European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1394

10.7.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/1394

tat-8 ta’ Lulju 2025

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/2/2025)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1869 tas-16 ta’ Ottubru 2017 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

(2)

Fid-19 ta’ Lulju 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1294 (2), li taħtar lis-Sur Anders WIBERG bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUAM Iraq mis-16 ta’ Awwissu 2022 sat-30 ta’ April 2024.

(3)

Fid-29 ta’ April 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1247 (3) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 u li testendi l-mandat ta’ EUAM Iraq sat-30 ta’ April 2026.

(4)

Fit-30 ta’ April 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1308 (4), li testendi l-mandat tas-Sur Anders WIBERG bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUAM Iraq mill-1 ta’ Mejju 2024 sat-30 ta’ April 2025.

(5)

Fit-8 ta’ April 2025, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/707 (5), li testendi l-mandat tas-Sur Anders WIBERG bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUAM Iraq mill-1 ta’ Mejju 2025 sal-15 ta’ Awwissu 2025.

(6)

Fil-25 ta’ Ġunju 2025, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Ralf SCHRÖDER bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUAM Iraq mis-16 ta’ Awwissu 2025 sat-30 ta’ April 2026.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tas-Sur Ralf SCHRÖDER bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUAM Iraq mis-16 ta’ Awwissu 2025 sat-30 ta’ April 2026,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Ralf SCHRÖDER huwa maħtur bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) mis-16 ta’ Awwissu 2025 sat-30 ta’ April 2026.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mis-16 ta’ Awwissu 2025.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 266, 17.10.2017, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1869/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/1294 tad-19 ta’ Lulju 2022 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/1/2022) (ĠU L 196, 25.7.2022, p. 123, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1294/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1247 tad-29 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L, 2024/1247, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1247/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/1308 tat-30 ta’ April 2024 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/1/2024) (ĠU L, 2024/1308, 13.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1308/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2025/707 tat-8 ta’ April 2025 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/1/2025) (ĠU L, 2025/707, 11.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/707/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1394/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)