Official Journal L 382 , 31/12/1988 P. 0042 - 0043
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0173
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0173
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1988 li temenda diversi Direttivi dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fejn hemm dispożizzjoni f'dawk id-Direttivi għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ta' attestazzjonijiet u ċertifikati (88/665/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, F'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2], Billi diversi Direttivi tal-Komunità jipprovdu dispożizzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw partikolarment proċeduri għall-approvazzjoni tal-KEE, eżami tat-tip KEE, verifika tal-KEE u ċertifikazzjonijiet tal-KEE oħra; billi Direttivi speċifiċi oħra jagħmlu referenza għal dawn il-proċeduri; Billi fil-kuntest tal-proċeduri għall-approvazzjoni tal-KEE u eżami tat-tip tal-KEE, huma provduti sistema reċiproka ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u/jew korpi awtorizzati kif ukoll notifika lill-Kummissjoni taċ-ċertifikati mogħtija; billi estratt taċ-ċertifikati għandu jkun ippubblikat ukoll fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej; Billi l-esperjenza miksuba wriet li l-pubblikazzjoni ta' estratti ta’ ċertifikati u attestazzjonijiet fil-Ġurnal Uffiċjali ma ttejjibx b'mod konsiderevoli t-trasparenza tal-kwistjoni, billi dan huwa diġà assigurat b’mod sodisfaċenti b'mezzi oħra; billi l-pubblikazzjoni għalhekk mhix essenzjali u tista' titwaqqaf, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttivi li ġejjin huma emendati kif ġej: 1. Id-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/355/KEE [4]: fl-Anness I, il-punt 5.1 huwa mħassar, u f'punt 5.3 ir-riferenza għall-punt 5.1 hija mħassra; 2. Id-Direttiva tal-Kunsill 76/767/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-dispożizzjonijiet komuni għal apparat bil-pressa u metodi għall-ispezzjoni tagħhom [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/354/KEE [6]: fl-Anness I, il-punt 4.1 huwa mħassar, u f'punt 4.3 ir-riferenza għall-punt 4.I hija mħassra; 3. Id-Direttiva tal-Kunsill 79/196/KEE tas-6 ta’ Frar 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tagħmir elettriku għall-użu f'atmosferi potenzjalment splussivi li jkollhom ċertu tipi ta’ protezzjoni [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 84/47/KEE [8]: fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa mħassar, u fl-Artikolu 7(1) ir-riferenza għall-Artikolu 6 hija mħassra; 4. Id-Direttiva tal-Kunsill 84/528/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-dispożizzjonijiet komuni għall-apparat għall-irfigħ u t-tqandil mekkaniku [9], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/354/KEE: fl-Anness I, il-punt 5.1 huwa mħassar, u f'punt 5.3 ir-riferenza għall-punt 5.1 hija mħassra; 5. Id-Direttiva tal-Kunsill 84/530/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-dispożizzjonijiet komuni għal apparat li juża karburanti gassużi, tagħmir għas-sigurezza u kontroll għal dan l-apparat u metodi ta’ sorveljanza tagħhom [10], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/354/KEE: fl-Anness I, il-punt 5.1 huwa mħassar, u f'punt 5.3 ir-riferenza għall-punt 5.1 hija mħassra; 6. Id-Direttiva tal-Kunsill 84/532/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-dispożizzjonijiet komuni għall-apparat u tagħmir ta' kostruzzjoni [11], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall: fl-Anness I, il-punt 4.1 huwa mħassar, u f'punt 4.3 ir-riferenza għall-punt 4.1 hija mħassra; L-Artikolu 2 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1988. Għall-Kunsill Il-President V. Papandreou [1] ĠU C 156, tal-15.6.1987, p. 190 uĠU C 309, tal-5.12.1988. [2] ĠU C 232, tal-31.8.1987, p. 7. [3] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p 1. [4] ĠU L 192, tal-11.7.1987, p 46. [5] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p 153. [6] ĠU L 192, tal-11.7.1987, p. 43. [7] ĠU L 43, ta’ l-20.2.1979, p 20. [8] ĠU L 31, tat-2.2.1984, p 19. [9] ĠU L 300, tad-19.11.1984, p 72. [10] ĠU L 300, tad-19.11.1984, p 95. [11] ĠU L 300, tad-19.11.1984, p 111. --------------------------------------------------