SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla)
12 ta’ Mejju 2021 ( *1 )
“Appell – Servizz pubbliku – Ex membru tal-persunal bil-kuntratt – Sigurtà soċjali – Skema ta’ Assigurazzjoni għall-Mard Komuni għall-Istituzzjonijiet tal‑Komunitajiet Ewropej (SAMK) – Artikolu 95 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (KAO) – Żamma ta’ affiljazzjoni wara l-irtirar – Kundizzjoni li wieħed ikun ilu impjegat għal iktar minn tliet snin – Talba għall-affiljazzjoni mas-SAMK wara trasferiment tad‑drittijiet għall-pensjoni – Assimilazzjoni tas-snin ta’ servizz pensjonabbli akkreditati għal snin ta’ servizz – Ċaħda tat-talba – Rikors għal annullament – Att li jikkawża preġudizzju – Digriet tal-Qorti Ġenerali li jikkonstata l‑inammissibbiltà tar-rikors – Annullament”
Fil-Kawża C‑202/20 P,
li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal‑Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fit-12 ta’ Mejju 2020,
Claudio Necci, residenti fi Brussell (il-Belġju), inizjalment irrappreżentat minn S. Orlandi u T. Martin, avukati, sussegwentement minn S. Orlandi, avukat,
appellant,
il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn B. Mongin u T. S. Bohr, bħala aġenti,
konvenuta fl-ewwel istanza,
Il-Parlament Ewropew, irrappreżentat minn J. Van Pottelberge u I. Terwinghe, bħala aġenti,
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat minn M. Bauer u M. Alver, bħala aġenti,
intervenjenti fl-ewwel istanza,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),
komposta minn N. Wahl, President tal-Awla, F. Biltgen (Relatur) u L. S. Rossi, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Bobek,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
Permezz tal-appell tiegħu, l-appellant jitlob l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Marzu 2020, Necci vs Il‑Kummissjoni (T‑129/19, mhux ippubblikat, iktar ’il quddiem id-“digriet appellat”, EU:T:2020:131), li permezz tiegħu din ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tiegħu għal annullament skont l-Artikolu 270 TFUE kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2018, li tiċħad impliċitament it-talba tiegħu għall-affiljazzjoni mal-Iskema ta’ Assigurazzjoni għall-Mard Komuni għall-Istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej (SAMK) imressqa fit-18 ta’ Diċembru 2017 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kontenzjuża”). |
Il-kuntest ġuridiku
Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea
|
2 |
L-Artikolu 72(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), kif emendati bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1080/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU 2010, L 311, p. 1), jipprevedi, essenzjalment, li l-uffiċjal, il-konjuġi tiegħu, meta dan ma jkunx jista’ jibbenefika minn benefiċċji tal-istess natura u tal-istess livell skont kull dispożizzjoni legali jew regolamentari oħra, it-tfal tiegħu u l-persuni dipendenti l-oħra huma koperti mir-riskji ta’ mard mis-SAMK. Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(2) tar-Regolamenti tal-Persunal: “Uffiċjal li baqa’ fis-servizz tal-Unjoni sa l-età ta’ 63 sena jew li jirċievi benefiċċju ta’ l-invalidità, għandu jkun intitolat għall-benefiċċji pprovduti fil-paragrafu 1 wara li jitlaq mis-servizz. L-ammont tal-kontribuzzjoni għandu jinħadem b’riferenza għall-ammont tal-pensjoni jew tal-benefiċċju.” |
|
3 |
L-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1080/2010, jinsab taħt it-Titolu VII tagħhom, intitolat “Appelli”, u huwa fformulat kif ġej: “1. Kull persuna li għaliha japplikaw dawn ir-Regolament tal-Persunal tista’ tibgħat talba lill-awtorità tal-ħatra biex tieħu deċiżjoni dwaru. L-awtorità għandha tavża l-persuna kkonċernata bid-deċiżjoni rraġunata tagħha fi żmien erbgħa xhur mid-data ta’ meta ssir it-talba. Jekk fl-aħħar ta’ dak il-perjodu, ma tasal l-ebda tweġiba għat-talba, din titqies li tikkostitwixxi deċiżjoni taċita li ma kenitx aċċettata, li kontriha ilment jista’ jsir skond il-paragrafu li ġej. 2. Kull persuna li japplikaw għaliha dawn ir-Regolamenti tal-Persunal tista’ tibgħat ilment lill-awtorità tal-ħatra kontra att li taffettwah ħażin, kemm jekk l-imsemmi awtorità ħadet deċiżjoni, jew fejn naqset li tadotta miżura preskritta mir-Regolamenti tal-Persunal. L-ilment għandu jkun ippreżentat fi żmien tliet xhur. […] […]” |
|
4 |
L-Artikolu 11 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 130), kien jipprovdi, fil-paragrafu 2 tiegħu: “Uffiċjal li jidħol fis-servizz tal-Komunitajiet wara:
jew
għandu jkun intitolat, wara li jkun stabbilit iżda qabel ma jsir eliġibbli għall-pagament ta’ pensjoni ta’ l-irtirar fis-sens ta’ l-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal, li ħallas lill-Komunitajiet il-valur kapitali, aġġornat sad-data tat-trasferimenti attwali, tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati bis-saħħa tat-tali servizzi jew attivitajiet. Fit-tali każ l-istituzzjoni li l-uffiċjal iservi fiha, wara li tikkunsidra s-salarju bażiku ta’ l-uffiċjal, l-età, u r-rata tal-kambju fid-data ta’ l-applikazzjoni tat-trasferiment, għandha tistabbilixxi permezz tad-disposizzjonijiet ġenerali ta’ l-implimentazzjoni n-numru ta’ snin tas-servizz pensjonabbli li bih huwa jkun ikkreditat taħt l-iskema tal-pensjoni tal-[Unjoni] dwar il-perjodu ta’ qabel tas-servizz, fuq il-bażi tal-kapital ittrasferit, wara li jitnaqqas ammont li jirrappreżenta l-apprezzament tal-kapital bejn id-data ta’ l-applikazzjoni għat-trasferiment u d-data attwali tat-trasferiment. […]” |
Il-kondizzjonijiet tal-impjieg ta ’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea
|
5 |
L-Artikolu 95 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, kif emendati bir-Regolament Nru 1080/2010 (iktar ’il quddiem il-“KAO”), jipprovdi: “[…] [L]-Artikolu 72(2) u (2a) tar-Regolamenti tal-Persunal m’għandhomx japplikaw għal membru tal-persunal bil-kuntratt, li baqa’ fis-servizz tal-Komunità sa l-età ta’ 63 sena, sakemm ma kienx impjegat għal aktar minn tliet snin bħala membru tat-tali persunal.” |
Il-fatti li wasslu għall-kawża
|
6 |
Il-Qorti Ġenerali ġabret fil-qosor il-fatti li wasslu għall-kawża fil-punti segwenti tad-digriet appellat:
[…]
|
Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digriet appellat
|
7 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-25 ta’ Frar 2019, l-appellant ippreżenta azzjoni intiża għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża. Dan ir-rikors kien ibbażat fuq żewġ motivi bbażati, l-ewwel wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 95 tal-KAO u, it-tieni wieħed, invokat sussidjarjament, fuq l-illegalità ta’ din id-dispożizzjoni fid-dawl tal-Artikolu 45 TFUE. |
|
8 |
Fid-difiża tagħha, il-Kummissjoni sostniet li r-rikors kien inammissibbli peress li kien ippreċedut minn ilment li kien ukoll inammissibbli. Fil-fehma tagħha, l-ilment kien inammissibbli peress li kellu jitressaq kontra d-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi d-drittijiet għall-pensjoni tal-appellant u li fiha ġie indikat li ma kienx ser ikun affiljat mas-SAMK (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2011”). Dik l-istituzzjoni, sussidjarjament, talbet li l-motivi mressqa mill-appellant jiġu miċħuda. |
|
9 |
Permezz tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors bħala inammissibbli. Hija qieset l-ewwel nett li d-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2011 kienet att li jikkawża preġudizzju li sar definittiv fl-assenza ta’ lment min-naħa tar-rikorrent. Filwaqt li fakkret li membru tal-persunal temporanju li naqas milli jippreżenta rikors kontra att li jikkawżalu preġudizzju ma jistax, permezz ta’ talba sussegwenti, jirrimedja din l-ommissjoni sakemm fatt ġdid u sostanzjali ma jkunx ta’ natura li jimmotiva l-eżami mill-ġdid tas-sitwazzjoni tiegħu, il-Qorti Ġenerali qieset li t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tal-appellant ma kienx jikkostitwixxi tali fatt, b’mod partikolari peress li dan it-trasferiment ma kienx ibiddel is-sitwazzjoni tal-appellant fir-rigward tal-affiljazzjoni tiegħu mas-SAMK. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-appellant ma setax, permezz tat-talba tiegħu għall-affiljazzjoni mas-SAMK tas-17 ta’ Diċembru 2017, joħloq mill-ġdid għall-benefiċċju tiegħu dritt ta’ azzjoni kontra d-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2011. |
It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
|
10 |
Permezz tal-appell tiegħu, l-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
|
11 |
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
Fuq l-appell
|
12 |
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji bbażati, l-ewwel wieħed, fuq żnaturament tas-suġġett tat-tilwima, it-tieni wieħed, fuq ksur tad-dritt għal rimedju effettiv u, it-tielet wieħed, fuq ksur tal-prinċipju ta’ uniċità tal-leġiżlazzjoni applikabbli. |
Fuq l-ewwel aggravju
L-argumenti tal-partijiet
|
13 |
Permezz tal-ewwel aggravju tiegħu, l-appellant jinvoka żnaturament tas-suġġett tat-tilwima, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 45 tad-digriet appellat, li l-att li jikkawżalu preġudizzju kien id-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2011. L-appellant isostni li huwa ma jikkontestax din id-deċiżjoni u li ma kellux interess ġuridiku fir-rigward tagħha, sa fejn il-Kummissjoni kienet korretta meta kkonstatat li, skont l-Artikolu 95 tal-KAO, huwa ma setax jibqa’ affiljat mas-SAMK b’effett minn meta rtira, peress li kien eżerċita l-funzjonijiet tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt għal inqas minn tliet snin. Min-naħa l-oħra, ir-rikors għal annullament tiegħu kien jirrigwarda d-deċiżjoni kontenzjuża, li permezz tagħha l-Kummissjoni rrifjutat li taffiljah mas-SAMK b’effett mid-19 ta’ Settembru 2017 minħabba li d-drittijiet għall-pensjoni Taljani ttrasferiti lis-SPUE ma setgħux jiġu assimilati għal snin ta’ servizz, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni. |
|
14 |
Skont l-appellant, id-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2011 u d-deċiżjoni kontenzjuża huma bbażati fuq motivi differenti u għalhekk ma għandhomx l-istess suġġett, billi l-ewwel waħda hija bbażata fuq il-konstatazzjoni li l-appellant ma kienx impjegat għal iktar minn tliet snin mal-Unjoni u t-tieni waħda timmaterjalizza r-rifjut tal-amministrazzjoni li tassimila s-snin ta’ servizz akkreditati għal snin ta’ servizz, fis-sens tal-Artikolu 95 tal-KAO. |
|
15 |
L-appellant jindika li, ċertament, fit-18 ta’ Lulju 2011 huwa ġie avżat bil-fatt li l-Kummissjoni interpretat l-Artikolu 95 tal-KAO bħala li jeskludi s-snin ta’ servizz pensjonabbli li ġew akkreditati abbażi ta’ eventwali trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni. Madankollu, din it-twissija turi biss l-intenzjoni futura tal-amministrazzjoni li ma teżaminax mill-ġdid l-affiljazzjoni tal-appellant mas-SAMK f’każ ta’ trasferiment tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni. L-imsemmija twissija ma tistax titqies li tikkawża preġudizzju lill-appellant peress li ma taffettwax direttament u immedjatament l-interessi tiegħu fil-mument tal-irtirar tiegħu billi tbiddel b’mod sinjifikattiv is-sitwazzjoni legali tiegħu. |
|
16 |
L-appellant iżid li l-kunsiderazzjonijiet espressi mill-Qorti Ġenerali fil-punti 46 u 52 tad-digriet appellat f’dak li jirrigwarda l-fatt li huwa ta l-kunsens tiegħu b’għarfien sħiħ tal-fatti għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu ma jaffettwawx l-ammissibbiltà tar-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni kontenzjuża. Huwa jikkunsidra fil-fatt li huwa ma setax jikkontesta r-rifjut tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni s-snin ta’ servizz pensjonabbli akkreditati sakemm dan it-trasferiment kien għadu ma sarx. |
|
17 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-eżistenza tal-iżnaturament allegat u titlob li dan l-aggravju jiġi miċħud. Filwaqt li tirreferi għall-punt 51 tad-digriet appellat, dik l-istituzzjoni ssostni li t-trasferiment effettiv tad-drittijiet għall-pensjoni Taljani ma setax jaffettwa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 95 tal-KAO, peress li dan it-trasferiment ma biddilx in-numru ta’ snin li matulhom l-appellant kien impjegat mal-Unjoni bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, ma hemm l-ebda rabta bejn din u l-Artikolu 11 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 723/2004, li jippermetti li jiżdied in-numru ta’ snin ta’ servizz pensjonabbli permezz tat-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet imħallsa taħt l-iskema nazzjonali. Għaldaqstant, l-appellant iħallat, b’mod żbaljat, is-snin ta’ impjieg effettiv fis-servizz tal-Unjoni man-numru ta’ snin ta’ servizz pensjonabbli mogħtija minħabba l-imsemmi trasferiment. |
|
18 |
Skont il-Kummissjoni, id-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2011 u d-deċiżjoni kontenzjuża kellhom suġġett differenti, kif l-appellant innifsu jirrikonoxxi. Peress li din id-deċiżjoni tal-aħħar tirrigwarda n-numru ta’ snin ta’ servizz pensjonabbli ttrasferiti, hija ma tistax tikkostitwixxi fatt ġdid għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-numru ta’ snin ta’ impjieg, fis-sens tal-Artikolu 95 tal-KAO, iddeterminat b’mod definittiv bid-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2011. Peress li s-snin ta’ servizz pensjonabbli ttrasferiti ma jistgħux jimmodifikaw in-numru ta’ snin ta’ servizz fi ħdan l-Unjoni, huma ma jistgħux jibdlu b’mod sostanzjali s-sitwazzjoni tal-appellant meta mqabbla ma’ dik li tat lok għal din id-deċiżjoni. |
|
19 |
Id-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2011 ma tikkostitwixxix “twissija”, kif isostni l-appellant, u lanqas ma tindika li d-deċiżjoni dwar l-irtirar tal-kopertura tal-assigurazzjoni għall-mard tas-SAMK kienet biss provviżorja. Għall-kuntrarju, hija kkonstatat li l-appellant ma jibbenefikax minn din il-kopertura matul l-irtirar tiegħu u ġiet applikata immedjatament. |
L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
20 |
Permezz tal-ewwel aggravju tiegħu, l-appellant isostni, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali żnaturat is-suġġett tat-tilwima meta qieset, fid-digriet appellat, li d-deċiżjoni kontenzjuża kienet purament konfermattiva tal-att li jikkawżalu preġudizzju, jiġifieri d-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2011, mingħajr ma kien hemm ebda fatt ġdid u sostanzjali ta’ natura li jiġġustifika eżami mill-ġdid tagħha, meta dawn id-deċiżjonijiet kienu bbażati fuq motivi differenti u għalhekk ma kellhomx l-istess suġġett. |
|
21 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li att huwa purament konfermattiv ta’ att preċedenti meta ma jkun fih ebda element ġdid b’paragun ma’ dan tal-aħħar. Fir-rigward ta’ talba intiża għall-eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni preċedenti li saret definittiva, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li hija biss l-eżistenza ta’ fatti ġodda sostanzjali li tista’ tiġġustifika t-tressiq ta’ tali talba (sentenza tal-15 ta’ Novembru 2018, L‑Estonja vs Il‑Kummissjoni, C‑334/17 P, mhux ippubblikata, EU:C:2018:914, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
22 |
Issa, f’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, kif tammetti l-Kummissjoni stess, id-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2011 u d-deċiżjoni kontenzjuża għandhom suġġetti differenti. Konsegwentement, it-tieni waħda ma tistax titqies li hija purament konfermattiva tal-ewwel waħda. |
|
23 |
Fil-fatt, minn naħa, permezz tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2011, l-affiljazzjoni tal-appellant mas-SAMK ġiet itterminata b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, data li fiha huwa rtira, skont l-Artikolu 95 tal-KAO, li jipprovdi li tali affiljazzjoni ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt wara t-tmiem tal-funzjonijiet tiegħu hija suġġetta għat-twettiq ta’ perijodu ta’ impjieg ta’ dan tal-aħħar fis-servizz tal-Unjoni ta’ iktar minn tliet snin. Min-naħa l-oħra, permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, it-talba tal-appellant li jkun affiljat mas-SAMK b’effett mid-19 ta’ Settembru 2017, wara t-trasferiment tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni Taljani, ġiet miċħuda, peress li s-snin ta’ servizz pensjonabbli akkreditati ma jistgħux jiġu assimilati ma’ snin ta’ servizz, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni. |
|
24 |
Minn dan isegwi li t-talba għall-affiljazzjoni mas-SAMK ibbażata fuq it-trasferiment tal-imsemmija drittijiet għall-pensjoni tikkostitwixxi element ġdid, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 21 ta’ din is-sentenza, fir-rigward tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2011. |
|
25 |
F’dan ir-rigward, ma jistax jitqies li din id-deċiżjoni kellha bħala suġġett ir-rifjut li s-snin ta’ servizz pensjonabbli akkreditati tal-appellant jiġu assimilati għal snin ta’ servizz għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 95 tal-KAO. Fil-fatt, mhux biss l-appellant ma kienx ressaq talba f’dan is-sens qabel l-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni, iżda wkoll huwa ma kienx f’pożizzjoni li jagħmel dan, sa fejn, minkejja li kien talab it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni Taljani matul is-sena 2010, kien biss matul is-sena 2017 li dan it-trasferiment seħħ. |
|
26 |
Għalhekk, tali rifjut kien jirrigwarda sitwazzjoni futura u ipotetika, b’mod li l-appellant ma setax jippreżenta rikors kontra dan ir-rifjut, minħabba nuqqas ta’ interess ġuridiku, liema interess kellu jkun stabbilit u attwali fl-istadju tal-preżentata tar-rikors (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-23 ta’ Novembru 2017, Bionorica u Diapharm vs Il‑Kummissjoni, C‑596/15 P u C‑597/15 P, EU:C:2017:886, punti 83 u 84 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
27 |
Barra minn hekk, il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tinsab fil-punt 51 tad-digriet appellat, li t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni Taljani tal-appellant lis-SPUE ma kienx jibdel is-sitwazzjoni legali tiegħu fir-rigward tal-affiljazzjoni tiegħu mas-SAMK, kif ukoll l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li l-appellant ħallat, b’mod żbaljat, is-snin ta’ impjieg effettiv fis-servizz tal-Unjoni man-numru ta’ snin ta’ servizz pensjonabbli mogħtija minħabba dan it-trasferiment, ma humiex ta’ natura li jikkompromettu s-suġġett tad-deċiżjoni kontenzjuża, iżda għandhom rabta mal-fondatezza tagħha. |
|
28 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, billi qieset li l-att li jikkawża preġudizzju lill-appellant kien id-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2011 u li r-rikors tiegħu għal annullament kontra d-deċiżjoni kontenzjuża kien inammissibbli f’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali żnaturat, fid-digriet appellat, is-suġġett ta’ dan ir-rikors. |
|
29 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li l-ewwel aggravju jintlaqa’ u, għaldaqstant, li d-digriet appellat jiġi annullat, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati t-tieni u t-tielet aggravju. |
Fuq il-konsegwenzi tal-annullament tad-digriet appellat
|
30 |
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, din il-qorti tista’, f’każ ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali jew tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha, jew hija stess tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża. |
|
31 |
F’dan il-każ, peress li l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrent bħala inammissibbli u, konsegwentement, ma eżaminatx il-motivi invokati minn dan tal-aħħar insostenn tar-rikors tiegħu, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża. Għaldaqstant, il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Fuq l-ispejjeż
|
32 |
Peress li l-kawża qiegħda tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, hemm lok li l-ispejjeż jiġu rriżervati. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.