SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)
10 ta’ Settembru 2024 ( *1 )
Werrej
|
Il‑kuntest ġuridiku |
|
|
L‑Azzjoni Konġunta 2008/124 |
|
|
Id‑Deċiżjoni 2014/349/PESK |
|
|
Id‑Deċiżjoni (PESK) 2018/856 |
|
|
Il‑fatti li wasslu għall‑kawża |
|
|
L‑azzjoni quddiem il‑Qorti Ġenerali |
|
|
Id‑digriet appellat |
|
|
Il‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja u t‑talbiet tal‑appellanti |
|
|
Fuq l‑appelli |
|
|
Fuq l‑ewwel ilment tal‑ewwel parti, it-tieni u t‑tielet ilment tat‑tieni parti u t‑tielet parti tal‑aggravju uniku tal‑appell fil‑Kawża C‑29/22 P kif ukoll fuq l‑ewwel u t‑tieni parti tal‑ewwel aggravju, it‑tieni parti tat‑tieni aggravju, it‑tielet aggravju u t‑tieni parti tar‑raba’ aggravju tal‑appell fil‑Kawża C‑44/22 P |
|
|
L-argumenti tal-partijiet |
|
|
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
Fuq it‑tieni lment tal‑ewwel parti u l‑ewwel ilment tat‑tieni parti tal‑aggravju uniku fil‑Kawża C‑29/22 P kif ukoll fuq it‑tielet parti tal‑ewwel aggravju u l‑ewwel parti tat‑tieni aggravju tal‑appell fil‑Kawża C‑44/22 P |
|
|
L-argumenti tal-partijiet |
|
|
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
Fuq ir‑raba’ parti tal‑aggravju uniku fil‑Kawża C‑29/22 P |
|
|
L-argumenti tal-partijiet |
|
|
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
Fuq l‑ewwel parti tar‑raba’ aggravju tal‑appell fil‑Kawża C‑44/22 P |
|
|
L-argumenti tal-partijiet |
|
|
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
Fuq ir‑rikors quddiem il‑Qorti Ġenerali |
|
|
Fuq l‑ispejjeż |
“Appell – Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) – Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK – Missjoni ‘Stat tad-Dritt’ tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (Eulex Kosovo) – Rikors għad-danni – Dannu allegatament imġarrab minħabba diversi atti u ommissjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni konġunta – Insuffiċjenza tal-investigazzjonijiet fuq it-tortura, l-għajbien u l-qtil ta’ persuni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tagħti deċiżjoni dwar dan ir-rikors – L-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE – Artikolu 275 TFUE.”
Fil-Kawżi magħquda C‑29/22 P u C‑44/22 P,
li għandhom bħala suġġett żewġ appelli bis-saħħa tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentati rispettivament fit‑12 u fid‑19 ta’ Jannar 2022,
KS,
KD,
irrappreżentati minn P. Koutrakos, dikigoros, F. Randolph, KC, u J. Stojsavljevic-Savic, solicitor,
Appellanti (C‑29/22 P):
rikorrenti fl-ewwel istanza (C‑44/22 P),
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata inizjalment minn M. Carpus Carcea, L. Gussetti, Y. Marinova u J. Roberti di Sarsina, sussegwentement minn M. Carpus Carcea, L. Gussetti u Y. Marinova, u fl-aħħar nett minn M. Carpus Carcea u Y. Marinova, bħala aġenti,
appellanti (C‑44/22 P)
konvenuta fl-ewwel istanza (C‑29/22 P),
sostnuta minn:
Ir-Renju tal-Belġju, irrappreżentat minn M. Jacobs, C. Pochet u L. Van den Broeck, bħala aġenti,
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, irrappreżentat minn A. Germeaux u T. Schell, bħala aġenti,
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, irrappreżentat minn M. K. Bulterman u J. Langer, bħala aġenti,
Ir-Repubblika tal-Awstrija, irrappreżentata minn A. Posch, J. Schmoll, M. Meisel u E. Samoilova, bħala aġenti,
Ir-Rumanija, irrappreżentata minn R. Antonie, L.‑E. Baţagoi, E. Gane u L. Ghiţă, bħala aġenti,
Ir-Repubblika tal-Finlandja, irrappreżentata minn H. Leppo u M. Pere, bħala aġenti,
Ir-Renju tal-Isvezja, irrappreżentat minn H. Eklinder, F.‑L. Göransson, C. Meyer-Seitz, A. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, R. Shahsavan Eriksson, H. Shev u O. Simonsson, bħala aġenti,
intervenjenti fl-appell (C‑44/22 P),
il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat inizjalment minn P. Mahnič, R. Meyer u A. Vitro, sussegwentement minn P. Mahnič u R. Meyer, bħala aġenti,
konvenut fl-ewwel istanza,
sostnut minn:
Ir-Repubblika Ċeka, irrappreżentata minn D. Czechová, K. Najmanová, M. Smolek, O. Šváb u J. Vláčil, bħala aġenti,
Ir-Repubblika Franċiża, irrappreżentata inizjalment minn J.‑L. Carré, A.‑L. Desjonquères, T. Stéhelin u W. Zemamta, sussegwentement minn J.‑L. Carré, T. Stéhelin u W. Zemamta, sussegwentement minn J.‑L. Carré, B. Fodda, E. Leclerc, T. Stéhelin u W. Zemamta, sussegwentement minn J.‑L. Carré, B. Fodda, E. Leclerc, S. Royon, T. Stéhelin u W. Zemamta, sussegwentement minn J.‑L. Carré, M. de Lisi, B. Fodda, E. Leclerc, S. Royon u T. Stéhelin, u fl-aħħar nett minn, M. de Lisi, B. Fodda, S. Royon, T. Stéhelin u B. Travard, bħala aġenti,
intervenjenti fl-appelli (C‑29/22 P u C‑44/22 P),
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), irrappreżentat minn L. Havas, S. Marquardt u E. Orgován, bħala aġenti,
konvenut fl-ewwel istanza,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),
komposta minn K. Lenaerts, President, L. Bay Larsen, Viċi President, A. Arabadjiev, A. Prechal, K. Jürimäe, T. von Danwitz, Z. Csehi u O. Spineanu-Matei, Presidenti ta’ Awla, J.‑C. Bonichot, S. Rodin, I. Jarukaitis, A. Kumin (Relatur), u M. Gavalec, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: T. Ćapeta,
Reġistratur: R. Stefanova-Kamisheva, Amministratriċi,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑27 ta’ Ġunju 2023,
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑23 ta’ Novembru 2023,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
Permezz tal-appelli rispettivi tagħhom, KS u KD, minn naħa, kif ukoll il‑Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, (iktar ’il quddiem, flimkien, l‑“appellanti”) qiegħdin jitolbu l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal‑Unjoni Ewropea tal‑10 ta’ Novembru 2021, KS u KD vs Il‑Kunsill et (T‑771/20, iktar ’il quddiem id-digriet appellat, EU:T:2021:798), li permezz tiegħu hija kienet iddikjarat li manifestament ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tar‑rikors ippreżentat minn KS u KD abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu li dawn tal-aħħar allegatament ġarrbu minħabba diversi atti u ommissjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal‑4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU 2008, L 42, p. 92), relatati, b’mod partikolari, mal-investigazzjonijiet imwettqa matul din il-missjoni u li kienu jirrigwardaw it-tortura, l-għajbien u l-qtil tal-membri tal-familja tagħhom, li seħħew matul is-sena 1999, fi Pristina (Kosovo). |
Il‑kuntest ġuridiku
L‑Azzjoni Konġunta 2008/124
|
2 |
Fil-paragrafu 1 tiegħu, l-Artikolu 1 tal-Azzjoni Konġunta 2008/124, intitolat “Il-missjoni”, jipprevedi: “L-UE b’dan tistabbilixxi l-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (minn hawn ‘il quddiem ‘EULEX KOSOVO’).” |
|
3 |
Skont l-Artikolu 2 tal-Azzjoni Konġunta, intitolat “Mandat”: “EULEX KOSOVO għandha tassisti lill-istituzzjonijiet tal-Kosovo, lil awtoritajiet ġudizzjarji u lil aġenziji ta’ l-infurzar tal-liġi fil-progress tagħhom lejn is-sostenibbiltà u r-responsabbiltà u fl-iżvilupp u t-tisħiħ ulterjuri ta’ sistema ġudizzjarja multi-etnika indipendenti u servizz tal-pulizija u tad-dwana multi-etniku, filwaqt li jiġi żgurat li dawn l-istituzzjonijiet huma ħielsa minn interferenzi politiċi u jaderixxu ma’ l-istandards rikonoxxuti fl-ambitu internazzjonali u l-aħjar prattika Ewropea. EULEX KOSOVO, f’koperazzjoni sħiħa mal-Programmi ta’ assistenza tal-Kummissjoni Ewropea, għandha timplimenta l-mandat tagħha permezz ta’ monitoraġġ, iggwidar u konsulenza, filwaqt li żżomm ċerti responsabbiltajiet eżekuttivi.” |
|
4 |
L-Artikolu 3 tal-imsemmija azzjoni konġunta, intitolat “Kompiti”, jipprovdi: “Sabiex jitwettaq il-Mandat tal-Missjoni stabbilit fl-Artikolu 2, EULEX KOSOVO għandha: […]
[…]
|
|
5 |
L-Artikolu 12 tal-istess deċiżjoni, intitolat “Kontroll politiku u direzzjoni strateġika”, jipprevedi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu: “1. Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EULEX KOSOVO. 2. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti għal dan il-għan, skond it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 25 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat ta’ emenda ta[l-pjan operattiv (OPLAN)] u l-linja ta’ kmand. Din għandha tinkludi wkoll is-setgħat li sussegwentement jittieħdu deċiżjonijiet rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Il-Kunsill, assistit mis-[Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Esteri u għall-Politika ta’ Sigurtà SG/RGħ], għandu jiddeċiedi dwar l-objettivi u t-terminazzjoni ta’ EULEX KOSOVO” |
|
6 |
Fix-xahar ta’ Ottubru 2009, l-Unjoni ħolqot, abbażi tal-Artikolu 12(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124 u konformement mal-proċedura prevista fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 25 UE (li sar it-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 TUE), il-Bord Konsultattiv għad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“Bord Konsultattiv”), responsabbli għall-eżami tal-ilmenti mressqa għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq minn Eulex Kosovo fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-mandat eżekuttiv tagħha. Dan huwa korp indipendenti ta’ responsabbiltà esterna li, wara li jkun eżamina dawn l-ilmenti, joħroġ konklużjoni dwar jekk din il-missjoni tkunx kisret jew le d-drittijiet tal-bniedem kif iggarantiti fil-Kosovo. Meta l-Bord Konsultattiv iqis li jkun seħħ tali ksur, il-konklużjonijiet tiegħu jistgħu jinkludu rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti għall-adozzjoni mill-Kap ta’ dik il-missjoni ta’ miżuri korrettivi. |
|
7 |
Bis-saħħa tal-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1095 tal‑5 ta’ Ġunju 2023 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124 (ĠU 2023, L 146, p. 22), din l-azzjoni konġunta ġiet estiża sal‑14 ta’ Ġunju 2025. |
Id‑Deċiżjoni 2014/349/PESK
|
8 |
L-Azzjoni Konġunta 2008/124 ġiet emendata, b’mod partikolari, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/349/PESK tat‑12 ta’ Ġunju 2014 (ĠU 2014, L 174, p. 42) (iktar ’il quddiem l-“Azzjoni Konġunta 2008/124, kif emendata bid-Deċiżjoni 2014/349”). |
|
9 |
L-Artikolu 15a tal-Azzjoni Konġunta 2008/124, kif emendat bid-Deċiżjoni 2014/349, huwa fformulat kif ġej: “[EULEX KOSOVO] għandha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, li tikkonkludi kuntratti u arranġamenti amministrattivi, li timpjega persunal, li jkollha kontijiet bankarji, li takkwista u tiddisponi mill-assi u tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha, u li tkun parti għal proċeduri legali, kif meħtieġ sabiex tiġi implimentata din l-Azzjoni Konġunta.” |
Id‑Deċiżjoni (PESK) 2018/856
|
10 |
L-Azzjoni Konġunta 2008/124 ġiet ukoll emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2018/856 tal-Kunsill tat‑8 ta’ Ġunju 2018 (ĠU 2018, L 146, p. 5) (iktar ’il quddiem l-“Azzjoni Konġunta 2008/124, kif emendata bid-Deċiżjoni 2018/856”). |
|
11 |
L-Artikolu 2 tal-Azzjoni Konġunta 2008/124, kif emendat bid-Deċiżjoni 2018/856, jgħid: “EULEX KOSOVO għandha tappoġġa istituzzjonijiet tal-istat tad-dritt magħżula tal-Kosovo fi triqthom lejn aktar effikaċja, sostenibbiltà, multietniċità u responsabbilizzazzjoni, ħielsa mill-interferenza politika u f’konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-aħjar prattiki Ewropej — permezz ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ u funzjonijiet eżekuttivi limitati kif stipulat fl-Artikoli 3 u 3a — bil-għan li l-kompiti li fadal jgħaddu għand strumenti oħra li jaġixxu fit-tul tal-UE u li l-funzjonijiet eżekuttivi residwi jiġu eliminati gradwalment.” |
|
12 |
L-Artikolu 3(d) u (e) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124, kif emendat bid‑Deċiżjoni 2018/856, jipprovdi: “Sabiex jitwettaq il-Mandat tal-Missjoni stabbilit fl-Artikolu 2, EULEX KOSOVO għandha: […]
|
Il‑fatti li wasslu għall‑kawża
|
13 |
Il-fatti li wasslu għall-kawża, li jinsabu fil-punti 1 sa 11 tad-digriet appellat, jistgħu, għall-finijiet ta’ din il-proċedura, jinġabru fil-qosor kif ġej. |
|
14 |
Fl‑11 ta’ Marzu 2014, KD ressqet ilment quddiem il-Bord Konsultattiv dwar l-investigazzjoni fuq l-għajbien u l-qtil ta’ żewġha u ta’ binha, li fir-rigward tagħhom kienet ingħatat deċiżjoni fid‑19 ta’ Ottubru 2016. Dan il-kumitat kien ikkonkluda li kien hemm ksur tal-Artikolu 2 (dritt għall-ħajja), tal-Artikolu 3 (projbizzjoni ta’ tortura) kif ukoll tal‑Artikolu 13 (dritt għal rimedju effettiv) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑4 ta’ Novembru 1950 (iktar ’il quddiem il‑“KEDB”), moqri flimkien mal-Artikolu 2 ta’ din il‑konvenzjoni, u fformula rakkomandazzjonijiet lill-kap ta’ Eulex Kosovo sabiex jadotta miżuri korrettivi. Permezz ta’ deċiżjoni tas‑7 ta’ Marzu 2017, l-imsemmi kumitat, minn naħa, ikkonstata li dan il-kap kien implimenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu biss parzjalment u, min‑naħa l-oħra, kien iddeċieda li jagħlaq il-każ. |
|
15 |
Fil‑11 ta’ Ġunju 2014, KS ressqet ilment quddiem il-Bord Konsultattiv dwar l-investigazzjoni dwar l-għajbien ta’ żewġha, li fir-rigward tiegħu kienet ingħatat deċiżjoni fil‑11 ta’ Novembru 2015. Dan il-kumitat kien ikkonkluda li kien hemm ksur tad-drittijiet tiegħu fir-rigward tal-aspett proċedurali tal-Artikolu 2 (dritt għall-ħajja) u tal-Artikolu 3 (projbizzjoni ta’ tortura) kif ukoll fid-dawl tal-Artikolu 8 (dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja) u tal-Artikolu 13 (dritt għal rimedju effettiv) tal-KEDB u fformula rakkomandazzjonijiet lill-kap ta’ Eulex Kosovo sabiex jadotta miżuri korrettivi. Permezz ta’ ittra tad‑29 ta’ April 2016, dan il-kap indika li kien informa lill-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) u lil ċertu numru ta’ Stati Membri b’dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Permezz ta’ deċiżjonijiet tad‑19 ta’ Ottubru 2016 u tas‑7 ta’ Marzu 2017, l-imsemmi Bord Konsultattiv, minn naħa, ikkonstata li l-imsemmi kap inizjalment ma kien implimenta bl-ebda mod l-imsemmija rakkomandazzjonijiet, u sussegwentement li huwa kien implimentahom biss parzjalment u, min-naħa l-oħra, iddeċieda li jagħlaq il-każ. |
|
16 |
Bi tweġiba għal ittra mibgħuta fil‑5 ta’ Diċembru 2016 f’isem KS u KD, li kienet tallega assenza ta’ adozzjoni ta’ miżuri korrettivi intiżi li jtemmu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem inkwistjoni, il-Kunsill u s-SEAE indikaw, permezz ta’ ittri tat‑12 ta’ Ottubru 2017, li Eulex Kosovo kienet għamlet l-aħjar li setgħet tagħmel sabiex tinvestiga l-atti msemmija fl-ilmenti msemmija fil-punti 14 u 15 ta’ din is-sentenza (iktar ’il quddiem ir-“reati inkwistjoni”) u li l-Kumitat Konsultattiv kien korp ta’ responsabbilizzazzjoni, li ma kienx intiż li jkun istanza ġudizzjarja. |
|
17 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fid‑19 ta’ Lulju 2017 quddiem il-Qorti Ġenerali u rreġistrat bin-numru tal-Kawża T‑840/16, KS ressqet kawża kontra l-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE intiż għall-“annullament jew [għall-]emenda tal-Azzjoni Konġunta 2008/124 […] u tal-atti sussegwenti li jemendawha, għal ksur tal-Artikolu 13 tal-[KEDB] u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea […] [(iktar ’il quddiem il-“Karta”)], u għad-danni mhux kuntrattwali, għal ksur tal-Artikoli 2, 3, 6, 13 u 14 tal-KEDB”. Permezz tad-digriet tal‑14 ta’ Diċembru 2017, KS vs Il-Kunsill et (T‑840/16, EU:T:2017:938), il-Qorti Ġenerali ċaħdet dan ir-rikors, b’mod partikolari, minħabba n-nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tagħha sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu. |
|
18 |
Fl‑14 ta’ Ġunju 2018, peress li qiesu li r-rakkomandazzjonijiet inkwistjoni tal-Bord Konsultattiv ma kinux ingħataw segwitu b’mod xieraq u li ebda miżura korrettiva ma kienet ġiet adottata, KS u KD ippreżentaw, flimkien ma’ sitt persuni oħra, rikors għad-danni quddiem il-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division [il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), Sezzjoni tal-Queen’s Bench, ir-Renju Unit] kontra l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 335 TFUE, il-Kunsill, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u Eulex Kosovo. Insostenn ta’ dan ir-rikors, KS u KD invokaw ksur tad-drittijiet protetti mill-KEDB u mill-Karta minħabba l-assenza, matul din il-missjoni, ta’ investigazzjonijiet fuq it-tortura, l-għajbien u l-qtil ta’ membri tal-familja fil-qrib tagħhom, li seħħew matul is-sena 1999, fi Pristina. Permezz ta’ sentenza tat‑13 ta’ Frar 2019, din il-qorti ddikjarat li ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-imsemmi rikors (iktar ’il quddiem is-“sentenza tal-High Court of Justice”). |
L‑azzjoni quddiem il‑Qorti Ġenerali
|
19 |
Permezz ta’ rikors irreġistrat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid‑29 ta’ Diċembru 2020, KS u KD ressqu l-kawża msemmija fil-punt 1 ta’ din is-sentenza, intiż li tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tas-SEAE skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE (iktar ’il quddiem ir-“rikors ippreżentat minn KS u KD”). |
|
20 |
Insostenn ta’ dan ir-rikors, KS u KD invokaw, sostanzjalment:
|
|
21 |
Permezz tal-imsemmi rikors, KS u KD talbu, b’mod partikolari, lill-Qorti Ġenerali tikkundanna lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE, flimkien jew in solidum, jikkumpensawhom, inkluż permezz tal-ħlas ta’ interessi bir-rata u għat-tul meqjus xieraq mill-Qorti Ġenerali, għad-dannu li huma allegatament ġarrbu minħabba l-ksur tad-“drittijiet fundamentali tal-bniedem” tagħhom protetti f’dan il-każ mill-Artikoli 2, 3, 6, 8 u 13 tal-KEDB u mill-Artikoli 2, 4 u 47 tal-Karta fir-rigward ta’ KS kif ukoll mill-Artikoli 2, 3, 6 u 13 tal-KEDB u mill-Artikoli 2, 4 u 47 tal-Karta fir-rigward ta’ KD, konformement mal-Artikolu 340(2) TFUE. |
|
22 |
Fid‑9 ta’ Frar 2021, fil-kuntest ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-Qorti Ġenerali talbet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jieħdu pożizzjoni, fir-risposti tagħhom għall-istess rikors, fuq il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tagħha fid-dawl tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE. |
|
23 |
Permezz ta’ ittra tal‑25 ta’ Marzu 2021, KS u KD talbu ż-żieda ta’ Eulex Kosovo bħala konvenuta fil-proċedura fil-kawża li tat lok għad-digriet appellat. Din it-talba ġiet miċħuda b’deċiżjoni tal‑31 ta’ Marzu 2021 tal-President tad-disa’ Awla tal-Qorti Ġenerali. |
|
24 |
Il-Kummissjoni wieġbet għat-talba tal-Qorti Ġenerali msemmija fil-punt 22 ta’ din is-sentenza permezz ta’ ittra tat‑18 ta’ Mejju 2021 billi indikat li l-Qorti Ġenerali kellha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors ippreżentat minn KS u KD, iżda qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà sa fejn dan ir-rikors kien indirizzat kontriha. Il-Kunsill u s-SEAE wieġbu għal din it-talba, rispettivament, permezz ta’ ittri tad‑19 ta’ Mejju 2021, billi qajmu eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni u, sussidjarjament, eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, b’mod partikolari sa fejn l-imsemmi rikors kien dirett kontrihom. |
|
25 |
Fil‑5 ta’ Ġunju 2021, KS u KD ippreżentaw talba għal miżuri istruttorji, skont l-Artikolu 88 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, intiża li jiksbu l-produzzjoni tal-verżjoni sħiħa tal-OPLAN ta’ Eulex Kosovo sa mill-ħolqien ta’ din il-missjoni matul is-sena 2008 (iktar ’il quddiem it-“talba inizjali għal aċċess għall-OPLAN ta’ Eulex Kosovo”), li kienet imsemmija fil-parti tar-risposta tas-SEAE dwar l-eċċezzjonijiet ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni u ta’ inammissibbiltà mqajma minn dan id-dipartiment. |
|
26 |
Fit‑23 ta’ Lulju 2021, KS u KD ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq l-eċċezzjonijiet ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni u ta’ inammissibbiltà msemmija fil-punt 24 ta’ din is-sentenza u talbu li dawn l-eċċezzjonijiet jiġu miċħuda. |
Id‑digriet appellat
|
27 |
Permezz tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn KS u KD minħabba n-nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tagħha sabiex jieħu konjizzjoni tiegħu, mingħajr ma eżaminat l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mis-SEAE u lanqas it-talba inizjali għal aċċess għall-OPLAN ta’ Eulex Kosovo. |
|
28 |
Fil-punt 28 ta’ dan id-digriet, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li dan ir-rikors kien joriġina minn atti jew minn aġir li kien jaqa’ taħt kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi marbuta mad-definizzjoni tal-attivitajiet, tal-prijoritajiet u tar-riżorsi ta’ Eulex Kosovo kif ukoll mid-deċiżjoni li jiġi stabbilit Bord Konsultattiv fil-kuntest ta’ din il-missjoni u li, konformement mal-Azzjoni Konġunta 2008/124, l-istabbiliment u l-attivitajiet tal-imsemmija missjoni kienu jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tat-Trattat UE. |
|
29 |
Barra minn hekk, fil-punti 29 sa 33 tal-imsemmi digriet, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, essenzjalment, li, skont l-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma kellhiex, bħala prinċipju, ġurisdizzjoni f’dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet dwar il-PESK kif ukoll l-atti adottati abbażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u li l-eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju, previsti f’din l-ewwel dispożizzjoni u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, ma kinux applikabbli f’dan il-każ minħabba li l-imsemmi rikors la kien jikkonċerna miżuri restrittivi fil-konfront ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, u lanqas l-osservanza tal-Artikolu 40 TUE. |
|
30 |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali qieset, essenzjalment, fil-punti 34 sa 39 tad-digriet appellat, li ċ-ċirkustanzi tal-kawża li tat lok għal dan id‑digriet ma kinux paragunabbli ma’ dawk prevalenti fil-kawżi li taw lok għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑12 ta’ Novembru 2015, Elitaliana vs Eulex Kosovo (C‑439/13 P, EU:C:2015:753), u tad‑19 ta’ Lulju 2016, H vs Il-Kunsill et (C‑455/14 P, EU:C:2016:569), kif ukoll għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal‑25 ta’ Ottubru 2018, KF vs SATCEN (T‑286/15, EU:T:2018:718), u għad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal‑10 ta’ Lulju 2020, KF vs SATCEN,T‑619/19, EU:T:2020:337), għaliex dawn l-aħħar kawżi jinsabu ċertament fil-kuntest tal-PESK, iżda jirrigwardaw dispożizzjonijiet li l-applikazzjoni tagħhom kienet taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni fir-rigward tal-istħarriġ tal‑legalità. Bl-istess mod, il-Qorti Ġenerali qieset li s-sitwazzjoni f’dan il-każ kienet radikalment differenti minn dik tal-kawża li kienet tat lok għas-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il‑Kunsill (C‑134/19 P, EU:C:2020:793), sa fejn ir-rikors ippreżentat minn KS u KD kien jikkonċerna l-allegata illegalità ta’ atti jew ta’ ommissjonijiet tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tas-SEAE skont l‑Artikolu 24(1) TUE, li jaqgħu taħt id-definizzjoni u l‑implimentazzjoni tal-PESK, u mhux taħt miżuri restrittivi individwali adottati fil-kuntest ta’ din il-politika. |
|
31 |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali indikat, fil-punt 40 tad-digriet appellat, li r-regoli tat-Trattati UE u FUE li jeskludu l-ġurisdizzjoni tal-qorti tal‑Unjoni fil-qasam tal-PESK kienu jipprekludu li hija tirrikonoxxi l‑ġurisdizzjoni tagħha fil-qasam tal-kumpens fir-rigward ta’ atti jew ta’ aġir li jaqgħu taħt din il-politika, bħal dawk imsemmija fil-punt 20 ta’ din is-sentenza, għas-sempliċi raġuni li tali rikonoxximent kien l-uniku mezz li tiġi ggarantita protezzjoni ġudizzjarja effettiva lil KS u lil KD. |
|
32 |
Għalhekk, fil-punt 41 tal-imsemmi digriet, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, billi għamlet riferiment għall-punti 69 u 78 tas-sentenza tal‑25 ta’ Marzu 2021, Carvalho et vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C‑565/19 P, EU:C:2021:252), li, għalkemm id-dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fid-dawl tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, tali interpretazzjoni ma tistax twassal sabiex jitwarrbu l-kundizzjonijiet espressament previsti mit-Trattat FUE. |
Il‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja u t‑talbiet tal‑appellanti
|
33 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑21 ta’ Marzu 2022, il-Kawżi C‑29/22 P u C‑44/22 P ġew magħquda flimkien għall-finijiet tal-fażijiet bil-miktub u orali tal-proċedura u tad-deċiżjoni li ttemm l-istanza. |
|
34 |
B’deċiżjonijiet tas‑16 ta’ Mejju 2022 u tat‑12 ta’ Mejju 2023, il‑President tal-Qorti tal-Ġustizzja awtorizza lir-Repubblika Franċiża u lir-Repubblika Ċeka sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill f’dawn il-kawżi magħquda. |
|
35 |
B’deċiżjonijiet tas‑27 ta’ April 2023 u tat‑12 ta’ Mejju 2023, il‑President tal-Qorti tal-Ġustizzja awtorizza lir-Renju tal-Belġju, lill‑Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, lir‑Repubblika tal-Awstrija, lir-Rumanija, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju tal-Isvezja jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni fil-Kawża C‑44/22 P. |
|
36 |
Permezz ta’ digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑24 ta’ Ġunju 2022, KS u KD (C‑29/22 P‑AJ), u tal‑24 ta’ Ġunju 2022, KS u KD (C‑44/22 P‑AJ), KS u KD ġew ammessi għall-benefiċċju tal-għajnuna legali sabiex ikunu jistgħu jitħallsu l-ispejjeż relatati mal-appelli f’dawn il-kawżi magħquda. |
|
37 |
Permezz tal-appell tagħhom, KS u KD jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
|
38 |
Permezz tal-appell tagħha kif ukoll tar-risposta tagħha fil-Kawża C‑29/22 P, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
|
39 |
Fir-risposta tagħhom fil-Kawża C‑44/22 P, KS u KD jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ li hija tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ dawn l-appelli, tawtorizzahom iressqu talba intiża għall-adozzjoni ta’ miżuri istruttorji skont l-Artikolu 64(2)(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, qabel ma tagħti deċiżjoni fuq il-kwistjoni dwar jekk din il-kawża għandhiex tiġi tintbagħat lura lill-Qorti Ġenerali. |
|
40 |
Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
|
41 |
Is-SEAE jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
Fuq l‑appelli
|
42 |
Insostenn tal-appell tagħhom fil-Kawża C‑29/22 P, KS u KD iqajmu aggravju wieħed, li jinkludi erba’ partijiet, ibbażat fuq żball ta’ liġi li l‑Qorti Ġenerali wettqet meta ddikjarat ruħha manifestament mingħajr ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors għad-danni tagħhom. Permezz tal-ewwel parti ta’ dan l-aggravju, li hija maqsuma f’żewġ ilmenti, huma jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali, minn naħa, li adottat interpretazzjoni wiesgħa tal-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal‑Artikolu 24(1) TUE u tal-Artikolu 275 TFUE kif ukoll, min-naħa l-oħra, li wettqet qari selettiv u restrittiv tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis‑sentenzi tat‑12 ta’ Novembru 2015, Elitaliana vs Eulex Kosovo (C‑439/13 P, EU:C:2015:753), tad‑19 ta’ Lulju 2016, H vs Il-Kunsill et (C‑455/14 P, EU:C:2016:569), kif ukoll tal‑25 ta’ Ġunju 2020, SATCEN vs KF (C‑14/19 P, EU:C:2020:492). It-tieni parti tal-imsemmi aggravju, li hija bbażata fuq applikazzjoni żbaljata tas-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill (C‑134/19 P, EU:C:2020:793), hija maqsuma fi tliet ilmenti. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li l-atti u l-ommissjonijiet inkwistjoni kienu jikkonċernaw id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-PESK u li għalhekk jaqgħu taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE għas-sempliċi raġuni li seħħew fil-kuntest ta’ din il-politika. It-tieni nett, din il-qorti ma indirizzatx il-pożizzjoni okkupata mir-rikors għad-danni fil‑kuntest tas-sistema ta’ protezzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni. It-tielet nett, l-imsemmija qorti kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-argument tal‑Kummissjoni li l-Unjoni Ewropea hija unjoni tad-dritt b’sistema koerenti u kompleta ta’ rimedji ġudizzjarji. Permezz tat-tielet parti tal‑aggravju uniku tagħhom, KS u KD jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li wettqet applikazzjoni żbaljata tas-sentenza tal‑25 ta’ Marzu 2021, Carvalho et vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C‑565/19 P, EU:C:2021:252). Ir-raba’ parti ta’ dan l-aggravju hija bbażata fuq żball ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali wettqet meta naqset milli teżamina partijiet essenzjali tar‑rikors tagħhom u meta ma mmotivatx b’mod suffiċjenti d-digriet appellat. |
|
43 |
Insostenn tal-appell tagħha fil-Kawża C‑44/22 P, il-Kummissjoni tqajjem erba’ aggravji. Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, li huwa maqsum fi tliet partijiet, din l-istituzzjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, l-ewwel nett, meta ma rrikonoxxietx li l-esklużjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea prevista fl‑Artikolu 24 TUE u fl-Artikolu 275 TFUE tikkostitwixxi deroga mill‑ġurisdizzjoni ġenerali tagħha, it-tieni nett, billi ma interpretatx b’mod restrittiv din l-esklużjoni, kif interpretata mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, u, it-tielet nett, meta qieset li l‑ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi tat‑12 ta’ Novembru 2015, Elitaliana vs Eulex Kosovo (C‑439/13 P, EU:C:2015:753), tad‑19 ta’ Lulju 2016, H vs Il‑Kunsill et (C‑455/14 P, EU:C:2016:569), kif ukoll tal‑25 ta’ Ġunju 2020, SATCEN vs KF (C‑14/19 P, EU:C:2020:492), ma kinitx applikabbli f’dan il-każ. |
|
44 |
It-tieni aggravju, li jinkludi żewġ partijiet, huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali wettqet meta ma kklassifikatx ir-rikors ippreżentat minn KS u KD bħala rikors għad-danni li jikkonċerna allegat ksur tad‑“drittijiet fundamentali tal-bniedem”. Permezz tal-ewwel parti ta’ dan it-tieni aggravju, il-Kummissjoni tilmenta li din il-qorti qieset li l‑atti u l-ommissjonijiet imsemmija minn dan ir-rikors kienu jaqgħu taħt kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi marbuta mal-missjoni u li jikkonċernaw id-definizzjoni jew l-implimentazzjoni tal-PESK. Permezz tat-tieni parti tal-imsemmi tieni aggravju, din l-istituzzjoni tikkritika lill-imsemmija qorti li ma interpretatx l-Artikolu 24 TUE u l‑Artikolu 275 TFUE fid-dawl “tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni previsti fil-Karta u fil-KEDB kif ukoll tal-valuri fundaturi tal-Unjoni bħalma huma l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal‑bniedem”. Permezz tat-tielet aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill (C‑134/19 P, EU:C:2020:793), u li hija wettqet żball ta’ liġi meta ma qisitx l‑imsemmi rikors bħala azzjoni ġudizzjarja awtonoma li għaliha ma teżisti ebda deroga mill-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni prevista fl‑Artikolu 268 fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE. Permezz tar‑raba’ aggravju tagħha, li huwa maqsum f’żewġ partijiet, il‑Kummissjoni tikkritika lill-Qorti Ġenerali, minn naħa, li ma ggarantixxietx l-awtonomija tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni sa fejn naqset milli tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni esklużiva ta’ dawn il-qrati sabiex jieħdu konjizzjoni tal-istess rikors u, min-naħa l-oħra, li ċaħħdet lil KS u KD minn kull rimedju effettiv. |
Fuq l‑ewwel ilment tal‑ewwel parti, it-tieni u t‑tielet ilment tat‑tieni parti u t‑tielet parti tal‑aggravju uniku tal‑appell fil‑Kawża C‑29/22 P kif ukoll fuq l‑ewwel u t‑tieni parti tal‑ewwel aggravju, it‑tieni parti tat‑tieni aggravju, it‑tielet aggravju u t‑tieni parti tar‑raba’ aggravju tal‑appell fil‑Kawża C‑44/22 P
L-argumenti tal-partijiet
|
45 |
L-appellanti, sostnuti mir-Renju tal-Belġju, mill-Gran Dukat tal‑Lussemburgu, mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, mir-Repubblika tal‑Awstrija, mir-Rumanija, mir-Repubblika tal-Finlandja u mir-Renju tal-Isvezja, isostnu li, fil-punti 29 sa 33 u 37 sa 42 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi fir-rigward tal‑interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u tal‑ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżulta, b’mod partikolari, mill-punt 70 tas-sentenza tal‑24 ta’ Ġunju 2014, Il-Parlament vs Il-Kunsill (C‑658/11, EU:C:2014:2025), u mill‑punt 32 tas-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il‑Kunsill (C‑134/19 P, EU:C:2020:793), li tgħid li l-ġurisdizzjoni ġenerali li jagħti l-Artikolu 19 TUE lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi interpretata b’mod wiesa’, filwaqt li d-deroga għal din il-ġurisdizzjoni, prevista fit-tieni subparagrafu tal‑Artikolu 24(1) TUE u fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv. Skont il-Kummissjoni, il‑Qorti Ġenerali kellha twettaq interpretazzjoni sistematika u teleoloġika ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u dan billi tieħu inkunsiderazzjoni l-prinċipji u d-drittijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 2, mill-Artikolu 3(5) kif ukoll mill-Artikoli 6, 19, 21 u 23 TUE, bl-istess mod mill-Artikoli 268, 340 u 344 TFUE, kif ukoll mill-Artikolu 47 tal‑Karta. |
|
46 |
Fl-ewwel lok, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma interpretatx il-limitazzjonijiet għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, previsti fit-tieni subparagrafu tal‑Artikolu 24(1) TUE u fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, fid-dawl tar-regoli fundamentali tad-dritt primarju tal-Unjoni u tal‑prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ Stat tad-dritt u d-dritt għal rimedju effettiv, li japplikaw għall-oqsma kollha tad-dritt tal-Unjoni, inkluż għall-PESK. |
|
47 |
B’mod partikolari, skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ma interpretatx u ma applikatx korrettament l-Artikolu 47 tal-Karta, kif interpretat fil-punt 74 tas-sentenza tat‑28 ta’ Marzu 2017, Rosneft (C‑72/15, EU:C:2017:236), peress li ma analizzatx b’liema mezz ieħor KS u KD oħra setgħu jiksbu protezzjoni ġudizzjarja u ma ħaditx inkunsiderazzjoni s-sentenza tal-High Court of Justice. Billi qieset li ma kienx jeżisti rimedju ġudizzjarju għal KS u KD taħt id-dritt tal-Unjoni, il-Qorti Ġenerali, minn naħa, kisret il-garanziji previsti fl-Artikoli 2 u 6 TUE kif ukoll fl-Artikolu 47 tal-Karta. Min-naħa l-oħra, hija għalhekk ma osservatx il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li s-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni tipprevedi sistema kompleta ta’ rimedji ġudizzjarji u ta’ proċeduri maħsuba sabiex jiġi żgurat l-istħarriġ tal‑legalità tal-atti tal-Unjoni, sistema li fil-qalba tagħha tinsab il‑protezzjoni tad-drittijiet individwali, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-punt 285 tas-sentenza tat‑3 ta’ Settembru 2008, Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (C‑402/05 P u C‑415/05 P, EU:C:2008:461) kif ukoll mill-punt 66 tas-sentenza tat‑28 ta’ Marzu 2017, Rosneft (C‑72/15, EU:C:2017:236). Għalhekk, ebda dispożizzjoni tat-Trattati ma tipprevedi deroga mill-ġurisdizzjoni tal‑Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta’ allegat ksur tad‑drittijiet tal-bniedem li jirriżulta minn att, minn azzjoni jew minn ommissjoni imputabbli lill-Unjoni, b’tali mod li hija tkun obbligata tinterpreta dawn it-Trattati fis-sens li jipprevedu rimedji għal dan il‑ksur. |
|
48 |
Insostenn ta’ dan l-argument, il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-Artikoli 6 u 13 tal-KEDB, kif interpretati mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal‑Bniedem, jiggarantixxu d-dritt ta’ aċċess għal qorti u d-dritt għal rimedju effettiv. Issa, l-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha huma obbligati josservaw dawn l-artikoli fl-oqsma kollha tad-dritt tal-Unjoni, kif jirriżulta mill-Artikolu 6(3) TUE u mill-Karta. F’dan il-każ, ir-rikors ippreżentat minn KS u KD juri kontestazzjoni reali u serja, b’tali mod li, konformement mas-sentenza tal-Qorti EDB tas‑7 ta’ Mejju 2021, Xero Flor w Polsce sp. z o. o. vs Il‑Polonja (CE:ECHR:2021:0507JUD000490718, punt 187), l‑Artikolu 6(1) tal-KEDB huwa applikabbli. Barra minn hekk, l‑esklużjoni ta’ KS u KD mis-sistema ta’ protezzjoni ġudizzjarja tal‑Unjoni għas-sempliċi raġuni li l-atti u l-ommissjonijiet inkwistjoni jaqgħu fil-kuntest tal-PESK, tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
|
49 |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà ddeċidiet, fil-punt 23 tas-sentenza tat‑23 ta’ April 1986, Les Verts vs Il-Parlament (294/83, EU:C:1986:166), li l-Unjoni hija komunità tad‑dritt fis-sens li la l-Istati Membri tagħha u lanqas l-istituzzjonijiet tagħha ma jaħarbu mill-istħarriġ tal-konformità tal-atti tagħhom mat‑Trattati. Għalhekk, il-prinċipju tal-Istat tad-dritt, li huwa stabbilit fl-Artikolu 2 TUE u li huwa espress fl-Artikolu 19 TUE, huwa applikabbli b’mod sħiħ fil-qasam tal-PESK, bis-saħħa tal-Artikolu 23 TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 21(2)(b) TUE, u l-Qorti tal‑Ġustizzja evalwat il-ġurisdizzjoni tagħha fid-dawl ta’ dan il‑prinċipju, b’mod partikolari fil-punt 41 tas-sentenza tad‑19 ta’ Lulju 2016, H vs Il-Kunsill et (C‑455/14 P, EU:C:2016:569), kif ukoll fil‑punti 35 u 36 tas-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill (C‑134/19 P, EU:C:2020:793). |
|
50 |
Waqt is-seduta, il-Kummissjoni, sostnuta mir-Repubblika tal-Finlandja u mir-Renju tal-Isvezja, żiedet, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali kellha tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni billi tinterpreta t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE fid‑dawl tal-ewwel frażi tal-Artikolu 6(2) TUE, li tipprevedi obbligu, għall-Unjoni, li taderixxi għall-KEDB. Skont il-Kummissjoni, il-fatt li din l-adeżjoni tikkostitwixxi obbligu, u mhux possibbiltà, jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikolu 218(8) TFUE, li jsaħħaħ il-loġika tal‑awtonomija tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u l-fatt li dan l‑ordinament ġuridiku huwa distint minn dak tal-Istati Membri. |
|
51 |
Fit-tieni lok, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kellha tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors ippreżentat minn KS u KD, peress li ġew invokati ksur tad-drittijiet fundamentali insostenn ta’ dan ir-rikors. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirrileva li mill-punt 4 tas-sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 1970, Internationale Handelsgesellschaft (11/70, EU:C:1970:114), mill-punti 97 u 98 tas‑sentenza tat‑18 ta’ Lulju 2013, Il-Kummissjoni et vs Kadi (C‑584/10 P, C-593/10 P u C‑595/10 P, EU:C:2013:518), kif ukoll mill-punti 36, 47 u 48 tas-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il‑Kunsill (C‑134/19 P, EU:C:2020:793), minn naħa, li d‑dispożizzjonijiet tat-Trattati dwar il-PESK jifformaw parti integrali mill-kuntest ġenerali tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mill-arkitettura kostituzzjonali ta’ din tal-aħħar u, min-naħa l-oħra, li l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jinkludi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali bħala prinċipju ġenerali u primordjali tad-dritt tal-Unjoni, b’tali mod li d-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan id-dritt, inklużi dawk dwar il-PESK, huma suġġetti għall-Karta. Skont KS u KD, tali evalwazzjoni hija kkonfermata mill-Artikolu 51(1) tal-Karta, li bis-saħħa tiegħu din tkun applikabbli meta istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni jimplimenta l‑imsemmi dritt. |
|
52 |
Waqt is-seduta, ir-rikorrenti żiedu li l-ġurisprudenza li tirriżulta mill‑punti 55 sa 60 u 67 tas-sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2016, Ledra Advertising et vs Il-Kummissjoni u BĊE (C‑8/15 P sa C‑10/15 P, EU:C:2016:701), tikkonferma li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kull rikors li insostenn tiegħu jiġi invokat ksur tad-drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat li l-għan tal-Artikolu 24 TUE kien li jipproteġi d-deċiżjonijiet politiċi, u mhux ksur tad-drittijiet protetti mill‑KEDB u mill-Karta. Fil-fatt, tali ksur ma jistax jiġi kklassifikat bħala “deċiżjonijiet politiċi” jew bħala “deċiżjonijiet strateġiċi”, peress li r-rispett u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali huma obbligi imposti mid-dritt primarju tal-Unjoni, u mhux minn għażliet politiċi. |
|
53 |
Fit-tielet lok, l-appellanti jsostnu li, fil-punti 37 sa 39 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill (C‑134/19 P, EU:C:2020:793), billi qieset li s-sitwazzjoni f’dan il-każ kienet radikalment differenti minn dik fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza. Fil-fatt, hija interpretat b’mod żbaljat lil dan tal-aħħar fis-sens li l‑ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tagħti deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni hija limitata biss għas-sitwazzjoni partikolari ta’ miżuri restrittivi individwali adottati mill-Kunsill fil-kuntest tal-PESK. |
|
54 |
Skont l-appellanti, minn dan jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li, fl-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar id-dannu allegatament subit minħabba tali miżuri restrittivi minħabba l-koerenza neċessarja tas-sistema ta’ protezzjoni ġudizzjarja prevista mid-dritt tal‑Unjoni, sabiex tiġi evitata lakuna fil-protezzjoni ġudizzjarja tal‑persuni fiżiċi jew ġuridiċi kkonċernati minn dawn il-miżuri. |
|
55 |
Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali, ir-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja li jinsab fil-punti 32 sa 39, 43 u 44 tas-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill (C‑134/19 P, EU:C:2020:793), ma kienx ibbażat fuq il-fatt li miżuri restrittivi kienu inkwistjoni u lanqas ma kien limitat għal dan il-fatt. Fil‑fatt, dan ir-raġunament huwa bbażat fuq il-fatt li r-rikors għad-danni jikkostitwixxi rimedju ġudizzjarju awtonomu li għalih ma teżisti ebda deroga mill-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea prevista fl-Artikolu 268 u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, b’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda l-kumpens għad-dannu allegatament subit minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi minħabba deċiżjonijiet li jaqgħu taħt il-PESK minbarra miżuri restrittivi u li b’applikazzjoni tagħhom ikun twettaq ksur ta’ drittijiet iggarantiti mill‑KEDB u mill-Karta. |
|
56 |
Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat din is-sentenza fis-sens li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kellha ġurisdizzjoni sabiex teżamina rikors għad‑danni skont l-Artikoli 268 u 340 TFUE biss fil-każ li hija jkollha ġurisdizzjoni tagħti deċiżjoni dwar rikors għal annullament jew għal nuqqas li tittieħed azzjoni ppreżentat rispettivament bis-saħħa tal‑Artikoli 263 u 265 TFUE. |
|
57 |
Fir-raba’ lok, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli interpretat b’mod żbaljat, fil-punt 41 tad-digriet appellat, il-ġurisprudenza li tirriżulta mill-punti 69 u 78 tas-sentenza tal‑25 ta’ Marzu 2021, Carvalho et vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C‑565/19 P, EU:C:2021:252). Fil-fatt, din il-ġurisprudenza ma hijiex rilevanti fil-kuntest tal-eżami tal‑ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’dan il-każ, peress li din tikkonċerna kuntest differenti, jiġifieri dak tal‑interpretazzjoni tar-rekwiżiti dwar ir-rikonoxximent tal-locus standi fil-kuntest ta’ rikors għal annullament skont ir-raba’ paragrafu tal‑Artikolu 263 TFUE. Insostenn ta’ dan l-argument, KS u KD isostnu wkoll li huma ma talbux li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tiġi emendata u lanqas li titneħħa l-esklużjoni ta’ din il-ġurisdizzjoni prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u fl-Artikolu 275 TFUE. |
|
58 |
Fil-ħames u l-aħħar lok, KS u KD isostnu, fir-risposta tagħhom fil‑Kawża C‑44/22 P, li l-Artikolu 298(1) TFUE u l-Artikolu 41 tal‑Karta jikkorroboraw l-ipoteżi li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors tagħhom. Fil-fatt, amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effikaċi u indipendenti kellha tiggarantixxi li Eulex Kosovo kif ukoll il-Bord Konsultattiv jiġu stabbiliti b’mod li ma jiksirx id-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, meta d-deċiżjonijiet inkwistjoni ta’ dan il-kumitat ġew ikkomunikati lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri, kellhom jittieħdu miżuri sabiex jintemm il-ksur tad-drittijiet fundamentali inkwistjoni. |
|
59 |
Il-Kunsill u s-SEAE, sostnuti mir-Repubblika Franċiża u, parzjalment, mir-Repubblika Ċeka, jikkontestaw l-argument tar-rikorrenti. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
60 |
Permezz tal-ewwel ilment tal-ewwel parti, tat-tieni u tat-tielet ilmenti tat-tieni parti u tat-tielet parti tal-aggravju uniku fil-Kawża C‑29/22 P, kif ukoll permezz tal-ewwel u tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, tat-tieni parti tat-tieni aggravju, tat-tielet aggravju u tat-tieni parti tar-raba’ aggravju fil-Kawża C‑44/22 P, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, l‑appellanti jsostnu, essenzjalment, li, fil-punti 29 sa 33 u 37 sa 42 tad‑digriet appellat, il-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi fil‑kuntest tal-interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, kif ukoll tal‑ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata ma’ dawn id‑dispożizzjonijiet. |
|
61 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni teħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il‑kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha kif ukoll l-għanijiet u l‑għan tal-att li minnu hija tagħmel parti. L-oriġini ta’ dispożizzjoni tad‑dritt tal-Unjoni tista’ wkoll tipprovdi elementi rilevanti għall‑interpretazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑27 ta’ Novembru 2012, Pringle, C‑370/12, EU:C:2012:756, punt 135, kif ukoll tal‑25 ta’ Ġunju 2020, A et (Eoliċi f’Aalter u f’Nevele), C‑24/19, EU:C:2020:503, punt 37). |
|
62 |
Għandu jitfakkar ukoll li, konformement mal-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u l-ewwel paragrafu tal‑Artikolu 275 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex, bħala prinċipju, ġurisdizzjoni f’dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet dwar il‑PESK kif ukoll l-atti adottati abbażi tagħhom. Dawn id‑dispożizzjonijiet jintroduċu deroga mir-regola ta’ ġurisdizzjoni ġenerali li l-Artikolu 19 TUE jagħti lil din l-istituzzjoni sabiex tiżgura l‑osservanza tad-dritt fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati u, għaldaqstant, għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv (sentenzi tal‑24 ta’ Ġunju 2014, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill, C‑658/11,EU:C:2014:2025, punti 69 u 70; tad‑19 ta’ Lulju 2016, H vs Il‑Kunsill et, C‑455/14 P, EU:C:2016:569, punti 39 u 40, kif ukoll tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill, C‑134/19 P, EU:C:2020:793, punti 26 u 32). |
|
63 |
Barra minn hekk, l-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE jistabbilixxu espliċitament żewġ eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju, jiġifieri l‑ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, sabiex tistħarreġ l-osservanza tal-Artikolu 40 TUE u, min-naħa l-oħra, sabiex tagħti deċiżjoni dwar ir-rikorsi, ippreżentati fil-kundizzjonijiet previsti fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, dwar l-istħarriġ tal‑legalità tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati abbażi tad-dispożizzjonijiet dwar il-PESK, li jipprevedu miżuri restrittivi fir‑rigward ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi (sentenzi tat‑28 ta’ Marzu 2017, Rosneft, C‑72/15, EU:C:2017:236, punt 60, u tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill, C‑134/19 P, EU:C:2020:793, punt 27). |
|
64 |
Issa, f’dan il-każ, ma huwiex ikkontestat li l-atti u l-ommissjonijiet imsemmija fir-rikors ippreżentat minn KS u KD ma jikkonċernawx l-istħarriġ tal-osservanza tal-Artikolu 40 TUE u lanqas dak ta’ tali miżuri restrittivi individwali. |
|
65 |
Madankollu, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi sa fejn ma interpretatx l-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal‑Artikolu 24(1) TUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE fid‑dawl tad-drittijiet u tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 2, fl‑Artikolu 3(5) u fl-Artikoli 6, 19, 21 u 23 TUE, fl-Artikoli 268, 340 u 344 TFUE, fl-Artikolu 47 tal-Karta kif ukoll fl-Artikoli 6 u 13 tal‑KEDB. |
|
66 |
F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 3(5) TUE jirriżulta li, fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja, l-Unjoni tikkontribwixxi b’mod partikolari għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, bis-saħħa tal-Artikolu 23 TUE, “[l]-azzjoni ta’ l-Unjoni fix-xena internazzjonali, skond dan il-kapitolu, għandha tkun gwidata mill-prinċipji, għandha tfittex li twettaq l-objettivi u għandha titwettaq skond id‑dispożizzjonijiet ġenerali previsti fil-Kapitolu 1 [ta’ dan it-titolu]”. Wara kollox, konformement mal-ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 21(1) TUE, “[l]-azzjoni ta’ l-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun gwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha u li hija tfittex li tippromwovi fil-bqija tad‑dinja: id-demokrazija, l-Istat tad-dritt, l-universalità u l‑indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir‑rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji ta’ l-ugwaljanza u s‑solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali.” |
|
67 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 51(1) tal-Karta jikkonferma l‑ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li d-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni għandhom jiġu applikati fis-sitwazzjonijiet kollha rregolati mid-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑26 ta’ Frar 2013, Åkerberg Fransson, C‑617/10, EU:C:2013:105, punti 17 u 19, kif ukoll tal‑25 ta’ Jannar 2024, Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Craiova, C‑58/22, EU:C:2024:70, punt 40). |
|
68 |
Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat, bħalma għamlet l-Avukata Ġenerali fil-punti 77, 79 u 80 tal-konklużjonijiet tagħha, li l-inklużjoni tal-PESK fil-qafas kostituzzjonali tal-Unjoni timplika li l-prinċipji fundamentali tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni japplikaw ukoll fil‑kuntest ta’ din il-politika. Fost dawn hemm, b’mod partikolari, ir‑rispett tal-Istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali, valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE u kkonkretizzati fl-Artikolu 19 TUE, li jeżiġu li kemm l-awtoritajiet tal-Unjoni kif ukoll l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju. |
|
69 |
Madankollu, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li, konformement mal‑ewwel frażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE, “[i]‑[PESK] hija suġġetta għal regoli u proċeduri speċifiċi” li jinsabu fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat UE. Issa, l-aħħar frażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE, li jipprevedi lil-Qorti tal‑Ġustizzja ma għandhiex, bħala prinċipju, ġurisdizzjoni f’dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet relatati mal-PESK u kif ukoll f’dak li jirrigwarda l-atti adottati abbażi tagħhom, tifforma parti minn dawn ir‑regoli speċifiċi. |
|
70 |
Issa, tali limitazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tista’ tiġi rrikonċiljata kemm mal-Artikolu 47 tal-Karta kif ukoll mal-Artikoli 6 u 13 tal-KEDB. |
|
71 |
F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat, kif il-Qorti tal‑Ġustizzja diġà ddeċidiet fil-punt 74 tas-sentenza tat‑28 ta’ Marzu 2017, Rosneft (C‑72/15, EU:C:2017:236), li l-Artikolu 47 tal-Karta ma jistax joħloq ġurisdizzjoni għall-Qorti tal-Ġustizzja, meta t-Trattati jeskluduha. Dan l-artikolu ma huwiex intiż li jibdel is-sistema ta’ stħarriġ ġudizzjarju prevista mit-Trattati, u b’mod partikolari r-regoli dwar l-ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati direttament quddiem il-qorti tal-Unjoni Ewropea, kif jirriżulta wkoll mill-ispjegazzjonijiet relatati mal-imsemmi artikolu, liema spjegazzjonijiet għandhom, konformement mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE u mal-Artikolu 52(7) tal‑Karta, jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-interpretazzjoni tal-istess Artikolu 47 (ara s‑sentenza tat‑3 ta’ Ottubru 2013, Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il‑Parlament u Il-Kunsill, C‑583/11 P, EU:C:2013:625, punt 97). |
|
72 |
Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-prinċipji ta’ attribuzzjoni u ta’ bilanċ istituzzjonali japplikaw ukoll fil-qasam tal-PESK. Fil-fatt, konformement mal-Artikolu 5(1) u (2) TUE, “[I]l-limiti tal‑kompetenzi ta’ l-Unjoni huma regolati mill-prinċipju ta’ l-għoti tal-kompetenzi”, liema prinċipju jimplika li “l-Unjoni għandha taġixxi biss fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mill-Istati Membri fit-Trattati sabiex twettaq l-objettivi stabbiliti minn dawn it-Trattati [, filwaqt li] l-kompetenzi kollha li ma jingħatawx lill‑Unjoni fit-Trattati jibqgħu għand l-Istati Membri”. Wara kollox, sa fejn l-Artikolu 13(2) TUE jipprevedi li “[k]ull istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati”, din l-aħħar dispożizzjoni tirrifletti l-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali tal-Unjoni, karatteristika tal-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni, li jimplika li kull waħda mill-istituzzjonijiet għandha teżerċita l-kompetenzi tagħha b’osservanza ta’ dawk tal-oħrajn (sentenzi tat‑13 ta’ Ġunju 1958, Meroni vs L-Awtorità Għolja, 9/56, EU:C:1958:7, paġna 44; tat‑22 ta’ Mejju 1990, Il-Parlament vs Il-Kunsill, C‑70/88, EU:C:1990:217, punt 22; tal‑14 ta’ April 2015, Il-Kunsill vs Il-Kummissjoni, C‑409/13, EU:C:2015:217, punt 64, u tat‑22 ta’ Novembru 2022, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (Adeżjoni mal-Att ta’ Genève)), C‑24/20, EU:C:2022:911, punt 83). |
|
73 |
Għaldaqstant, l-allegazzjoni li l-atti jew l-ommissjonijiet li jkunu s‑suġġett tar-rikors ta’ individwu jiksru d-drittijiet fundamentali ta’ dan tal-aħħar ma hijiex biżżejjed waħedha sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tal‑Unjoni Ewropea tiddikjara li jkollha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ dan ir-rikors (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑25 ta’ Marzu 2021, Carvalho et vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑565/19 P, EU:C:2021:252, punt 48), għaliex inkella l-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE jiġu mċaħħda minn parti mill-effett utli tagħhom u jinkisru l-prinċipji ta’ attribuzzjoni u ta’ bilanċ istituzzjonali. |
|
74 |
Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li sostnew l-appellanti waqt is‑seduta, din l-evalwazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżulta mill-punti 55 sa 60 u 67 tas-sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2016, Ledra Advertising et vs Il-Kummissjoni u BĊE (C‑8/15 P sa C‑10/15 P, EU:C:2016:701), li jgħidu li l-Karta hija indirizzata lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni anki meta dawn jaġixxu barra mill-kuntest ġuridiku ta’ din tal-aħħar. |
|
75 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kawża li tat lok għal din is‑sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tat deċiżjoni dwar rikors għad-danni mhux kuntrattwali ppreżentat minn diversi persuni fiżiċi u ġuridiċi kontra l-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) minħabba li d‑drittijiet fundamentali tagħhom kienu nkisru fil-kuntest tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà konkluż fi Brussell, fit‑2 ta’ Frar 2012. |
|
76 |
Għalhekk, fl-imsemmija sentenza, kien hemm inkwistjoni ksur tad‑drittijiet fundamentali f’kuntest differenti minn dak tal-PESK, kuntest li ma jaqax taħt id-dispożizzjonijiet tat-Trattati li fir-rigward tagħhom l-Artikolu 24 TUE u l-Artikolu 275 TFUE jillimitaw il‑ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
|
77 |
It-tieni nett, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ċertament taċċerta ruħha li l‑interpretazzjoni li hija tagħti tal-Artikolu 47 tal-Karta, li l-ewwel u t‑tieni paragrafi tiegħu jikkorrispondu għall-Artikolu 6(1) u għall‑Artikolu 13 tal-KEDB, tiżgura livell ta’ protezzjoni li ma jmurx kontra dak iggarantit minn dawn id-dispożizzjonijiet tal-KEDB, kif interpretati mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ara, f’dan is‑sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Novembru 2019, A. K. et (Indipendenza tal-awla dixxiplinari tal-Qorti Suprema), C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18, EU:C:2019:982, punti 116 sa 118 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
78 |
Issa, minn naħa, għalkemm, skont l-Artikolu 6(1) tal-KEDB, “[k]ull persuna għandha d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita bil-liġi”, dan id-dritt ma huwiex assolut u jista’ jkun suġġett għal restrizzjonijiet leġittimi (ara l‑Qorti EDB, 14 ta’ Diċembru 2006, Markovic et vs L-Italja, CE:ECHR:2006:1214JUD00139803, punti 93 sa 99). F’dan ir-rigward, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li hija ma kellhiex tindaħal fil-bilanċ istituzzjonali bejn is-setgħa eżekuttiva u l-qrati nazzjonali, peress li dan il-bilanċ istituzzjonali jista’ jiġi rifless f’limitazzjoni kostituzzjonali tal-kompetenzi tal-qrati ta’ Stat fir-rigward ta’ atti li ma jkunux jistgħu jiġu sseparati mit-tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tiegħu (ara l-Qorti EDB, 14 ta’ Settembru 2022, H.F. et vs Franza, CE:ECHR:2022:0914JUD002438419, punt 281). |
|
79 |
Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 13 tal-KEDB, li jipprevedi li “[k]ull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha rikonoxxuti fil-[KEDB] ġew miksura, għandha d-dritt li jingħata rimedju effettiv quddiem awtorità nazzjonali”, jiggarantixxi l-eżistenza fid-dritt intern ta’ rimedju li jippermetti li jiġu invokati d-drittijiet u l-libertajiet tal-KEDB, kif stabbiliti hemmhekk, b’tali mod li dan l-artikolu għandu bħala konsegwenza li jeżiġi rimedju intern li jippermetti li jiġi eżaminat il‑kontenut ta’ ‘ilment difendibbli’ bbażat fuq il-KEDB u li joffri rimedju xieraq (Qorti EDB, 10 ta’ Lulju 2020, Mugemangango vs Il‑Belġju, CE:ECHR:2020:0710JUD000031015, punt 130 u l‑ġurisprudenza ċċitata). |
|
80 |
B’dan, il-protezzjoni offruta mill-Artikolu 13 tal-KEDB lanqas ma tista’ titqies li hija assoluta, peress li l-kuntest tal-ksur allegat, jew il‑kategorija ta’ ksur allegat, jista’ jiġġustifika limitazzjoni tar-rimedji possibbli (ara, f’dan is-sens, Qorti EDB, 26 ta’ Ottubru 2000, Kudła vs Il-Polonja (CE:ECHR:2000:1026JUD003021096, punt 151). Wara kollox, mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jirriżulta li l-Artikolu 6(1) tal-KEDB jikkostitwixxi lex specialis fir‑rigward tal-Artikolu 13 tal-KEDB (ara, f’dan is-sens, Qorti EDB, 9 ta’ Marzu 2006, Menecheva vs Ir-Russja, ECLI:CE:ECHR:2006:0309JUD005926100, punt 105), b’tali mod li dan l-aħħar artikolu ma jistax jikkontesta l-possibbiltà li għandhom l‑Istati li jiġġustifikaw limitazzjonijiet leġittimi tad-dritt stabbilit f’dan l-Artikolu 6(1), bħal dawk imsemmija fil-ġurisprudenza ta’ din il-qorti mfakkra fil-punt 78 ta’ din is-sentenza. |
|
81 |
Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta qieset, essenzjalment, li la l-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 13 tal-KEDB kif ukoll tal-Artikolu 2, tal-Artikolu 3(5) u tal-Artikoli 6, 19, 21 u 23 TUE, u lanqas l‑invokazzjoni ta’ ksur ta’ drittijiet fundamentali ma jiġġustifikaw, fihom infushom, li hija tiddikjara li jkollha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors ippreżentat minn KS u KD. |
|
82 |
F’dan il-kuntest, għandu wkoll jiġi miċħud l-argument, imressaq b’mod partikolari mill-Kummissjoni, li jgħid li l-Qorti Ġenerali kellha tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni billi tinterpreta l-Artikolu 24(1) TUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE fid-dawl tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(2) TUE. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, fi kwalunkwe każ, skont l-ewwel frażi tal-Artikolu 2 tal‑Protokoll (Nru 8), dwar l-Artikolu 6(2) [TUE] dwar l-adeżjoni tal‑Unjoni mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, “[i]l-ftehim [dwar din l‑adeżjoni] għandu jiżgura li l-adeżjoni tal-Unjoni ma taffettwax il‑kompetenzi tal-Unjoni jew is-setgħat tal-istituzzjonijiet tagħha”. Għaldaqstant, l-Artikolu 6(2) ma jistax jiġi interpretat fis-sens li għandu l-effett li jwessa’ l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-PESK. |
|
83 |
Bl-istess mod, fid-dawl tal-ġurisprudenza esposta fil-punt 71 ta’ din is‑sentenza, għandhom jiġu miċħuda wkoll l-argumenti tal‑Kummissjoni li jgħidu li, minn naħa, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit‑trattament jinkiser li kieku KS u KD kienu esklużi mis-sistema ta’ protezzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali kellha teżamina b’liema aggravji KS u KD setgħu jiksbu protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
|
84 |
Konsegwentement, kuntrarjament għal dak li essenzjalment tallega l‑Kummissjoni, lanqas ma jista’ jitqies li l-Qorti Ġenerali kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li, permezz tas-sentenza tal-High Court of Justice, qorti nazzjonali kienet iddikjarat li ma kellhiex ġurisdizzjoni. |
|
85 |
Fit-tieni lok, l-appellanti jsostnu li, fil-punti 37 sa 39 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill (C‑134/19 P, EU:C:2020:793). F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, f’din is‑sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ċertament iddikjarat li għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar rikors għad-danni sa fejn dan kien intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba miżuri restrittivi previsti minn deċiżjonijiet PESK. |
|
86 |
Madankollu, b’differenza mis-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza, ir-rikors ippreżentat minn KS u KD ma jirrigwardax miżuri restrittivi individwali. Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet ippreċiżat li, f’dak li jirrigwarda l-atti adottati abbażi tad‑dispożizzjonijiet relattivi għall-PESK, hija n-natura individwali ta’ dawn l-atti li tagħti, konformement mal-kliem tat-tieni paragrafu tal‑Artikolu 275 TFUE, l-aċċess għall-qrati tal-Unjoni (sentenza tat‑28 ta’ Marzu 2017, Rosneft, C‑72/15, EU:C:2017:236, punt 103 u l‑ġurisprudenza ċċitata; kif ukoll is-sentenza tal-lum, Neves 77 Solutions, C‑351/22, punt 37). |
|
87 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li qieset, fil-punti 37 sa 39 tad-digriet appellat, li dan ir-rikors kien jirrigwarda sitwazzjoni radikalment differenti minn dik inkwistjoni fil‑kawża li tat lok għas-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill (C‑134/19 P, EU:C:2020:793), u li l-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni fir-rigward tal-PESK b’mod ġenerali ma kinitx ġiet indirizzata fl-imsemmija sentenza. |
|
88 |
Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argument tal-appellanti li l-Qorti Ġenerali kellha tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors ippreżentat minn KS u KD abbażi tal-imsemmija sentenza peress li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikorsi kollha għal responsabbiltà mhux kuntrattwali skont l-Artikoli 268 u 340 TFUE, inkluż fil-qasam tal-PESK, peress li l-Artikolu 24 TUE u l-Artikolu 275 TFUE ma jipprevedux deroga minn din il-ġurisdizzjoni ġenerali. |
|
89 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, ċertament, konformement mat‑tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, “[f]il-każ ta’ responsabbiltà mhux kontrattwali, l-Unjoni għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal sistemi legali ta’ l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull dannu kkaġunat mill-istituzzjonijiet tagħha jew mill-impjegati tagħha fit-twettiq ta’ dmirijiethom”. Barra minn hekk, skont il-kliem tal‑Artikolu 268 TFUE, “[i]l-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea hi kompetenti li tittratta każijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kumpens għal danni kif previst fit-tieni u t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 340 [TFUE]”. |
|
90 |
Barra minn hekk, hija ġurisprudenza stabbilita li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni biss sabiex taqta’ kawżi li jinvolvu r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, bl-esklużjoni tal-qrati nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑13 ta’ Frar 1979, Granaria 101/78, EU:C:1979:38, punt 16, u tal‑15 ta’ Lulju 2021, OH (Immunità minn proċedimenti legali), C‑758/19, EU:C:2021:603, punt 22). |
|
91 |
B’dan, għandu jiġi ppreċiżat li la n-natura esklużiva ta’ din il‑ġurisdizzjoni u lanqas l-awtonomija tar-rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni ma jista’ jkollhom l-effett li jestendu l-limiti tal‑ġurisdizzjoni mogħtija lil din l-istituzzjoni mit-Trattati. Issa, l-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE jistabbilixxu tali limiti ta’ ġurisdizzjoni u għandhom, fir-rigward tar-rikorsi fil-qasam tal-PESK, jitqiesu li huma leges speciales meta mqabbla mal-Artikoli 268 u 340 TFUE. Għaldaqstant, ma jistax jiġi ammess li l-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE ma jirrigwardawx ir-rikorsi għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni. |
|
92 |
Din il-konstatazzjoni hija kkonfermata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal‑Ġustizzja li tgħid li l-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal‑Artikolu 24(1) TUE jirreferi għat-tieni paragrafu tal‑Artikolu 275 TFUE sabiex jiddetermina mhux it-tip ta’ proċedura li fil-kuntest tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tistħarreġ il-legalità ta’ ċerti deċiżjonijiet, iżda t-tip ta’ deċiżjonijiet li tagħhom il-legalità tkun tista’ tiġi mistħarrġa mill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta’ kull proċedura li jkollha bħala għan tali stħarriġ tal-legalità (sentenza tat‑28 ta’ Marzu 2017, Rosneft, C‑72/15, EU:C:2017:236, punt 70). |
|
93 |
Fit-tielet lok, għandu jiġi miċħud l-argument tal-appellanti li jgħid li l‑Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn hija bbażat ruħha fuq il‑ġurisprudenza li tirriżulta mill-punti 69 u 78 tas-sentenza tal‑25 ta’ Marzu 2021, Carvalho et vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C‑565/19 P, EU:C:2021:252), sabiex tiddeċiedi, fil-punt 41 tad-digriet appellat, li interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati dwar il-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni fid-dawl tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ma tistax twassal sabiex jitwarrbu l-kundizzjonijiet previsti espressament mit-Trattat FUE. |
|
94 |
Fil-fatt, minkejja li din il-ġurisprudenza tikkonċerna l-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament skont l‑Artikolu 263(4) TFUE, għandu jiġi kkonstatat, bħalma għamlet l‑Avukata Ġenerali fil-punt 99 tal-konklużjonijiet tagħha, li l-Qorti Ġenerali setgħet, ġustament, tapplika l-imsemmija ġurisprudenza fil‑kuntest tal-evalwazzjoni tal-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors ippreżentat minn KS u KD sa fejn l-istess ġurisprudenza tesprimi prinċipju ta’ interpretazzjoni applikabbli għar‑rimedji ġudizzjarji kollha previsti mit-Trattati. |
|
95 |
Fir-raba’ u l-aħħar lok, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta, b’mod partikolari mill-punt 71 ta’ din is-sentenza, li għandu jiġi miċħud l-argument li permezz tiegħu KS u KD isostnu, essenzjalment, fir-risposta tagħhom fil-Kawża C‑44/22 P, li l-Artikolu 298(1) TFUE u l-Artikolu 41 tal-Karta jikkorroboraw l-ipoteżi li tgħid li l-Qorti Ġenerali kellha tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors tagħhom. |
|
96 |
Konsegwentement, l-ewwel ilment tal-ewwel parti, it-tieni u t-tielet ilment tat-tieni parti kif ukoll it-tielet parti tal-aggravju uniku fil-Kawża C‑29/22 P għandhom jiġu miċħuda bl-istess mod bħall-ewwel u t-tieni parti tal-ewwel aggravju, it-tieni parti tat-tieni aggravju, it-tielet aggravju u t-tieni parti tar-raba’ aggravju fil-Kawża C‑44/22 P. |
Fuq it‑tieni lment tal‑ewwel parti u l‑ewwel ilment tat‑tieni parti tal‑aggravju uniku fil‑Kawża C‑29/22 P kif ukoll fuq it‑tielet parti tal‑ewwel aggravju u l‑ewwel parti tat‑tieni aggravju tal‑appell fil‑Kawża C‑44/22 P
L-argumenti tal-partijiet
|
97 |
L-appellanti jsostnu, essenzjalment, li, fil-punti 34 sa 36 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali wettqet qari restrittiv u selettiv tal‑ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi tat‑12 ta’ Novembru 2015, Elitaliana vs Eulex Kosovo (C‑439/13 P, EU:C:2015:753), tad‑19 ta’ Lulju 2016, H vs Il-Kunsill et (C‑455/14 P, EU:C:2016:569), kif ukoll tal‑25 ta’ Ġunju 2020, SATCEN vs KF (C‑14/19 P, EU:C:2020:492), sa fejn hija llimitat il-ġurisdizzjoni tagħha għall-każijiet koperti minn din il-ġurisprudenza, jiġifieri, b’mod partikolari, il-ġestjoni tal-persunal ta’ missjoni ta’ politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK) kif ukoll l‑għoti ta’ kuntratt pubbliku li jimplika spejjeż imposti fuq il-baġit tal‑Unjoni. Il-Kummissjoni tallega li, billi pproċediet b’dan il-mod, il‑Qorti Ġenerali llimitat l-analiżi tagħha ta’ din il-ġurisprudenza għal sempliċi paragun tal-fatti ma’ dawk li jikkaratterizzaw din il-kawża, u li l-imsemmija ġurisprudenza hija applikabbli f’dan il-każ, peress li l‑PESK tikkostitwixxi biss il-kuntest li fih seħħ il-ksur allegat tad‑drittijiet ta’ KS u ta’ KD, kif protetti mill-Karta u mill-KEDB. |
|
98 |
Barra minn hekk, KS u KD isostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, fil-punt 39 tad-digriet appellat, sa fejn qieset li kull miżura adottata mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni skont l-Artikolu 24(1) TUE tikkonċerna “id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-PESK” u għalhekk ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, il-kliem “definizzjoni” u “implimentazzjoni” ma jinsabux fl-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE, li tikkonċerna l‑ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, iżda fit-tieni frażi ta’ din id-dispożizzjoni. B’hekk, il-Qorti Ġenerali injorat l-ispirtu tal-imsemmija dispożizzjoni u l-intenzjoni tal-awturi tagħha. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ppreżumiet li l-atti u l-ommissjonijiet inkwistjoni f’dan il-każ kienu ta’ natura purament politika għas‑sempliċi raġuni li ġew adottati abbażi tal-kompetenza tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK u minn dan hija ddeduċiet li dawn kienu jaqgħu taħt l-istess dispożizzjoni. Waqt is-seduta, KS u KD żiedu li l-kwistjoni tal‑ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi eżaminata każ b’każ. |
|
99 |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-punti 23, 28 u 39 tad-digriet appellat huma vvizzjati bi żbalji ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset, mingħajr ma pprovdiet spjegazzjonijiet supplimentari, li r-rikors ippreżentat minn KS u KD kien joriġina minn atti jew ommissjonijiet li jaqgħu taħt kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi marbuta ma’ Eulex Kosovo u li jikkonċernaw, għalhekk, id-definizzjoni u l‑implimentazzjoni tal-PESK, minflok ma kklassifikat dan ir-rikors bħala rikors għad-danni li jikkonċerna allegat ksur ta’ “drittijiet fundamentali tal-bniedem”. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx jew ma kklassifikatx ġuridikament la n-natura tal-ksur allegat tad-dritt tal‑Unjoni u lanqas dawn l-atti u ommissjonijiet. |
|
100 |
Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali la speċifikat il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex atti jew ommissjonijiet ikunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala “strateġiċi” jew “politiċi” u lanqas ma ppreċiżat liema huma l-konsegwenzi ta’ tali klassifikazzjoni għall-interpretazzjoni tal-esklużjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-PESK prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u fl-ewwel paragrafu tal‑Artikolu 275 TFUE. Issa, huwa indispensabbli li jiġi ddefinit il‑kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-esklużjoni, li ma jistax jiġi llimitat la għall-kriterju formalistiku li l-miżura inkwistjoni taqa’ fil-qasam tal‑PESK, kif jirriżulta mill-punti 42 u 43 tas-sentenza tad‑19 ta’ Lulju 2016, H vs Il-Kunsill et (C‑455/14 P, EU:C:2016:569), u lanqas għall‑ipoteżi ta’ natura “strateġika” jew “politika” ta’ dawn l-atti jew ommissjonijiet. Billi, f’dan ir-rigward, sempliċement irreferiet għall‑argumenti mressqa minn KS u KD insostenn tar-rikors tagħhom, il-Qorti Ġenerali rraġunat b’mod ċirkulari. Skont il-Kummissjoni, dan ir-rikors, minkejja li jinsab fil-kuntest tal-PESK, jikkonċerna allegat ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal‑missjoni Eulex Kosovo, b’tali mod li huwa relatat mal-funzjonament amministrattiv tagħha. Issa, kuntrarjament għal dak li huwa b’mod partikolari l-każ tal-istabbiliment ta’ missjoni jew tad-definizzjoni tal-għanijiet u tal-kompiti tagħha, l-obbligi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali la jaqgħu taħt il-PESK u lanqas taħt kwistjonijiet u ta’ għażliet politiċi jew strateġiċi. |
|
101 |
Waqt is-seduta, il-Kummissjoni żiedet li, sabiex tiġi stabbilita l‑ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex teżamina ksur allegat tad-drittijiet fundamentali, huwa neċessarju li tintwera l-eżistenza ta’ rabta kawżali diretta bejn l-allegat ksur tad‑drittijiet fundamentali u kull wieħed mill-atti u kull waħda mill‑ommissjonijiet inkwistjoni. Issa, f’dan il-każ, tali rabta tista’ tiġi stabbilita mingħajr diffikultà fid-dawl tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem inkwistjoni li ġie kkonstatat mill-Bord Konsultattiv. |
|
102 |
Waqt is-seduta, ir-Renju tal-Belġju, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir‑Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Renju tal‑Isvezja sostnew, essenzjalment, li l-punt dwar jekk l-atti u l‑ommissjonijiet inkwistjoni humiex ta’ natura politika jew strateġika ma għandu ebda rwol fil-kuntest tal-eżami tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-PESK, peress li dawn l‑atti u ommissjonijiet jikkonċernaw ksur ta’ drittijiet fundamentali. Fil‑fatt, f’każ bħal dan, l-esklużjoni tal-ġurisdizzjoni ta’ din l‑istituzzjoni prevista fl-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal‑Artikolu 24(1) TUE u fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE ma hijiex applikabbli. |
|
103 |
Barra minn hekk, ir-Rumanija indikat li d-drittijiet fundamentali għandhom jiġu rrispettati fl-oqsma kollha tad-dritt tal-Unjoni, inkluż f’dak tal-PESK. Madankollu, meta tiġi eskluża actio popularis, il‑persuna kkonċernata għandha tibda, b’mod iddettaljat, proċedura ta’ kontestazzjoni dwar dritt irrikonoxxut fid‑dritt intern kif ukoll turi li tkun ġarrbet direttament l‑effetti tal-miżura kontenzjuża, sabiex tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tal‑Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif jirriżulta mis-sentenza tal-Qorti EDB tas‑7 ta’ Mejju 2021, Xero Flor w Polsce sp. z o. o. vs Il-Polonja (CE:ECHR:2021:0507JUD000490718, punt 187), relatata mal‑Artikolu 6(1) tal-KEDB. |
|
104 |
Barra minn hekk, skont ir-Repubblika tal-Finlandja, l-esklużjoni tal‑ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-PESK hija intiża li tippreżerva l-bilanċ istituzzjonali. Minn dan isegwi li huma biss il-miżuri dwar id-definizzjoni ta’ din il-politika, u b’mod partikolari l-PSDK, li jaqgħu taħt din l-esklużjoni, filwaqt li din l-istituzzjoni għandha ġurisdizzjoni sabiex tistħarreġ l-atti u l‑ommissjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-implimentazzjoni prattika tal‑imsemmija politiki, bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ. |
|
105 |
Il-Kunsill u s-SEAE jwieġbu li, kuntrarjament għal dak li kien il-każ fil‑kawżi li taw lok għas-sentenzi tat‑12 ta’ Novembru 2015, Elitaliana vs Eulex Kosovo (C‑439/13 P, EU:C:2015:753), tad‑19 ta’ Lulju 2016, H vs Il-Kunsill et (C‑455/14 P, EU:C:2016:569), kif ukoll tal‑25 ta’ Ġunju 2020, SATCEN vs KF (C‑14/19 P, EU:C:2020:492), l-atti u l‑ommissjonijiet imsemmija fir-rikors ippreżentat minn KS u KD ma humiex relatati mal-ġestjoni pura tal-persunal, mal-kunflitti fil-qasam tal-impjieg jew mal-implimentazzjoni ta’ att li, minkejja li ġie adottat għal finijiet operattivi minn entità li taqa’ taħt il-PESK, huwa bbażat fuq it-Trattat FUE. Dawn l-atti u ommissjonijiet jaqgħu taħt kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi fil-qasam ta’ din il-politika, b’mod partikolari sa fejn jikkonċernaw il-mandat mogħti lil Eulex Kosovo u r-riżorsi li tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ din il-missjoni sabiex jiġi eżegwit dan il-mandat. Minn dan isegwi li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni, skont l-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE, sabiex tieħu konjizzjoni ta’ dan ir-rikors. |
|
106 |
Fil-fatt, skont il-Kunsill, mill-punti 57 sa 61 tal-konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża SATCEN vs KF (C‑14/19 P, EU:C:2020:220) jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni fil-qasam tal-PESK, b’applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, meta att tal-Unjoni, minn naħa, ikun formalment ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet relatati ma’ din il-politika u, min-naħa l-oħra, jikkorrispondi, permezz tal-kontenut tiegħu, għal miżura li taqa’ taħt l-imsemmija politika. Għalhekk, il-kompetenza ta’ din l-aħħar istituzzjoni ma testendix għall-miżuri li jaqgħu taħt l-essenza stess tal-PESK, u b’mod partikolari tal-PSDK, kemm f’dak li jirrigwarda l-legalità tal-miżuri li jaqgħu taħt id-definizzjoni u l‑implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki kif ukoll l-istabbiliment tar‑responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni li tirriżulta minn azzjonijiet jew minn nuqqas ta’ azzjoni f’dan il-qasam. |
|
107 |
Barra minn hekk, il-Kunsill isostni li, sabiex jiġi ppreżervat l-effett utli tal-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u tal‑Artikolu 275 TFUE, għandu jinstab kriterju xieraq sabiex tiġi ddelimitata l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-PESK. Dan il-kriterju jista’ jkun marbut mal-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, bħall-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, u għandu jippermetti li tinżamm distinzjoni ċara bejn l-atti li jimplikaw għażliet diskrezzjonali ta’ natura politika, kemm jekk ikunu previsti f’deċiżjonijiet PESK jew f’atti adottati abbażi tal-PESK, u l-atti amministrattivi intiżi li jimplimentaw azzjonijiet konkreti. Fil-fatt, li jiġi permess stħarriġ ġudizzjarju dwar il-livell u t‑tqassim tal-kapaċitajiet ta’ Eulex Kosovo jkun ifisser li l-azzjoni tal‑Unjoni fil-qasam tal-PSDK timplika obbligu ta’ riżultat kull darba li l-Unjoni tiddeċiedi li tintervjeni sabiex tiżgura l-osservanza tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 21(1) TUE, fatt li ma huwiex previst mit-Trattati u li jkun inkompatibbli mal-eżerċizzju ta’ kompetenza li timplika għażliet politiċi kumplessi li jiddependu b’mod partikolari minn azzjonijiet li joriġinaw minn atturi esterni mhux suġġetti għar-regoli tal-Unjoni. |
|
108 |
Waqt is-seduta, il-Kunsill żied li l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-PESK għandha tiġi analizzata każ b’każ, peress li din l-aħħar istituzzjoni għandha ġurisdizzjoni biss sabiex tinterpreta jew teżamina l-legalità tal-atti konkreti ta’ implementazzjoni ta’ din il-politika, u mhux tal-atti ta’ portata ġenerali. F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tista’ jkollha ġurisdizzjoni sabiex teżamina jekk Eulex Kosovo kisritx id-drittijiet fundamentali ta’ KS u ta’ KD fil-kuntest tal-investigazzjonijiet imwettqa minn din il-missjoni, filwaqt li r-revoka tal-mandat eżekuttiv tal-imsemmija missjoni permezz tad-Deċiżjoni 2018/856 u l-kwistjoni dwar jekk ikunux ingħataw riżorsi suffiċjenti huma kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi. |
|
109 |
Barra minn hekk, skont is-SEAE, l-atti u l-ommissjonijiet imsemmija fir-rikors ippreżentat minn KS u KD huma jew azzjonijiet operattivi ta’ Eulex Kosovo, jew kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi. Il-fatt li din il‑missjoni tmexxi investigazzjoni jew tastjeni milli tagħmel dan jikkostitwixxi miżura li taqa’ esklużivament fil-qasam tal-PESK. Issa, l‑azzjonijiet imwettqa minn tali missjoni jistgħu jkunu biss is-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju jekk, fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-mandat tagħha, jitwettqu żbalji manifesti jew jekk hija tkun aġixxiet b’mod arbitrarju. Issa, dan ma kienx il-każ hawnhekk. |
|
110 |
Waqt is-seduta, is-SEAE żied li d-definizzjoni tal-linji strateġiċi, fis‑sens tal-Artikolu 26 TUE, id-deċiżjonijiet relatati mal-azzjonijiet operattivi, skont l-Artikolu 28 TUE, il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar kwistjonijiet partikolari ta’ natura ġeografika, bis-saħħa tal‑Artikolu 29 TUE, u d-deċiżjoni li jinħatar rappreżentant speċjali, konformement mal-Artikolu 33 TUE, jaqgħu taħt il-qalba tal-PESK u għalhekk ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju. Barra minn hekk, l-Artikolu 43 TUE jipprevedi lista ta’ kompiti multipli li għandhom jitwettqu minn missjonijiet tal-PSDK. Din il-lista turi t-tip ta’ deċiżjonijiet li ma humiex suġġetti għall-istħarriġ ġudizzjarju tal‑Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, peress li huwa l-Kunsill li jiddeċiedi li jimplementa b’mod partikolari l-missjonijiet umanitarji u ta’ evakwazzjoni kif ukoll il-missjonijiet ta’ konsulenza u ta’ assistenza fil-qasam militari. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjonijiet eżekuttivi adottati abbażi tal-atti tal-Kunsill, b’mod partikolari mill-Kummissjoni jew mill-missjoni kkonċernata stess, bħal dawk marbuta mal-impjieg tal-persunal, fis-sens tal-Artikolu 15a tal-Azzjoni Konġunta 2008/124, kif emendata bid-Deċiżjoni 2014/349, jistgħu jkunu s-suġġett ta’ tali stħarriġ ġudizzjarju. |
|
111 |
Ir-Repubblika Franċiża sostniet, waqt is-seduta, li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ammettiet, fis-sentenza tal‑14 ta’ Diċembru 2006 (Markovic et vs L-Italja, CE:ECHR:2006:1214JUD000139803), li ċerti atti ta’ politika barranija ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti. Għalhekk, għandha ssir distinzjoni bejn, minn naħa, l-atti ta’ sempliċi ġestjoni amministrattiva li ma jkunux marbuta b’mod inseparabbli mal‑PESK u li ma għandhomx konnotazzjoni politika u, min-naħa l‑oħra, l-atti li jkollhom l-għan li jikkontribwixxu għat-tmexxija, għad‑definizzjoni jew għall-implimentazzjoni tal-PESK. Issa, f’dan il‑każ, l-atti u l-ommissjonijiet imsemmija fir-rikors ippreżentat minn KS u KD jaqgħu taħt din l-aħħar kategorija ta’ atti u ma humiex separabbli minn din il-politika, peress li din tinsab fil-qalba ta’ dawn il‑kawżi, b’tali mod li huma biss il-qrati nazzjonali li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jeżaminaw dawn l-atti u ommissjonijiet. B’mod partikolari, id-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni taqa’ direttament taħt it-tmexxija tal-missjoni Eulex Kosovo. Għaldaqstant, din ma hijiex attività jew deċiżjoni ta’ ġestjoni. Barra minn hekk, il-kriterju tar-rabta diretta propost mill-Kummissjoni ma huwiex rilevanti, peress li huwa l‑kontenut materjali tal-att ikkontestat li huwa determinanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u mhux il-motivi invokati. |
|
112 |
Ir-Repubblika Ċeka sostniet, waqt is-seduta, li n-natura speċifika tal‑PESK kellha tiġi protetta u li din il-politika kienet suġġetta għal regoli u għal proċeduri speċifiċi, inkluż fir-rigward tal-ġurisdizzjoni tal‑Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, huwa possibbli li jinstab bilanċ bejn, minn naħa, in-neċessità li jiġu protetti dawn ir‑regoli u dawn il-proċeduri speċifiċi u, min-naħa l-oħra, il-garanzija ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet fundamentali. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
113 |
Permezz tat-tieni lment tal-ewwel parti u tal-ewwel ilment tat-tieni parti tal-aggravju uniku fil-Kawża C‑29/22 P kif ukoll permezz tat-tielet parti tal-ewwel aggravju u tal-ewwel parti tat-tieni aggravju fil-Kawża C‑44/22 P, l-appellanti jikkritikaw, essenzjalment, lill-Qorti Ġenerali, minn naħa, li wettqet żball ta’ liġi fil-punti 34 sa 36 tad-digriet appellat, sa fejn iddeċidiet li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżulta mis-sentenzi tat‑12 ta’ Novembru 2015, Elitaliana vs Eulex Kosovo (C‑439/13 P, EU:C:2015:753), tad‑19 ta’ Lulju 2016, H vs Il-Kunsill et (C‑455/14 P, EU:C:2016:569), kif ukoll tal‑25 ta’ Ġunju 2020, SATCEN vs KF (C‑14/19 P, EU:C:2020:492), ma kinitx applikabbli għal dan il-każ u, min-naħa l-oħra, li ddikjarat li ma kellhiex ġurisdizzjoni minħabba li r-rikors ippreżentat minn KS u KD kien joriġina minn atti u ommissjonijiet li jaqgħu taħt kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi marbuta ma’ Eulex Kosovo u li kienu jikkonċernaw id‑definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-PESK. Fir-rigward ta’ dan tal‑aħħar, KS u KD jqisu li l-punt 39 ta’ dan id-digriet huwa vvizzjat bi żball ta’ liġi, filwaqt li l-Kummissjoni tikkontesta l-punti 23, 28 u 39 tal-imsemmi digriet. |
|
114 |
Preliminarjament, għandu jiġi ppreċiżat li, fil-punt 23, il-Qorti Ġenerali sempliċement esponiet l-argumenti mressqa minn KS u KD fil-kuntest tar-rikors tagħhom. Issa, sa fejn il-Kummissjoni ma tinvokax żnaturament ta’ dawn l-argumenti, l-ewwel parti tat-tieni aggravju tal‑appell tagħha għandha tiġi miċħuda sa fejn tirrigwarda l-imsemmi punt 23, peress li din tirriżulta minn qari żbaljat tad-digriet appellat. |
|
115 |
Barra minn hekk, għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza msemmija fil‑punt 63 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, fil-kuntest tal-eżami tal‑ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tieħu konjizzjoni ta’ rikors li jkollu bħala suġġett atti jew ommissjonijiet li jaqgħu taħt il-PESK, għandu jiġi vverifikat, fl-ewwel lok, jekk is‑sitwazzjoni inkwistjoni taqax taħt wieħed mill-każijiet previsti fl‑aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, li fihom din il-ġurisdizzjoni hija espliċitament ammessa. |
|
116 |
Jekk dan ma jkunx il-każ, għandu, fit-tieni lok, jiġi evalwat jekk, kif jirriżulta, essenzjalment, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li toħroġ mill-punt 49 tas-sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2015, Elitaliana vs Eulex Kosovo (C‑439/13 P, EU:C:2015:753), mill-punt 55 tas‑sentenza tad‑19 ta’ Lulju 2016, H vs Il-Kunsill et (C‑455/14 P, EU:C:2016:569), kif ukoll mill-punt 66 tas-sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, SATCEN vs KF (C‑14/19 P, EU:C:2020:492), il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tistax tkun ibbażata fuq il‑fatt li l-atti u l-ommissjonijiet inkwistjoni ma jkunux marbuta direttament mal-għażliet politiċi jew strateġiċi mwettqa mill‑istituzzjonijiet, mill-korpi u mill-organi tal-Unjoni fil-kuntest tal‑PESK, u b’mod partikolari tal-PSDK. |
|
117 |
Għalhekk, jekk l-atti u l-ommissjonijiet inkwistjoni ma jkunux relatati direttament ma’ dawn l-għażliet politiċi jew strateġiċi, il-Qorti tal‑Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jkollha l-ġurisdizzjoni li tevalwa l‑legalità ta’ dawn l-atti jew ommissjonijiet jew li tinterpretahom. Min‑naħa l-oħra, jekk l-imsemmija atti jew ommissjonijiet ikunu marbuta direttament mal-imsemmija għażliet politiċi jew strateġiċi, din l-istituzzjoni għandha tiddikjara li ma jkollhiex ġurisdizzjoni. |
|
118 |
Minn dan isegwi li, bis-saħħa tal-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal‑Artikolu 24(1) TUE u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, il-Qorti tal‑Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tevalwa l‑legalità jew tinterpreta atti jew ommissjonijiet relatati direttament mal-kondotta, mad-definizzjoni jew mal-implimentazzjoni tal‑PESK, u b’mod partikolari tal‑PSDK, jiġifieri, b’mod partikolari, l‑identifikazzjoni tal-interessi strateġiċi tal‑Unjoni kif ukoll id‑definizzjoni kemm tal-azzjonijiet li jkollhom jitwettqu u tal‑pożizzjonijiet li jkollhom jittieħdu mill-Unjoni kif ukoll il-linji gwida ġenerali tal-PESK, fis-sens tal-Artikoli 24 sa 26, 28, 29, 37, 38, 42 u 43 TUE. |
|
119 |
Kif jirriżulta mill-punti 62, 68 sa 73, 77 sa 80 u 91 ta’ din is-sentenza, din il-kunsiderazzjoni, l-ewwel nett, hija konformi mal-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, li, bħala prinċipju, jeskludu l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-PESK, it-tieni nett, hija kkorroborata mill-kuntest li dawn jagħmlu parti minnu, peress li tippermetti li jinżamm l-effett utli tal-imsemmija dispożizzjonijiet, mingħajr madankollu ma tippreġudika indebitament id-dritt għal rimedju effettiv, u, it-tielet nett, tikkorrispondi mal-għan imfittex mill‑istess dispożizzjonijiet. |
|
120 |
B’dan ippreċiżat, għandu jiġi vverifikat, minn naħa, jekk il-Qorti Ġenerali wettqitx żball ta’ liġi fil-punti 28, 33 sa 36 u 39 tad-digriet appellat sa fejn, sabiex tirrifjuta l-ġurisdizzjoni tagħha abbażi tal-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, hija applikat il-kriterju li jikkonsisti fil-verifika li l-atti u l-ommissjonijiet imsemmija fir-rikors ippreżentat minn KS u minn KD kienu jaqgħu taħt “kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi marbuta ma’ [Eulex Kosovo]” li kienu jikkonċernaw “id‑definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-PESK”, u, min-naħa l-oħra, jekk l-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju f’dan il-każ hijiex ivvizzjata bi żball. |
|
121 |
F’dan ir-rigward, għandha ssir analiżi konkreta ta’ kull wieħed mill-atti u ta’ kull waħda mill-ommissjonijiet li jaqgħu taħt il-PESK, u b’mod partikolari tal-PSDK, imsemmija fir-rikors inkwistjoni, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-għan ta’ ċertezza legali jeżiġi li l‑qorti tal-Unjoni ma tkunx kostretta twettaq eżami tal-kawża fil-mertu sabiex tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat‑3 ta’ Lulju 1997, Benincasa, C‑269/95, EU:C:1997:337, punt 27, u tat‑8 ta’ Frar 2024, Inkreal, C‑566/22, EU:C:2024:123, punt 27). |
|
122 |
Fl-ewwel lok, f’dan il-każ, fil-punti 28, 33 sa 36 u 39 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li r-rikors ippreżentat minn KS u KD ma kienx jaqa’ taħt il-każijiet li fihom l-aħħar frażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE jipprevedu espliċitament li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni fil-qasam tal-PESK, fatt li ma huwiex ikkontestat fil-kuntest ta’ dawn l-appelli. |
|
123 |
Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali, essenzjalment, qieset li l-atti u l‑ommissjonijiet imsemmija minn dan ir-rikors kienu marbuta direttament ma’ din il-politika, fid-dawl tan-natura politika u strateġika tagħhom kif ukoll tar-rabta tagħhom mad-definizzjoni u mal‑implimentazzjoni tal-PESK. |
|
124 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi evalwat jekk il-Qorti Ġenerali wettqitx żball ta’ liġi, fil-punti 28 u 39 tad-digriet appellat, sa fejn hija ddikjarat li ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors ippreżentat minn KS u KD minħabba li kull wieħed mill-atti u kull waħda mill-ommissjonijiet imsemmija f’dan ir-rikors u msemmija fil‑punt 20 ta’ din is-sentenza kienu marbuta direttament mad-definizzjoni u mal-implimentazzjoni tal-għażliet politiċi jew strateġiċi tal-PESK. |
|
125 |
L-ewwel nett, insostenn tar-rikors tagħhom, KS u KD invokaw ksur, minn Eulex Kosovo, tal-Artikoli 2 u 3 tal-KEDB kif ukoll tal-Artikoli 2 u 4 tal-Karta, minħabba l-assenza ta’ investigazzjonijiet adegwati dovuti għal nuqqas ta’ riżorsi neċessarji u ta’ persunal adegwat ta’ din il‑missjoni sabiex teżerċita l-mandat eżekuttiv tagħha. |
|
126 |
Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ riżorsi neċessarji, għandu jiġi rrilevat li l-mezzi mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ missjoni PESK, u b’mod partikolari ta’ missjoni tal-PSDK, abbażi tal-ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 28(1) TUE, huma marbuta direttament mal-għażliet politiċi jew strateġiċi mwettqa fil-kuntest tal-PESK, kif qieset, essenzjalment, il-Qorti Ġenerali. |
|
127 |
Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ persunal adegwat tal‑missjoni Eulex Kosovo, il-kapaċità tagħha li timpjega persunal, li tirriżulta mill-formulazzjoni tal-Artikolu 15a tal-Azzjoni Konġunta 2008/124, kif emendata bid-Deċiżjoni 2014/349, tikkostitwixxi att ta’ ġestjoni ta’ kuljum li jaqa’ fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-mandat tal‑imsemmija missjoni. Għalhekk, hija din tal-aħħar li għandha tiżgura, fil-kuntest tar-riżorsi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha, li l‑persunal li hija timpjega jkun adegwat. |
|
128 |
Issa, kuntrarjament għall-allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ riżorsi neċessarji, id-deċiżjonijiet meħuda minn Eulex Kosovo dwar l-għażla tal‑persunal li din il-missjoni timpjega, ma humiex marbuta direttament mal‑għażliet politiċi jew strateġiċi mwettqa mill-imsemmija missjoni fil-kuntest tal-PESK. Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn qieset li l-allegat nuqqas ta’ persunal adegwat kien jaqa’ taħt kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi li jikkonċernaw id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-PESK. |
|
129 |
It-tieni nett, insostenn tar-rikors tagħhom, KS u KD allegaw ksur tal‑Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 13 tal-KEDB, kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta, minħabba l-assenza ta’ dispożizzjonijiet li jipprevedu għajnuna legali fil-kuntest tal-proċeduri mibdija quddiem il-Bord Konsultattiv u rimedju ġudizzjarju kontra l-ksur ikkonstatat kif ukoll li jippermettu lil dan il-kumitat jeżegwixxi d-deċiżjonijiet tiegħu. |
|
130 |
Fir-rigward tal-assenza ta’ dispożizzjonijiet li jipprevedu għajnuna legali fil-kuntest tal-proċeduri mibdija quddiem il-Bord Konsultattiv, għandu jiġi kkonstatat li din il-parti tar-rikors ippreżentat minn KS u KD tirrigwarda r-regoli proċedurali ta’ dan il-bord, li, kif jirriżulta mill-punt 6 ta’ din is-sentenza, huwa responsabbli għall-eżami tal-ilmenti mressqa għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq minn Eulex Kosovo. Issa, dawn ir-regoli purament proċedurali ma humiex marbuta direttament mal-għażliet politiċi jew strateġiċi mwettqa fil-kuntest tal‑PESK. Għaldaqstant, il-punti 28 u 39 tad-digriet appellat huma vvizzjati bi żbalji ta’ liġi sa fejn jikkonċernaw l-assenza ta’ tali dispożizzjonijiet proċedurali. |
|
131 |
Bl-istess mod, fir-rigward tal-assenza ta’ setgħat eżekuttivi attribwiti lill-Bord Konsultattiv jew ta’ rimedji ġudizzjarji għall-ksur ikkonstatat mill-Bord Konsultattiv, għandu jiġi rrilevat li konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikoli 1 u 2 tal-Azzjoni Konġunta 2008/124, il-missjoni Eulex Kosovo nħolqot sabiex tassisti lill-istituzzjonijiet tal-Kosovo, lill‑awtoritajiet ġudizzjarji u lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fil-progress tagħhom lejn is-sostenibbiltà u r-responsabbilizzazzjoni u fit-twaqqif u t-tisħiħ ta’ sistema ġudizzjarja multietnika indipendenti u servizzi tal-pulizija u tad-dwana multietniċi, b’mod li dawn l‑istituzzjonijiet ikunu ħielsa minn kwalunkwe ndħil politiku u jaderixxu mal-istandards rikonoxxuti fl-ambitu internazzjonali u mal‑aħjar prassi Ewropea. Għalhekk, id-deċiżjoni jekk l-atti u l-ommissjonijiet ta’ din il-missjoni jiġux suġġetti għal mekkaniżmu ta’ kontroll li jissodisfa dawn l-istandards hija marbuta mhux direttament mal-għażliet politiċi jew strateġiċi relatati mal‑imsemmija missjoni, iżda unikament ma’ aspett tal-ġestjoni amministrattiva tagħha. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, fil-punti 28 u 39 tad-digriet appellat, meta qieset li din il‑parti tar-rikors ippreżentat minn KS u KD kienet taqa’ direttament taħt tali għażliet. |
|
132 |
It-tielet nett, KS u KD invokaw, insostenn tar-rikors tagħhom, l‑assenza ta’ adozzjoni ta’ miżuri korrettivi li jippermettu li jiġi rrimedjat il-ksur tad-drittijiet fundamentali kkonstatat mill-Bord Konsultattiv. Barra minn hekk, huma sostnew użu ħażin jew abbuż ta’ poter, minn naħa, minħabba l-affermazzjonijiet tal-Kunsill u tas-SEAE li Eulex Kosovo kienet għamlet mill-aħjar tagħha sabiex tinvestiga r‑reati inkwistjoni u l-Bord Konsultattiv ma kienx intiż li jkun istanza ġudizzjarja u, min-naħa l-oħra, minħabba li l-kawża ta’ KD, li tirrigwarda reat tal-gwerra, la kienet is-suġġett ta’ eżami legali serju minn din il-missjoni jew mill-Uffiċċju tal-Prosekutur speċjalizzat fil-qasam tal-investigazzjonijiet u lanqas ta’ proċeduri quddiem l-Awla Speċjalizzata għall-Kosovo. |
|
133 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-assenza kemm ta’ dawn il‑miżuri korrettivi kif ukoll ta’ eżami legali serju ta’ din il-kawża jikkonċernaw in-nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżuri individwali relatati mas-sitwazzjonijiet partikolari ta’ KS u ta’ KD u ma humiex marbuta direttament mal-għażliet politiċi jew strateġiċi mwettqa fil-kuntest tal‑PESK. L-istess japplika għad-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tas-SEAE li din il-missjoni kienet għamlet l-aħjar tagħha sabiex tinvestiga r-reati inkwistjoni. |
|
134 |
Fir-rigward tal-affermazzjoni li l-Bord Konsultattiv ma huwiex intiż li jkun istanza ġudizzjarja, għandu jiġi kkonstatat li dan huwa att li ma għandux natura vinkolanti. |
|
135 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-atti u l-ommissjonijiet imsemmija fil-punt 132 ta’ din is-sentenza ma jistgħux ikunu marbuta direttament mal-għażliet politiċi jew strateġiċi mwettqa fil-kuntest tal-PESK, b’tali mod li l-punti 28 u 39 huma vvizzjati bi żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset li dawn l-atti u ommissjonijiet jaqgħu taħt kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi li jikkonċernaw id-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ din il‑politika. |
|
136 |
Ir-raba’ nett, id-deċiżjoni li jiġi rrevokat il-mandat eżekuttiv ta’ missjoni PESK, u b’mod partikolari ta’ missjoni tal-PSDK, hija marbuta direttament ma’ tali għażliet, fis-sens tal-Artikolu 28(1) u tal‑Artikolu 43(2) TUE. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi sa fejn iddikjarat li ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar l-ilmenti fuq ir-revoka tal-mandat eżekuttiv ta’ Eulex Kosovo permezz tad-Deċiżjoni 2018/856, li neħħiet l-obbligu ta’ din il‑missjoni, stabbilit fl-Artikolu 3(d) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124, li tiżgura li ċerti reati “jkunu s-suġġett ta’ investigazzjonijiet, ta’ prosekuzzjonijiet, ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji u ta’ sanzjonijiet”. |
|
137 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jintlaqa’ t-tieni lment tal-ewwel parti u l-ewwel ilment tat-tieni parti tal-aggravju uniku fil-Kawża C‑29/22 P kif ukoll it-tielet parti tal-ewwel aggravju u l‑ewwel parti tat-tieni aggravju fil-Kawża C‑44/22 P u, għaldaqstant, li d-digriet appellat jiġi annullat sa fejn, fil-punti 28 u 39 tiegħu, il-Qorti Ġenerali kienet iddikjarat li manifestament ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tar‑rikors ippreżentat minn KS u KD minħabba li dan kien jirrigwarda kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi li jikkonċernaw id-definizzjoni u l‑implimentazzjoni tal-PESK sa fejn dan ir-rikors kien jirrigwarda:
|
|
138 |
Għall-kumplament, għandu jiġi miċħud it-tieni lment tal-ewwel parti u l-ewwel ilment tat-tieni parti tal-aggravju uniku fil-Kawża C‑29/22 P kif ukoll it-tielet parti tal-ewwel aggravju u l-ewwel parti tat-tieni aggravju tal-appell fil-Kawża C‑44/22 P. |
Fuq ir‑raba’ parti tal‑aggravju uniku fil‑Kawża C‑29/22 P
L-argumenti tal-partijiet
|
139 |
Permezz tar-raba’ parti tal-aggravju uniku tagħhom, KS u KD isostnu, fl-ewwel lok, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli teżamina partijiet essenzjali tar-rikors tagħhom u milli timmotiva b’mod suffiċjenti l-konklużjoni tagħha li hija manifestament ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ dan ir-rikors. Fil-fatt, ebda element ma juri li indirizzat il-prinċipji ġuridiċi stabbiliti fis-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill (C‑134/19 P, EU:C:2020:793), jew li ħadet inkunsiderazzjoni l-argument tal‑Kummissjoni li kien jgħid li kien inkonċepibbli li l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jippermetti li azzjoni tal-Unjoni tiġi interpretata b’mod li tikser il-prinċipji fundamentali tagħha, mingħajr ebda protezzjoni tal-individwi, li jkollhom ibatu l-piż ta’ tali ksur. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kellha tirrispondi għall-argumenti ddettaljati mressqa mill-Kummissjoni dwar ir-rilevanza tal-Karta u tal-KEDB sabiex tagħti deċiżjoni dwar il-ġurisdizzjoni tagħha. Barra dan, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni s-sentenza tal-High Court of Justice u lanqas il-konsegwenzi tad-digriet appellat għal KS u KD. Dan in-nuqqas ta’ motivazzjoni huwa partikolarment serju meta wieħed iqis il‑gravità tal-ksur tad-drittijiet fundamentali li kienu s-suġġett tal‑imsemmi rikors. |
|
140 |
Fit-tieni lok, KS u KD isostnu li l-Qorti Ġenerali fehmet ħażin l‑argumenti tagħhom sa fejn, fil-punti 23 u 28 tad-digriet appellat, hija għamlet riferiment għal “kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi”. Fil-fatt, permezz ta’ dawn l-argumenti, huma ma ridux jikkontestaw l-għażliet politiċi jew strateġiċi tal-Unjoni li toħloq Eulex Kosovo, iżda l-mandat eżekuttiv fdat lil din il-missjoni, b’mod partikolari fir-rigward tat‑twettiq ta’ investigazzjoni li ma taqax intrinsikament taħt il-PESK u li tista’ sseħħ f’kuntest ieħor. |
|
141 |
Fit-tielet lok, KS u KD isostnu li, kuntrarjament għal dak li jirriżulta mill-punt 40 ta’ dan id-digriet, huma ma qalux li l-Qorti Ġenerali kellha tirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors tagħhom għas-sempliċi raġuni li tali rikonoxximent huwa l-uniku mezz sabiex tiġi ggarantita lilhom protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
|
142 |
Il-Kummissjoni taqbel mal-argument ta’ KS u ta’ KD, filwaqt li l-Kunsill u s-SEAE jikkontestawha. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
143 |
Sa fejn, permezz tar-raba’ parti tal-aggravju uniku tagħhom, KS u KD jikkritikaw, fl-ewwel lok, lill-Qorti Ġenerali li ma weġbitx għal uħud mill-argumenti tagħhom u li kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, għandu jitfakkar, minn naħa, li, fil-kuntest tal-appell, l-istħarriġ tal‑Qorti tal-Ġustizzja għandu bħala għan, b’mod partikolari, li jivverifika jekk il-Qorti Ġenerali tkunx irrispondiet b’mod suffiċjenti fid-dritt għall-argumenti kollha invokati mill-appellanti u, min-naħa l‑oħra, li l-aggravju bbażat fuq nuqqas ta’ risposta mill-Qorti Ġenerali għall-argumenti invokati fl-ewwel istanza jkunx intiż, essenzjalment, li jinvoka ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Issa, l-obbligu ta’ motivazzjoni ma jeżiġix mill-Qorti Ġenerali li tipprovdi espożizzjoni li ssegwi, b’mod eżawrjenti u wieħed wieħed, ir-raġunamenti kollha fformulati mill-partijiet fil-kawża, peress li l-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali tista’ tkun impliċita sakemm tippermetti li l-partijiet ikkonċernati jkunu jafu r-raġunijiet li għalihom il-Qorti Ġenerali ma tkunx laqgħet l-argumenti tagħhom u li l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha elementi suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha (sentenza tat‑28 ta’ Settembru 2023, Changmao Biochemical Engineering vs Il‑Kummissjoni, C‑123/21 P, EU:C:2023:708, punti 185 u 186 u l‑ġurisprudenza ċċitata). |
|
144 |
F’dan il-każ, sa fejn KS u KD isostnu li l-Qorti Ġenerali naqset milli tindirizza l-prinċipji ġuridiċi stabbiliti fis-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2020, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill (C‑134/19 P, EU:C:2020:793), għandu jiġi kkonstatat li, fil-punti 37 sa 39 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali indikat b’mod ċar ir-raġunijiet li għalihom hija qieset li l-ġurisprudenza li tirriżulta b’mod partikolari mill-punt 39 ta’ din is-sentenza ma kinitx rilevanti f’dan il-każ. |
|
145 |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-argument tal-Kummissjoni li huwa inkonċepibbli li l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni ma jipprovdi ebda protezzjoni lill‑individwi li d-drittijiet fundamentali tagħhom ikunu nkisru. Fil-fatt, fil-punt 40 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali qieset, essenzjalment, li r-raġunament li jinsab fil-punti 29 sa 39 ta’ dan id-digriet ma setax jiġi kkontestat minħabba s-sempliċi fatt li r-rikonoxximent tal-ġurisdizzjoni tagħha huwa l-uniku mezz li tiġi ggarantita protezzjoni ġudizzjarja effettiva lil KS u lil KD. |
|
146 |
Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, fil-punt 41 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali wieġbet għall-argument tal-Kummissjoni dwar ir-rilevanza tal-Karta u tal-KEDB fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal‑ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
|
147 |
Barra minn hekk, sa fejn KS u KD jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li ma ħaditx inkunsiderazzjoni s-sentenza tal-High Court of Justice u lanqas il-konsegwenzi, għalihom, tad-digriet appellat, din hija kritika li hija marbuta mal-eżami, mill-Qorti Ġenerali, tal-ġurisdizzjoni tagħha u li, għaldaqstant, għandha tiġi miċħuda fid-dawl ta’ dak li jirriżulta mill-punti 83 u 84 ta’ din is-sentenza. |
|
148 |
Fit-tieni lok, sa fejn KS u KD isostnu, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali żnaturat jew biddlet l-argumenti tagħhom billi, fil-punti 23 u 28 tad‑digriet appellat, hija għamlet riferiment għal “kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi”, għandu jitfakkar li, meta jallega żnaturament tal‑argumenti tiegħu stess, appellant għandu, skont l-Artikolu 256 TFUE, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal‑Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 168(1)(d) tar-Regoli tal‑Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, jindika b’mod preċiż l-elementi li allegatament ikunu ġew żnaturati minnha u juri l-iżbalji ta’ analiżi li, fl‑evalwazzjoni tagħha, ikunu wasslu lill-Qorti Ġenerali għal dan l‑iżnaturament (sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, Il-Kummissjoni vs CK Telecoms UK Investments,C‑376/20 P, EU:C:2023:561, punt 212 u l‑ġurisprudenza ċċitata). |
|
149 |
Issa, fid-dawl ta’ dak li jirriżulta mill-punti 27 u 28 tar-rikors fil-kawża li tat lok għad-digriet appellat, għandu jiġi kkonstatat li, fil-punti 23 u 28 ta’ dan id-digriet, il-Qorti Ġenerali la biddlet u lanqas żnaturat l‑argument ta’ KS u ta’ KD. |
|
150 |
Fit-tielet lok, KS u KD isostnu, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali żnaturat l-argument tagħhom sa fejn jirriżulta mill-punt 40 tad-digriet appellat li huma sostnew li hija kellha tirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors tagħhom għas-sempliċi raġuni li tali rikonoxximent huwa l-uniku mezz sabiex tiġi ggarantita lilhom protezzjoni ġudizzjarja effettiva. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, fid-dawl ta’ dak li ġie espost fil-punt 145 ta’ din is‑sentenza, dan l-argument jirriżulta minn qari żbaljat ta’ dan id-digriet. Fil-fatt, mill-punt 40 ta’ din tal-aħħar ma jirriżultax li KS u KD ressqu biss din ir-raġuni sabiex jistabbilixxu din il-ġurisdizzjoni, iżda li l‑konstatazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, tan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tagħha, li tirriżulta mill-punti 29 sa 39 tal-imsemmi digriet, ma setgħetx tiġi kkontestata minħabba s-sempliċi fatt li ma kienx jeżisti mezz ieħor sabiex tiġi ggarantita lilhom protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
|
151 |
Għaldaqstant, ir-raba’ parti tal-aggravju uniku tal-appell fil-Kawża C‑29/22 P għandu jiġi miċħud. |
Fuq l‑ewwel parti tar‑raba’ aggravju tal‑appell fil‑Kawża C‑44/22 P
L-argumenti tal-partijiet
|
152 |
Permezz tal-ewwel parti tar-raba’ aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali kellha tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tieħu konjizzjoni tar‑rikors ippreżentat minn KS u KD konformement mal-Artikoli 268, 340 u 344 TFUE kif ukoll mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal‑Ġustizzja li tirriżulta b’mod partikolari mill-punt 14 tas-sentenza tat‑13 ta’ Frar 1979, Granaria (101/78, EU:C:1979:38), u mill-punt 17 tas-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2010, Hanssens‑Ensch (C‑377/09, EU:C:2010:459). Barra minn hekk, huwa neċessarju kemm li tiġi ggarantita l-koerenza tas-sistema ta’ protezzjoni ġudizzjarja u l‑applikazzjoni uniformi tal-atti tal-Unjoni kif ukoll li tiġi żgurata l‑unità tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni kif ukoll li tinżamm l‑awtonomija tiegħu u s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li toħroġ b’mod partikolari mill-punt 166 tal-Opinjoni 2/13 (Adeżjoni tal-Unjoni għall-KEDB), tat‑18 ta’ Diċembru 2014 (EU:C:2014:2454), kif ukoll mill-punti 66, 78 u 80 tas-sentenza tat‑28 ta’ Marzu 2017, Rosneft (C‑72/15, EU:C:2017:236). |
|
153 |
Barra minn hekk, kif jirriżulta mis-sentenza tal-High Court of Justice, hija biss il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tista’ toffri rimedju effettiv meta, bħal f’dan il-każ, il-legalità ta’ azzjonijiet allegatament imputabbli lill-Unjoni tiġi kkontestata minn individwi fil-kuntest ta’ rikors għad-danni, peress li l-qrati nazzjonali ma humiex mgħammra biex joffru, fir-rigward tal-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-PESK, ir-rimedji ġudizzjarji kollha neċessarji sabiex jiżguraw l-osservanza tal‑Artikolu 13 tal-KEDB. |
|
154 |
KS u KD jaqblu mal-argument tal-Kummissjoni, filwaqt li l-Kunsill u s‑SEAE jikkontestawh. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
155 |
Permezz tal-ewwel parti tar-raba’ aggravju tagħha, il-Kummissjoni tikkritika, essenzjalment, lill-Qorti Ġenerali talli ma stabbilixxietx il‑ġurisdizzjoni esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors ippreżentat minn KS u KD. |
|
156 |
Madankollu, minn naħa, fid-dawl ta’ dak li jirriżulta mill-punti 126 u 136 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi sa fejn iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ dan ir-rikors sa fejn dan kien jirrigwarda allegat nuqqas ta’ riżorsi ta’ Eulex Kosovo u r-revoka tal-mandat eżekuttiv ta’ din il-missjoni permezz tad-Deċiżjoni 2018/856. Għalhekk, a fortiori, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx tistabbilixxi ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tagħti deċiżjoni f’dan ir-rigward. |
|
157 |
Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-atti u l-ommissjonijiet l-oħra msemmija fl-imsemmi rikors, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, kif jirriżulta mill‑punt 137 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi sa fejn iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni minħabba li dawn l-atti u ommissjonijiet kienu relatati ma’ kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi li jikkonċernaw id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-PESK, u dan mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi eżaminat jekk il-Qorti Ġenerali kellhiex tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni esklużiva tagħha sabiex tagħti deċiżjoni dwar l-istess rikors sa fejn dan kien jikkonċerna l-imsemmija atti u ommissjonijiet. |
|
158 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel parti tar-raba’ aggravju fil-Kawża C‑44/22 P għandha tiġi miċħuda. |
Fuq ir‑rikors quddiem il‑Qorti Ġenerali
|
159 |
Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fil-każ ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, taqta’ hija stess definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni. |
|
160 |
KS u KD qiegħdin jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni definittiva fuq ir-rikors tagħhom minħabba l-età tagħhom u l-istat ta’ saħħa tagħhom. Madankollu, fir-risposta tagħhom fil-Kawża C‑44/22 P, huma talbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħtihom il-possibbiltà li jressqu talba ġdida għal aċċess għall-OPLAN ta’ Eulex Kosovo qabel ma tieħu deċiżjoni dwar l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill‑Kunsill, mill-Kummissjoni u mis-SEAE. Sa fejn il-Qorti Ġenerali ma tatx deċiżjoni dwar it-talba inizjali għal aċċess għall-OPLAN ta’ Eulex Kosovo, huma ġew leżi fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali bi ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta u tal-Artikolu 298(1) TFUE. Waqt is‑seduta, huma żiedu li, kuntrarjament għal dak li kien il-każ fil-kawża li tat lok għas-sentenza tad‑19 ta’ Lulju 2016, H vs Il-Kunsill et (C‑455/14 P, EU:C:2016:569, punti 65 sa 68), il-Qorti tal-Ġustizzja tkun f’pożizzjoni li tagħti deċiżjoni definittiva dwar l-ammissibbiltà tar‑rikors tagħhom biss wara li tittieħed deċiżjoni dwar din it-talba ġdida. Sussidjarjament, KS u KD qiegħdin jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
161 |
Il-Kummissjoni tqis li, fir-rigward tal-ammissibbiltà u tal-mertu tar‑rikors ippreżentat minn KS u KD, il-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża. Fil-fatt, dawn il-kawżi huma differenti mill-kawża li tat lok għas-sentenza tad‑19 ta’ Lulju 2016, H vs Il-Kunsill et (C-455/14 P, EU:C:2016:569, punti 65 sa 68), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kellha, effettivament, fil-kuntest tal-appell, l-elementi kollha sabiex tkun tista’ tagħti deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tar-rikors fir-rigward tad-diversi konvenuti fl-ewwel istanza. |
|
162 |
Il-Kunsill u s-SEAE indikaw, b’mod partikolari waqt is-seduta, li l‑kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex teżamina l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà inkwistjoni kif ukoll, jekk ikun il-każ, il-fondatezza tar-rikors ippreżentat minn KS u KD. |
|
163 |
F’dan il-każ, għandu jitfakkar li permezz tal-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà inkwistjoni, kull waħda mill-konvenuti fl-ewwel istanza, jiġifieri l-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE, sostniet li r-rikors ippreżentat minn KS u KD kien inammissibbli sa fejn kien indirizzat kontriha. Issa, għandu jiġi kkonstatat li, sabiex tingħata deċiżjoni dwar dawn l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà, għandha tingħata risposta għal kwistjonijiet kumplessi fuq ir-responsabbiltà għad-diversi ksur allegati, kwistjonijiet li ma jistgħux jingħataw risposta filwaqt li jiġi injorat totalment l-eżami tal-fondatezza ta’ dan ir-rikors. Barra minn hekk, dan l-eżami, li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx, jimplika ċertu numru ta’ evalwazzjonijiet ta’ natura fattwali. Issa, l-imsemmi rikors ma ġiex diskuss fuq il-mertu fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri ta’ appell. |
|
164 |
F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, il-Qorti tal‑Ġustizzja ma għandhiex l-elementi neċessarji għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tagħti deċiżjoni definittiva fuq il-motivi kollha invokati fl-ewwel istanza. |
|
165 |
Barra minn hekk, fir-rigward tat-talba inizjali għal aċċess għall-OPLAN ta’ Eulex Kosovo, għandu jiġi kkonstatat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar din it-talba, peress li din ma hijiex is-suġġett ta’ dawn l‑appelli. Fil-fatt, minn naħa, KS u KD ma kkontestawx formalment id‑digriet appellat inkwantu l-Qorti Ġenerali ma tatx deċiżjoni fuq din it-talba. Min-naħa l-oħra, fil-kuntest ta’ dawn l-appelli, huma ma ressqux talba ġdida għal aċċess għall-OPLAN ta’ din il-missjoni, iżda esprimew biss ix-xewqa tagħhom li jkunu jistgħu jressqu tali talba qabel ma l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni dwar l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà inkwistjoni. Issa, kif jirriżulta mill-punt preċedenti, fir‑rigward ta’ dawn l-eċċezzjonijiet, dawn il-kawżi magħquda ma humiex fi stat li jiġu deċiżi. |
|
166 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li hemm lok li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex hija tagħti deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà u, jekk ikun il-każ, dwar il-mertu tar-rikors ippreżentat minn KS u KD kif ukoll dwar it-talba inizjali għal aċċess għall-OPLAN ta’ Eulex Kosovo. |
Fuq l‑ispejjeż
|
167 |
Peress li l-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, l‑ispejjeż relatati ma’ dan l-appell għandhom jiġu rriżervati. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.