<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-217/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0217</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:841">EU:C:2017:841</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20171109">9 11. 2017</DATE>. – Kawża C‑217/16</P><P>Dimos Zagoriou</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ somom imħallsa u li jikkostitwixxu titolu eżekuttiv</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 299 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Eżekuzzjoni forzata</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri ta’ eżekuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kawżi dwar l-eżekuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-persuna responsabbli għall-obbligu pekunjarju</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-modalitajiet proċedurali nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ekwivalenza u ta’ effettività</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑217/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Efeteio Athinon (qorti tal-appell ta’Ateni, il-Greċja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160303">3 ta’ Marzu 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Dimos Zagoriou</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, J. Malenovský, M. Safjan, D. Šváby u M. Vilaras, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Triantafyllou u M. Konstantinidis kif ukoll minn A. Katsimerou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għal Dimos Zagoriou, minn G. Papadopoulos, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn E. Tsaousi u K. Georgiadis, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20170517">17 ta’ Mejju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 299 TFUE kif ukoll r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/88, tal-<DATE ISO="19880624">24 ta’ Ġunju 1988</DATE>, dwar il-missjonijiet tal-fondi strutturali, l-effikaċja tagħhom kif ukoll il-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet tagħhom bejniethom u ma’ dawk tal-Bank Ewropew għall-Investiment u strumenti finanzjarji eżistenti oħrajn (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="185" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="1988">ĠU 1988 L 185, p. 9</REF.DOC.OJ>), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-<DATE ISO="19881219">19 ta’ Diċembru 1988</DATE>, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi implementat ir-Regolament Nru 2052/88 fir-rigward tal-koordinazzjoni bejn l-operazzjonijiet tal-fondi strutturali differenti, minn naħa, u bejn dawn u dawk tal-Bank Ewropew għall-Investiment u strumenti finanzjarji oħrajn, min-naħa l-oħra, (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="374" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1988">ĠU 1988, L 374, p. 1</REF.DOC.OJ>) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4256/88, tad-<DATE ISO="19881219">19 ta’ Diċembru 1988</DATE>, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi implementat ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Gwida<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="374" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="1988">ĠU 1988, L 374, p. 25</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Kummissjoni Ewropea u Dimos Zagoriou (komun ta’ Zagori, il-Greċja), dwar irkupru, skont deċizjoni tagħha dwar ħlas lura ta’ somom preċedentement imħallsa u li jikkostitwixxxu titolu eżekuttiv, konformement mal-Artikolu 299 TFUE, ta’ parti mill-għajnuna mogħtija mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 4253/88 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk it-twettiq ta’ azzjoni jew ta’ miżura jkun jidher li jiġġustifika biss parti mill-għajnuna finanzjarja, kollha jew parti minnha, mogħtija lilu, il-Kummissjoni għandha tagħmel eżami xieraq tal-każ fil-kuntest tal-kooperazzjoni, billi titlob b’mod partikolari lill-Istat Membru jew lill-awtoritajiet magħżula minnu għall-implementazzjoni tal-azzjoni, sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom f’terminu stabbilit.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Wara dik l-eżaminazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas jew tissospendi l-għajnuna għall-azzjoni jew għall-miżura kkonċernata jekk l-eżaminazzjoni tikkonferma l-eżistenza ta’ irregolarità jew bidla sostanzjali li taffettwa n-natura jew il-kundizzjonijiet tal-implementazzjoni tal-azzjoni jew tal-miżura u li għaliha ma tkunx intalbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull somma li tkun ġiet imħallsa indebitament għandha titħallas lura lill-Kummissjoni. Is-somom mhux irkuprati jistgħu jiġu miżjuda b’interessi moratorji […]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni C(2006) 4798, tal-<DATE ISO="20061004">4 ta’ Ottubru 2006</DATE>, li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv konformement mal-Artikolu 299 TFUE, il-Kummissjoni stabbilixxiet is-somma ta’ EUR 284 739.20 bħala dik dovuta lilha minn Dimotiki Epicheirisi Touristikis Anaptyxis tou Dimou Aristis Zagoriou Ioanninon (impriża muniċipali għall-iżvilupp turistiku tal-komun ta’ Aristi Zagoriou Ioanninon, il-Greċja). Din id-deċiżjoni kienet dwar l-irkupru ta’ għajnuna mogħtija lil din tal-aħħar matul is-sena 1993.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Peress li din l-impriża muniċipali kienet tqiegħdet fi stralċ, il-Kummissjoni nnotifikat lill-komun ta’ Kentriko Zagori (il-Greċja), li fil-frattemp kien assorba lill-komun ta’ Aristi Zagori Ioanninon u, sussegwentement, ġie ssurrogat fid-drittijiet u l-obbligi ta’ dan tal-aħħar, b’ordni għal ħlas tal-<?PAGE NO="3"?><DATE ISO="20080831">31 ta’ Awwissu 2008</DATE>, imbagħad, b’att tas-<DATE ISO="20081007">7 ta’ Ottubru 2008</DATE>, innotifikat lill-komun ta’ Kentriko Zagori fil-<DATE ISO="20081015">15 ta’ Ottubru 2008</DATE>, eżegwixxiet, għal EUR 322 213.54, sekwestru tal-kontijiet bankarji tal-komun ta’ Kentriko Zagori f’istituzzjoni bankarja. Dan tal-aħħar, ineżekuzzjoni tal-mandat ta’ sekwestru, ħallas dan l-ammont kollu lill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, fit-<DATE ISO="20081023">23 ta’ Ottubru 2008</DATE>, il-komun ta’ Kentriko Zagori (il-Greċja) li minfloku l-komun ta’ Zagori qed ikompli l-proċedura prinċipali fil-kwalità tiegħu ta’ suċċessur universali, ippreżenta, quddiem il-Monomeles Protodikeio Athinon (qorti tal-ewwel istanza b’imħallef uniku ta’ Ateni, il-Greċja), oppożizzjoni għall-ordni għal ħlas li kienet ġiet innotifikata lilu abbażi ta’ din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-komun ta’ Kentriko Zagori talab ukoll, fil-kuntest tal-istess proċedura, l-annullament tal-mandat ta’ sekwestru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Insostenn tat-talbiet tiegħu, ir-rikorrent invoka, minn naħa, il-fatt li ma kellu l-ebda leġitimazzjoni passiva u, konsegwentement, ma setax ikun is-suġġett ta’ tali miżura ta’ eżekuzzjoni u, min-naħa l-oħra, il-fatt li l-ammont ikkontestat jikkonċerna dħul li ma setax jiġi ssekwestrat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20130514">14 ta’ Mejju 2013</DATE>, il-Monomeles Protodikeio Athinon (qorti tal-ewwel istanza b’imħallef uniku ta’ Ateni, il-Greċja), wara li ddikjarat li kellha ġurisdizzjoni li tisma’ l-kawża minħabba n-natura privata tagħha, laqgħet parzjalment it-talbiet tar-rikorrent billi annullat l-imsemmi mandat ta’ sekwestru, minħabba l-assenza ta’ leġitimazzjoni passiva tal-komun ta’ Kentriko Zagori.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni appellat minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, billi qieset, b’mod partikolari, li l-qorti tal-ewwel istanza kienet interpretat id-dritt tal-Unjoni b’mod żbaljat. Din l-istituzzjoni tqis essenzjalment li din il-qorti tal-ewwel istanza ma kellhiex il-ġurisdizzjoni li tisma’ l-kawża prinċipali, peress li kienet ta’ natura amministrattiva u kienet taqa’ fil-ġurisdizzjoni tal-qrati amministrattivi. Il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-eżekuzzjoni għandha ssir fil-konfront tal-komuni ta’ Zagori.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Efeteio Athinon (qorti tal-appell ta’ Ateni, il-Greċja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1)</NO.P><TXT>X’inhi n-natura tal-atti tal-[Kummissjoni] fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha stabbiliti fir-Regolamenti 2052/88, 4253/1988 u 4256/1988 u, b’mod iktar speċifiku, tali atti tal-Kummissjoni huma atti tad-dritt pubbliku u jagħtu lok, fi kwalunkwe każ, għal tilwimiet amministrattivi fuq il-mertu, b’mod partikolari jekk l-oġġett tas-sekwestru mill-[Kummissjoni] ta’ assi miżmuma minn terzi huwa kreditu privat, filwaqt li t-talba inizjali li għas-sodisfazzjon tagħha ssir il-proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata toriġina minn relazzjoni ġuridika ta’ dritt pubbliku, li tirriżulta mill-atti msemmija iktar ’il fuq tal-[Kummissjoni], jew huma atti ta’ dritt privat li joħolqu tilwimiet ta’ natura privata?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikolu 299 TFUE, li skontu l-eżekuzzjoni forzata ta’ atti tal-[Kummissjoni] li jimponu obbligi pekunjarji fuq persuni li ma humiex l-Istati Membri hija rregolata mir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat li fit-territorju tiegħu tkun qed titwettaq l-eżekuzzjoni forzata u fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, li skontu l-istħarriġ tar-regolarità tal-miżuri eżekuttivi għandu jaqa’ fil-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali, kif inhi ddeterminata l-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali f’tilwimiet li joriġinaw minn tali eżekuzzjoni, meta skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dawn it-tilwimiet jikkostitwixxu kwistjonijiet amministrattivi fuq il-mertu, jiġifieri fejn ir-relazzjoni msemmija hija ta’ dritt pubbliku?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ eżekuzzjoni forzata ta’ atti tal-[Kummissjoni] adottati b’eżekuzzjoni tar-Regolamenti 2052/88, 4253/1988 u 4256/1988 u li jimponu obbligi pekunjarji fuq persuni li ma humiex l-Istati Membri, il-leġittimazzjoni passiva tad-debitur hija ddeterminata abbażi tad-dritt nazzjonali jew tad-dritt tal-Unjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Meta l-persuna obbligata li twettaq obbligu pekunjarju li jirriżulta mill-att tal-[Kummissjoni] adottat għall-implementazzjoni tar-Regolamenti 2052/88, 4253/1988 u 4258/1988 tkun impriża komunali li sussegwentement tiġi xolta, il-komun li din il-kumpannija tappartjeni għalih huwa responsabbli għat-twettiq finanzjarju tal-obbligu pekunjarju inkwistjoni fil-konfront tal-[Kummissjoni] skont ir-regolamenti ċċitati iktar ’il fuq?<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel u t-tieni domandi</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u t-tieni domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 299 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li dan l-artikolu jiddetermina l-għażla tal-organu ġudizzjarju nazzjonali li għandu l-ġurisdizzjoni jisma’ kawżi marbuta mal-eżekuzzjoni forzata ta’ atti tal-Kummissjoni li jinkludu l-impożizzjoni fuq persuni minbarra l-Istati, ta’ obbligu pekunjarju li jikkostitwixxi titolu eżekuttiv, konformement mal-imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-kliem tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 299 TFUE jirriżulta, li l-atti, b’mod partikolari tal-Kummissjoni, li jimponu obbligu pekunjarju fuq persuni, minbarra Stati, jikkostitwixxu titolu eżekuttiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Minkejja li huwa veru li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 299 TFUE jispeċifika li l-eżekuzzjoni forzata hija rregolata mir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat li fit-territorju tiegħu seħħet, ir-riferiment għar-regoli tal-proċedura ċivili għandu jinftiehem bħala riferiment għar-regoli nazzjonali li jirregolaw l-eżekuzzjoni forzata. Fil-fatt, huwa previst fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 299 TFUE li, ladarba tkun ġiet segwita l-formola eżekuttiva, l-eżekuzzjoni forzata tal-persuna kkonċernata ssir skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, u, skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 299 TFUE, l-istħarriġ tar-regolarità tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Kemm mill-kliem kif ukoll mill-istruttura tal-Artikolu 299 TFUE jirriżulta li dan ma jinkludi ebda dispożizzjoni espressa li tiddetermina, fid-dritt nazzjonali, l-għażla tal-organu ġudizzjarju li għandu l-ġurisdizzjoni jisma’ kawżi marbuta mal-eżekuzzjoni forzata ta’ atti tal-Kummissjoni li jinkludu obbligu pekunjarju u li jikkostitwixxu titolu eżekuttiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull wieħed mill-Istati Membri, skont il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali ta’ dawn tal-aħħar, li għandu jipproċedi b’tali determinazzjoni u li għandu jirregola l-modalitajiet proċedurali tar-rikorsi intiżi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet li l-individwi jgawdu bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni u l-effikaċja tad-dritt tal-Unjoni u dan huwa partikolarment il-każ jekk din l-applikazzjoni tirrendi prattikament impossibbli l-irkupru tal-fondi mogħtija irregolarment. L-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali għandha ssir ukoll b’mod nondiskriminatorju meta mqabbla mal-proċeduri intizi sabiex jiġu deċiżi kwistjonijiet nazzjonali tal-istess tip u l-qrati nazzjonali għandhom jipproċedu, f’dan ir-rigward, bl-istess diliġenza u skont modalitajiet li ma jirrendux iktar diffiċli l-irkupru tas-somom inkwistjoni meta mqabbla ma’ każijiet paragunabbli li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali korrispondenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080313">13 ta’ Marzu 2008</DATE>, <NAME.CASE>Vereniging Nationaal Overlegorgaan Sociale Werkvoorziening <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/06 sa C‑385/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:165">EU:C:2008:165</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-Kummissjoni ssostni li d-dritt tal-Unjoni jimponi li l-qrati tal-istess ordinament ġuridiku għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni jisimgħu kemm kawżi dwar l-irkupru ta’ għajnuna mħallsa indebitament minn riżorsi nazzjonali kif ukoll dawk relatati mal-irkupru ta’ għajnuna mħallsa indebitament minn riżorsi tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punt 16 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-kawżi relatati mal-eżekuzzjoni forzata tal-atti ta’ awtorità pubblika nazzjonali u dawk relatati mal-eżekuzzjoni forzata ta’ att ta’ istituzzjoni tal-Unjoni, imsemmija fl-Artikolu 299 TFUE għandhom jirċievu trattament ugwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, minn naħa, għandhom jiġu identifikati l-proċeduri jew il-kawżi paragunabbli u, min-naħa l-oħra għandu jiġi ddeterminat jekk il-kawżi relatati mal-eżekuzzjoni forzata ta’ att imsemmija fl-Artikolu 299 TFUE humiex ittrattati b’mod inqas favorevoli meta mqabbla mal-kawżi paragunabbli, relatati mal-eżekuzzjoni forzata ta’ att ta’ awtorità pubblika nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-paragunabbiltà tal-kawżi, hija l-qorti nazzjonali, li għandha għarfien dirett tal-modalitajiet proċedurali applikabbli, li għandha tivverifika x-xebh tal-kawżi kkonċernati mill-perspettiva tas-suġġett tagħhom, tal-iskop tagħhom u tal-elementi essenzjali tagħhom (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Agrokonsulting</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑93/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:432">EU:C:2013:432</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tat-trattament simili tal-kawżi, għandu jitfakkar li f’kull każ fejn tqum il-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali dwar il-kawżi bbażati fuq id-dritt tal-Unjoni hijiex inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw kawżi simili ta’ natura interna li dan għandu jiġi analizzat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura kollha, l-iżvolġiment tagħha u l-karatteristiċi partikolari tagħha quddiem il-varji istanzi nazzjonali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19981201">1 ta’ Diċembru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Levez</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑326/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:577">EU:C:1998:577</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-gurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għalhekk, il-qorti nazzjonali għandha teżamina jekk ir-regoli tal-proċedura applikabbli għar-rikorsi relatati mal-eżekuzzjoni forzata ta’ att imsemmi fl-Artikolu 229 TFUE humiex inqas favorevoli meta mqabbla ma’ dawk applikabbli għall-kawżi relatati mal-eżekuzzjoni forzata ta’ att ta’ awtorità pubblika nazzjonali. Għaldaqstant, id-dritt tal-Unjoni jiġi miksur jekk l-applikazzjoni ta’ regoli differenti għal kwistjonjiet simili jwasslu għal trattament inqas favorevoli tal-kawżi relatati mal-eżekuzzjoni forzata ta’ att imsemmi fl-Artikolu 299 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li regola proċedurali li biha kawżi simili jiġu deċiżi minn organi ġudizzjarji nazzjonali differenti, skont jekk dawn il-kwistjonijiet ikunux ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali, ma tikkostitwixxix neċessarjament modalità proċedurali li tista’ tiġi klassifikata bħala sfavorevoli (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Baczó u Vizsnyiczai</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑567/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:88">EU:C:2015:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, f’dan il-każ, li, minn naħa, ma tressaq l-ebda lment li l-kawżi mressqa b’mod partikolari quddiem il-qrati ċivili huma inqas favorevoli għall-Kummissjoni minn dawk imressqa quddiem qrati amministrattivi, u min-naħa l-oħra, li l-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma fih l-ebda prova f’dan is-sens. Għaldaqstant, hija l-qorti nazzjonali li għandha tipproċedi b’eżami ta’ ksur eventwali, f’dan il-każ, tal-prinċipju ta’ ekwivalenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandha tingħata risposta għall-ewwel u t-tieni domandi li l-Artikolu 299 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan l-artikolu ma jiddeterminax l-għażla tal-organu ġudizzjarju nazzjonali li għandu ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ kawżi marbuta mal-eżekuzzjoni forzata ta’ atti tal-Kummissjoni li jinkludu, impożizzjoni fuq persuni minbarra l-Istati, ta’ obbligu pekunjarju li jikkostitwixxi titolu eżekuttiv, konformement mal-imsemmi artikolu, peress li din id-determinazzjoni taqa’ taħt id-dritt nazzjonali skont il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali, dment li din id-determinazzjoni ma tippreġudikax l-applikazzjoni u l-effikaċja tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina jekk l-applikazzjoni tar-regoli proċedurali nazzjonali għall-kawżi relatati mal-eżekuzzjoni forzata ta’ att imsemmija fl-Artikolu 299 TFUE ssirx b’mod nondiskriminatorju meta mqabbla mal-proċeduri intiżi għad-determinazzjoni tal-kawżi nazzjonali tal-istess tip skont modalitajiet li ma jirrendux iktar diffiċili l-irkupru ta’ somom imħallsa koperti minn dawn l-atti meta mqabbla ma’ każijiet paragunabbli li jikkonċernaw l-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali korrispondenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet u r-raba’ domandi</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet u r-raba’ domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 299 TFUE kif ukoll ir-Regolamenti Nri 2052/88, 4253/1988 u 4256/1988 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn jiddeterminaw, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-persuni li kontrihom tista’ ssir l-eżekuzzjoni forzata skont deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħlas lura ta’ somom imħallsa u li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, mill-kliem tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 299 TFUE, l-atti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-Kummissjoni jew tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponu obbligu pekunjarju fuq persuni, minbarra Stati, jikkostitwixxu titolu eżekuttiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li dawn l-atti jistgħu jkunu s-suġġett ta’ eżekuzzjoni forzata kontra l-persuni, minbarra l-Istati, previsti minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-regoli nazzjonali relatati mal-eżekuzzjoni forzata, jirriżulta wkoll mit-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 299 TFUE, li dawn ir-regoli jirregolaw il-modalitajiet tal-eżekuzzjoni forzata u mhux l-identità tal-persuna li tista’ tkun ikkonċernata minn din l-eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fl-assenza ta’ regoli tad-dritt tal-Unjoni li jispeċifikaw l-imsemmija persuni u jippermettu li jiġi determinat jekk l-eżekuzzjoni tistax issir kontra persuna oħra minbarra d-destinatarju tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jistabbilixxi l-persuni li kontrihom tista’ ssir l-eżekuzzjoni forzata, bil-kundizzjoni madankollu li r-regoli nazzjonali ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt intern (prinċipju ta’ ekwivalenza) u li ma jirrendux impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju ta’ drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Baczó u Vizsnyiczai</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑567/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:88">EU:C:2015:88</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Huwa fuq din il-bażi li l-qorti tar-rinviju għandha, fil-każ ta’ għajbien tal-persuna msemmija minn deċiżjoni li tinvolvi obbligu pekunjarju, tiddetermina dawk il-persuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li r-regoli ta’ suċċessjoni nazzjonali rilevanti jeskludu totalment jew jirrendu eċċessivament diffiċli l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 299 TFUE fir-rigward ta’ kategorija ta’ debituri tal-Unjoni, u, fi kwalunkwe każ, jirrendu iktar diffiċili r-rimbors tad-djun tal-Unjoni minn dak tad-djun analogi tal-Istat Grieg. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, dawn ir-regoli jippermettu awtorità pubblika, li tikkontrolla kumpannija li tkun irċeviet indebitament għajnuna mill-Unjoni, li tpoġġi lil dik il-kumpannija fi stralċ u essenzjalment li tieħu l-assi kollha tagħha, inkluża din l-għajnuna, filwaqt li jkollha s-setgħa diskrezzjonali li tirrinunzja kull dejn tagħha. Għaldaqstant, fil-kawża prinċipali, il-komun ta’ Zagori wiret djun tal-komun ta’ Kentriko Zagori Ioanninon lejn l-Istat Grieg u l-korpi ta’ sigurtà soċjali, iżda mhux minn dawk lejn l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, it-tielet u r-raba’ domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju ma jirrigwardawx il-konformità, mad-dritt tal-Unjoni, tar-regoli ta’ dritt nazzjonali relatati mas-suċċessjoni ta’ impriża muniċipali stralċjata. Barra minn hekk, id-digriet tar-rinviju ma fihx kuntest legali rilevanti dwar ir-regoli ta’ suċċessjoni fid-dritt nazzjonali u għalhekk ma jippermettix lill-Qorti tal-Ġustizzja li tassisti lill-qorti tar-rinviju fir-riżoluzzjoni tal-kawża konkreta pendenti quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandha tingħata risposta għat-tielet u r-raba’ domandi li l-Artikolu 299 TFUE u r-Regolamenti Nri 2052/1988, 4253/1988 u 4256/1988 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jiddeterminawx, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-persuni li kontrihom tista’ ssir l-eżekuzzjoni forzata skont deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħlas lura ta’ somom imħallsa u li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv. Huwa d-dritt nazzjonali li għandu jiddetermina dawn il-persuni, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 299 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan l-artikolu ma jiddeterminax l-għażla tal-organu ġudizzjarju nazzjonali li għandu l-ġurisdizzjoni jisma’ kawżi marbuta mal-eżekuzzjoni forzata ta’ atti tal-Kummissjoni Ewropea li jinkludu, l-impożizzjoni fuq persuni minbarra l-Istati, ta’ obbligu pekunjarju li jikkostitwixxi titolu eżekuttiv, konformement mal-imsemmi artikolu, peress li din id-determinazzjoni taqa’ taħt id-dritt nazzjonali skont il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali, dment li din id-determinazzjoni ma tippreġudikax l-applikazzjoni u l-effikaċja tad-dritt tal-Unjoni.</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina, jekk l-applikazzjoni tar-regoli proċedurali nazzjonali għall-kawżi relatati mal-eżekuzzjoni forzata ta’ att imsemmi fl-Artikolu 299 TFUE ssirx b’mod nondiskriminatorju meta mqabbla mal-proċeduri intiżi għad-determinazzjoni tal-kawżi nazzjonali tal-istess tip skont modalitajiet li ma jirrendux iktar diffiċili l-irkupru ta’ somom imħallsa koperti minn dawn l-atti meta mqabbla ma’ każijiet paragunabbli li jikkonċernaw l-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali korrispondenti.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 299 TFUE kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KEE)Nru 2052/88, tal-<DATE ISO="19880624">24 ta’ Ġunju 1988</DATE>, dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-fondi strutturali differenti, minn naħa waħda, bejniethom u mal-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u strumenti finanzjarji eżistenti oħrajn, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 tad-<DATE ISO="19981219">19 ta’ Diċembru 1998</DATE>, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi implementat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/88 fir-rigward tal-koordinament bejn l-attivitajiet tal-fondi strutturali differenti, minn naħa, u bejn dawn u dawk tal-Bank Ewropew għall-Investiment u strumenti finanzjarji oħrajn, min-naħa l-oħra, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4256/88, tad-<DATE ISO="19881219">19 ta’ Diċembru 1988</DATE>, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi implementat ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Gwida<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jiddeterminawx, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-persuni li kontrihom tista’ ssir l-eżekuzzjoni forzata skont deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħlas lura ta’ somom imħallsa u li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv. Huwa d-dritt nazzjonali li għandu jiddetermina dawn il-persuni, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>