<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-423/16 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0423</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:848">EU:C:2017:848</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20171109">9.11.2017</DATE> – Kawża C-423/16 P</P><P>HX vs Il-Kunsill</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Politika estera u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħuda kontra persuna msemmija fl-anness ta’ deċiżjoni</KEYWORD><KEYWORD>Estensjoni tal-validità ta’ din id-deċiżjoni matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Talba għall-adattament tar-rikors imressqa matul is-seduta u mhux permezz ta’ att bil-miktub separat</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Verżjoni bil-lingwa Bulgara</KEYWORD><KEYWORD>Annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li permezz tagħha l-persuna kkonċernata ġiet inkluża fil-lista tal-persuni suġġetti għal miżuri restrittivi</KEYWORD><KEYWORD>Tmiem tal-validità tad-deċiżjoni ta’ estensjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kontinwazzjoni tas-suġġett tat-talba għall-adattament tar-rikors</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-423/16 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fl-<DATE ISO="20160801">1 ta’ Awwissu 2016</DATE></P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">HX</HT>, residenti f’Damasku (is-Sirja), irrappreżentat minn S. Koev, advokat,</P><PARTY.STATUS>appellant,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn I. Gurov u S. Kyriakopoulou, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, J.-C. Bonichot (Relatur), A. Arabadjiev, S. Rodin u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20170622">22 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, HX jitlob l-annullament parzjali tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, HX vs Il-Kunsill (T-723/14, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:332">EU:T:2016:332</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali, minn naħa, annullat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/488/PESK, tat-<DATE ISO="20140722">22 ta’ Lulju 2014</DATE>, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="217" PAGE.FIRST="49" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 217, p. 49</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 793/2014, tat-<DATE ISO="20140722">22 ta’ Lulju 2014</DATE>, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="217" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 217, p. 10</REF.DOC.OJ>), sa fejn din id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni u dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni jikkonċernaw lil HX, u, min-naħa l-oħra, ċaħdet it-talbiet ta’ HX għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/837, tat-<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="82" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 132, p. 82</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, fil-verżjoni tagħhom applikabbli għall-proċedura li wasslet għas-sentenza appellata (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), jistabbilixxi l-lista tal-lingwi tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, li fosthom tinsab il-lingwa Bulgara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Determinazzjoni tal-lingwa tal-kawża<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, u li jinsab fit-Titolu II, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Fuq is-sistema lingwistika<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Fir-rikorsi diretti fis-sens tal-Artikolu 1, il-lingwa tal-kawża tintgħażel mir-rikorrent […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 78 ta’ dawn ir-Regoli:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="078.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ikun il-każ, mar-rikors għandhom jiġu annessi d-dokumenti indikati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut [tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="078.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rikors ippreżentat bis-saħħa ta’ klawżola ta’ arbitraġġ inkluża f’kuntratt irregolat mid-dritt pubbliku jew mid-dritt privat konkluż mill-Unjoni jew f’isimha skont l-Artikolu 272 TFUE għandu jkollu miegħu kopja tal-kuntratt li jinkludi din il-klawżola.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="078.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ir-rikorrent ikun persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat, huwa għandu jehmeż mar-rikors prova reċenti tal-eżistenza ġuridika tiegħu (estratt mir-reġistru tal-kummerċ, estratt mir-reġistru tal-kumpannija jew kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="078.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rikors għandu jkollu miegħu d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 51(2) u (3).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="078.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ir-rikors ma jkunx konformi mal-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafi 1 sa 4, ir-Reġistratur għandu jiffissa terminu raġonevoli għar-rikorrent sabiex jipproduċi d-dokumenti msemmija iktar ’il fuq. Fin-nuqqas ta’ din ir-regolarizzazzjoni fit-terminu mogħti, il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi jekk in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet jimplikax l-inammissibbiltà formali tar-rikors.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 86 tal-imsemmija Regoli, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Adattament tar-rikors<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="086.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta att li jkun qiegħed jintalab l-annullament tiegħu jiġi ssostitwit jew emendat b’att ieħor li jkollu l-istess suġġett, ir-rikorrent jista’, qabel l-għeluq tal-fażi orali tal-proċedura jew qabel ma l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li taqtal-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura, jadatta r-rikors sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni dan l-element ġdid.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="086.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-adattament tar-rikors għandu jsir permezz ta’ att separat u fit-terminu, previst fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li fih jista’ jintalab l-annullament tal-att li jiġġustifika l-adattament tar-rikors.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="086.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>In-nota ta’ adattament għandha tinkludi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>it-talbiet adattati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jekk ikun il-każ, il-motivi u l-argumenti adattati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>jekk ikun il-każ, il-provi u l-provi proposti marbuta mal-adattament tat-talbiet.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="086.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>In-nota ta’ adattament għandha jkollha magħha l-att li jiġġustifika l-adattament tar-rikors. Jekk dan l-att ma jiġix prodott, ir-Reġistratur għandu jiffissa għar-rikorrent terminu raġonevoli għall-produzzjoni tiegħu. Fin-nuqqas ta’ din ir-regolarizzazzjoni fit-terminu mogħti, il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi jekk in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan ir-rekwiżit jimplikax l-inammissibbiltà tan-nota li tadatta r-rikors.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="086.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għad-deċiżjoni li għad tkun trid tingħata mill-Qorti Ġenerali dwar l-ammissibbiltà tan-nota li tadatta r-rikors, il-President għandu jiffissa terminu għall-konvenut sabiex jippreżenta risposta għan-nota ta’ adattament.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 102(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Ir-Reġistratur għandu jħejji proċess verbal ta’ kull seduta istruttorja. Dan il-proċess verbal għandu jiġi ffirmat mill-President u mir-Reġistratur. Il-proċess verbal huwa att awtentiku.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 227 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jipprevedi li dawn ir-Regoli huma awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 44 tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża, ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-appellant huwa negozjant ta’ nazzjonalità Sirjana li kien is-suġġett ta’ miżuri restrittivi fil-kuntest tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK). Ismu ġie inkluż fil-lista li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-<DATE ISO="20130531">31 ta’ Mejju 2013</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="147" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 147, p. 14</REF.DOC.OJ>), permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/488, kif ukoll fil-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-<DATE ISO="20120118">18 ta’ Jannar 2012</DATE>, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="016" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 16, p. 1</REF.DOC.OJ>), permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 793/2014. Fir-rikors promotur tiegħu quddiem il-Qorti Ġenerali, huwa talab l-annullament ta’ din id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni u ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni sa fejn jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Peress li fil-frattemp id-Deċiżjoni 2013/255 kienet ġiet estiża permezz tad-Deċiżjoni 2015/837, l-appellant ipprova jikseb ukoll l-annullament ta’ din tal-aħħar permezz ta’ adattament tar-rikors promotur tiegħu, previst fl-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Huwa talab dan l-adattament matul is-seduta tat-<DATE ISO="20151208">8 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li matulha huwa jsostni li sar jaf bid-deċiżjoni ta’ estensjoni fil-kuntest tat-trattazzjoni tar-rappreżentant tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali, li laqgħat it-talbiet għal annullament imressqa fir-rikors promotur, madankollu ma aċċettatx l-ammissibbiltà tat-talba għall-adattament tiegħu. Skont il-Qorti Ġenerali, din l-inammissibbiltà kienet marbuta mal-fatt li din it-talba ma tressqitx permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>att separat<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> fis-sens tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata sa fejn, fil-punt 2 tad-dispożittiv tagħha, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talbiet tiegħu għall-annullament tad-Deċiżjoni 2015/837;</P></ITEM><ITEM><P>taqta’ l-kawża fuq il-mertu tagħha u tannulla d-Deċiżjoni 2015/837 sa fejn tikkonċernah;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata sa fejn, fil-punt 2 tad-dispożittiv tagħha, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talbiet tiegħu għall-annullament tad-Deċiżjoni 2015/837 u tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell fl-intier tiegħu, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellant għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-appell</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni t-talba tiegħu għall-adattament tar-rikors meta din it-talba, għalkemm kienet espressa oralment matul is-seduta, kienet is-suġġett ta’ forma miktuba qabel l-għeluq tal-fażi orali tal-proċedura minħabba li ssemmiet fil-proċess verbali tas-seduta. Huwa jsostni li b’dan il-mod, u minkejja l-assenza ta’ preżentata ta’ dokument bil-miktub u separat fil-veru sens tal-kelma, it-talba tiegħu għall-adattament tar-rikors kien imissha tqieset li kienet issodisfat ir-rekwiżiti tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Barra minn hekk, huwa jargumenta li l-assenza ta’ talba bil-miktub fil-veru sens tal-kelma ma ppreġudikatx id-drittijiet tal-parti l-oħra u lanqas ma fixklet il-ħidma tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-appellant iqis ukoll li l-Qorti Ġenerali vvizzjat is-sentenza appellata bi żball ta’ liġi meta naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikolari tal-lingwa tal-kawża magħżula minnu, jiġifieri l-lingwa Bulgara. Issa, il-verżjoni b’din il-lingwa tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tuża kelma ambivalenti li ma timplikax neċessarjament ir-rekwiżit ta’ dokument bil-miktub u separat sabiex titressaq talba għall-adattament tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa jsostni li l-Qorti Ġenerali ma osservatx il-prinċipju tan-natura kontradittorja tal-proċedura sa fejn ma tatux terminu supplimentari sabiex jippreżenta talba għall-annulament tad-Deċiżjoni 2015/837, meta kien biss matul is-seduta li huwa sar jaf b’din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni li l-Artikolu 86(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jimplika, mingħajr ebda ambigwità, il-preżentata ta’ talba bil-miktub. Anki jekk jitqies li l-verżjoni bil-lingwa Bulgara ta’ dawn ir-Regoli hija differenti f’dan ir-rigward mill-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra, din l-istituzzjoni tqis li din il-verżjoni ma tistax tipprevali. Fil-fatt, skont il-Kunsill, il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra kollha jużaw termini li jesprimu, b’mod li ma jistax jiġi kkontestat, il-bżonn ta’ att bil-miktub u separat. Irrispettivament minn dan, analiżi kuntestwali tal-Artikolu 86 ta’ dawn ir-Regoli fl-intier tiegħu hija biżżejjed sabiex jintwera li dan l-artikolu ma qiegħed jitkellem dwar xejn iktar għajr att bil-miktub, b’mod partikolari meta jirreferi għall-elementi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>għandu jkollu miegħu<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> l-att.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li t-talbiet tal-partijiet huma bħala prinċipju kkaratterizzati mill-immutabbiltà tagħhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101111">11 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-543/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:669">EU:C:2010:669</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). L-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jikkostitwixxi kodifikazzjoni ta’ ġurisprudenza li kienet diġà teżisti dwar l-eċċezzjonijiet li jista’ jkun hemm għal dan il-prinċipju ta’ immutabbiltà. Għaldaqstant, l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan l-appell jgħoddu biss fil-kuntest ta’ din is-sitwazzjoni derogatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, fir-rikorsi diretti, l-Artikolu 45 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jippermetti lir-rikorrent jagħżel il-lingwa tal-kawża. F’dan il-każ, il-lingwa magħżula minn HX fl-istanza quddiem il-Qorti Ġenerali li wasslet għas-sentenza appellata kienet il-lingwa Bulgara, il-lingwa tal-avukat tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-appellant qiegħed isostni, mingħajr oġġezzjoni min-naħa tal-Kunsill, li l-verżjoni f’dik il-lingwa tal-Artikolu 86(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali hija ambigwa, fis-sens li, għall-kuntrarju tal-verżjonijiet bil-lingwa Ingliża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>separate document<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) u bil-lingwa Franċiża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>acte séparé<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) ta’ din id-dispożizzjoni, il-verżjoni bil-lingwa Bulgara tagħha ma tużax il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>att<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, iżda l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>molba<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>talba<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>). Issa, din il-kelma ma timplikax neċessarjament ir-rekwiżit ta’ natura miktuba, peress li tfisser b’mod iktar ġenerali l-espressjoni ta’ rieda, li tista’ tkun kemm orali u kemm miktuba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jiġi eskluż li din l-ambigwità wasslet lir-rappreżentant tal-appellant sabiex iqis li tkun ammissibbli talba għall-adattament tar-rikors ippreżentata oralment matul is-seduta li matulha huwa jsostni li sar jaf bl-eżistenza tad-deċiżjoni li hija s-suġġett ta’ din it-talba. Barra minn hekk, din l-impressjoni tal-appellant setgħet issaħħet minħabba li l-imsemmija talba kienet sussegwentement irreġistrata fil-proċess verbali tas-seduta, li jikkostitwixxi att awtentiku bis-saħħa tal-Artikolu 102(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti Ġenerali kienet tal-fehma li t-talba għall-adattament tar-rikors ippreżentata b’dan il-mod ma kinitx tosserva l-kundizzjonijiet formali previsti fir-Regoli tal-Proċedura tagħha, hija kellha f’tali każ, minn tal-inqas, tindika dan l-iżball lill-appellant u tagħtih l-opportunità li jirrimedjah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punti 33 u 34 tal-konklużjonijiet tagħha, għalkemm huwa perfettament ġustifikat li jiġu imposti ċerti rekwiżiti formali fir-rigward ta’ adattament tar-rikors, tali rekwiżiti ma jikkostitwixxux għan fihom innifishom iżda huma intiżi, għall-kuntrarju, li jiġu żgurati n-natura kontradittorja tal-proċedura u l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, l-Artikolu 86(3) u (4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jipprevedi huwa stess li n-nuqqas li jitwettqu ċerti formalitajiet ta’ preżentazzjoni tat-talbiet għall-adattament tar-rikors ma jwassalx neċessarjament għall-inammissibbiltà ta’ dawn it-talbiet. Barra minn hekk, dan l-istess marġni ta’ diskrezzjoni tal-Qorti Ġenerali japplika wkoll fir-rigward tal-annessi tar-rikors sa fejn<?PAGE NO="6"?> l-Artikolu 78(5) ta’ dawn ir-Regoli jipprevedi l-possibbiltà ta’ regolarizzazzjoni, taħt ir-responsabbiltà tar-Reġistratur, fejn fl-assenza ta’ din ir-regolarizzazzjoni l-Qorti Ġenerali tista’ xorta waħda tiddeċiedi li r-rikors jibqa’ ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata b’mod validu bl-argumenti mressqa mill-Kunsill li huma bbażati, minn naħa, fuq il-fatt li l-verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali hija l-unika waħda li fiha l-ambigwità indikata mill-appellant, u, min-naħa l-oħra, fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li minnha jirriżulta li l-ħtieġa li d-dritt tal-Unjoni jiġi applikat u interpretat b’mod uniformi teskludi l-eżami iżolat ta’ dispożizzjoni f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi tagħha, iżda teħtieġ, għall-kuntrarju, l-interpretazzjoni tagħha fid-dawl tal-verżjonijiet l-oħra kollha bbażata fuq ir-rieda tal-awtur tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19691112">12 ta’ Novembru 1969</DATE>, <NAME.CASE>Stauder</NAME.CASE>, <NO.CASE>29/69</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1969:57">EU:C:1969:57</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0003">3</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-219/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:375">EU:C:1997:375</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Grupo Itevelesa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-168/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:685">EU:C:2015:685</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, fir-rigward ta’ dispożizzjoni tar-Regoli tal-Proċedura ta’ qorti tal-Unjoni, li barra minn hekk huma adottati u ddikjarati awtentiċi fil-lingwi tal-kawża kollha minn din il-qorti stess konformement mad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 44 u 227(1) ta’ dawn ir-Regoli, li l-individwi jkunu mistennija jirreferu għall-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-imsemmija Regoli sabiex jevitaw li eventwali diverġenza fil-verżjoni tagħhom fil-lingwa tal-kawża twassal għal inammissibbiltà jmur kontra d-dritt tagħhom li jindirizzaw lill-qorti tal-Unjoni fil-lingwa uffiċjali tal-għażla tagħhom, li jirriżulta kemm mill-Artikolu 20(2)(d) TFUE u mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE u kemm mill-Artikolu 45 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-adattament tar-rikors ta’ HX għas-sempliċi raġuni li ma kinitx ippreżentata permezz ta’ att bil-miktub separat, mingħajr ma qabel stiednet lil dan tal-aħħar sabiex jirregolarizzaha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mingħajr ma huwa meħtieġ li jiġi eżaminat l-aggravju l-ieħor, il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata għandu jiġi annullat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq it-talba għall-adattament tar-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ li tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tista’ taqta’ l-kawża definittivament hija stess jekk din tkun fi stat li tiġi deċiża. Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-każ ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, kemm l-interess ġuridiku ta’ rikorrent u kemm is-suġġett tar-rikors għandhom jeżistu mhux biss meta jiġi ppreżentat ir-rikors, iżda għandhom jibqgħu jeżistu sakemm il-qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha għaliex fl-assenza tagħhom ma jkunx hemm lok li tingħata deċiżjoni. Dan ifisser li r-rikors għandu jkun jista’, bl-eżitu tiegħu, iwassal sabiex jinkiseb benefiċċju għall-parti li tkun ippreżentatu (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951019">19 ta’ Ottubru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Rendo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-19/93 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:339">EU:C:1995:339</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070607">7 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Wunenburger vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-362/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:322">EU:C:2007:322</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130528">28 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Abdulrahim vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-239/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:331">EU:C:2013:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li HX essenzjalment jixtieq jadatta r-rikors inizjali tiegħu ppreżentat fl-ewwel istanza, intiż b’mod partikolari għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/488 li tinkludi ismu fil-lista li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255, sabiex dan ir-rikors ikun intiż ukoll għall-annullament tad-deċiżjoni li testendi l-imsemmija lista għal sena oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, bl-effett retroattiv tal-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/488 ddikjarat fil-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata, li sar definittiv peress li l-appell f’din il-kawża jikkonċerna biss il-punt 2 tad-dispożittiv tal-imsemmija sentenza, il-lista li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255 għandha titqies li qatt ma kienet inkludiet isem l-appellant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn annullament tad-Deċiżjoni 2015/837 li testendi l-eżistenza ta’ din il-lista l-appellant ma jista’ jikseb ebda benefiċċju li jmur lil hinn minn dak li seta’ kiseb bl-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/488 li tinkludi ismu fl-imsemmija lista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-adattament tar-rikors ippreżentat minn HX fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-Regoli, applikabbli għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikou 184(1) tagħhom, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li HX talab li l-Kunsill jiġi kkundannat għall-ispejjeż u peress li dan tal-aħħar tilef il-kawża, il-Kunsill għandu jiġi kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn HX kemm fl-ewwel istanza u kemm fil-kuntest ta’ dan l-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>HX vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑723/14</NO.CASE>,<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:332">EU:T:2016:332</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huwa annullat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-adattament tar-rikors ippreżentat minn HX quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn HX kemm fl-ewwel istanza u kemm fil-kuntest ta’ dan l-appell.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>