Official Journal L 005 , 09/01/1993 P. 0007 - 0007
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 25/93 tat-8 ta' Jannar 1993 dwar il-ħruġ ta' dokumenti għall-importazzjoni ta' tonn priżervat u bonito ta' ċerti speċi minn ċerti pajjiżi terzi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakoltura [1], Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3900/92 [2] li jfassal regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3759/92 bħala l-arranġamenti għall-importazzjoni fil-Komunità ta' tonn priżervat, bonito u sardin ta' ċerti speċi minn ċerti pajjiżi terzi, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu, Fil-waqt li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament imsemmi iżjed ’il fuq jalloka 11115 tunnellata mill-74100 tunnellata disponibbli lill-importaturi ġodda; l-Artikolu 4(2) ta' dak ir-Regolament jipprovdi li jekk il-kwantità li għaliha nħarġu dokumenti għall-importazzjoni tkun taqbeż il-kwantità disponibbli l-Kummissjoni trid tiffissa figura perċentwali waħda li trid tiġi applikata fuq il-kwantità mitluba biex tnaqqas l-importazzjoni; Billi fl-4 u fil-5 ta' Jannar 1993, il-kwantità mitluba minn importaturi ġodda qabżet il-kwantità disponnibli; għalhekk il-limitu li għalih jistgħu jinħarġu dokumenti għall-importazzjoni Jrid jiġi determinat; Billi l-kwantità li għaliha nħarġu dokumenti għall-importazzjoni laħqet l-ammont ta' 11115 tunnellata; għalhekk il-ħruġ ta' dawn id-dokumenti lill-importaturi ġodda għandu jiġi sospiż, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Id-dokumenti għall-importazzjoni ta' tonn priżervat tat-tip Thunnus, skipjack jew stripe-bellied bonito (Euthynnus pelamis) u speċi oħra mir-razza Euthynnus li jaqgħu taħt il-kodiċi NM eż 16041411, eż 16041419 u eż 16042070 , minn pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3900/92, applikati taħt l-Artikolu 3(1)(b) ta' dak ir-Regolament fl-4 u fil-5 ta' Jannar 1993 u mressqa lill-KUmmissjoni fis-6 ta' Jannar 1993, għandhom jinħarġu sa’ 3,61 % tal-kwantità mitluba. Il-ħruġ ta' dokumenti għall-importazzjoni tal-prodotti msejħa fl-ewwel sottoparagrafu hu għalhekk sospiż għall-applikazzjonijiet taħt l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 3900/92 li saru wara s-6 ta' Jannar 1993. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 Jannar 1993. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Jannar 1993. Għall-Kummissjoni Yannis Paleokrassas Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 388, tal-31.12.1992. [2] ĠU L 392, tal-31.12.1992. --------------------------------------------------