra Impresa Pizzarotti, jikkunsidraw li r-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment maħluqa mil-leġiżlazzjoni Rumena inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija ġġustifikata min-neċessità li jiġi żgurat tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri, li jikkostitwixxi, kif jirriżulta mill-punt preċedenti, raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li, jekk il-fergħat tal-kumpanniji mhux residenti jitħallew jittrasferixxu l-profitti tagħhom fil-forma ta’ vantaġġi mhux normali jew gratwiti lejn il-kumpanniji omm tagħhom, dan jista’ jikkomprometti tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri. Dan jista’ jikkomprometti s-sistema stess ta’ tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri, għaliex l-Istat Membru tal-fergħa li tkun tat vantaġġi mhux normali jew gratwiti jkun kostrett li jirrinunzja għad-dritt tiegħu li jintaxxa, bħala Stat ta’ residenza ta’ dan l-istabbiliment permanenti, id-dħul tiegħu, għall-benefiċċju, eventwalment, tal-Istat Membru fejn il-kumpannija omm benefiċjarja għandha s-sede tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>SGI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑311/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:26">EU:C:2010:26</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Billi tipprevedi t-tassazzjoni tal-istabbiliment permanenti minħabba l-ammont preżunt tal-ħlas tal-vantaġġ mogħti lill-kumpannija omm mingħajr korrispettiv, sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-ammont li dan l-istabbiliment permanenti kellu jiddikjara bħala profitti tiegħu li kieku t-tranżazzjoni ġiet konkluża skont il-kundizzjonijiet tas-suq, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tippermetti għalhekk lir-Rumanija teżerċita l-kompetenza fiskali tagħha fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fit-territorju tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jitqies li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija intiża li tipprekludi li benefiċċji ġġenerati fl-Istat Membru kkonċernat jiġu ttrasferiti barra mill-ġurisdizzjoni fiskali ta’ dan tal-aħħar permezz ta’ tranżazzjonijiet li ma humiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, mingħajr ma jkunu ġew intaxxati, hija tali li tiżgura l-preżervazzjoni tat-tqassim tal-kompetenza fiskali bejn l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fit-tielet lok, għandu jiġi vverifikat jekk leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li leġiżlazzjoni nazzjonali li hija bbażata fuq eżami ta’ elementi oġġettivi u verifikabbli sabiex jiġi ddeterminat jekk tranżazzjoni tippreżentax in-natura ta’ kostruzzjoni artifiċjali għal finijiet fiskali għandha titqies li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet relatati mal-ħtieġa li jiġi ssalvagwardjat it-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri u dik tal-prevenzjoni tal-evażjoni fiskali, meta, fl-ewwel lok, f’kull każ fejn jeżisti suspett li tranżazzjoni tmur lil hinn minn dak li l-kumpanniji kkonċernati jkunu ftiehmu taħt il-kundizzjonijiet tas-suq, il-persuna taxxabbli titqiegħed f’pożizzjoni, mingħajr ma tkun suġġetta għal restrizzjonijiet amministrattivi eċċessivi, li tipproduċi elementi relatati mar-raġunijiet kummerċjali eventwali li għalihom ġiet konkluża din it-tranżazzjoni. Fit-tieni lok, meta l-verifika ta’ tali elementi twassal għall-konklużjoni li t‑tranżazzjoni inkwistjoni taqbeż dak li l-kumpanniji kkonċernati kienu jiftiehmu f’ċirkustanzi ta’ kompetizzjoni sħiħa, il-miżura fiskali korrettiva għandha tkun limitata għall-parti li taqbeż dak li kien jiġi maqbul fin-nuqqas ta’ sitwazzjoni ta’ interdipendenza bejniethom (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>SGI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑311/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:26">EU:C:2010:26</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jidher li jirriżulta li, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, l-aġġustament tad-dħul impost mill-Artikolu 29(3) tal-Kodiċi tat-Taxxa jikkonċerna biss id-differenza bejn il-prezz tas-suq tat-tranżazzjoni inkwistjoni, li kien jipprevali f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni sħiħa, u dak applikat b’mod konkret mill-partijiet. Bl-istess mod, il-persuna taxxabbli dejjem ikollha l-possibbiltà li tistabbilixxi li kienu jeżistu raġunijiet oġġettivi sabiex it-tranżazzjoni tiġi konkluża bi prezz li ma jirriflettix il-prezz tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, jidher li l-leġiżlazzjoni Rumena inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan leġittimu li huwa l-bażi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru skont liema trasferiment ta’ fondi mwettaq minn fergħa residenti, favur il-kumpannija omm tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor, jista’ jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>tranżazzjoni li tiġġenera dħul<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, b’tali mod li l-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-prezz ta’ trasferiment issir obbligatorja, filwaqt li, li kieku l-istess tranżazzjoni kienet saret bejn fergħa u kumpannija omm, it-tnejn li huma stabbiliti fl-istess Stat Membru, hija ma kinitx tiġi kklassifikata b’dan il-mod u l-imsemmija regoli ma kinux ikunu applikabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in‑natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru skont liema trasferiment ta’ fondi mwettaq minn fergħa residenti, favur il-kumpannija omm tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor, jista’ jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>tranżazzjoni li tiġġenera dħul<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, b’tali mod li l-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-prezz ta’ trasferiment issir obbligatorja, filwaqt li, li kieku l-istess tranżazzjoni kienet saret bejn fergħa u kumpannija omm, it-tnejn li huma stabbiliti fl-istess Stat Membru, hija ma kinitx tiġi kklassifikata b’dan il-mod u l-imsemmija regoli ma kinux ikunu applikabbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>