1.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1741

tat-23 ta’ Settembru 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emenda tal-Protokoll 31 dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, anness mal-Ftehim ŻEE (Il-Programm EU4Health)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 168(5), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (‘il-Ftehim ŻEE’) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet (‘Protokoll 31’), anness malFtehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Protokoll 31 dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, anness mal-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (4).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)   ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa - EU4Health”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014, ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1.

(4)  Ara d-dokument ST 11535/21 fuq http://register.consilium.europa.eu.