European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2614

24.11.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2614

tat-23 ta’ Novembru 2026

li jimponi miżura ta’ salvagwardja proviżorja fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti vetturi ibridi ġodda maħsuba għat-trasport tal-persuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 7 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 113(3), it-tieni paragrafu, tiegħu

Billi:

1.   SFOND

(1)

Fit-30 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), fuq inizjattiva tagħha stess, tat bidu għal investigazzjoni ta’ salvagwardja dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ vetturi ibridi ġodda ddisinjati għat-trasport ta’ persuni (“ibridi”) skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/755 (“ir-Regolamenti Bażiċi”). Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) (“in-Notifika tal-Bidu”).

(2)

Il-bidu segwa analiżi fil-fond tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni minn sorsi pubbliċi ta’ informazzjoni dwar is-suq u mill-industrija tal-Unjoni. Fid-dawl tas-sensittività tas-settur tal-ibridi, l-importanza strateġika tiegħu għall-ekonomija tal-Unjoni f’termini ta’ innovazzjoni, elettrifikazzjoni u impjiegi, u l-eżistenza ta’ biżżejjed evidenza li turi li l-importazzjonijiet tal-ibridi jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet, f’dawn iċ-ċirkostanzi speċjali u f’konformità mar-regolamenti bażiċi, li tibda l-investigazzjoni mingħajr ma rċeviet talba bil-miktub minn Stat Membru.

(3)

L-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni indikat ukoll li l-importazzjonijiet kienu qed jidħlu fl-Unjoni b’pass dejjem aktar mgħaġġel, u bi prezzijiet ferm aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni fraġli tal-industrija tal-Unjoni, l-eżistenza ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni globali sinifikanti u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, din iż-żieda qawwija fl-importazzjonijiet wasslet lill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk jeżistux ċirkostanzi kritiċi li jeħtieġu l-introduzzjoni mingħajr dewmien ta’ miżuri proviżorji biex jiġi evitat dannu gravi li jkun diffiċli li jiġi rrimedjat.

(4)

Il-ħtieġa li tittieħed azzjoni mingħajr dewmien kienet tirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel l-analiżi tagħha fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli f’dan l-istadju. Dan ma jippreġudikax il-kunsiderazzjoni ta’ aktar informazzjoni li għandha tinkiseb matul l-investigazzjoni. B’mod partikolari, it-tweġibiet mill-produtturi, l-importaturi u n-negozjanti tal-Unjoni għall-kwestjonarju, is-sottomissjonijiet bil-miktub u kwalunkwe informazzjoni sottomessa fl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża se jiġu eżaminati kif xieraq mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni. Il-partijiet interessati se jkollhom ukoll l-opportunità li jitolbu seduti ta’ smigħ, f’konformità mat-Taqsima 3.4 tan-Notifika ta’ Bidu.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTTI SIMILI JEW F’KOMPETIZZJONI DIRETTA MIEGĦU

(5)

Il-prodott ikkonċernat kif iddefinit fin-Notifika tal-Bidu huwa ċerti vetturi ibridi ġodda, prinċipalment iddisinjati għat-trasport ta’ disa’ persuni jew inqas, inkluż is-sewwieq, kemm b’magna bil-pistuni b’kombustjoni interna kif ukoll b’mutur elettriku wieħed jew aktar, bħala muturi għall-propulsjoni, irrispettivament mill-għadd ta’ roti mdawrin, kemm jekk kapaċi kif ukoll jekk le li jiġu ċċarġjati billi jiġu pplaggjati ma’ sors estern ta’ enerġija elettrika, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8703 40 10 , ex 8703 50 00 , ex 8703 60 10 , u ex 8703 70 00 (il-kodiċijiet TARIC 8703 40 10 10, 8703 40 10 90, 8703 50 00 10, 8703 60 10 10, 8703 60 10 90, 8703 70 00 10).

(6)

Il-prodott ikkonċernat jikkonsisti minn żewġ tipi: vetturi elettriċi ibridi (HEVs) ġodda u vetturi elettriċi ibridi plug-in (PHEVs) ġodda. Il-PHEVs għandhom magna tal-kombustjoni interna bil-pistuni u mutur elettriku wieħed jew aktar li jaħdmu bil-batteriji. Il-magna tal-kombustjoni tappoġġa l-mutur elettriku, u l-batterija tiġi ċċarġjata mill-ġdid esternament, billi titqabbad mal-grilja. L-HEVs jaħdmu b’magna tal-kombustjoni interna bil-pistuni, imma għandhom ukoll mutur elettriku li jaħdem bil-batteriji li jservi biex jikkomplementa l-magna konvenzjonali. L-elettriku tagħhom jiġi ġġenerat internament bl-ibbrejkjar riġenerattiv u bil-magna tal-kombustjoni interna (5). L-HEVs jinkludu l-hekk imsejħin vetturi elettriċi ibridi ħfief (MHEVs), li huma vetturi mgħammrin b’batterija li tassisti l-magna tal-kombustjoni interna fil-propulsjoni tal-vettura biex titjieb l-ekonomija fil-fjuwil.

(7)

Il-vetturi b’sors ta’ enerġija elettrika li jintuża biss għal funzjonijiet mhux ta’ propulsjoni, il-vetturi tal-kategorija L skont ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u l-muturi huma esklużi mill-investigazzjoni.

(8)

Il-Kummissjoni ddeterminat proviżorjament li l-prodott li jiġi prodott mill-produtturi tal-Unjoni, imsejjaħ “il-prodott simili”, huwa simili u jinsab f’kompetizzjoni diretta mal-prodott ikkonċernat. Kemm il-prodott domestiku u dak importat għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi fundamentali. It-tnejn jinkorporaw magna ta’ kombustjoni interna flimkien ma’ mutur elettriku u sistema ta’ batterija. Filwaqt li l-mudelli individwali jistgħu jvarjaw f’termini ta’ prestazzjoni, tagħmir jew disinn, tali differenzi ma jbiddlux in-natura fundamentali tagħhom ta’ HEVs jew PHEVs. Kemm il-prodott domestiku kif ukoll dak importat jaqdu skopijiet identiċi, jintużaw għat-trasport ta’ persuni u għalhekk għandhom l-istess użu aħħari. Barra minn hekk, it-tnejn li huma jiġu offruti permezz ta’ kanali ta’ bejgħ simili jew identiċi lil klijenti li jistgħu jixtruhom kemm mingħand fornituri domestiċi kif ukoll mingħand fornituri barranin. Għaldaqstant, jeżisti livell sinifikanti ta’ kompetizzjoni bejn il-prodott ikkonċernat u dak prodott mill-produtturi tal-Unjoni.

3.   IL-PRODUTTURI TAL-UNJONI

(9)

Abbażi tal-informazzjoni dwar is-suq, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili jinkludu manifatturi li joperaw taħt diversi ditti. L-ACEA (l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Vetturi) tirrappreżenta għadd minn dawn il-produtturi tal-Unjoni.

(10)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-produtturi tal-Unjoni ntalbu jikkooperaw mal-Kummissjoni fl-investigazzjoni.

4.   ŻIEDA FL-IMPORTAZZJONIJIET

(11)

Abbażi tal-informazzjoni mill-Eurostat, il-Kummissjoni għamlet analiżi preliminari tal-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu 2023–2025 u fl-ewwel nofs tal-2026. Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà mal-perjodi preċedenti ta’ sena sħiħa, il-Kummissjoni analizzat ukoll l-aktar perjodu reċenti ta’ 12-il xahar li jinkludi l-aħħar sitt xhur tal-2025 u l-ewwel sitt xhur tal-2026 (l-“MRP”).

(12)

Fil-valutazzjoni tagħha tal-evoluzzjoni tal-importazzjoni, il-Kummissjoni ma qisitx il-volumi tal-importazzjoni minn ċerti pajjiżi li jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri proviżorji, b’mod partikolari: il-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), il-Kenja, u l-Ukrajna. Fid-dawl tal-integrazzjoni mill-qrib tas-swieq mal-membri taż-ŻEE u tal-volumi baxxi ta’ importazzjoni minn dawn il-pajjiżi, il-Kummissjoni tqis li l-prodotti vvalutati li joriġinaw min-Norveġja, mill-Iżlanda u mil-Liechtenstein jenħtieġ li jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mill-Kenja huma esklużi abbażi tal-ftehim bilaterali (7), (8), u l-Ukrajna hija eskluża abbażi tas-sospensjoni tar-Regolament bażiku ta’ salvagwardja (9). Matul il-perjodu kkunsidrat, l-ebda importazzjoni mill-Kenja ma ġiet irrapportata, u l-importazzjonijiet min-Norveġja, mill-Iżlanda, mil-Liechtenstein u mill-Ukrajna flimkien irrappreżentaw inqas minn 0,01 % tal-importazzjonijiet totali fl-UE tal-prodott ikkonċernat.

(13)

L-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 1

L-importazzjonijiet kollha f’biċċiet (annwali)

 

2023

2024

2025

MRP

Importazzjonijiet f’biċċiet

957 965

1 040 457

1 225 813

1 423 691

Indiċi (2023 = 100)

100

109

128

149

Sors:

Eurostat – Id-data tal-Eurostat ġiet estratta mill-kodiċijiet NM 8703 40 10, 8703 50 00, 8703 60 10 u 8703 70 00.

(14)

F’termini kumplessivi, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdiedu b’9 % fl-2024 meta mqabbla mal-2023, qabel ma żdiedu fl-2025 (+ 28 %) u l-MRP (+ 49 %). Id-data għall-ewwel nofs tal-2026 tikkonferma li l-prodott ikkonċernat x’aktarx li jkompli jiġi importat fi kwantitajiet sostanzjalment miżjuda. Il-prodott ikkonċernat huwa għalhekk importat fi kwantitajiet miżjuda skont it-tifsira tar-regolamenti bażiċi ta’ salvagwardja.

Graff 1

L-importazzjonijiet kollha f’biċċiet (annwali)

Image 1

(15)

It-tabella 2 tqassam l-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini. Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) bħalissa hija l-akbar esportatur ta’ vetturi ibridi ġodda lejn l-Unjoni, bl-importazzjonijiet miċ-Ċina jiżdiedu mill-2024 ’il quddiem. L-istatistika tal-importazzjoni tindika li l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu bi kważi 1 000 % fl-MRP meta mqabbla mal-2023. L-importazzjonijiet Ċiniżi, flimkien mal-Marokk u s-Serbja, huma s-sorsi li qed jikbru bl-aktar rata mgħaġġla ta’ importazzjonijiet ta’ vetturi ibridi ġodda. L-importazzjonijiet mit-Turkija u mill-Messiku żdiedu wkoll b’mod kostanti. B’kuntrast ma’ dan, l-importazzjonijiet minn oriġini oħra jew baqgħu relattivament stabbli jew naqsu.

Tabella 2

L-importazzjonijiet kollha f’biċċiet skont l-oriġini (annwali)

 

2023

2024

2025

MRP

Iċ-Ċina

46 001

106 542

302 403

486 582

Indiċi (2023 = 100)

100

232

657

1 058

Il-Ġappun

268 611

305 240

269 459

256 898

Indiċi (2023 = 100)

100

114

100

96

It-Turkija

177 074

185 194

199 182

207 454

Indiċi (2023 = 100)

100

105

112

117

Ir-Renju Unit

225 101

193 914

166 200

147 058

Indiċi (2023 = 100)

100

86

74

65

Il-Korea t’Isfel

104 668

124 741

107 104

99 081

Indiċi (2023 = 100)

100

119

102

95

Il-Messiku

57 264

50 973

54 802

63 980

Indiċi (2023 = 100)

100

89

96

112

Il-Marokk

18

26 815

37 771

61 259

Indiċi (2023 = 100)

100

148 972

209 839

340 328

Is-Serbja

2

17

30 515

41 537

Indiċi (2023 = 100)

100

850

1 525 750

2 076 850

L-Afrika t’Isfel

14 313

5 138

28 757

31 467

Indiċi (2023 = 100)

100

36

201

220

L-Istati Uniti

64 488

41 586

29 142

27 674

Indiċi (2023 = 100)

100

64

45

43

L-oħrajn kollha

425

297

478

701

Indiċi (2023 = 100)

100

70

112

165

Sors: Eurostat.

(16)

It-tabella 3 turi l-importazzjonijiet fuq bażi trimestrali minn Q3 tal-2025 sa Q2 tal-2026. L-importazzjonijiet żdiedu b’mod stabbli kull trimestru, li jindika li t-tkabbir kien konsistenti matul l-MRP, u l-importazzjonijiet żdiedu f’kull trimestru suċċessiv, li jindika xejra sostnuta ta’ żieda, aktar milli żieda ta’ darba.

Tabella 3

L-importazzjonijiet kollha f’biċċiet (annwali)

 

2025 Q3

2025 Q4

2026 Q1

2026 Q2

Importazzjonijiet f’biċċiet

319 256

355 287

367 428

381 720

Indiċi (2025 Q3 =100)

100

111

115

120

Sors:

Eurostat.

(17)

It-tabella 4 tindika l-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini fuq bażi trimestrali matul l-MRP (minn Q3 tal-2025 sa Q2 tal-2026). L-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’mod konsistenti matul l-MRP, u żdiedu f’kull trimestru suċċessiv. L-importazzjonijiet mill-Marokk żdiedu b’mod kostanti matul l-ewwel tliet trimestri tal-MRP, din ix-xejra ’l fuq mhijiex sostnuta fir-raba’ trimestru. Madankollu, l-importazzjonijiet baqgħu 112 % ogħla fir-raba’ trimestru milli fl-ewwel trimestru tal-MRP. L-importazzjonijiet mit-Turkija żdiedu drastikament fit-tieni trimestru tal-MRP, u mbagħad naqsu fit-trimestru sussegwenti, għalkemm il-volumi baqgħu ogħla milli fl-ewwel trimestru. L-importazzjonijiet minn oriġini oħra jew baqgħu relattivament stabbli jew naqsu fl-MRP.

Tabella 4

L-importazzjonijiet kollha f’biċċiet skont l-oriġini (trimestrali)

 

2025 Q3

2025 Q4

2026 Q1

2026 Q2

Iċ-Ċina

92 999

98 139

124 696

170 748

Indiċi (2025 Q3 = 100)

100

106

134

184

Il-Ġappun

65 851

69 754

61 460

59 833

Indiċi (2025 Q3 = 100)

100

106

93

91

It-Turkija

38 664

69 114

50 240

49 436

Indiċi (2025 Q3 = 100)

100

179

130

128

Ir-Renju Unit

40 015

36 161

40 444

30 438

Indiċi (2025 Q3 = 100)

100

90

101

76

Il-Korea t’Isfel

28 136

21 320

26 620

23 005

Indiċi (2025 Q3 = 100)

100

76

95

82

Il-Messiku

16 814

15 242

15 538

16 386

Indiċi (2025 Q3 = 100)

100

91

92

97

Il-Marokk

6 329

14 394

27 135

13 401

Indiċi (2025 Q3 = 100)

100

227

429

212

Is-Serbja

10 721

16 330

9 547

4 939

Indiċi (2025 Q3 = 100)

100

152

89

46

L-Afrika t’Isfel

9 483

8 839

5 323

7 822

Indiċi (2025 Q3 = 100)

100

93

56

82

L-Istati Uniti

10 120

5 825

6 244

5 485

Indiċi (2025 Q3 = 100)

100

58

62

54

L-oħrajn kollha

124

169

181

227

Indiċi (2025 Q3 = 100)

100

136

146

183

Sors:

Eurostat.

(18)

It-tabella 5 turi l-evoluzzjoni ta’ kull xahar tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha fl-2025 u fl-2026. Id-data sa Lulju 2026 tikkonferma li l-importazzjonijiet kienu ogħla f’kull xahar milli fix-xahar korrispondenti tas-sena preċedenti. Fl-2025, l-importazzjonijiet segwew xejra ’l fuq, u żdiedu b’medja ta’ 4,64 % kull xahar. Fl-2026, din ix-xejra saret aktar evidenti, b’żieda medja fix-xahar ta’ 9,33 %. Meta wieħed iqabbel il-volum tal-importazzjoni tal-ewwel 7 xhur tal-2025 mal-istess perjodu fl-2026, l-importazzjonijiet żdiedu b’39,5 %.

Tabella 5

L-importazzjonijiet kollha f’biċċiet (kull xahar)

Xahar/Sena

2025

2026

Jannar

88 670

103 429

Frar

82 225

107 816

Marzu

91 489

156 183

April

98 453

121 459

Mejju

88 769

121 334

Ġunju

101 664

138 927

Lulju

100 224

159 388

Awwissu

105 656

 

Settembru

113 376

 

Ottubru

110 024

 

Novembru

107 002

 

Diċembru

138 261

 

Sors: Eurostat.

 

(19)

Kif muri fil-Graff 2 hawn taħt, kemm il-kurva tal-importazzjoni ta’ kull xahar kif ukoll il-linja ta’ tendenza polinomjali korrispondenti juru bidla ċara fl-inklinazzjoni minn tmiem l-2025 ’il quddiem, li ssir sostanzjalment aktar qawwija.

Graff 2

Evoluzzjoni tal-importazzjonijiet ta’ kull xahar fis-snin 2025 u 2026

Image 2

5.   ŻVILUPPI MHUX PREVISTI

(20)

Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li ż-żieda fl-importazzjonijiet hija r-riżultat ta’ żviluppi mhux previsti li jirriżultaw minn għadd ta’ fatturi li jikkawżaw żbilanċi fil-kummerċ internazzjonali tal-prodott ikkonċernat.

(21)

L-ewwel nett, l-industrija globali tal-karozzi kienet ikkaratterizzata minn żieda qawwija fil-produzzjoni tal-vetturi elettriċi, inkluż il-prodott ikkonċernat, u fil-kapaċità tal-manifattura, b’mod partikolari fiċ-Ċina, fejn din l-espansjoni rapida tal-kapaċità ġiet appoġġata minn politiki industrijali, pjanijiet ta’ ħames snin, u programmi oħra ta’ appoġġ mill-gvern (10). Dan ma setax jiġi antiċipat b’mod raġonevoli fiż-żmien tan-negozjati rilevanti tad-WTO dwar it-tariffi jew fiż-żmien li l-UE qablet mal-adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO (11). Tbassir ta’ Mobility Global tal-kapaċità ġenerali tal-impjanti fiċ-Ċina, fit-Turkija, fil-Korea, fil-Ġappun u fir-Renju Unit jistma li x-xejra ’l fuq fil-kapaċità se tkompli bejn l-2026 u l-2033, xprunata primarjament mill-espansjonijiet tal-kapaċità fiċ-Ċina (Tabella 16).

(22)

Fl-istess ħin, b’riżultat taż-żieda fil-prattiki restrittivi għall-kummerċ li jaffettwaw il-vetturi elettriċi, kif ukoll il-prodott ikkonċernat, qed jagħlqu swieq ewlenin tal-esportazzjoni. B’mod partikolari, l-Istati Uniti japplikaw ostakli sinifikanti għall-importazzjoni, inklużi dazji tat-Taqsima 301 ta’ 100 % fuq il-PHEVs manifatturati fiċ-Ċina minbarra d-dazji MFN ta’ 2,5 %, kif ukoll rekwiżiti relatati mal-kontenut lokali, u dazji tat-Taqsima 232 ta’ 25 % fuq l-importazzjonijiet mill-oriġini l-oħra kollha. Swieq ewlenin oħra, inklużi l-Kanada u t-Turkija, iżommu wkoll ostakli tariffarji sostanzjali. Il-Kanada żżomm kwota fuq il-karozzi elettriċi tal-passiġġieri miċ-Ċina, inklużi ċerti vetturi ibridi, ta’ 49 000 vettura fis-sena b’rata tariffarja tan-nazzjon l-iktar iffavorit ta’ 6.1 %. It-Turkija bħalissa żżomm dazju doganali addizzjonali ta’ 40 % fuq il-karozzi tal-passiġġieri li joriġinaw miċ-Ċina, inklużi ċerti PHEVs. B’kuntrast ma’ dan, is-suq tal-Unjoni għadu relattivament miftuħ (10 % MFN). Dawn il-miżuri restrittivi għall-kummerċ, li jagħmlu lill-Unjoni destinazzjoni attraenti għall-esportazzjoni, ma setgħux jiġu antiċipati b’mod raġonevoli fiż-żmien li saru n-negozjati rilevanti tad-WTO dwar it-tariffi.

(23)

Wara l-investigazzjoni antisussidji dwar vetturi elettriċi bil-batterija (BEVs) miċ-Ċina, l-Unjoni introduċiet dazji addizzjonali bħala miżuri kumpensatorji. Il-miżuri proviżorji daħlu fis-seħħ fl-4 ta’ Lulju 2024, u l-miżuri definittivi fit-30 ta’ Ottubru 2024. Id-dazji kumpensatorji jvarjaw minn 17 % għall-BYD sa 35,3 % għal SAIC u għal produtturi oħra li ma kkooperawx. B’riżultat ta’ dan, is-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Ċiniżi ta’ vetturi elettriċi sar aktar ristrett. Qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, l-importazzjonijiet tal-BEVs fl-Unjoni segwew xejra ’l fuq ċara u sinifikanti, u żdiedu sena wara sena (ara t-Tabella 6).

Tabella 6

Importazzjonijiet ta’ BEVs li joriġinaw miċ-Ċina lejn l-Unjoni

 

2020

2021

2022

2023

2024

2025

Importazzjonijiet ta’ BEVs f’biċċiet

21 243

134 952

256 712

413 071

438 396

430 721

Indiċi (2020=100)

100

635

1 208

1 945

2 064

2 028

Δ% vs is-sena ta’ qabel

 

535

90

61

6

-2

Sors:

Data doganali tal-Eurostat u tal-Istati Membri.

(24)

Wara li l-miżuri daħlu fis-seħħ, din ix-xejra ’l fuq waqfet u l-livell ta’ importazzjonijiet baqa’ l-istess, filwaqt li l-importazzjonijiet ta’ vetturi ibridi ġodda bdew jiżdiedu bil-qawwi. Ix-xejriet kuntrastanti huma viżibbli fil-Graff 3, li jindikaw bidla ċara fix-xejra tal-importazzjonijiet mill-BEVs lejn vetturi ibridi ġodda.

Graff 3

Evoluzzjoni tal-importazzjonijiet tal-ibridi miċ-Ċina

Image 3

(25)

Din il-bidla rapida saret possibbli minħabba l-livell għoli ta’ flessibbiltà fis-sistemi ta’ produzzjoni tal-manifatturi (12). Ħafna għandhom linji ta’ produzzjoni li kapaċi jipproduċu sistemi tal-motopropulsjoni differenti, li jfisser li l-espansjoni tal-produzzjoni ta’ vetturi ibridi mhux neċessarjament tkun teħtieġ l-iżvilupp ta’ faċilitajiet ġodda ta’ manifattura. B’riżultat ta’ dan, il-manifatturi jistgħu jaqilbu għall-produzzjoni ibrida relattivament faċilment. Filwaqt li l-miżuri kumpensatorji kienu maħsuba biex jeħilsu lill-industrija tal-Unjoni minn kompetizzjoni inġusta minħabba l-programmi ta’ appoġġ tal-gvern għall-BEVs fiċ-Ċina, dawn ħolqu wkoll inċentiv għall-manifatturi Ċiniżi biex iżidu l-esportazzjonijiet ta’ vetturi ibridi li ma kinux soġġetti għal dazji addizzjonali.

(26)

Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li dawn l-iżviluppi mhux previsti mhux biss wasslu għal żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet ta’ vetturi ibridi fl-Unjoni imma se jkomplu jixprunawha wkoll.

6.   OBBLIGI LI L-EFFETT TAGĦHOM IRRIŻULTA FIŻ-ŻIEDA FL-IMPORTAZZJONIJIET

(27)

Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li ż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat hija r-riżultat tal-obbligi meħuda mill-Unjoni Ewropea skont il-GATT 1994, b’mod partikolari l-konċessjonijiet tariffarji mogħtija fuq il-linji tariffarji rilevanti f’negozjati kummerċjali multilaterali passati.

(28)

Il-prodott ikkonċernat jinkludi diversi linji tariffarji u fuq dawn il-linji tariffarji kollha, l-Unjoni Ewropea għandha l-impenji tariffarji ta’ 10 % ad valorem.

(29)

Dawn il-konċessjonijiet huma bħalissa miktuba fil-Parti I, it-Taqsima II tal-Iskeda ta’ Konċessjonijiet u Impenji tal-Unjoni Ewropea, iċċertifikata bħala Skeda UE CLXXIII – Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Diċembru 2016 (13), kif emendata.

(30)

B’riżultat ta’ dawn il-konċessjonijiet miktuba fl-Iskeda ta’ Konċessjonijiet u Impenji tal-Unjoni Ewropea, annessi mal-GATT u inkorporati skont l-Artikolu II:7 tal-GATT 1994 u bħala riżultat ta’ partijiet oħra tal-GATT 1994, l-Unjoni Ewropea għandha obbligi x’tosserva skont il-GATT 1994, b’mod partikolari kif ġej: l-Artikolu XI:1, li jipprojbixxi restrizzjonijiet mhux tariffarji fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat, u, b’mod importanti, l-Artikolu II:1(a) u l-Artikolu II:1(b), l-ewwel u t-tieni sentenzi, tal-GATT 1994. Skont l-Artikolu II:1(b), l-ewwel sentenza, l-UE ma tistax, fin-nuqqas ta’ eċċezzjoni applikabbli, timponi dazji doganali ordinarji fuq il-prodott ikkonċernat li jaqbżu dawk stabbiliti u previsti fil-parti rilevanti tal-Iskeda ta’ Konċessjonijiet u Impenji tal-UE. Barra minn hekk, it-tariffa tal-importazzjoni tal-UE applikata fuq il-prodott ikkonċernat, magħrufa wkoll bħala t-tariffa tan-nazzjon l-iktar iffavorit, fiż-żmien tal-investigazzjoni, kienet fil-livelli massimi permessi skont l-impenji tariffarji indikati hawn fuq.

(31)

Il-prodott ikkonċernat beda jiġi importat fi kwantitajiet akbar bħala riżultat tal-obbligi ta’ hawn fuq meħuda skont il-GATT 1994 (14), minħabba li dawk l-obbligi, flimkien mal-konċessjonijiet tariffarji tal-Unjoni Ewropea, tejbu u żguraw il-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-suq għall-importazzjonijiet ta’ vetturi ibridi ġodda lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-impenji tariffarji msemmija hawn fuq ma jagħtu l-ebda flessibbiltà lill-Unjoni Ewropea biex iżżid id-dazji doganali ordinarji. Dan jispjega fl-istess ħin kif l-obbligi inkwistjoni rriżultaw fiż-żieda fl-importazzjonijiet li qed jheddu li jikkawżaw dannu serju.

(32)

L-obbligi tal-GATT speċifikati fl-istess ħin żammew lill-UE milli żżid id-dazji tal-importazzjoni applikati fuq il-prodott inkwistjoni. Għalhekk, dawn kienu l-“obbligi tal-GATT 1994” tal-Unjoni Ewropea “[li] [illimitaw] il-kapaċità tagħha li tipprevjeni jew tirrimedja d-dannu minn żieda fl-importazzjonijiet”. Fl-istess ħin, l-Unjoni Ewropea “[issospendiet] dawk l-obbligi bħala riżultat” tal-miżura ta’ salvagwardja tagħha.

7.   THEDDIDA TA' DANNU SERJU

7.1.   Is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

(33)

Sabiex tivvaluta jekk hemmx dannu serju jew theddida ta’ dannu serju għall-produtturi tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2015/478 u mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/755, eżaminat ix-xejriet tal-konsum, tal-produzzjoni, tal-użu tal-kapaċità, tal-bejgħ, tas-sehem mis-suq, tal-prezzijiet, tal-profittabbiltà, tal-impjieg u tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għas-snin 2023 sal-MRP (“il-perjodu kkunsidrat”).

(34)

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej:

Tabella 7

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2023

2024

2025

MRP

Produzzjoni (f’biċċiet)

4 065 576

4 712 178

5 562 965

5 667 859

Indiċi (2023=100)

100

116

137

139

Kapaċità tal-produzzjoni (f’biċċiet)

6 420 013

7 583 462

9 000 898

9 317 209

Indiċi (2023=100)

100

118

140

145

Użu tal-kapaċità (%)

63

62

62

61

Indiċi (2023=100)

100

98

98

96

Sors:

Mobility Global

(35)

Il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-pass ta’ din iż-żieda naqas lejn tmiem il-perjodu kkunsidrat, peress li ż-żieda fl-MRP kienet inqas evidenti milli fis-snin preċedenti. Fl-istess ħin, minkejja ż-żieda fil-produzzjoni f’dawn l-aħħar snin, l-użu tal-kapaċità baqa’ baxx, b’medja ta’ madwar 62 % biss matul l-aħħar erba’ snin.

(36)

Il-konsum tal-Unjoni, li huwa bbażat fuq l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat irrappurtat mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Vetturi (“ACEA”), żviluppa kif ġej:

Tabella 8

Il-konsum, il-bejgħ domestiku u s-sehem mis-suq tal-Unjoni

 

2023

2024

2025

MRP

Konsum (f’biċċiet)

3 530 443

4 047 806

4 749 212

5 113 654

Indiċi (2023=100)

100

115

135

145

Bejgħ domestiku (f’biċċiet)

2 572 451

3 007 313

3 523 010

3 689 630

Indiċi (2023=100)

100

117

137

143

Sehem tas-suq tal-produtturi tal-Unjoni (%)

73

74

74

72

Indiċi (2023=100)

100

102

102

99

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet

27

26

26

28

Indiċi (2023=100)

100

96

96

104

Sors:

Mobility Global u ACEA.

(37)

Il-konsum tal-Unjoni żdied b’mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, u żdied b’45 % matul l-MRP meta mqabbel mal-2023. Dan jindika li s-suq għall-ibridi huwa suq li qed jikber b’rata mgħaġġla fl-Unjoni Ewropea. Il-bejgħ domestiku tal-produtturi tal-Unjoni żdied ukoll matul l-istess perjodu. Il-produtturi tal-Unjoni inizjalment ibbenefikaw mit-tkabbir kostanti fil-konsum, iżda din ix-xejra pożittiva waqfet fl-MRP. Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni kompla jiżdied, is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas b’2 punti perċentwali bejn l-2025 u l-MRP. F’suq li qed jikber, il-produtturi tal-Unjoni normalment ikunu mistennija li tal-anqas iżommu s-sehem mis-suq tagħhom. It-tnaqqis fis-sehem mis-suq bejn l-2025 u l-MRP fisser li dan it-tnaqqis seħħ matul l-ewwel sitt xhur tal-2026. Filwaqt li d-data ta’ sena sħiħa għall-2026 għadha mhijiex disponibbli, jekk kompliet ix-xejra osservata fl-ewwel sitt xhur, kif diġà jista’ jiġi osservat minn għadd rekord ta’ unitajiet importati f’Lulju 2026, dan ikun jirriżulta fi tnaqqis fis-sehem mis-suq li jaqbeż iż-2 punti perċentwali matul is-sena sħiħa.

(38)

Il-Kummissjoni kompliet twettaq analiżi dettaljata biex tivvaluta l-livell tal-prezzijiet tal-vetturi elettriċi ibridi ġodda importati meta mqabbla mal-prezzijiet ta’ dawk prodotti fl-UE.

(39)

Minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ mudelli ta’ vetturi elettriċi ibridi ġodda importati fl-Unjoni, u biex jiġi żgurat li l-analiżi tkun ibbażata fuq mudelli komparabbli, sar tqabbil tal-prezzijiet għal erba’ kategoriji (15). L-erba’ kategoriji magħżula għat-tqabbil jikkorrispondu għall-kategoriji B, B-SUV, C-SUV u D-SUV, u jammontaw għal volumi sinifikanti u rappreżentattivi ta’ vetturi importati lejn l-Unjoni. Dawn il-mudelli huma kemm prodotti mill-produtturi tal-Unjoni kif ukoll importati fl-Unjoni, u dan jippermetti li l-prezzijiet tal-mudelli prodotti fl-Unjoni u importati jitqabblu direttament.

(40)

Il-Kummissjoni wettqet l-analiżi tal-prezzijiet abbażi tad-data minn Marklines (16), portal tal-industrija awtomobilistika. Il-Kummissjoni analizzat il-prezzijiet għall-konsumaturi (esklużi l-iskontijiet miftiehma bejn il-partijiet) mill-kumpaniji importaturi ewlenin għal mudelli prodotti fil-pajjiżi esportaturi, kif ukoll għal mudelli komparabbli manifatturati mill-industrija tal-Unjoni. L-offerti tal-prezzijiet ġew ivvalutati għal kull tip ta’ mudell għall-verżjoni bażika. L-offerti kollha tal-prezzijiet eżaminati huma relatati mal-ewwel nofs tal-2026 u għalhekk jirriflettu l-aktar perjodu reċenti.

Tabella 9

Il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajjiżi terzi kollha u d-differenza fil-prezzijiet tal-UE

Prodott

Kwantitajiet importati f’unitajiet

Prezz medju ta' importazzjoni f'EUR

Prezz medju fl-UE f'EUR

Differenza fil-prezz f’EUR

Differenza fil-prezz totali f’EUR

Fatturat ipotetiku f’EUR

Differenza fil-prezz f’%

B

30 475

19 748

24 396

4 648

141 644 318

743 473 678

19,1 %

SUV B

35 165

19 282

27 065

7 784

273 710 609

951 753 459

28,8 %

SUV C

100 352

30 107

39 004

8 897

892 820 758

3 914 099 859

22,8 %

SUV D

37 604

46 777

48 124

1 347

50 655 362

1 809 649 582

2,8 %

Total

203 596

 

 

 

1 358 831 046

7 418 976 578

18,3 %

Sors:

Eurostat u Marklines, Prodott: Mudell bażiku għas-sena 2026.

(41)

Il-Kummissjoni wettqet l-analiżi tal-prezzijiet fuq 25 mudell importat u 29 mudell manifatturat mill-industrija tal-Unjoni fl-erba’ kategoriji, u b’kollox ġew koperti aktar minn 200 000 biċċa importata. It-tqabbil tal-prezzijiet wera differenza sinifikanti fil-prezz bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kollha tal-esportazzjoni u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezzijiet tal-importazzjoni huma madwar 18 % inqas mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni.

(42)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet jipprovdi spjegazzjoni dwar kif iż-żieda fil-penetrazzjoni tas-suq tal-Unjoni mill-mudelli esportati seħħet għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni.

(43)

F’termini ta’ profittabbiltà, il-profittabbiltà ġiet ivvalutata fuq il-bażi ta’ data li tkopri ħafna mill-produtturi tal-Unjoni ta’ vetturi ibridi, ponderata biex tqis id-differenzi fil-volumi tal-bejgħ. Id-data indiċjata stabbilita fit-Tabelli 10 u 11 turi deterjorament kontinwu fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 10

Evoluzzjoni tal-profittabbiltà (annwali)

 

2023

2024

2025

MRP

Profittabbiltà (2023 = 100)

100

51

41

43

Sors:

Il-produtturi tal-Unjoni, id-data ponderata biex jitqiesu d-differenzi fil-volumi tal-bejgħ.

Tabella 11

Evoluzzjoni tal-profittabbiltà (trimestrali)

 

2025 Q3

2025 Q4

2026 Q1

2026 Q2

Profittabbiltà (2025 Q3 = 100)

100

90

34

57

Sors:

Il-produtturi tal-Unjoni, id-data ponderata biex jitqiesu d-differenzi fil-volumi tal-bejgħ.

(44)

Fuq bażi annwali, il-profittabbiltà naqset b’57 % bejn l-2023 u l-MRP. B’riżultat ta’ dan, waqt l-MRP l-industrija tal-Unjoni, bħala medja, laħqet biss żewġ terzi tal-profitt minimu li normalment ikun meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà finanzjarja fit-tul tan-negozju tal-vetturi ibridi tagħha. Id-data trimestrali tikkonferma li din ix-xejra negattiva kompliet u intensifikat fl-MRP. Dan jindika dgħufija sinifikanti tal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, kemm fuq terminu itwal kif ukoll fl-aktar trimestri reċenti. Filwaqt li għadha mhijiex disponibbli data għas-sena sħiħa tal-2026, kontinwazzjoni tax-xejra osservata fl-ewwel sitt xhur tindika deterjorament ulterjuri fil-profittabbiltà matul l-2026.

(45)

F’termini ta’ impjiegi, iċ-ċifri tal-impjiegi mill-ACEA ma fihomx diżaggregazzjoni skont it-teknoloġija tas-sistema tal-motopropulsjoni. Madankollu, l-istudji dwar l-intensità tal-impjiegi jipprovdu indikazzjoni tal-forza tax-xogħol meħtieġa għall-manifattura ta’ tipi differenti ta’ vetturi (17).

(46)

Analiżi ta’ Syndex (18) tistma li l-produzzjoni ta’ vettura ibrida ħafifa teħtieġ madwar 17,2 impjieg ekwivalenti għall-full-time (FTE) għal kull 1 000 vettura, meta mqabbel ma’ 17,4 FTE għal vettura ibrida plug-in. Dawn l-istimi huma speċifiċi għal Franza u ma jqisux separatament l-HEVs, għalkemm l-MHEVs huma inklużi fil-kategorija usa’ tal-HEV.

(47)

Minħabba li l-intensità stmata tal-impjiegi hija ġeneralment simili għall-MHEVs u għall-PHEVs, bi 17,2 u 17,4 FTEs għal kull 1 000 vettura rispettivament, tintuża intensità medja tal-impjiegi ta’ 17,3 FTEs għal kull 1 000 vettura bħala indikatur għall-istima tal-impjiegi assoċjati mal-produzzjoni ta’ vetturi ibridi ġodda.

(48)

Filwaqt li l-istimi sottostanti tal-impjiegi huma speċifiċi għall-pajjiż, dawn jipprovdu bażi raġonevoli għall-estrapolazzjoni taċ-ċifri tal-impjiegi fl-Unjoni Ewropea. Is-settur awtomobilistiku fl-Unjoni jiddependi fuq proċessi u teknoloġiji tal-manifattura komparabbli b’mod wiesa’.

(49)

L-applikazzjoni ta’ dan l-indiċi tal-impjiegi għaċ-ċifri tal-produzzjoni tal-vetturi ibridi ppreżentati fit-Tabella 12 tirriżulta fl-FTEs stmati li ġejjin assoċjati mal-produzzjoni tal-vetturi ibridi ġodda:

Tabella 12

Impjieg

 

2023

2024

2025

MRP

Impjiegi

27 837

28 474

33 622

33 816

Indiċi (2023=100)

100

102

121

121

Sors: Syndex.

(50)

L-esportazzjonijiet żviluppaw kif ġej:

Tabella 13

Esportazzjonijiet

 

2023

2024

2025

MRP

Volum tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet (biċċiet)

893 507

847 220

938 164

925 635

Indiċi (2023=100)

100

95

105

104

Prezz tal-esportazzjoni (EUR għal kull biċċa)

35 929

35 615

36 986

34 096

Indiċi (2023=100)

100

99

103

95

Sors: Eurostat.

(51)

L-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, bl-eċċezzjoni tal-2025. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni naqsu fl-2023, u żdiedu ftit minn hemm ’il quddiem, qabel ma reġgħu naqsu matul l-MRP.

7.2.   Theddida ta’ dannu serju

(52)

Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni bħalissa għadha ma tindikax l-eżistenza ta’ dannu serju kkawżat miż-żieda fl-importazzjonijiet. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li l-industrija tinsab f’sitwazzjoni fraġli u li hemm theddida ta’ dannu serju, fid-dawl tal-indikaturi ekonomiċi ppreżentati fit-Taqsima 7.1 li sejrin lura, iż-żieda sinifikanti u li qed taċċellera fl-importazzjonijiet bi prezz baxx, ir-ristrutturar ippjanat fl-industrija tal-Unjoni, u l-kapaċità ta’ produzzjoni globali sinifikanti disponibbli.

Indikaturi ekonomiċi li qed jonqsu

(53)

L-analiżi preċedenti wriet li fl-aktar perjodu reċenti l-produtturi tal-Unjoni kienu taħt pressjoni dejjem akbar f’termini ta’ sehem mis-suq, użu tal-kapaċità, profittabbiltà u prezzijiet. Minkejja żieda sinifikanti fil-konsum tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni raw is-sehem mis-suq tagħhom jonqos b’2 punti perċentwali (19) bejn l-2025 u l-MRP, u l-użu tal-kapaċità baqa’ baxx b’mod persistenti, bejn 61 % u 63 % matul il-perjodu kkunsidrat. Ir-rati baxxi ta’ użu tal-impjanti ħolqu kostijiet fissi ogħla għall-produtturi tal-Unjoni f’sitwazzjoni fejn il-produtturi tal-Unjoni raġonevolment stennew li jżidu l-outputs tal-produzzjoni u li jnaqqsu l-kost fiss tal-produzzjoni. It-telf ta’ sehem mis-suq huwa partikolarment inkwetanti fi żmien meta l-manifatturi tal-Unjoni huma meħtieġa jagħmlu investimenti sostanzjali fl-iżvilupp ta’ mudelli u teknoloġiji ġodda bħala parti mit-tranżizzjoni lejn l-elettrifikazzjoni.

(54)

Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet żdiedu bil-qawwi, u l-prezzijiet tal-importazzjoni huma medja ta’ 18 % taħt dawk tal-industrija tal-Unjoni u l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat kontinwament matul il-perjodu kkunsidrat. Din l-evidenza kumulattiva enfasizzat li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika mit-tkabbir tas-suq, peress li l-importazzjonijiet bi prezz baxx sfruttaw b’mod aggressiv id-domanda inkrementali għad-detriment dirett tal-prestazzjoni ekonomika tal-produtturi domestiċi.

(55)

Fil-graff ta’ hawn taħt, l-evoluzzjoni tal-indikaturi tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tqabblet maż-żieda fl-importazzjonijiet. Kull indikatur kien jinkludi wkoll xejra pprojettata għas-sentejn li ġejjin, li wriet it-tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir tal-indikaturi ekonomiċi bejn l-2025 u l-MRP, filwaqt li l-importazzjonijiet komplew bl-istess rata.

Graff 4

Ħarsa ġenerali lejn ix-xejriet fil-konsum, il-produzzjoni, il-bejgħ u l-importazzjonijiet

Image 4

(56)

Dan kien partikolarment ta’ tħassib f’kuntest fejn l-industrija tal-Unjoni jenħtieġ li tikseb volumi għoljin ta’ bejgħ u rata ta’ użu tal-kapaċità sostenibbli (20), peress li dan is-suq huwa kkaratterizzat minn kostijiet fissi għoljin u rekwiżiti sostantivi ta’ investiment meħtieġa biex jibqa’ kompetittiv. Meħuda flimkien, dawn l-indikaturi jindikaw deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni fil-futur qrib ħafna. Flimkien mar-rata ta’ żieda fl-importazzjonijiet, kif spjegat hawn taħt, dawn l-iżviluppi jistgħu jpoġġu lill-industrija f’pożizzjoni dejjem aktar vulnerabbli jekk ma jitteħdux miżuri.

Ir-rata taż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezz baxx hija sinifikanti

(57)

L-evoluzzjoni tal-volum ta’ importazzjonijiet (Tabella 1) matul il-perjodu kkunsidrat żvelat li l-importazzjonijiet mhux biss żdiedu, iżda wkoll b’pass aktar mgħaġġel. Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni espanda b’mod sinifikanti bejn l-2025 u l-MRP bi 364 442 vettura, aktar minn nofs din id-domanda inkrementali, speċifikament 54 %, ġiet assorbita minn importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi. Minħabba li dawn il-pajjiżi terzi kienu jikkostitwixxu 28 % tas-sehem mis-suq tal-Unjoni, kien evidenti li t-tkabbir reċenti fil-konsum tas-suq ġie sfruttat minnhom u ġie fornut b’mod predominanti minn prodotti importati aktar milli mill-industrija domestika. Barra minn hekk, fl-aktar perjodu reċenti, l-importazzjonijiet daħlu fis-suq bi prezzijiet ferm aktar baxxi mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. Apparti li d-differenza fil-prezz identifikata fit-Taqsima 7.1 ħolqot pressjoni sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, li l-profitti tagħha diġà jinsabu f’sitwazzjoni fraġli, din id-differenza fil-prezz x’aktarx ukoll li żżid id-domanda għal importazzjonijiet addizzjonali.

Graff 5

Rata ta’ żieda annwali ta’ ċerti indikaturi

Image 5

(58)

Il-graff ta’ hawn fuq turi l-indiċijiet tar-rata ta’ tkabbir annwali għall-konsum, il-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u l-importazzjonijiet. Matul l-ewwel tliet snin, il-konsum, il-produzzjoni u l-bejgħ domestiku żdiedu b’rata medja ta’ ftit inqas minn 20 %. Madankollu, matul l-MRP, it-tkabbir naqas drastikament għal-livelli ta’ ċifra waħda. L-importazzjonijiet żdiedu b’pass ħafna aktar bil-mod inizjalment, iżda sal-2025 kienu laħqu l-indikaturi l-oħra. Fl-MRP, ir-rata ta’ tkabbir tal-importazzjonijiet qabżet dik tal-indikaturi l-oħra.

(59)

L-istatistika tal-importazzjoni skont l-oriġini (Tabella 2) uriet li ż-żieda qawwija kienet xprunata b’mod partikolari, iżda mhux biss, minn importazzjonijiet miċ-Ċina. Id-data dwar l-ishma storiċi tal-importazzjoni indikat li l-importazzjonijiet Ċiniżi inizjalment kisbu sehem mis-suq għad-detriment ta’ pajjiżi terzi oħra. Madankollu, fl-MRP, l-importazzjonijiet Ċiniżi bdew jiksbu sehem mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Din ix-xejra hija mistennija biss li tkompli, b’importazzjonijiet bi prezz baxx ipprojettati li jkomplu jiżdiedu. Skont Mobility Global, iċ-Ċina pproduċiet madwar 7 miljun vettura ibrida fl-2025, u huwa stmat li l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha hija d-doppju tal-produzzjoni tagħha. Kif muri fit-Tabella 14, il-produzzjoni mistennija tkompli tiżdied.

Tabella 14

Produzzjoni ibrida Ċiniża

 

2025

2026

2027

2028

2029

2030

Produzzjoni f’unitajiet

7 018 283

7 405 680

8 164 272

8 663 254

8 673 776

8 645 676

Indiċi (2025 = 100)

100

106

116

123

124

123

Sors:

Mobility Global. Iċ-ċifri għall-2025 u H1 2026 jirriflettu l-produzzjoni attwali, iċ-ċifri għal H2 2026-2030 jirrappreżentaw il-previżjonijiet ta’ Mobility Global.

(60)

Din l-espansjoni qed issir minkejja tnaqqis fid-domanda domestika, fejn il-bejgħ irrapportat ta’ vetturi naqas b’madwar 20 % sena-fuq-sena, inkluż tnaqqis ta’ 26 % fil-bejgħ ta’ PHEVs. (21) B’riżultat tad-domanda nieżla, tal-kapaċità eċċessiva u ta’ kompetizzjoni domestika intensa, il-produtturi Ċiniżi qed iserrħu dejjem iktar fuq is-swieq tal-esportazzjoni. Kif muri fit-Tabella 15, fl-2025 l-esportazzjonijiet taċ-Ċina żdiedu bi kważi 500 % meta mqabbla mal-2022. Iċ-Ċina esportat madwar 1.125 miljun karozza ibrida tal-passiġġieri, li 27 % minnhom kienu destinati għall-Unjoni. Dan irrappreżenta żieda ta’ 7 punti perċentwali meta mqabbel mal-2024, meta 20 % tal-esportazzjonijiet tal-karozzi ibridi tal-passiġġieri taċ-Ċina kienu diretti lejn l-Unjoni.

Tabella 15

Importazzjonijiet totali madwar id-dinja ta’ vetturi ibridi miċ-Ċina

 

2023

2024

2025

Importazzjonijiet madwar id-dinja miċ-Ċina (f’biċċiet)

191 912

526 312

1 124 177

Indiċi (2023=100)

100

274

586

Sors:

GTA.

(61)

Fl-istess ħin, u kif spjegat fit-Taqsima 5, id-disponibbiltà ta’ destinazzjonijiet alternattivi tal-esportazzjoni kienet tidher limitata. B’kuntrast ma’ dan, is-suq tal-Unjoni baqa’ komparattivament miftuħ, u, mill-perspettiva tal-esportaturi Ċiniżi li qed jiffaċċjaw domanda domestika dgħajfa u kapaċità eċċessiva, kien u għadu, għalhekk, destinazzjoni attraenti għall-esportazzjoni.

(62)

Fid-dawl tal-importazzjonijiet sinifikanti u li żdiedu b’mod rapidu fl-Unjoni, id-differenza fil-prezz ta’ dawn l-importazzjonijiet, kif ukoll l-ostakli kbar għall-importazzjoni fi swieq tal-esportazzjoni rilevanti oħrajn, hemm probabbiltà ta’ żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet fl-Unjoni. Din iż-żieda qawwija u kontinwa fl-importazzjonijiet bi prezz baxx x’aktarx li tkompli titfa’ iktar pressjoni fuq il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni u tnaqqar mill-bejgħ, mis-sehem mis-suq, mill-profittabilità u mir-redditu fuq l-investiment. tagħhom. Min-naħa tiegħu, dan idgħajjef il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li żżomm il-produzzjoni, tippreserva l-impjiegi u tiffinanzja l-investimenti sostanzjali meħtieġa għall-innovazzjoni u t-tranżizzjoni lejn l-elettrifikazzjoni. Għalhekk, l-evidenza disponibbli appoġġat il-konklużjoni li l-volum dejjem jiżdied tal-importazzjonijiet bi prezz baxx hedded li jikkawża dannu serju lill-industrija tal-Unjoni.

Ristrutturar ippjanat

(63)

Abbażi ta’ analiżi preliminari tal-Osservatorju Ewropew tar-Ristrutturar (ERM) (22) u r-rapportar komplementari tal-kumpaniji u tal-media, deher li kien hemm intensifikazzjoni tal-attività ta’ ristrutturar fost il-produtturi awtomobilistiċi fl-Unjoni mill-2024. L-analiżi ta’ hawn taħt tiffoka fuq il-produtturi awtomobilistiċi ewlenin tal-Unjoni.

(64)

F’Diċembru 2024, produttur tal-Unjoni impenja ruħu li jnaqqas il-forza tax-xogħol tiegħu b’aktar minn 35 000 impjegat madwar is-siti tiegħu fil-Ġermanja sal-2030. (23) Din iċ-ċifra, sussegwentement, ġiet riveduta ’l fuq f’Marzu 2026, bil-kumpanija tistenna li telimina 50 000 impjieg minn fost il-Grupp fl-UE sal-2030. (24)

(65)

F’Settembru 2026, il-produttur tal-Unjoni approva pjanijiet biex jitnaqqsu 50 000 impjieg ieħor globalment. Dawn iwassal l-għadd totali ta’ pożizzjonijiet li l-produttur qed jippjana li jelimina sal-2030 għal madwar 100 000, li jinkludu madwar 50 000 impjieg ikkonfermat madwar l-Unjoni u 50 000 pożizzjoni addizzjonali madwar id-dinja, b’bejn wieħed u ieħor nofs dawn tal-aħħar ikunu fil-Ġermanja. (25) Għalkemm dan it-tnaqqis tal-impjiegi għandu ambitu wiesa’ u ma għandux il-produzzjoni tal-HEV jew il-PHEV fil-mira speċifika tiegħu, il-produzzjoni futura tal-vetturi ibridi qiegħda madankollu taħt pressjoni dejjem tikber b’riżultat ta’ dawn it-tħabbiriet ta’ ristrutturar fuq skala kbira biex jiġi żgurat it-tnaqqis tal-kapaċità. Pereżempju, it-tħabbira ta’ Settembru 2026 indikat li l-produttur tal-Unjoni bħalissa ma setax jiggarantixxi allokazzjonijiet futuri tal-produzzjoni għall-impjanti ta’ Hannover (12 900 impjegat), Emden (7 700 impjegat), Zwickau (8 000 impjegat) u Audi Neckarsulm (15 500 impjegat) wara l-2030, fid-dawl taż-żieda qawwija fil-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet (26). Kemm l-impjanti ta’ Hannover kif ukoll dawk ta’ Neckarsulm huma involuti fil-produzzjoni ta’ vetturi ibridi ġodda, u dan jenfasizza t-theddida għall-impjiegi marbuta mal-produzzjoni ta’ vetturi ibridi ġodda f’dawn is-siti. Barra minn hekk, diversi linji ta’ produzzjoni fl-Unjoni huma wkoll flessibbli biżżejjed biex jimmanifatturaw vetturi b’sistemi tal-motopropulsjoni differenti, li jfisser li l-għeluq ta’ kwalunkwe impjant ta’ dan it-tip se jħalli konsegwenzi għall-produzzjoni potenzjali futura tal-HEVs u tal-PHEVs.

(66)

Il-Kummissjoni osservat li produttur ieħor tal-Unjoni ta’ vetturi ibridi għandu l-għan li jtejjeb l-użu tal-kapaċità għal 80 % sal-2030 billi jirristruttura u jnaqqas il-kapaċità tal-produzzjoni Ewropea bi 800 000 unità (27). Bħala parti minn dan ir-ristrutturar, il-produttur tal-Unjoni qed jippjana li jtemm il-produzzjoni tal-vetturi f’Poissy (Franza) sa mhux aktar kmieni minn tmiem l-2028. Dan se jinkludi l-produzzjoni ta’ vetturi ibridi. Minflok, is-sit mistenni jingħata skop ġdid għal attivitajiet li jinkludu l-produzzjoni tal-partijiet, ir-rikondizzjonar tal-vetturi, ir-riċiklaġġ, l-istampar 3D u attivitajiet industrijali oħrajn.

(67)

Dan jindika li filwaqt li d-domanda għall-vetturi elettriċi qed tiżdied, it-tkabbir tas-suq sejjer fil-biċċa l-kbira lejn ibridi importati u l-produtturi tal-Unjoni qed jippjanaw li jnaqqsu l-kapaċità tal-produzzjoni minflok ma jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ minn dan it-tkabbir tas-suq. Il-kontinwazzjoni mistennija taż-żieda qawwija fl-importazzjonijiet bi prezz baxx se tkompli taggrava l-pressjoni fuq il-produtturi tal-Unjoni.

(68)

Il-Kummissjoni osservat avviżi addizzjonali ta’ ristrutturar fuq skala kbira, li huma direttament marbuta maż-żieda fil-pressjoni globali fil-produzzjonijiet u l-ipprezzar aggressiv fis-settur awtomobilistiku, u li x’aktarx se jkollhom impatt fuq il-produzzjoni futura tal-vetturi ibridi. Pereżempju, produttur awtomobilistiku ieħor ħabbar strateġija komprensiva fit-tul ġdida u ristrutturar li jindirizza kompetizzjoni globali intensa, il-kostijiet tal-iżvilupp u l-pressjonijiet dejjem jiżdiedu minn manifatturi Ċiniżi veloċi. (28) Il-produttur tal-Unjoni qed jippjana li jaqta’ minn 15 % sa 20 % tal-forza tax-xogħol tal-inġinerija (29) u għandu fil-mira t-tnaqqis fil-pożizzjonijiet tal-inġinerija tekniċi, tar-riċerka u amministrattivi globalment, u li madankollu jolqtu b’mod sinifikanti l-operat fi Franza u Spanja, biex inaqqas il-kostijiet tal-iżvilupp tal-vetturi elettriċi.

(69)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat avviżi minn produttur ieħor tal-vetturi ibridi tal-Unjoni rigward tnaqqis globali fil-forza tax-xogħol ta’ kważi 8 000 impjegat sal-2027 (30), bil-maġġoranza tat-tnaqqis ikkonċentrat fil-Ġermanja. Il-kumpanija indikat it-tnaqqis fil-profittabbiltà u l-ostakli severi tas-suq bħala l-katalizzaturi ewlenin għar-riorganizzazzjoni.

(70)

Barra minn hekk, produttur ieħor tal-Unjoni wettaq strateġiji strutturali ta’ tnaqqis tal-persunal u ta’ trażżin tal-kostijiet biex iħares il-profittabbiltà. Fost it-tnaqqis fid-domanda tal-vetturi ta’ livell għoli u l-pressjonijiet intensi tal-ipprezzar fiċ-Ċina, il-pressjoni li rriżultat fuq id-dħul globali kienet teħtieġ operazzjonijiet ta’ tnaqqis, miri ta’ produzzjoni mnaqqsa, u rievalwazzjoni komprensiva tal-arkitettura tal-kostijiet tal-kumpanija. (31)

Kapaċitajiet globali sinifikanti disponibbli

(71)

It-tabella 16 tippreżenta tbassir minn Mobility Global tal-kapaċità ġenerali tal-impjanti fis-swieq globali ewlenin, jiġifieri ċ-Ċina, it-Turkija, il-Korea, il-Ġappun u r-Renju Unit. It-tbassir jindika li x-xejra ’l fuq fil-kapaċità mistennija tkompli bejn l-2025 u l-2033, xprunata primarjament mill-espansjonijiet tal-kapaċità fiċ-Ċina. L-użu ta’ dawn l-impjanti huwa stmat li jaqa’ taħt il-50 % wara l-2025, u dan jirrifletti grad sinifikanti u inkwetanti ta’ kapaċità żejda. Dan huwa xprunat b’mod partikolari miċ-Ċina, fejn l-użu tal-kapaċità huwa stmat li jinżel sa 43 %. B’riżultat ta’ hekk, il-kapaċità żejda stmata f’dawn is-swieq globali tista’ tilħaq sa 50 miljun vettura, livell ekwivalenti għall-produzzjoni reali. Filwaqt li dawn iċ-ċifri mhumiex speċifiċi għall-vetturi ibridi, huma jipprovdu kuntest rilevanti għall-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom jopera s-segment tal-vetturi ibridi. Dan huwa partikolarment rilevanti minħabba l-flessibbiltà tal-produzzjoni awtomobilistika, fejn il-manifatturi jistgħu jipproduċu vetturi b’sistemi tal-motopropulsjoni differenti fuq l-istess linji ta’ produzzjoni. B’riżultat ta’ hekk, l-iżviluppi fil-produzzjoni u fil-kapaċità awtomobilistika kumplessiva huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-ambjent tal-kapaċità li jiffaċċja s-segment tal-vetturi ibridi.

Tabella 16

Tbassir tal-kapaċità ġenerali tal-impjanti fis-swieq globali ewlenin

Iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Korea, it-Turkija, ir-Renju Unit

Indikatur/Sena

2023

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

Produzzjoni totali (f’eluf ta’ biċċiet)

43 988

44 022

47 112

45 297

45 172

45 093

45 455

45 996

46 261

46 839

47 124

Indiċi

100

100

107

103

103

103

103

105

105

106

107

Kapaċità totali (f’eluf ta’ biċċiet)

83 884

88 072

92 077

94 684

95 179

94 847

95 624

95 283

95 447

95 626

96 127

Indiċi

100

105

110

113

113

113

114

114

114

114

115

Użu tal-kapaċità (f’%)

52

50

51

48

47

48

48

48

48

49

49

Sors:

Mobility Global.

(72)

Għalhekk, abbażi ta’ analiżi preliminari tas-suq dinji tal-karozzi, hemm biżżejjed kapaċità liberament disponibbli min-naħa tal-esportaturi b’espansjonijiet ulterjuri ppjanati, li, minħabba l-prezzijiet baxxi tal-importazzjoni u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għal vetturi ibridi ġodda, x’aktarx li jiġu diretti dejjem aktar lejn is-suq tal-Unjoni.

Ħażniet

(73)

Il-livell tal-ħażniet tal-ibridi fl-Unjoni huwa indikatur rilevanti għall-pressjoni futura fuq l-industrija tal-Unjoni eżerċitata mill-prodotti importati peress li dawn il-kwantitajiet maħsubin għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni.

(74)

F’dan l-istadju, l-analiżi tiffoka b’mod partikolari fuq iċ-Ċina, peress li jidher li ż-żieda qawwija fl-importazzjonijiet hija xprunata b’mod partikolari, iżda mhux biss, minn importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina. Sabiex jiġu stmati l-livelli tal-ħażniet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat, ġiet eżaminata l-istatistika tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn l-Unjoni għall-perjodu mill-2023 sal-2025. Id-differenza bejn l-esportazzjonijiet irrapportati miċ-Ċina u l-importazzjonijiet irreġistrati mill-Unjoni tista’ titqies li tirrappreżenta vetturi li qed jistennew l-iżdoganar tal-merkanzija fl-Unjoni. Minħabba li t-trasport tal-vetturi miċ-Ċina lejn l-Unjoni jista’ jieħu bosta xhur, id-data relatata mas-sena li għaddejja ma ġietx ikkunsidrata.

Tabella 17

Tqabbil tal-istatistika Ċiniża dwar l-esportazzjoni u l-istatistika tal-UE dwar l-importazzjoni

 

2023

2024

2025

Esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE (f’biċċiet)

47 644

114 197

356 037

Importazzjonijiet tal-UE miċ-Ċina (f’biċċiet)

46 001

106 542

302 403

Differenza (f’biċċiet)

1 643

7 655

53 634

Sors:

L-istatistika tal-esportazzjonijiet Ċiniża u l-Eurostat.

(75)

Id-differenza bejn l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet kienet negliġibbli fl-2023, żdiedet bi ftit fl-2024, u żdiedet b’mod sinifikanti fl-2025, u laħqet madwar 53 000 vettura. Filwaqt li xi wħud minn dawn il-vetturi setgħu ġew żdoganati fl-2026, il-kobor tad-differenza osservata fl-2025 għadu ogħla milli fit-tliet snin preċedenti b’mod sinifikanti. Dan jindika li l-ħażniet qed jakkumulaw dejjem aktar u għalhekk qed iżidu mal-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni.

7.3.   Konklużjoni

(76)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-produtturi tal-Unjoni kienu f’sitwazzjoni vulnerabbli u ffaċċjaw theddida ta’ dannu serju, kif muri mill-indikaturi ekonomiċi li qed jonqsu ppreżentati fit-Taqsima 7.1, iż-żieda sinifikanti u li qed taċċellera fl-importazzjonijiet bi prezz baxx, ir-ristrutturar ippjanat fi ħdan l-industrija tal-Unjoni, il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni globali disponibbli b’mod sinifikanti u l-ħażniet dejjem aktar preżenti fis-suq tal-Unjoni.

8.   KAWŻALITÀ

(77)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żieda fl-importazzjonijiet ikkawżatx it-theddida ta’ dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess waqt ikkontribwew għat-theddida ta’ dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni b’tali mod li jqajmu dubji dwar il-preżenza ta’ rabta kawżali bejn it-theddida ta’ dannu serju mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u ż-żieda fl-importazzjonijiet.

8.1.   Żieda fl-importazzjonijiet

(78)

Il-Kummissjoni ddeterminat b’mod preliminari li hemm rabta kawżali bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u t-theddida ta’ dannu serju mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni. Ir-rabta kawżali bejn iż-żieda qawwija fl-importazzjonijiet u s-sitwazzjoni ekonomika fraġli tal-industrija tal-Unjoni ntweriet mill-iżviluppi osservati fl-aktar perjodu reċenti.

(79)

Għalkemm il-konsum tal-Unjoni u l-bejgħ tal-Unjoni żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, bl-aktar perjodu reċenti jispikka bħala l-ewwel wieħed li fih it-tkabbir tas-suq mar b’mod predominanti għall-importazzjonijiet aktar milli għall-industrija tal-Unjoni. Hekk kif l-importazzjonijiet espandew b’mod aggressiv il-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni matul dan il-perjodu, l-industrija tal-Unjoni esperjenzat deterjorament fl-indikaturi ekonomiċi tagħha, inkluż telf tas-sehem mis-suq, pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet, profittabbiltà dejjem aktar fraġli u l-ħtieġa għal aktar ristrutturar.

(80)

Id-data ta’ kull xahar għall-aktar perjodu reċenti tindika li l-importazzjonijiet qed jidħlu fis-suq tal-Unjoni b’pass dejjem aktar mgħaġġel. Barra minn hekk, l-esportaturi għandhom biżżejjed kapaċità liberament disponibbli, b’aktar espansjonijiet ippjanati. Minħabba l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-ibridi f’termini ta’ prezz, ix-xejra tal-importazzjoni osservata fl-aktar perjodu reċenti mistennija tkompli u saħansitra tkompli taċċellera.

(81)

Minħabba l-profittabbiltà diġà fraġli tal-industrija tal-Unjoni, flimkien mal-kostijiet fissi għoljin u l-investimenti sostanzjali meħtieġa biex tibqa’ kompetittiva f’dan is-suq, il-kontinwazzjoni tax-xejra tal-importazzjoni li qed taċċellera bla dubju se tkompli tiddeterjora s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija (kif għamlet fl-aktar perjodu reċenti) u x’aktarx li se tikkawża dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni fil-futur qrib ħafna.

(82)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li kien hemm rabta kawżali bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet u t-theddida ta’ dannu serju mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni.

8.2.   Fatturi magħrufin oħrajn

(83)

Sabiex tiżgura li t-theddida ta’ dannu serju ma tiġix attribwita għal fatturi oħrajn għajr iż-żieda fl-importazzjonijiet, il-Kummissjoni wettqet analiżi preliminari biex tiddetermina jekk fatturi oħrajn setgħux ikkontribwew għat-theddida ta’ dannu serju mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni u biex tiddistingwi l-effetti ta’ dawk il-fatturi mill-effetti ta’ żieda fl-importazzjonijiet, bil-ħsieb li tistabbilixxi b’mod preliminari l-eżistenza ta’ relazzjoni ġenwina u sostanzjali ta’ kawża u effett.

(84)

Filwaqt li l-prezzijiet għoljin tal-enerġija huma fattur importanti fil-produzzjoni ta’ vetturi ibridi, it-theddida reali ta’ dannu serju ġejja mill-pressjoni eżerċitata fuq il-prezzijiet tal-UE miż-żieda qawwija fl-importazzjonijiet bi prezz baxx. Tabilħaqq, il-prezzijiet tal-enerġija huma ġeneralment ogħla fl-Unjoni milli f’xi partijiet oħrajn tad-dinja. F’kundizzjonijiet normali tas-suq, il-manifatturi jistgħu jirriflettu ż-żidiet fil-kostijiet fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom sabiex iżommu profitti raġonevoli. Madankollu, il-prodott ikkonċernat jidħol fl-Unjoni b’medja ta’ prezzijiet 18 % iktar baxxi mill-prezzijiet tal-Unjoni u jeżerċita pressjoni li pprevjeniet lill-produtturi tal-Unjoni milli jgħollu l-prezz tal-bejgħ tagħhom biex ikopru l-prezz tal-enerġija. Għalhekk, mhumiex il-kostijiet dejjem jiżdiedu bħala tali, iżda, minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet, l-inabilità tal-produtturi tal-Unjoni li jirrifletti b’mod preċiż dawn iż-żidiet fil-kostijiet fil-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu, minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet, li teżisti theddida ta’ dannu serju.

(85)

Fir-rigward tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, din kienet fil-biċċa l-kbira stabbli matul il-perjodu kkunsidrat bl-eċċezzjoni tal-2024, li matulha l-esportazzjonijiet naqsu. Minħabba din l-istabbiltà, il-Kummissjoni qieset b’mod provviżorju li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma kkontribwietx għat-theddida ta’ dannu serju.

(86)

Fir-rigward tad-domanda tal-konsumaturi, ir-reġistrazzjonijiet ta’ vetturi ibridi fl-UE ilhom jiżdiedu b’mod konsistenti mill-2023. Barra minn hekk, skont Global Mobility, ir-reġistrazzjonijiet mistennija jkomplu jiżdiedu sal-2029.

Tabella 18

Evoluzzjoni tar-reġistrazzjonijiet ta’ vetturi ibridi ġodda fl-UE (bi tbassir)

 

2023

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

Reġistrazzjonijiet (f’1 000 biċċa)

3 530

4 048

4 749

5 552

6 056

6 359

6 430

6 173

Indiċi (2023=100)

100

115

135

157

172

180

182

175

Sors:

Mobility Global u ACEA. Iċ-ċifri għall-2026-2030 jirrappreżentaw previżjoni ta’ Mobility Global.

(87)

Mhux talli l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet qed jikber, iżda s-sehem tal-vetturi ibridi fir-reġistrazzjonijiet totali kiber minn 33 % fl-2023 għal 46 % fl-MRP.

Tabella 19

Sehem ta’ vetturi ibridi ġodda fir-reġistrazzjonijiet totali fl-UE

 

2023

2024

2025

MRP

Sehem tal-vetturi ibridi fir-reġistrazzjonijiet totali tal-UE (f’%)

33

38

44

46

Indiċi (2023=100)

100

115

133

139

Sors:

Mobility Global u ACEA.

(88)

Għalhekk, il-Kummissjoni ddeterminat b’mod preliminari li d-domanda tal-Unjoni għall-ibridi qed tiżdied u b’hekk ma tikkontribwix għat-theddida ta’ dannu serju.

(89)

Fir-rigward tal-ambjent regolatorju relatat mat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, dan ma jistax jitqies bħala kawża tat-theddida ta’ dannu serju. Għall-kuntrarju, l-iżviluppi regolatorji applikabbli u proposti tejbu l-prospettiva għall-produtturi tal-vetturi ibridi. Filwaqt li l-Unjoni stabbiliet miri ambizzjużi għat-tnaqqis tas-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vannijiet ġodda, dawn il-miżuri ma jammontawx għal projbizzjoni immedjata fuq it-teknoloġiji ibridi. Minflok, il-qafas ta’ tranżizzjoni ġie strutturat maż-żmien u dan l-aħħar evolva b’mod li huwa inqas restrittiv għall-produtturi ibridi milli kien antiċipat qabel. B’mod partikolari, il-perkors tal-politika mexa mill-aspettattivi ta’ tranżizzjoni elettrika bil-batterija sħiħa aktar aċċellerata sal-2030 għal approċċ aktar gradwali lejn l-2035, u l-proposta ta’ parametru referenzjarju ta’ tnaqqis tas-CO2 ta’ 90 % minflok projbizzjoni sħiħa tal-vetturi li mhumiex BEV li tħalli lok għall-preżenza kontinwata ta’ vetturi ibridi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-ambjent regolatorju bħalissa ma jistax jiġi kkaratterizzat bħala li jhedded li jikkawża dannu serju lill-produtturi ibridi tal-Unjoni.

(90)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda fattur ieħor b’mod proviżorju li jdgħajjef ir-rabta kawżali bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet u t-theddida ta’ dannu serju għall-produtturi tal-Unjoni.

8.3.   Konklużjoni

(91)

Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li kien hemm rabta kawżali bejn iż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet u t-theddida ta’ dannu serju mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Fatturi oħrajn setgħu kkontribwew għat-theddida ta’ dannu serju mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni, iżda dawn il-fatturi ma dgħajfux ir-rabta kawżali.

9.   INTERESS TAL-UNJONI

(92)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk ikunx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri proviżorji. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq valutazzjoni tal-interessi differenti kollha involuti, inklużi dawk tal-produtturi, tal-importaturi, u tal-utenti tal-Unjoni.

(93)

L-objettiv tan-newtralità klimatika huwa fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, u huwa objettiv legalment vinkolanti stabbilit fil-Liġi dwar il-Klima. Biex tilħaq l-għan tan-newtralità klimatika sal-2050 (32), l-UE qed tieħu azzjoni biex tnaqqas l-emissjonijiet mill-karozzi, billi t-trasport bit-triq huwa responsabbli għal kwint tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-UE (33). L-UE għandha l-għan li taqta’ l-emissjonijiet mill-karozzi b’55 % u mill-vannijiet b’50 % sal-2030, meta mqabbla mal-2021, sabiex jintlaħaq l-għan ta’ emissjonijiet żero mill-karozzi u vannijiet ġodda sal-2035 (34). Għalhekk, il-bejgħ tal-karozzi tal-petrol jew tad-diżil (għalissa) huwa pprojbit mill-2035 ’il quddiem (35).

(94)

Madankollu, matul il-perjodu attwali ta’ tranżizzjoni minn karozzi b’magna tal-kombustjoni u karozzi kompletament elettriċi, il-karozzi ibridi huma alternattiva li tintuża spiss u li mixtieqa mill-konsumaturi peress li diġà jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet iżda ma għandhomx l-iżvantaġġ ta’ medda ta’ sewqan aktar baxxa daqs ħafna karozzi kompletament elettriċi.

(95)

L-istess japplika għall-manifatturi tal-karozzi, li jużaw ukoll il-karozzi ibridi bħala mudelli tranżizzjonali bejn il-magna tal-kombustjoni u l-karozzi kompletament elettriċi biex jifirxu l-ispejjeż u bħala “laboratorju” għar-riċerka u l-innovazzjoni biex titwitta t-triq għal karozzi kompletament elettriċi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku.

(96)

Għalhekk, it-telf tal-produzzjoni tal-vetturi ibridi fl-Unjoni jħalli lill-konsumaturi bi ftit alternattivi, peress li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi diġà qed iħassar l-ishma mis-suq ta’ fornituri oħrajn bħall-Ġappun jew il-Korea, u matul l-MRP l-importazzjonijiet Ċiniżi bdew jiksbu wkoll sehem mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni.

(97)

Barra minn hekk, dan is-suq huwa kkaratterizzat minn kostijiet fissi għoljin u rekwiżiti sostantivi ta’ investimenti meħtieġa biex jibqa’ kompetittiv. Industrija tal-karozzi vijabbli u profittabbli fl-Unjoni hija essenzjali biex jiġu żgurati l-investimenti meħtieġa fir-riċerka u l-iżvilupp għall-produzzjoni ta’ karozzi kompletament elettriċi sal-2035 fl-Unjoni. Ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li t-tranżizzjoni ekoloġika tal-UE titħalla tkun xprunata biss minn atturi barranin.

(98)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li miżura ta’ salvagwardja proviżorja fil-forma deskritta hawn taħt fit-Taqsima 12 issib bilanċ xieraq bejn l-interessi tal-produtturi tal-Unjoni u tal-utenti downstream. Filwaqt li titqies l-importanza tas-settur tal-vetturi ibridi għall-ekonomija tal-Unjoni, b’mod partikolari f’termini ta’ innovazzjoni, elettrifikazzjoni u impjiegi, il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq vetturi ibridi tkun fl-interess tal-Unjoni.

10.   ĊIRKOSTANZI KRITIĊI

(99)

F’konformità mal-Artikolu 7, il-paragrafu 1, l-ittra a) tar-Regolament (UE) 2015/478, il-Kummissjoni eżaminat jekk kinux jeżistu ċirkostanzi kritiċi fejn id-dewmien jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni vvalutat is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, l-iżviluppi fl-importazzjonijiet fl-aktar perjodu reċenti u l-probabbiltà li l-importazzjonijiet ikomplu jiżdiedu fil-futur immedjat.

(100)

Kif spjegat fit-Taqsima 7, minkejja tkabbir sinifikanti fil-konsum tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tilfu s-sehem mis-suq matul l-aktar perjodu reċenti, filwaqt li l-profittabbiltà tagħhom naqset b’mod sostanzjali, u laħqet biss madwar żewġ terzi tal-profitt minimu normalment meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà finanzjarja fit-tul tan-negozju tal-vetturi ibridi tagħhom. Fl-istess waqt, l-importazzjonijiet daħlu fl-Unjoni bi prezzijiet li bħala medja kienu 18 % inqas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-produtturi tal-Unjoni ffaċċjaw pressjoni kompetittiva dejjem akbar f’mument meta l-kapaċità tagħhom li jassorbu aktar deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika tagħhom hija diġà limitata.

(101)

Id-data ta’ kull xahar ikkonfermat li ż-żieda qawwija fl-importazzjonijiet bi prezz baxx kompliet, b’mod partikolari, iżda mhux biss, għall-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina. L-importazzjonijiet Ċiniżi daħlu fl-Unjoni b’pass mgħaġġel, b’mod partikolari fit-tieni nofs tal-MRP, u kisbu aktar sehem mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll ta’ fornituri tradizzjonali oħrajn għas-suq tal-Unjoni. Fl-istess ħin, id-domanda domestika fiċ-Ċina qed tonqos sena wara sena, filwaqt li l-produzzjoni fiċ-Ċina mistennija tkompli tiżdied, għalkemm l-użu tal-kapaċità huwa stmat li jinżel sa 43 %. Din il-kombinazzjoni ta’ kapaċità eċċessiva, domanda domestika li qed tiddgħajjef u kompetizzjoni domestika intensa toħloq inċentiv qawwi għall-produtturi Ċiniżi biex ifittxu swieq tal-esportazzjoni fil-futur imminenti. L-użu dejjem akbar ta’ miżuri restrittivi għall-kummerċ fi swieq oħrajn ikompli jżid ir-riskju li dawn l-esportazzjonijiet jiġu diretti lejn l-Unjoni, li tibqa’ suq relattivament miftuħ u attraenti. Għalhekk, l-Unjoni hija esposta għar-riskju ta’ żieda ulterjuri imminenti fl-importazzjonijiet f’mument meta l-industrija tagħha diġà tinsab f’sitwazzjoni fraġli.

(102)

Il-Kummissjoni qieset li l-kombinazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika diġà fraġli tal-produtturi tal-Unjoni, iż-żieda kontinwa fl-importazzjonijiet, il-pressjoni sostanzjali fuq il-prezzijiet eżerċitata minn dawk l-importazzjonijiet u l-probabbiltà ta’ aktar żidiet fl-importazzjoni fil-futur immedjat joħolqu sitwazzjoni fejn kwalunkwe dewmien fl-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja proviżorji jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa. Fin-nuqqas ta’ azzjoni f’waqtha, l-industrija tal-Unjoni tiffaċċja aktar żidiet fil-volumi tal-importazzjoni u pressjoni kontinwa fuq il-prezzijiet qabel ma tkun tista’ tiġi konkluża l-investigazzjoni.

(103)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li jeżistu ċirkostanzi kritiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2015/478 u li jenħtieġ li jiġu adottati miżuri ta’ salvagwardja proviżorji mingħajr dewmien.

11.   ESKLUŻJONIJIET TA’ ĊERTI PAJJIŻI MILL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-MIŻURI PROVIŻORJI

(104)

F’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2015/478, il-miżuri proviżorji ma jridu japplikaw għall-ebda prodott li joriġina minn pajjiż membru tad-WTO li jkun qed jiżviluppa, mill-Alġerija (36) u mil-Libanu (37) sakemm is-sehem individwali tagħhom mill-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ dak il-prodott ma jaqbiżx it-3 %, dment li l-pajjiżi membri li qed jiżviluppaw b’anqas minn sehem ta’ 3 % tal-importazzjonijiet, kollettivament, ma jirrappreżentawx aktar minn 9 % tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat.

(105)

L-Anness I.1 jelenka l-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma membri tad-WTO, kif ukoll l-Alġerija u l-Libanu, li jistgħu jikkwalifikaw għal eżenzjoni mill-miżuri ta’ salvagwardja, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-premessa ta’ hawn fuq.

(106)

Il-metodoloġija użata biex jiġu ddeterminati l-ishma tal-importazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw kienet ibbażata fuq l-importazzjonijiet totali fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat fl-2025. Is-sehem tal-importazzjonijiet li joriġinaw f’kull pajjiż li qed jiżviluppa msemmi fl-Anness I.1 ġie kkalkulat bħala proporzjon ta’ dawk l-importazzjonijiet totali. L-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Ukrajna, fil-Kenja, fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein u fin-Norveġja ġew esklużi mill-kalkolu tal-importazzjonijiet totali.

(107)

L-Anness I.2 (Lista ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw li l-miżuri proviżorji japplikaw għalihom) fih ir-riżultat ta’ dan il-kalkolu u jispeċifika l-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma soġġetti għal miżuri proviżorji ta’ salvagwardja peress li huma ogħla minn 3 %. Il-pajjiżi membri kollha li qed jiżviluppaw b’sehem ta’ importazzjoni ta’ inqas minn 3 % kollettivament ma kinux jammontaw għal aktar minn 9 % tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat fl-2025.

(108)

Barra minn hekk, kif stabbilit fit-Taqsima 4, jenħtieġ li anke l-Ukrajna, iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u l-Kenja jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri proviżorji.

(109)

Fid-dawl tar-rekwiżiti tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”), li l-Qafas ta’ Windsor huwa parti integrali minnu, u tar-Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38), u sabiex jiġi żgurat li l-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jkomplu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq, jenħtieġ li dawk il-prodotti ma jkunux soġġetti għal kwoti meta jinġiebu minn parti oħra tar-Renju Unit u jinbiegħu lill-konsumaturi finali fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq u jiġu rreġistrati għall-użu fl-Irlanda ta’ Fuq. Abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni ma tqisx li dan jista’ joħloq riskju sinifikanti għall-effettività tal-miżura. Madankollu, il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib il-flussi kummerċjali tal-prodott ikkonċernat mibgħut minn parti oħra tar-Renju Unit lejn l-Irlanda ta’ Fuq, kif ukoll il-flussi kummerċjali sussegwenti mill-Irlanda ta’ Fuq lejn il-bqija tal-Unjoni, u tista’ temenda dan ir-Regolament kif meħtieġ.

12.   KONKLUŻJONIJIET U ADOZZJONI TAL-MIŻURI PROVIŻORJI

12.1.   Adozzjoni tal-miżuri proviżorji

(110)

Ġie konkluż b’mod preliminari li l-produtturi tal-Unjoni qed iġarrbu theddida ta’ dannu serju. Minħabba ċ-ċirkostanzi kritiċi spjegati fit-Taqsima 10, huwa meqjus li jenħtieġ li jittieħdu miżuri ta’ salvagwardja proviżorji biex jiġi evitat dannu ulterjuri għall-industrija tal-Unjoni li diffiċilment ikun jista’ jissewwa qabel il-konklużjoni ta’ din l-investigazzjoni.

12.2.   Forma, livell u durata tal-miżura proviżorja

(111)

Biex tiddetermina l-aktar forma ta’ miżura ta’ salvagwardja proviżorja xierqa, il-Kummissjoni qieset diversi elementi.

(112)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni qieset x’inhu xieraq biex tiġi rrimedjata t-theddida ta’ dannu serju għall-produtturi tal-Unjoni, li saret evidenti matul l-aktar perjodu reċenti.

(113)

It-tieni, il-Kummissjoni qieset il-prattika tagħha f’investigazzjonijiet ta’ salvagwardja preċedenti u l-obbligi internazzjonali applikabbli, li skonthom jenħtieġ li jinżammu l-flussi kummerċjali sal-punt li ma jaggravawx it-theddida ta’ dannu serju stabbilita.

(114)

It-tielet, il-Kummissjoni qieset il-livelli tal-prezzijiet li l-importazzjonijiet jidħlu fl-Unjoni bihom, iċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-suq, u l-kapaċità tal-produtturi esportaturi li jassorbu dazji addizzjonali għoljin ħafna (39). Jenħtieġ li l-miżura tipprovdi protezzjoni effettiva lill-produtturi tal-Unjoni miż-żieda fl-importazzjonijiet li jikkawżaw theddida ta’ dannu serju.

(115)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċirkostanzi kritiċi li jikkawżaw il-ħtieġa ta’ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni qieset li miżura tariffarja ma tipprovdix rispons effettiv għat-theddida ta’ dannu serju, peress li ma tipprevjenix biżżejjed iż-żieda fl-importazzjonijiet milli timmaterjalizza. Għalhekk, tqies li kienet meħtieġa restrizzjoni kwantitattiva fil-forma ta’ kwoti tal-importazzjoni, li tistabbilixxi kwantità massima tal-prodott ikkonċernat li tista’ tiġi importata fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura ta’ salvagwardja proviżorja, biex tipprovdi protezzjoni effettiva lill-produtturi tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-importazzjonijiet barra mill-kwoti ma jkunux permessi. Meta jissemmew l-importazzjonijiet, jenħtieġ li jinftiehmu bħala dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera.

(116)

Il-Kummissjoni żgurat li din il-miżura tkun kompatibbli mal-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet kummerċjali bilaterali jew reġjonali ma’ pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni ddeċidiet li timponi miżura fil-forma ta’ kwoti. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-adozzjoni ta’ tali miżura tikkostitwixxi l-inqas miżura ta’ tfixkil għall-kontinwazzjoni tal-kummerċ bilaterali mas-sħab ta’ kummerċ ħieles tal-Unjoni li hija strettament meħtieġa biex jiġu rrimedjati d-diffikultajiet li nqalgħu.

(117)

Abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ interess tal-Unjoni u sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu tal-volumi tal-kwoti tariffarji, il-Kummissjoni qieset li minn naħa jenħtieġ li jiġu allokati l-kwoti speċifikament lill-pajjiż li għandhom interess sostanzjali li jfornu l-prodott ikkonċernat (l-hekk imsejħa “kwoti speċifiċi għall-pajjiż”, jew “CSQs”) u, min-naħa l-oħra, lill-oriġini l-oħra kollha. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, huwa meqjus li l-pajjiżi b’sehem ta’ aktar minn 2 % tal-importazzjonijiet fis-sena 2025, għandhom interess sinifikanti fil-forniment u jenħtieġ li jingħataw kwota speċifika għall-pajjiż. Jenħtieġ li tiġi allokata kwota residwa (“il-kwota tal-pajjiżi l-oħrajn”) lill-pajjiżi fornituri l-oħrajn kollha.

(118)

Il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tistabbilixxi l-volumi tal-kwota tal-kwoti speċifiċi għall-pajjiż fil-livell tal-importazzjonijiet irreġistrati tal-pajjiż rispettiv fl-2025, miżjudin b’valur kemm kemm ogħla minn 15 %. Dan l-approċċ qies it-tkabbir sinifikanti tas-suq tal-Unjoni għall-vetturi ibridi ġodda, li espanda b’medja ta’ 15 % matul it-tliet snin preċedenti. Il-Kummissjoni qieset li l-iffissar tal-kwoti fil-livelli kummerċjali storiċi waħdu ma jirriflettix b’mod adegwat l-iżvilupp tas-suq jew l-interessi tal-utenti tal-Unjoni. Is-sena 2025 intgħażlet b’mod proviżorju bħala s-sena ta’ referenza minħabba li kienet l-aktar sena sħiħa reċenti bid-data disponibbli. Barra minn hekk, l-2025 irreġistrat l-ogħla volumi ta’ importazzjonijiet.

(119)

Fid-dawl tal-għadd limitat ta’ vetturi importati mill-oriġini l-oħrajn minbarra l-oriġini b’interess sostanzjali li jfornu l-prodott ikkonċernat (“id-detenturi tal-kwoti speċifiċi għall-pajjiż”), u sabiex jiġi evitat li l-aċċess tagħhom għas-suq tal-Unjoni jiġi ristrett bla bżonn, il-kwota annwali tal-pajjiżi l-oħrajn ġiet stabbilita għal 1 500 vettura, minflok ma ġiet ikkalkulata f’konformità mal-metodoloġija deskritta fil-premessa 118.

(120)

Il-kwoti huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-kwoti jiġu amministrati fuq bażi trimestrali, b’volumi ta’ kwoti mhux użati riportati għat-trimestru ta’ wara (mill-1 ta’ Diċembru 2026 għat-28 ta’ Frar 2027, mill-1 ta’ Marzu 2027 għall-31 ta’ Mejju 2027, u mill-1 ta’ Ġunju 2027 għat-18 ta’ Ġunju 2027), fil-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura ta’ salvagwardja proviżorja.

(121)

Jenħtieġ li l-kwota tal-pajjiżi l-oħrajn timtela abbażi tal-ordni kronoloġika tad-dati ta’ meta jiġu aċċettati d-dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, kif previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (40). Dan il-metodu ta’ amministrazzjoni jeħtieġ kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(122)

L-importazzjonijiet fil-kwota applikabbli għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju doganali applikabbli f’każijiet oħrajn għall-prodott ikkonċernat, filwaqt li jitqies kwalunkwe trattament tariffarju preferenzjali previst skont ftehim bejn l-Unjoni u l-pajjiż tal-oriġini.

(123)

L-eliġibilità ta’ oġġetti importati minn pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikunu esklużi mill-kwoti jiddependi mill-oriġini tal-oġġetti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu applikati l-kriterji għad-determinazzjoni tal-oriġini mhux preferenzjali fis-seħħ fl-Unjoni bħalissa.

(124)

Jenħtieġ li l-importazzjonijiet li jaqbżu l-kwota applikabbli ma jkunux permessi.

(125)

Peress li l-kwoti huma espressi f’għadd ta’ vetturi, jistgħu jiġu allokati biss unitajiet sħaħ. Meta volum ta’ kwota jiġi kkalkulat pro rata temporis, jew meta t-talbiet għal teħid mill-kwota li jaqbżu l-bilanċ disponibbli jiġu allokati fuq bażi pro rata, jenħtieġ li għalhekk ir-riżultat jiġi aġġustat ’l isfel għall-eqreb unità sħiħa, sabiex il-kwota ma tinqabeż qatt. Sabiex ma jitnaqqasx il-volum kumplessiv tal-kwota, jenħtieġ li l-bilanċ li jirriżulta minn aġġustament ’l isfel ma jibqax disponibbli għal teħid mill-kwota fil-perjodu attwali tal-kwota iżda għandu jiġi riportat għal dak ta’ wara, ħlief fl-aħħar perjodu tal-kwota.

(126)

Jenħtieġ li l-miżuri proviżorji japplikaw għal 200 jum kalendarju (sat-18 ta’ Ġunju 2027) minn dakinhar li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ. Sabiex jiġi żgurat li dawn ir-regoli jitħaddmu malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li jibdew japplikaw mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ebda perjodu ta’ mblukkar.

(127)

Il-prodott taħt investigazzjoni huwa stabbilit fil-premessa (5). Madankollu, il-proċessi tal-produzzjoni u l-kundizzjonijiet tas-suq fis-settur awtomobilistiku kollu kemm hu huma kkaratterizzati minn livell għoli ta’ kumplessità. B’mod partikolari, il-prodott ikkonċernat jista’ jiġi manifatturat f’faċilitajiet ta’ produzzjoni li jipproduċu wkoll vetturi barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni tal-prodott, inkluż permezz tal-użu tal-istess komponenti. Barra minn hekk, il-bejgħ ta’ vetturi użati huwa karatteristika importanti tas-settur awtomobilistiku. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha timmonitorja x-xejriet tal-importazzjoni, b’mod partikolari fid-dawl ta’:

—

Vetturi ddisinjati prinċipalment għat-trasport ta’ disa’ persuni jew inqas, inkluż is-sewwieq, b’magna tal-kombustjoni interna bil-pistuni, użati jew ġodda, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8703 21 10 , 8703 21 90 , 8703 22 10 , 8703 22 90 , 8703 23 11 , 8703 23 19 , 8703 23 90 , 8703 24 10 , 8703 24 90 , 8703 31 10 , 8703 31 90 , 8703 32 11 , 8703 32 19 , 8703 32 90 , 8703 33 11 , 8703 33 19 , 8703 33 90 ;

—

Fil-kategorija msemmija hawn fuq, vetturi elettriċi ibridi mikro, iddisinjati prinċipalment għat-trasport ta’ disa’ persuni jew inqas, inkluż is-sewwieq, b’magna tal-kombustjoni interna bil-pistuni bħala mutur għall-propulsjoni u sors ta’ potenza elettrika, bħal alternatur integrat jew starter, li jintużaw biss għal funzjonijiet li mhumiex ta’ propulsjoni; użati jew ġodda, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC: 8703 21 10 10, 8703 21 90 10, 8703 22 10 10, 8703 22 90 10, 8703 23 11 10, 8703 23 19 10, 8703 23 90 10, 8703 24 10 10, 8703 24 90 10, 8703 31 10 10, 8703 31 90 10, 8703 32 11 10, 8703 32 19 10, 8703 32 90 10, 8703 33 11 20, 8703 33 19 20 u 8703 33 90 10;

—

Vetturi bil-mutur għat-trasport tal-merkanzija ta’ piż gross li ma jaqbiżx il-5 tunnellati, użati jew ġodda, irrispettivament mis-sistema tal-motopropulsjoni tagħhom, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8704 21 31 , 8704 21 39 , 8704 21 91 , 8704 21 99 , 8704 31 31 , 8704 31 39 , 8704 31 91 , 8704 31 99 , 8704 41 31 , 8704 41 39 , 8704 41 91 , 8704 41 99 , 8704 51 31 , 8704 51 39 , 8704 51 91 , 8704 51 99 , 8704 60 00 ;

—

Vetturi ibridi użati, prinċipalment iddisinjati għat-trasport ta’ disa’ persuni jew inqas, inkluż is-sewwieq, kemm b’magna bil-pistuni b’kombustjoni interna kif ukoll b’mutur elettriku wieħed jew aktar, bħala muturi għall-propulsjoni, irrispettivament mill-għadd ta’ roti mdawrin, kemm jekk kapaċi kif ukoll jekk le li jiġu ċċarġjati billi jiġu pplaggjati ma’ sors estern ta’ enerġija elettrika, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8703 40 90 , ex 8703 50 00 , 8703 60 90 , ex 8703 70 00 (kodiċijiet TARIC 8703 50 00 90; 8703 70 00 90);

—

Vetturi użati b’mutur elettriku biss għall-propulsjoni, prinċipalment iddisinjati għat-trasport ta’ disa’ persuni jew inqas, inkluż is-sewwieq, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi 8703 80 90 .

(128)

Il-monitoraġġ tal-kategoriji ta’ vetturi ta’ hawn fuq se jippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta l-iżviluppi tal-importazzjonijiet għal dawn il-vetturi u tiddeċiedi jekk il-bidliet fix-xejriet tal-importazzjoni jistgħux jaffettwaw l-effettività ta’ din il-miżura.

(129)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2015/755 rispettivament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Soġġett għall-Artikolu 4, il-kwoti huma b’dan miftuħin fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ċerti vetturi ibridi ġodda, li joriġinaw f’pajjiżi terzi, prinċipalment iddisinjati għat-trasport ta’ disa’ persuni jew inqas, inkluż is-sewwieq, kemm b’magna bil-pistuni b’kombustjoni interna kif ukoll b’mutur elettriku wieħed jew aktar, bħala muturi għall-propulsjoni, irrispettivament mill-għadd ta’ roti mdawrin, kemm jekk kapaċi kif ukoll jekk le li jiġu ċċarġjati billi jiġu pplaggjati ma’ sors estern ta’ enerġija elettrika, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8703 40 10 , ex 8703 50 00 , ex 8703 60 10 , u ex 8703 70 00 (il-kodiċijiet TARIC 8703 40 10 10, 8703 40 10 90, 8703 50 00 10, 8703 60 10 10, 8703 60 10 90, 8703 70 00 10) għal perjodu ta’ 200 jum kalendarju mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Meta kwota tiġi eżawrita, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ma għandhomx jitħallew jidħlu fl-Unjoni.

3.   Id-dikjarazzjoni tal-kwoti għall-oriġini kkonċernata għandha tkun obbligatorja.

4.   L-importazzjonijiet fil-kwota applikabbli għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju doganali applikabbli f’każijiet oħrajn għall-prodott ikkonċernat, filwaqt li jitqies kwalunkwe trattament tariffarju preferenzjali previst skont ftehim bejn l-Unjoni u l-pajjiż tal-oriġini.

5.   Minkejja l-ewwel paragrafu, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jiddaħħlu fl-Irlanda ta’ Fuq minn parti oħra tar-Renju Unit u li jinbiegħu lill-konsumaturi finali fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq u li jiġu rreġistrati għall-użu fl-Irlanda ta’ Fuq ma għandhomx ikunu soġġetti għall-kwoti.

6.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-prodotti li joriġinaw:

(a)

fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein u fin-Norveġja;

(b)

fl-Ukrajna;

(c)

fil-Kenja;

(d)

fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw kif speċifikat fl-Anness I.1 bl-eċċezzjoni tal-pajjiżi speċifikati fl-Anness I.2.

Artikolu 2

1.   Il-kwoti stabbiliti fl-Artikolu 1 għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri f’konformità mas-sistema ta’ ġestjoni għall-kwoti tariffarji previsti fl-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

2.   Il-kwoti għandhom jiġu amministrati kull trimestru: mill-1 ta’ Diċembru 2026 sat-28 ta’ Frar 2027, mill-1 ta’ Marzu 2027 sal-31 ta’ Mejju 2027, u mill-1 ta’ Ġunju 2027 sat-18 ta’ Ġunju 2027.

3.   L-allokazzjoni ta’ kull kwota trimestrali għandha tieqaf fl-20 jum tax-xogħol tal-Kummissjoni wara tmiem il-perjodu trimestrali.

4.   Mill-1 ta’ Diċembru 2026 sat-18 ta’ Ġunju 2027, il-volumi tal-kwoti mhux użati fi trimestru wieħed għandhom jiġu riportati għat-trimestru ta’ wara fi ħdan l-istess perjodu annwali ta’ applikazzjoni.

5.   Il-kwantitajiet attribwiti taħt kwota jistgħu jiġu ritornati f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. Meta t-teħid minn kwota trimestrali jkun twaqqaf f’konformità mal-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, jew meta kwota tkun ġiet eżawrita jew inkella magħluqa għal aċċess ulterjuri skont dan ir-Regolament, ir-ritorn ta’ tali kwantitajiet ma għandux jinvolvi l-ftuħ mill-ġdid ta’ dik il-kwota għas-sottomissjoni jew l-aċċettazzjoni ta’ talbiet ġodda biex jittieħdu minnha. Tali kwantitajiet ritornati għandhom jitqiesu biss għall-fini ta’ aġġustament tal-bilanċ tal-kwota rilevanti. Meta l-bilanċ mhux użat ta’ kwota trimestrali jkun diġà ġie ttrasferit għat-trimestru ta’ wara f’konformità mal-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, il-kwantitajiet ritornati minn hemm ’il quddiem fir-rigward ta’ dak it-trimestru ma għandhomx jiġu ttrasferiti għat-trimestru ta’ wara. Għalhekk, dawk il-kwoti ma jibqgħux aċċessibbli għall-operaturi ekonomiċi.

6.   B’deroga mill-Artikolu 51(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, il-kwoti distribwiti b’dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu soġġetti għal perjodu ta’ mblukkar.

7.   Meta l-kwantitajiet mitluba jaqbżu l-bilanċ disponibbli ta’ kwota, il-kwantitajiet li jridu jiġu allokati għandhom jiġu ddeterminati fuq bażi pro rata u, meta r-riżultat ma jkunx numru sħiħ, jiġu aġġustati ’l isfel għall-eqreb unità sħiħa. Il-kwota għandha tingħalaq mid-data ta’ dik l-allokazzjoni. Il-bilanċ li jifdal b’riżultat tal-aġġustament ’l isfel ma għandux ikun disponibbli għal teħid ulterjuri mill-kwota f’dak il-perjodu tal-kwota u għandu jiġi riportat għall-perjodu tal-kwota ta’ wara, sakemm il-perjodu tal-kwota kkonċernat ma jkunx l-aħħar perjodu tal-kwota fl-istess perjodu annwali ta’ applikazzjoni.

Artikolu 3

1.   L-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza retroattiva tal-Unjoni f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2015/478 u (UE) 2015/755.

2.   Il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament huma bbażati fuq in-NM u t-TARIC.

Artikolu 4

1.   L-oriġini ta’ kwalunkwe prodott li dan ir-Regolament japplika għalih għandha tiġi ddeterminata f’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Unjoni b’rabta mal-oriġini nonpreferenzjali u bir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41).

2.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

Artikolu 5

1.   Il-benefiċċju tal-kwoti msemmijin fl-Artikolu 1 għall-oġġetti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ kwota tal-esportazzjoni ffirmat u ttimbrat maħruġ mill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (CCCME) tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Iċ-ċertifikat tal-kwota tal-esportazzjoni għandu jsir fuq formola li tikkorrispondi mal-mudell fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/478/oj.

(2)   ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj.

(3)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/1/oj.

(4)  Notifika tal-bidu ta’ investigazzjoni ta’ salvagwardja dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti vetturi ibridi ġodda għat-trasport tal-persuni (ĠU C, C/2026/5780, 30.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5780/oj).

(5)   https://www.acea.auto/fact/electric-vehicles/.

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/168/oj).

(7)  Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

(8)  Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra (ĠU L, 2024/1648, 1.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/1648/oj).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2025/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2025 li jissospendi ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/478 fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti Ukreni fl-Unjoni (ĠU, 2025/1153, 5.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1153/oj).

(10)  Il-politiki tal-gvern, il-pjanijiet ta’ ħames snin u l-programmi ta’ appoġġ għal Vetturi li Jaħdmu bl-Enerġija Ġdida (NEVs), li jinkludu l-PHEVs, huma diskussi b’mod estensiv fit-Taqsimiet 3.1 u 3.2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1866 tat-3 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija ddisinjati għat-trasport ta’ persuni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/1866, 4.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1866/oj) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2754 tad-29 ta’ Ottubru 2024 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ vetturi elettriċi ġodda bil-batterija ddisinjati għat-trasport ta’ persuni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/2754, 29.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2754/oj).

(11)  Kif ikkonfermat mill-bord United States — Safeguard Measure on Imports of Crystalline Silicon Photovoltaic Products — Report of the Panel.

(12)  Ara pereżempju https://www.globaltimes.cn/page/202608/1369156.shtml u https://www.morningstar.com/news/pr-newswire/20260830cn36586/global-times-how-full-chain-innovation-new-production-models-power-the-rise-of-chinese-car-brands.

(13)  Dokument tad-WTO WT/Let/1220.

(14)  L-Artikolu XI:1, l-Artikolu II:1(a) u II:1(b), l-ewwel u t-tieni sentenza, tal-GATT 1994.

(15)  Il-vetturi tal-passiġġieri jistgħu jinqasmu f’segmenti standard Ewropej għall-klassifikazzjoni tal-vetturi, li jiġbru flimkien il-karozzi u l-vetturi utilitarji sportivi (SUVs) skont id-daqs, id-dimensjonijiet esterni u l-użu maħsub tagħhom fis-suq. Ara wkoll https://alternative-fuels-observatory.ec.europa.eu/general-information/vehicle-types.

(16)   https://www.marklines.com/

(17)  Galgóczi, B. (Ed.). (2023). On the Way to Electromobility-a Green (er) But More Unequal Future?. ETUI.

(18)  Ara l-istudju ta’ hawn fuq.

(19)  Filwaqt li d-data ta’ sena sħiħa għall-2026 għadha mhijiex disponibbli, jekk kompliet ix-xejra osservata fl-ewwel sitt xhur, kif diġà jista’ jiġi osservat minn għadd rekord ta’ unitajiet importati f’Lulju 2026, dan ikun jirriżulta fi tnaqqis fis-sehem mis-suq li jaqbeż iż-2 punti perċentwali f’sena biss.

(20)  Diversi produtturi tal-Unjoni ħabbru programmi ta’ ristrutturar immirati lejn it-tnaqqis tal-kapaċità sabiex jinkisbu rati ta’ użu tal-kapaċità aktar sostenibbli. Ara wkoll it-taqsima “Ristrutturar ippjanat”.

(21)   https://www.carbonbrief.org/chart-a-record-two-thirds-of-car-sales-in-china-are-now-electric-vehicles.

(22)  L-Osservatorju Ewropew tar-Ristrutturar (ERM) isegwi bidliet fl-impjiegi fuq skala kbira u avviżi ta’ ristrutturar minn manifatturi awtomobilistiċi madwar l-Unjoni Ewropea, filwaqt li jirreġistra każijiet ta’ ristrutturar imħabbra li jolqtu mill-inqas 100 impjieg, jew 10 % tal-impjiegi f’ditti akbar.

(23)   https://www.volkswagen-group.com/en/press-releases/agreement-reached-volkswagen-ag-positions-itself-competitively-for-the-future-18911.

(24)   https://annualreport2025.volkswagen-group.com/to-our-shareholders/letter-to-our-shareholders.html.

(25)   https://www.volkswagen-group.com/en/future-plan-the-next-phase-of-transformation-20510?utm_source=chatgpt.com.

(26)   https://www.semafor.com/article/09/04/2026/volkswagen-announces-record-job-cuts-amid-china-pressure u https://www.businesstimes.com.sg/companies-markets/volkswagen-plans-slash-50000-more-jobs-amid-dire-need-reduce-costs.

(27)   https://www.stellantis.com/en/company/our-strategy.

(28)   https://www.renaultgroup.com/groupe/notre-strategie/

(29)   https://www.thechemicalengineer.com/news/renault-to-slash-20-of-engineering-jobs.

(30)   https://motorillustrated.com/an-overview-of-the-job-cuts-made-by-european-automakers-over-the-last-year-and-a-half/190369.

(31)   https://www.automotiveworld.com/topics/software-defined-vehicle/mercedes-benz-boss-warns-china-price-wars-here-to-stay/

(32)   It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju: miri u politiki tal-UE | Suġġetti | il-Parlament Ewropew.

(33)   L-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi: fatti u ċifri (infografika) | Suġġetti | il-Parlament Ewropew.

(34)   Tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karozzi: spjegazzjoni tal-miri ġodda tas-CO2 għall-karozzi | Suġġetti | il-Parlament Ewropew.

(35)  Madankollu, f’Diċembru 2025, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal rieżami tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet. Skont il-proposta, mill-2035 ’il quddiem, minflok tnaqqis ta’ 100 %, il-produtturi tal-karozzi se jkollhom jikkonformaw ma’ mira ta’ tnaqqis ta’ 90 % tal-emissjonijiet mill-iżbokk tal-egżost, filwaqt li l-10 % tal-emissjonijiet li jifdal se jkollhom jiġu kkumpensati permezz tal-użu ta’ azzar b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju magħmul fl-Unjoni, jew permezz tal-e-fjuwils u tal-bijofjuwils. Dan se jippermetti li l-vetturi ibridi plug-in (PHEV), l-estensuri tal-awtonomija, il-vetturi ibridi ħfief, u l-vetturi b’magna tal-kombustjoni interna xorta jkollhom rwol x’jaqdu wara l-2035, flimkien mal-vetturi kompletament elettriċi (EVs). Ara wkoll https://climate.ec.europa.eu/areas-action/transport-decarbonisation/road-transport/cars-and-vans_en?prefLang=mt.

(36)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/690/KE tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Alġerina Demokratika u tal-Poplu, min-naħa l-oħra (ĠU L 265, 10.10.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/690/oj).

(37)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/356/KE tal-14 ta’ Frar 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (ĠU L 143, 30.5.2006, pp. 1 , ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/356/oj).

(38)  Ir-Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni (ĠU L 432, 21.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2170/oj).

(39)  F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni żejda sinifikanti disponibbli għall-produtturi esportaturi, il-kapaċità limitata tas-swieq domestiċi biex jassorbu dawn il-kapaċitajiet, u l-użu dejjem akbar ta’ miżuri restrittivi għall-kummerċ fi swieq oħra, li jagħmlu s-suq tal-Unjoni partikolarment attraenti bħala żbokk għall-produzzjoni żejda.

(40)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).

(41)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj).


ANNESS I

I.1 —   Lista ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, membri tad-WTO, l-Alġerija u l-Libanu

L-Afganistan, l-Albanija, l-Alġerija, l-Angola, Antigua u Barbuda, l-Arġentina, l-Armenja, il-Bahrain, il-Bangladesh, Barbados, il-Belize, il-Benin, il-Bolivja, il-Botswana, il-Brażil, il-Brunei Darussalam, il-Burkina Faso, il-Burundi, Cabo Verde, il-Kambodja, il-Kamerun, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, iċ-Chad, il-Ċilì, iċ-Ċina, il-Kolombja, il-Kongo, il-Costa Rica, il-Kosta tal-Avorju, Kuba, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Djibouti, Dominica, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, l-Eġittu, El Salvador, l-Eswatini, Fiġi, il-Gabon, il-Gambja, il-Georgia, il-Ghana, Grenada, il-Gwatemala, il-Guinea, il-Guinea-Bissau, il-Guyana, il-Haiti, il-Honduras, Hong Kong, l-Indja, l-Indoneżja, il-Ġamajka, il-Ġordan, il-Każakistan, il-Kenja, il-Kuwajt, ir-Repubblika tal-Kirgistan, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos, il-Libanu, il-Lesoto, il-Liberja, il-Macao, Madagascar, il-Malawi, il-Malażja, il-Maldivi, il-Mali, il-Mauritania, Mauritius, il-Messiku, il-Moldova, il-Mongolja, il-Montenegro, il-Marokk, il-Mozambique, il-Myanmar, in-Namibja, in-Nepal, in-Nikaragwa, in-Niġer, in-Niġerja, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Oman, il-Pakistan, il-Panama, Papua New Guinea, il-Paragwaj, il-Perù, il-Filippini, il-Qatar, ir-Rwanda, Saint Kitts u Nevis, Saint Lucia, Saint Vincent u l-Grenadini, Samoa, l-Arabja Sawdija, is-Senegal, is-Seychelles, Sierra Leone, il-Gżejjer Solomon, l-Afrika t’Isfel, is-Sri Lanka, is-Suriname, it-Taġikistan, it-Tanzanija, it-Tajlandja, Timor Leste, it-Togo, Tonga, Trinidad u Tobago, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Uganda, l-Ukrajna, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Urugwaj, Vanuatu, il-Venezwela, il-Vjetnam, il-Jemen, iż-Żambja, iż-Żimbabwe.

I.2 —   Lista ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw li l-miżuri proviżorji japplikaw għalihom

Iċ-Ċina, it-Turkija, il-Messiku u l-Marokk.


ANNESS II

Volumi ta’ kwoti

Prodott

Kodiċijiet NM u TARIC

Allokazzjoni skont il-pajjiż (Meta Applikabbli)

Mill-1 ta’ Diċembru 2026 sat-28 ta’ Frar 2027

Mill-1 ta’ Marzu 2027 sal-31 ta’ Mejju 2027

Mill-1 ta’ Ġunju 2027 sat-18 ta’ Ġunju 2027

Numru tal-Ordni

Volum tal-kwota (f’unitajiet)

Volum tal-kwota (f’unitajiet)

Volum tal-kwota (f’unitajiet)

Ċerti vetturi ibridi ġodda

8703 40 10 10,

8703 40 10 90,

8703 50 00 10,

8703 60 10 10,

8703 60 10 90,

8703 70 00 10

Iċ-Ċina

86 301

88 219

17 260

090254

Il-Ġappun

76 900

78 609

15 380

090255

It-Turkija

56 844

58 107

11 369

090256

Ir-Renju Unit

47 431

48 485

9 486

090257

Ir-Repubblika tal-Korea

30 566

31 245

6 113

090258

Il-Messiku

15 640

15 987

3 128

090259

Il-Marokk

10 779

11 019

2 156

090260

Is-Serbja

8 709

8 902

1 742

090261

L-Istati Uniti tal-Amerka

8 317

8 502

1 663

090262

L-Afrika t’Isfel (*1)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Pajjiżi oħrajn

370

378

74

090290

(*1)  Mhux applikabbli minħabba li l-Afrika t’Isfel hija eżentata abbażi tal-Anness I.2.


ANNESS III

Lista ta’ prodotti soġġetti għas-sorveljanza retroattiva

—

Vetturi ddisinjati prinċipalment għat-trasport ta’ disa’ persuni jew inqas, inkluż is-sewwieq, b’magna tal-kombustjoni interna bil-pistuni, użati jew ġodda, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8703 21 10 , 8703 21 90 , 8703 22 10 , 8703 22 90 , 8703 23 11 , 8703 23 19 , 8703 23 90 , 8703 24 10 , 8703 24 90 , 8703 31 10 , 8703 31 90 , 8703 32 11 , 8703 32 19 , 8703 32 90 , 8703 33 11 , 8703 33 19 , 8703 33 90 ;

—

Fil-kategorija msemmija hawn fuq, vetturi elettriċi ibridi mikro, iddisinjati prinċipalment għat-trasport ta’ disa’ persuni jew inqas, inkluż is-sewwieq, b’magna tal-kombustjoni interna bil-pistuni bħala mutur għall-propulsjoni u sors ta’ potenza elettrika, bħal alternatur integrat jew starter, li jintużaw biss għal funzjonijiet li mhumiex ta’ propulsjoni; użati jew ġodda, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC: 8703 21 10 10, 8703 21 90 10, 8703 22 10 10, 8703 22 90 10, 8703 23 11 10, 8703 23 19 10, 8703 23 90 10, 8703 24 10 10, 8703 24 90 10, 8703 31 10 10, 8703 31 90 10, 8703 32 11 10, 8703 32 19 10, 8703 32 90 10, 8703 33 11 20, 8703 33 19 20 u 8703 33 90 10;

—

Vetturi bil-mutur għat-trasport tal-merkanzija ta’ piż gross li ma jaqbiżx il-5 tunnellati, użati jew ġodda, irrispettivament mis-sistema tal-motopropulsjoni tagħhom, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8704 21 31 , 8704 21 39 , 8704 21 91 , 8704 21 99 , 8704 31 31 , 8704 31 39 , 8704 31 91 , 8704 31 99 , 8704 41 31 , 8704 41 39 , 8704 41 91 , 8704 41 99 , 8704 51 31 , 8704 51 39 , 8704 51 91 , 8704 51 99 , 8704 60 00 ;

—

Vetturi ibridi użati, prinċipalment iddisinjati għat-trasport ta’ disa’ persuni jew inqas, inkluż is-sewwieq, kemm b’magna bil-pistuni b’kombustjoni interna kif ukoll b’mutur elettriku wieħed jew aktar, bħala muturi għall-propulsjoni, irrispettivament mill-għadd ta’ roti mdawrin, kemm jekk kapaċi kif ukoll jekk le li jiġu ċċarġjati billi jiġu pplaggjati ma’ sors estern ta’ enerġija elettrika, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8703 40 90 , ex 8703 50 00 , 8703 60 90 , ex 8703 70 00 (kodiċijiet TARIC 8703 50 00 90; 8703 70 00 90);

—

Vetturi użati b’mutur elettriku biss għall-propulsjoni, prinċipalment iddisinjati għat-trasport ta’ disa’ persuni jew inqas, inkluż is-sewwieq, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi 8703 80 90 .


ANNESS IV

ĊERTIFIKAT TAL-KWOTA TAL-ESPORTAZZJONI

IL-KAMRA TAL-KUMMERĊ TAĊ-ĊINA GĦALL-IMPORTAZZJONI U L-ESPORTAZZJONI TA’ MAKKINARJU U PRODOTTI ELETTRONIĊI (CCCME)

INDIRIZZ: 8th Floor, Office Tower 2, No. 18 Jianguomennei Street, 100005, Beijing, CHINA

TEL: 0086-10-58280982

FAKS: 0086-10-58280870

 

 

 

 

 

NRU TAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-KWOTA:

 

DATA TAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-KWOTA:

 

 

 

 

 

 

ISEM IL-BEJJIEGĦ:

 

ISEM L-IMPORTATUR:

 

NRU TAL-FATTURA KUMMERĊJALI:

 

DATA TAL-FATTURA KUMMERĊJALI:

 

 

 

 

 

 

S/N

KODIĊI NM/TARIC

DITTA

MUDELL

KWANTITÀ

1

 

 

 

 

2

 

 

 

 

3

 

 

 

 

4

 

 

 

 

5

 

 

 

 

6

 

 

 

 

7

 

 

 

 

8

 

 

 

 

9

 

 

 

 

10

 

 

 

 

11

 

 

 

 

12

 

 

 

 

13

 

 

 

 

14

 

 

 

 

15

 

 

 

 

16

 

 

 

 

17

 

 

 

 

18

 

 

 

 

19

 

 

 

 

…(*)

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

DIKJARAZZJONI

Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li dan iċ-ċertifikat huwa relatat mal-vetturi elettriċi ibridi koperti mill-fattura kummerċjali pprovduta minn [ISEM IL-BEJJIEGĦ], għall-esportazzjoni ta’ oriġini Ċiniża lejn l-Unjoni Ewropea skont l-arranġament tal-kwota skont il-miżuri ta’ salvagwardja tal-UE għall-vetturi elettriċi ibridi (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/2614).

Niddikjara li l-informazzjoni li tinsab f’dan iċ-ċertifikat hija vera u preċiża, u li l-kwantità tal-oġġetti koperta minn dan iċ-ċertifikat ma taqbiżx il-kwota allokata liċ-Ċina skont il-miżuri ta’ salvagwardja.

 

 

 

 

 

ISEM L-UFFIĊJAL:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FIRMA:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

DATA:

 

 

CCCME (SIĠILL)

 

 

 

 

 

 

(*)

Is-CCCME tista’ testendi l-għadd ta’ linji tat-tabella.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2614/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)