European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/220

8.1.2026

Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(C/2026/220)

Skont l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

Fil-paġna 347, tiddaħħal in-nota ta’ spjegazzjoni li ġejja:

“8504 40 84

Invertituri b’funzjonalità ta’ traċċar tal-punt ta’ potenza massima

Din is-subintestatura tinkludi l-invertituri użati fl-installazzjonijiet fotovoltajċi solari għall-ottimizzazzjoni tal-potenza tal-output meta jkun qed jiġi kkonvertit il-kurrent dirett (DC, direct current) iġġenerat mill-moduli fotovoltajċi solari f’kurrent alternat (AC, alternating current) għall-użu dirett jew għall-input fil-grilja elettrika. Dan l-output ta’ potenza ottimali għal kundizzjonijiet speċifiċi tad-dawl tax-xemx u ambjentali jissejjaħ il-punt ta’ potenza massima (MPP, maximum power point), u t-traċċar tal-punt ta’ potenza massima (MPPT, maximum power point tracking) huwa l-proċess ta’ aġġustament tal-karatteristiċi tat-tagħbija meta jinbiddlu dawn il-kundizzjonijiet.

Din il-funzjonalità tippermetti li l-moduli fotovoltajċi joperaw kontinwament fil-punt ta’ potenza ottimali tagħhom, u l-preżenza ta’ din il-funzjonalità tiddistingwi dawn l-invertituri minn tipi oħra. L-invertituri fotovoltajċi jikkonformaw mal-istandards CEN/IEC 62109 għas-sikurezza tat-tagħmir għall-konverżjoni tal-enerġija użat fis-sistemi fotovoltajċi.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).

(2)   ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/220/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)