|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3168 |
19.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3168
tat-18 ta’ Diċembru 2024
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ żingu-L-selenometijonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Tressqet applikazzjoni għall-modifika tat-termini ta’ awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ żingu-L-selenometijonina, li ġie awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/49 (2). Dik il-modifika kienet tikkonċerna żieda fil-kontenut tas-selenju fil-preparat għal firxa ta’ bejn 2 u 46 g Se/kg |
|
(3) |
Madankollu, il-Kummissjoni tqis li din l-applikazzjoni fil-fatt tikkonċerna preparat ġdid ta’ żingu-L-selenometijonina, b’kontenut ta’ selenju fil-preparat bejn 2 u 46 g Se/kg. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. L-applikazzjoni titlob biex il-preparat jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-“addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “komposti ta’ oligoelementi”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-15 ta’ Novembru 2023 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparat ta’ żingu-L-selenometijonina b’kontenut minimu ta’ Se ta’ 40 g/kg huwa sikur għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent dment li jiġu rrispettati l-livelli massimi ta’ supplimentazzjoni tas-selenju awtorizzati fl-Unjoni (0,2 mg Se organiku/kg ta’ għalf komplet, 0,5 mg Se totali/kg ta’ għalf komplet). L-awtorità tinnota li d-data vvalutata tkopri biss firxa ta’ konċentrazzjoni limitata ta’ selenju fl-addittiv (40–46 g Se/kg). Peress li ma saret disponibbli ebda informazzjoni għal kwalunkwe preparat ieħor tal-addittiv fil-medda ta’ bejn 2 u 40 g Se/kg, l-Awtorità tirrakkomanda li jitqies preparat ġdid bl-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin: minimu ta’ 40 g Se/kg u massimu ta’ 46 g Se/kg. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat mhuwiex irritanti għall-għajnejn jew għall-ġilda, li joħloq riskju meta jittieħed man-nifs iżda ma setgħetx tintlaħaq konklużjoni fir-rigward tas-sensitizzazzjoni tal-ġilda. Billi l-kundizzjonijiet tal-użu tal-addittiv huma l-istess bħal dawk għall-preparat ta’ żingu-L-selenometijonina li diġà huwa awtorizzat skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/49, l-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-kompożizzjoni tal-preparat ma għandha l-ebda impatt fuq l-effikaċja tal-addittiv. Barra minn hekk, ma qisitx li hemm ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. |
|
(5) |
Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjoni preċedenti dwar il-preparat ta’ żingu-L-selenometijonina huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (4), mhuwiex meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparat ta’ żingu-L-selenometijonina b’minimu ta’ 40 g Se/kg ta’ addittiv u massimu ta’ 46 g Se/kg ta’ addittiv jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dak il-preparat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi, “addittivi nutrittivi”, u mill-grupp funzjonali, “komposti ta’ oligoelementi”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Id-Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/49 tal-4 ta’ Jannar 2019 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-selenit tas-sodju, is-selenit tas-sodju granulat miksi u ż-żingu-L-selenometijonina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 10, 14.1.2019, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/49/oj).
(3) EFSA Journal, 2023;21:e8459.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontenut tal-element (Se) f’mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta’ oligoelementi |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3b818i |
Żingu-L-selenometijonina |
Karatterizzazzjoni tal-addittiv Preparat solidu ta’ żingu-L-selenometijonina b’kontenut ta’ selenju ta’ bejn 40 u 46 g/kg Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Selenju organiku fil-forma taż-żingu-L-selenometijonina Formula kimika: C5H10ClNO2SeZn Trab kristallin bi:
Metodi analitiċi (1): Għad-determinazzjoni tas-selenometijonina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fl-addittiv tal-għalf:
jew
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fil-premixxeli u fl-għalf kompost:
Għall-kwantifikazzjoni taż-żingu totali fl-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha |
— |
— |
0,50 |
|
It-8 ta’ Jannar 2035 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_mt
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3168/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)