|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2684 |
28.11.2023 |
DEĊIŻJONI (UE) 2023/2684 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-21 ta’ Novembru 2023
dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2024 (BĊE/2023/28)
IL-BORD EŻEKUTTIV tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,
Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(9) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv sa mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem ‘Stati Membri taż-żona tal-euro’). |
|
(2) |
L-20 Stat Membru taż-żona tal-euro bagħtu lill-BĊE it-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-volum ta’ muniti li għandhom jinħarġu fl-2024, supplimentati minn noti ta’ spjegazzjoni dwar il-metodoloġija tat-tbassir. Uħud minn dawn l-Istati Membri taż-żona tal-euro pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali dwar muniti fiċ-ċirkolazzjoni, fejn din l-informazzjoni hija disponibbli u kkunsidrata importanti mill-Istati Membri kkonċernati biex tiġi ssostanzjata t-talba għall-approvazzjoni. |
|
(3) |
Peress li d-dritt tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħruġ, skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), il-volumi approvati mill-BĊE ma jistgħux jinqabżu mill-Istati Membri taż-żona tal- euro mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE. |
|
(4) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 2(9) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), peress illi ma hi meħtieġa l-ebda modifika tal-volum mitlub ta’ ħruġ ta’ muniti, il-Bord Eżekuttiv għandu s-setgħa li jadotta din id-deċiżjoni dwar it-talbiet annwali għall-approvazzjoni għall-volum tal-ħruġ ta’ muniti fl-2024 ippreżentati mill-Istati Membri taż-żona tal-euro. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43).
Artikolu 2
Approvazzjoni tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2024
Il-BĊE b’dan japprova l-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri taż-żona tal-euro fl-2024 kif stabbilit fit-tabella li ġejja:
|
|
Volum ta' muniti euro approvati għall-ħruġ 2024 |
||
|
Muniti għaċ-ċirkolazzjoni |
Muniti għall-kollezzjonisti (mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni) |
Volum ta' ħruġ ta' muniti |
|
|
(EUR mijuni) |
(EUR mijuni) |
(EUR mijuni) |
|
|
Il-Belġju |
22,40 |
0,30 |
22,70 |
|
Il-Ġermanja |
419,00 |
172,00 |
591,00 |
|
L-Estonja |
12,60 |
0,46 |
13,06 |
|
L-Irlanda |
32,36 |
0,50 |
32,86 |
|
Il-Greċja |
129,90 |
0,61 |
130,51 |
|
Spanja |
280,47 |
40,00 |
320,47 |
|
Franza |
334,00 |
60,00 |
394,00 |
|
L-Italja |
268,81 |
4,88 |
273,69 |
|
Ċipru |
6,50 |
0,01 |
6,51 |
|
Kroazja |
42,78 |
0,20 |
42,98 |
|
Il-Latvja |
7,90 |
0,20 |
8,10 |
|
Il-Litwanja |
12,00 |
0,48 |
12,48 |
|
Il-Lussemburgu |
13,50 |
0,32 |
13,82 |
|
Malta |
6,70 |
0,50 |
7,20 |
|
In-Netherlands |
34,00 |
1,00 |
35,00 |
|
L-Awstrija |
128,50 |
176,76 |
305,26 |
|
Il-Portugall |
74,60 |
1,70 |
76,30 |
|
Is-Slovenja |
22,00 |
1,00 |
23,00 |
|
Is-Slovakkja |
14,00 |
2,50 |
16,50 |
|
Il-Finlandja |
10,00 |
5,00 |
15,00 |
|
Total |
1 872,02 |
468,42 |
2 340,44 |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.
L-Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta’ Novembru 2023.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2684/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)