|
14.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/35 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9165 — CPPIB/OTPP/IDEAL/CAGT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 412/10)
1.
Fil-5 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Kanada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada), |
|
— |
Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada), |
|
— |
Promotora del Desarrollo de América Latina, S.A. de C.V. (“IDEAL”, il-Messiku). |
CPPIB, OTPP u IDEAL jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Concesionaria Autopista Guadalajara-Tepic, S.A. de C.V. kollha kemm hi (“CAGT”, il-Messiku), is-sussidjarja ta’ IDEAL li għandha l-konċessjoni għall-iżvilupp, il-manutenzjoni, it-tħaddim u l-użu ta’ toroq b’pedaġġ fil-Messiku magħrufa bħala Tepic Bypass, il-Guadalajara Bypass u l-Guadalajara-Tepic Toll Road.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma— CPPIB: organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-investimenti li tinvesti l-fondi tal-Kanada Pension Plan, prinċipalment f’ekwitajiet pubbliċi, ekwitajiet privati, proprjetà immobbli, infrastruttura u investimenti f’titoli bi dħul fiss;
— OTPP: organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-investiment li tinvesti l-assi tal-pjanjiet tal-pensjoni f’isem għalliema attivi u rtirati fil-Provinċja Kanadiża ta’ Ontario;
— IDEAL: kumpanija pubblika li tamministra portafoll ta’ assi strateġiku f’diversi setturi tal-infrastruttura li jrawmu l-iżvilupp soċjali u t-tkabbir ekonomiku permezz ta’ tfassil, żvilupp, finanzjament u ġestjoni ta’ proġetti ta’ infrastruttura differenti fil-Messiku u fil-Panama, kif ukoll iżżomm il-ġestjoni fit-tul, il-provvista ta’ servizzi, il-manutenzjoni u t-tħaddim tal-konċessjonijiet u l-proġetti li għandha sehem fihom.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 jinħtieġ (2) li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9165 — CPPIB/OTPP/IDEAL/CAGT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).