4.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/18


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Talba magħmula minn Entità Kontraenti — Estensjoni tal-iskadenza

(2016/C 282/10)

Fis-16 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara l-wasla tat-talba huwa d-19 ta’ Jannar 2015.

Din it-talba qed issir minn Flughafen Wien u tikkonċerna l-attivitajiet marbuta mal-isfruttament ta’ żona ġeografika għall-finijiet tal-forniment ta’ ajruporti jew ta’ faċilitajiet oħra ta’ terminals lil trasportaturi tal-ajru fit-territorju tal-Awstrija. L-avviż rilevanti ġie ppubblikat f’paġna 22 tal-ĠU C 93 tal-20 ta’ Marzu 2015. Avviż ta’ sospensjoni ġie ppubblikat f’paġna 23 tal-ĠU C 217 tat-2 ta’ Lulju 2015.

F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, l-iskadenza tista’ testendiha l-Kummissjoni bil-kunsens ta’ dawk li għamlu t-talba. Minħabba l-ħtieġa li tinkiseb u tiġi analizzata aktar informazzjoni, u bil-kunsens tal-applikant, il-perjodu disponibbli għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi fuq din it-talba qed jiġi estiż sal-31 ta’ Ottubru 2016.


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243