Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2008 – Coffee Store vs UASI (THE COFFEE STORE)
(Kawża T-323/05)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali THE COFFEE STORE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 42-43)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Ġunju 2005 (Każ R 855/2004-2), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali THE COFFEE STORE bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
The Coffee Store GmbH |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali THE COFFEE STORE għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 30, 32 u 43 |
|
Deċiżjoni tal-eżaminatur: |
Reġistrazzjoni rrifjutata |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
The Coffee Store GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |