|
27.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 238/89 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2056
tas-26 ta’ Settembru 2023
li jemenda l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2014 fir-rigward ta’ aġġornament tal-lista ta’ indiċi diversifikati b’mod xieraq rilevanti f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 344(1), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġi żgurat li l-indiċi tal-borża elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2014 (2) ikomplu jissodisfaw il-kundizzjonijiet fejn ir-riskju speċifiku tagħhom jista’ jiġi injorat, l-Awtorità Bankarja Ewropea ivvalutat mill-ġdid l-indiċijiet rilevanti fid-dawl tal-aħħar data disponibbli, li hija d-data tas-sena 2022. Dik ir-rivalutazzjoni wriet il-ħtieġa li tiġi aġġornata l-lista ta’ indiċi diversifikati b’mod xieraq rilevanti. |
|
(2) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 945/2014 jiġi emendat skont dan. |
|
(3) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea. |
|
(4) |
L-emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 945/2014 ma jirriżultawx minħabba bidliet fil-metodoloġija tal-valutazzjoni applikata. B’hekk, għall-iskop uniku li taġġorna l-lista ta’ indiċi diversifikati b’mod xieraq rilevanti, l-Awtorità Bankarja Ewropea la wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, u lanqas ma analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati meta jitqies li tali konsultazzjoni jew analiżi tkun sproporzjonata ħafna fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-emendi introdotti u l-impatt tal-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni kkonċernati. Fil-fatt, għadd żgħir biss ta’ indiċi jenħtieġ li jitneħħew minn dik il-lista b’konsegwenza tar-rivalutazzjoni, u dawn l-indiċi huma fi kwalunkwe każ maqbuża mill-indiċi l-ġodda introdotti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 945/2014 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2014 tal-4 ta’ Settembru 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ indiċi diversifikati b’mod xieraq rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 3).
ANNESS
“ANNESS
L-indiċi tal-borża li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 344 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
|
Indiċi |
Pajjiż/Żona |
||
|
L-Asja/Il-Paċifiku |
||
|
L-Awstralja |
||
|
L-Awstrija |
||
|
L-Awstrija |
||
|
Il-Belġju |
||
|
Il-Brażil |
||
|
Il-Kanada |
||
|
L-Ewropa Ċentrali |
||
|
Iċ-Ċina |
||
|
Iċ-Ċina |
||
|
Iċ-Ċina |
||
|
Iċ-Ċina |
||
|
Id-Danimarka |
||
|
Id-Danimarka |
||
|
Swieq Żviluppati |
||
|
L-Ewropa tal-Lvant |
||
|
Swieq Emerġenti |
||
|
Swieq Emerġenti |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
L-Ewropa |
||
|
Il-Finlandja |
||
|
Franza |
||
|
Franza |
||
|
Franza |
||
|
Il-Ġermanja |
||
|
Il-Ġermanja |
||
|
Il-Ġermanja |
||
|
Il-Ġermanja |
||
|
Il-Ġermanja |
||
|
Globali |
||
|
Globali |
||
|
Il-Greċja |
||
|
Il-Greċja |
||
|
Hong Kong |
||
|
Hong Kong |
||
|
L-Indja |
||
|
L-Indja |
||
|
L-Irlanda |
||
|
L-Italja |
||
|
L-Italja |
||
|
Il-Ġappun |
||
|
Il-Ġappun |
||
|
Il-Ġappun |
||
|
Il-Ġappun |
||
|
L-Amerka Latina |
||
|
Il-Malażja |
||
|
Il-Malażja |
||
|
Malta |
||
|
Il-Messiku |
||
|
Il-Messiku |
||
|
In-Netherlands |
||
|
In-Netherlands |
||
|
In-Netherlands |
||
|
New Zealand |
||
|
In-Norveġja |
||
|
In-Norveġja |
||
|
In-Norveġja |
||
|
Il-Polonja |
||
|
Il-Polonja |
||
|
Singapore |
||
|
Singapore |
||
|
L-Afrika t’Isfel |
||
|
Spanja |
||
|
Spanja |
||
|
L-Iżvezja |
||
|
L-Iżvezja |
||
|
L-Iżvizzera |
||
|
L-Iżvizzera |
||
|
L-Iżvizzera |
||
|
It-Tajlandja |
||
|
Ir-Renju Unit |
||
|
Ir-Renju Unit |
||
|
Ir-Renju Unit |
||
|
Ir-Renju Unit |
||
|
Ir-Renju Unit |
||
|
Ir-Renju Unit |
||
|
Ir-Renju Unit |
||
|
L-Istati Uniti tal-Amerka |
||
|
L-Istati Uniti tal-Amerka |
||
|
L-Istati Uniti tal-Amerka |