|
17.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 171/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/792
tas-6 ta’ Mejju 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt dwar il-Prodotti Organiċi stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt dwar il-Prodotti Organiċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta’ prodotti organiċi (il-“Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2307 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2018. |
|
(2) |
L-Artikolu 8 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt dwar il-Prodotti Organiċi (il-“Kumitat Konġunt”) biex imexxi l-Ftehim u jieħu deċiżjonijiet għall-implimentazzjoni u l-funzjonament tajjeb tal-Ftehim. Skont il-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess. |
|
(3) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura tiegħu, peress li dawk ir-regoli ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni |
|
(4) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt dwar il-Prodotti Organiċi stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt dwar il-Prodotti Organiċi mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (2).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2307 tad-9 ta’ Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta’ prodotti organiċi (ĠU L 331, 14.12.2017, p. 1).
(2) Ara d-dokument ST 7778/21 fuq http://register.consilium.europa.eu