17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8663 — CNP Assurances/Macquarie/Prédica/Pisto)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 348/10)

1.

Fid-9 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Infra Invest France SAS (Franza), ikkontrollata minn CNP Assurances (Franza);

—

Lombard Odier Macquarie Infrastructure Fund LP (Franza), ikkontrollata minn Macquarie Group Limited (“Macquarie”, l-Awstralja);

—

Prédica Prévoyance Dialogue du Crédit Agricole (“Prédica”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Crédit Agricole Assurances (Franza);

—

Macquarie Strategic Storage Facilities Holding SARL (“MSSFH”, il-Lussemburgu), bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn Macquarie u Prédica.

CNP Assurances takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ MSSFH, flimkien ma’ Macquarie u Prédica. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CNP Assurances hija attiva fis-settur tal-assigurazzjoni tal-ħajja u tas-saħħa fi Franza. Hija tipprovdi assigurazzjoni fuq il-ħajja, assigurazzjoni fuq ir-riskju personali u assigurazzjoni fuq is-saħħa;

—

Macquarie tipprovdi servizzi bankarji u finanzjarji, kif ukoll servizzi ta’ konsulenza, ta’ investiment u servizzi ta’ ġestjoni ta’ fondi;

—

Prédica hija parti mill-grupp Crédit Agricole, li jipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi bankarji u ta’ investiment;

—

MSSFH tikkontrolla MacqPisto SAS u l-affiljati tagħha kollha (flimkien “Groupe Pisto”). Groupe Pisto jamministra faċilitajiet ta’ riċeviment, il-ħażna u t-trasferiment ta’ prodotti petroliferi fi Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8663 — CNP Assurances/Macquarie/Prédica/Pisto

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.