Official Journal L 202 , 01/08/1975 P. 0057 - 0058
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0139
Greek special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0075
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0139
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0216
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 8 P. 0216
Ir-Regolament (KEE) Nru 1997/75 Tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 1975 li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 1579/74 f’dak li jirrigwarda l-iffissar bil-quddiem ta’ imposta ta’ importazzjoni fuq prodotti tal-lamtu IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 120/67/KEE [1] tat-13 ta’ Ġunju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali, kif l-aħħar emendat bir-Regolament Nru 665/75/KEE [2], u b’mod partikolari Artikolu 15 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 359/67/KEE [3] tal-25 ta’ Lulju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali, kif l-aħħar emendat bir-Regolament Nru 668/75/KEE [4], u b’mod partikolari Artikolu 13(3) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1052/68/KEE [5] tat-23 Lulju 1968 dwar is-sistema ta’ importazzjoni u esportazzjoni għall-prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross, kif l-aħħar emendat bir-Regolament Nru 980/75/KEE [6] u b’mod partikolari Artikoli 2(2) and 5 tiegħu, Billi Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1579/74/KEE [7] tal-24 ta’ Ġunju 1974 dwar il-proċedura għall-kalkolazzjoni ta’ l-imposta ta’ importazzjoni fuq prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross u għall-iffissar bil-quddiem ta’ din l-imposta għal dawn il-prodotti u għall-ikel tal-għalf kompost manifatturat miċ-ċereali, kif l-aħħar emendat bir-Regolament Nru 3103/74/KEE [8], jipprovdi li meta l-imposta fuq importazzjoni fuq prodotti tal-lamtu tkun iffissata bil-quddiem tiġi aġġustata biss meta l-livell ta’ l-hekk imsejħa prezzijiet tal-"provvista" jinbidlu; billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1955/75 [9] tat-22 ta’ Lulju 1975 dwar ħlas lura tal-produzzjoni fis-settur taċ-ċereali u r-ross m’għadux jirreferi għall-hekk imsejħa prezzijiet tal-"provista"; billi dispożizzjonijiet għandhom għalhekk jintgħamlu għall-aġġustament li jkollu effett ekonomiku identiku bħall-aġġustament li hemm ipprovdut għalih fil-preżent; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma konsonanti ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1 Artikolu 3(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 1579/74/KEE qiegħed jinbidel b’dan li ġej: "(a) Fil-każ imsemmi fis-subparagrafu preċedenti, u ħlief dwar il-prodotti li jaqgħu fis-subintestatura 23.07 B speċifikata f’Anness A li jinsab mar-Regolament Nru 120/67/KEE kull aġġustament għall-imposta għandu bla ħsara għall-operazzjoni tat-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 15(3) tar-Regolament Nru 120/67/KEE, isir b’relazzjoni mal-prezz threshold għall-prodott jew prodotti bażiċi użati għall-għan tal-kalkolazzjoni tal-komponent varjabbli tal-operat tal-imposta fil-jum tal-importazzjoni. Dak l-aġġustament għandu jsir billi tiżdied jew titnaqqas l-imposta li kienet ġiet iffissata bil-quddiem bid-differenza bejn il-prezz threshold għall-100kg tal-prodott bażiku operattiv għax-xahar li fih issir l-applikazzjoni u dak operattiv għax-xahar ta’ l-importazzjoni, b’dik id-differenza tiġi mmoltiplikata bil-koeffiċjent muri fil-kolonna 4 ta’ l-Anness li jinsab mar-Regolament Nru 1052/68. (b) Fir-rigward tal-prodotti li għalihom jirreferi Artikolu 2, l-imposta ffissata bil-quddiem għandha tiġi aġġustata jekk il-ħlas ta’ rifużjoni għall-produzzjoni ffissat f’Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1955/75/KEE jinbidlu bejn il-jum li fih issir l-applikazzjoni għal-liċenzja u l-jum ta’ l-importazzjoni. Dawn l-aġġustamenti għandhom isiru billi jiżdied jew jitnaqqas l-ammont ta’ imposta ffissat bil-quddiem b’referenza għad-differenza li tirriżulta minn dik il-bidla, b’dik id-differenza tiġi mmoltiplikata bil-koeffiċjent muri fil-kolonna 4 ta’ l-Anness li jinsab mar-Regolament Nru 1052/68/KEE kontra l-prodott in kwistjoni." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Lulju 1975. Għall-Kummissjoni P. J. Lardinois Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 117, tad-19.6.1967, p. 2269/67. [2] ĠU L 72, ta’ l-20.3.1975, p. 14. [3] ĠU L 174, tal-31.7.1967, p. 1. [4] ĠU L 72, ta’ l-20.3.1975, p. 18. [5] ĠU L 179, tal-25.7.1968, p. 8. [6] ĠU L 95, tas-17.4.1975, p. 1. [7] ĠU L 168, tal-25.6.1974, p. 7. [8] ĠU L 331, tal-11.12.1974, p. 7. [9] ĠU L 200, tal-31.7.1975, p. 1. --------------------------------------------------