|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1184 |
18.4.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1184
tas-17 ta’ April 2024
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (highly pathogenic avian influenza, HPAI) hija marda virali infettiva tal-għasafar li jista’ jkollha impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, u dawn imbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjoni tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi toħloq theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-azjendi li jżommu l-pollam jew l-għasafar fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jixtered f’azjendi oħra li jżommu l-pollam jew l-għasafar fil-magħluq. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inklużi l-miżuri għall-kontroll tal-mard għall-HPAI. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 (3) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni marbuta ma’ tifqigħat tal-HPAI. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti l-oħra stabbiliti mill-Istati Membri wara tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħra fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1066 (4) wara t-tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fil-Bulgarija li kien jeħtieġ jiġu riflessi f’dak l-Anness. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1066, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ġodda tal-HPAI fi stabbilimenti li kienu jżommu il-pollam, li jinsabu fir-reġjuni ta’ Haskovo u Kardzhali fil-Bulgarija. |
|
(7) |
L-awtorità kompetenti tal-Bulgarija ħadet il-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fosthom l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar it-tifqigħat. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li ħadet il-Bulgarija b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Bulgarija jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbilimenti fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(9) |
Biex ikun evitat kwalunkwe tfixkil għall-kummerċ bla bżonn fl-Unjoni u tkun evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ issir deskrizzjoni mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Bulgarija, taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(10) |
Għaldaqstant jenħtieġ li jiġu emendati ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Bulgarija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447. |
|
(11) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jitqiesu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif xieraq mill-Bulgarija, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u d-durata tal-miżuri applikabbli fihom. |
|
(12) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tiġi emendata skont dan. |
|
(13) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 permezz ta’ din id-Deċiżjoni, isiru effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ April 2024.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1066 tal-5 ta’ April 2024 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2024/1066, 10.04.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1066/oj ).
ANNESS
Parti A
Żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:
Stat Membru: Il-Bulgarija
|
ADIS reference number of the outbreak |
Area comprising: |
Date until applicable in accordance with Article 39 of Delegated Regulation (EU) 2020/687 |
||||||||
|
Haskovo Region |
||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00010 BG-HPAI(P)-2024-00011 |
The following villages in Haskovo municipality:
|
15.5.2024 |
||||||||
|
Kardzhali Region |
||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00012 |
The following villages in Krumovgrad municipality:
|
5.5.2024 |
||||||||
|
Pazardzhik Region |
||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00008 |
The following village in Septemvri municipality:
The following village in Belovo municipality:
|
16.4.2024 |
||||||||
|
Plovdiv Region |
||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00009 |
The following village in Rodopi municipality:
The following village in Stamboliyski municipality:
|
28.4.2024 |
||||||||
Parti B
Żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:
Stat Membru: Il-Bulgarija
|
ADIS reference number of the outbreak |
Area comprising: |
Date until applicable in accordance with Article 55 of Delegated Regulation (EU) 2020/687 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Haskovo Region |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00010 BG-HPAI(P)-2024-00011 |
The following villages in Haskovo municipality:
|
16.5.2024 – 24.5.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following villages in Haskovo municipality:
|
24.5.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following village in Dimitrovgrad municipality:
|
24.5.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00012 |
The following village in Ivaylovgrad municipality:
|
14.5.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kardzhali Region |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00012 |
The following villages in Krumovgrad municipality:
|
6.5.2024 – 14.5.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following villages in Krumovgrad municipality:
|
14.5.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Pazardzhik Region |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00008 |
The following village in Septemvri municipality:
The following village in Belovo municipality:
|
17.4.2024 – 25.4.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following villages in Septemvri municipality:
|
25.4.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following villages in Belovo municipality:
|
25.4.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following villages in Lesichovo municipality:
|
25.4.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00009 |
The following villages in Pazardzhik municipality:
|
7.5.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Plovdiv Region |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00009 |
The following village in Rodopi municipality:
The following village in Stamboliyski municipality:
|
29.4.2024 – 7.5.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
The following villages in Maritsa municipality:
The following villages in Rodopi municipality:
The following villages in Stamboliyski municipality:
|
7.5.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: L-Iżvezja
|
ADIS reference number of the outbreak |
Area comprising: |
Date until applicable in accordance with Article 55 of Delegated Regulation (EU) 2020/687 |
|
SE-HPAI(P)-2024-00003 |
The area of the parts of the municipality of Svedala extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of 10 kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 55.598688 and E 13.267466. |
18.4.2024 |
|
Those parts of the municipality of Svedala contained within a circle of a radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 55.598688 and E 13.267466. |
10.4.2024 – 18.4.2024 |
Parti C
Żoni ristretti ulterjuri fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:
Stat Membru: L-ebda
|
Area comprising: |
Date until measures are to remain applicable in accordance with Article 3a |
|
|
|
|
* |
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023, ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istat Membru jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1184/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)