European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2906

19.11.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2906

tal-14 ta’ Novembru 2024

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond, li tispeċifika l-limitu massimu għall-2026, l-ammont annwali għall-2025, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2025 u previżjoni mhux vinkolanti indikattiva għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2027 u 2028

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2), flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa.

(2)

F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ottubru 2024 li tispeċifika l-ammont tal-limitu massimu tal-kontribuzzjoni għall-2026, l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2025, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2025 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2027 u 2028.

(3)

Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (“FEŻ”) preċedenti. Għalhekk, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi skont ir-Regolament (UE) 2018/1877 għall-Kummissjoni u għall-BEI.

(4)

Skont l-Artikolu 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) jibqa’ Parti għall-FEŻ sal-għeluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti li għadu mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11-il FEŻ, meta dawn il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti, ma għandux jintuża mill-ġdid.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2586 (4) tistabbilixxi l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li għandha titħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-2025 għal EUR 800 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 9 000 000 għall-BEI.

(6)

Sabiex ikunu jistgħu jiġu applikati minnufih il-miżuri li tipprevedi, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-2026 huwa b’dan stabbilit għal EUR 700 000 000 għall-Kummissjoni.

Artikolu 2

L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-2025 huwa b’dan stabbilit għal EUR 809 000 000. Dan għandu jitħallas kif ġej:

(a)

għall-Kummissjoni, EUR 800 000 000; u

(b)

għall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), EUR 9 000 000.

Artikolu 3

L-ammont tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-FEŻ bħala l-ewwel pagament parzjali għall-2025 huwa b’dan stabbilit għal EUR 359 000 000. Dan għandu jitħallas kif ġej:

(a)

għall-Kummissjoni, EUR 350 000 000; u

(b)

għall-BEI, EUR 9 000 000.

Artikolu 4

L-ammont ta’ EUR 6 300 000 minn fondi mhux impenjati jew diżimpenjati mill-proġetti fl-ambitu tad-Disa’ FEŻ għandu jiġi rimborżat permezz ta’ tnaqqis fil-pagament tal-ewwel pagament parzjali għall-2025 stipulat fl-Artikolu 3.

Artikolu 5

Il-previżjoni mhux vinkolanti indikattiva għall-ammont annwali mistenni ta’ kontribuzzjonijiet għall-2027 hija b’dan stabbilita għal EUR 500 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 0 għall-BEI. Il-previżjoni indikattiva mhux vinkolanti għall-ammont annwali mistenni ta’ kontribuzzjonijiet għall-2028 hija b’dan stabbilita għal EUR 400 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 0 għall-BEI.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

BÓKA J.


(1)   ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1

(3)   ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2586 tat-13 ta’ Novembru 2023 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond, li jispeċifika l-limitu massimu għall-2025, l-ammont annwali għall-2024, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2024 u previżjoni indikattiva, mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2026 u 2027 (ĠU L, 2023/2586, 15.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2586/oj).


ANNESS

L-ewwel pagament parzjali tal-2025 (f’EUR) li għandu jitħallas lill-Kummissjoni u lill-BEI

L-ISTATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

Il-kjavi tad-9 FEŻ (%)

Il-kjavi tal-11-il FEŻ (%)

Il-Kummissjoni

Il-BEI

Il-Kummissjoni + il-BEI

Il-11-il FEŻ

Ir-rifużjoni mid-9 FEŻ

Il-11-il FEŻ bit-tnaqqis tar-Rifużjoni tad-9 FEŻ

Il-11-il FEŻ

L-ammont totali għall-ewwel pagament parzjali tal-2025

Il-BELĠJU

3,92

3,24927

11 372 445

246 960

11 125 485

292 434

11 417 919

IL-BULGARIJA

 

0,21853

764 855

0

764 855

19 668

784 523

IĊ-ĊEKJA

 

0,79745

2 791 075

0

2 791 075

71 771

2 862 846

ID-DANIMARKA

2,14

1,98045

6 931 575

134 820

6 796 755

178 241

6 974 996

IL-ĠERMANJA

23,36

20,57980

72 029 300

1 471 680

70 557 620

1 852 182

72 409 802

L-ESTONJA

 

0,08635

302 225

0

302 225

7 772

309 997

L-IRLANDA

0,62

0,94006

3 290 210

39 060

3 251 150

84 605

3 335 755

IL-GREĊJA

1,25

1,50735

5 275 725

78 750

5 196 975

135 662

5 332 637

SPANJA

5,84

7,93248

27 763 680

367 920

27 395 760

713 923

28 109 683

FRANZA

24,30

17,81269

62 344 415

1 530 900

60 813 515

1 603 142

62 416 657

IL-KROAZJA

 

0,22518

788 130

0

788 130

20 266

808 396

L-ITALJA

12,54

12,53009

43 855 315

790 020

43 065 295

1 127 708

44 193 003

ĊIPRU

 

0,11162

390 670

0

390 670

10 046

400 716

IL-LATVJA

 

0,11612

406 420

0

406 420

10 451

416 871

IL-LITWANJA

 

0,18077

632 695

0

632 695

16 269

648 964

IL-LUSSEMBURGU

0,29

0,25509

892 815

18 270

874 545

22 958

897 503

L-UNGERIJA

 

0,61456

2 150 960

0

2 150 960

55 310

2 206 270

F’MALTA

 

0,03801

133 035

0

133 035

3 421

136 456

IN-NETHERLANDS

5,22

4,77678

16 718 730

328 860

16 389 870

429 910

16 819 780

L-AWSTRIJA

2,65

2,39757

8 391 495

166 950

8 224 545

215 781

8 440 326

IL-POLONJA

 

2,00734

7 025 690

0

7 025 690

180 661

7 206 351

IL-PORTUGALL

0,97

1,19679

4 188 765

61 110

4 127 655

107 711

4 235 366

IR-RUMANIJA

 

0,71815

2 513 525

0

2 513 525

64 634

2 578 159

IS-SLOVENJA

 

0,22452

785 820

0

785 820

20 207

806 027

IS-SLOVAKKJA

 

0,37616

1 316 560

0

1 316 560

33 854

1 350 414

IL-FINLANDJA

1,48

1,50909

5 281 815

93 240

5 188 575

135 818

5 324 393

L-IŻVEZJA

2,73

2,93911

10 286 885

171 990

10 114 895

264 520

10 379 415

IR-RENJU UNIT (*1)

12,69

14,67862

51 375 170

799 470

50 575 700

1 321 076

51 896 776

TOTALI UE-27 U R-RENJU UNIT

100,00

100,00

350 000 000

6 300 000

343 700 000

9 000 000

352 700 000


(*1)  Abbażi tal-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Renju Unit talab formalment f’Marzu 2023 li l-Kummissjoni tagħti rifużjoni tas-sehem pendenti tiegħu tar-riżervi tal-10 u tal-11-il FEŻ, billi tpaċi l-kontribuzzjoni pendenti tar-Renju Unit. Din it-tpaċija se tkun riflessa fl-istruzzjonijiet ta’ pagament rispettivi.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2906/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)