<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑690/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0690</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:355">EU:C:2017:355</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170510">10.5.2017</DATE> – KAWŻA C-690/15</P><P>DE LOBKOWICZ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20170510">10 ta’ Mejju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Regolamenti tal-Persunal</KEYWORD><KEYWORD>Affiljazzjoni obbligatorja mal-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Dħul minn immobbli rċevut fi Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Issuġġettar għall-kontribuzzjoni soċjali ġenerali, għall-imposta soċjali u għall-kontribuzzjonijiet addizzjonali taħt id-dritt ta’ Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Parteċipazzjoni fil-finanzjament tas-sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑690/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Cour administrative d’appel de Douai (qorti amministrattiva tal-appell ta’ Douai, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20151214">14 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Wenceslas de Lobkowicz</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministère des Finances et des Comptes publics,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Tizzano, Viċi President, R. Silva de Lapuerta, M. Ilešič, L. Bay Larsen, M. Berger u A. Prechal, Presidenti ta’ Awla, C. Toader, M. Safjan, D. Šváby, E. Jarašiūnas, C.G. Fernlund u F. Biltgen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: V. Giacobbo-Peyronnel, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20161018">18 ta’ Ottubru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal W. de Lobkowicz, minn G. Hannotin, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues, D. Colas, R. Coesme u D. Segoin, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin u G. Gattinara, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20161206">6 ta’ Diċembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni sabiex ikun magħruf jekk jeżistix prinċipju tal-uniċità tal-leġiżlazzjoni applikabbli, bħal dak espress fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 307/1999, tat-<DATE ISO="19990208">8 ta’ Frar 1999</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 335) (iktar ’il quddiem, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), imbagħad bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72 u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="200" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, L 200, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>de Ruyter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑623/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:123">EU:C:2015:123</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Wenceslas de Lobkowicz, uffiċjal irtirat tal-Kummissjoni Ewropea, u l-ministère des Finances et des Comptes publics (ministeru tal-finanzi u tal-kontijiet pubbliċi, Franza) dwar l-issuġġettar tiegħu għal kontribuzzjonijiet u għal imposti soċjali għas-snin mill-2008 sal-2011 fuq dħul minn immobbli rċevut fi Franza.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="266" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 83, p. 266</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Protokoll<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-uffiċjali u impjegati oħra ta’ l-Unjoni għandhom ikunu suġġetti għal taxxa għall-benefiċċju ta’ l-Unjoni fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, skond il-kondizzjonijiet u l-proċedura stabbilita mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara konsultazzjoni ma’ l-istituzzjonijiet konċernati.</ALINEA><ALINEA>Ikunu eżenti minn taxxi nazzjonali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13 ta’ dan il-protokoll:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq il-ġid u t-taxxa tas-suċċessjoni u fl-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet dwar il-ħelsien mit-taxxa doppja magħmulin bejn Stati Membri ta’ l-Unjoni, uffiċjali u impjegati oħra ta’ l-Unjoni li, unikament minħabba fil-qadi tad-doveri tagħhom fis-servizz ta’ l-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż ta’ domiċilju tagħhom għal finijiet ta’ taxxa, meta jidħlu fis-servizz ta’ l-Unjoni, jiġu kunsidrati, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom sew fil-pajjiż tad-domiċilju għal finijiet ta’ taxxa, bħala li jkunu żammew id-domiċilju tagħhom f’dan l-aħħar pajjiż […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14 tal-imsemmi protokoll:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara konsultazzjoni ma’ l-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għall-impjegati l-oħra ta’ l-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, (iktar 'il quddiem, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), u l-kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni ġew stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-<DATE ISO="19680229">29 ta’ Frar 1968</DATE>, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll is-sistema applikabbli għall-membri tal-persunal l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet, u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="056" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1968">ĠU 1968, L 56, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1324/2008, tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="345" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 345, p. 17</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="072.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Uffiċjal […] [huwa] assigurat[…] kontra l-mard sa 80 % ta’ l-ispejjeż imħallsa, suġġetti għar-regoli mħejjija mill-ftehim bejn l-istituzzjonijiet [tal-Unjoni] wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal. […]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Terz mill-kontribuzzjoni meħtieġa biex tagħmel tajjeb għat-tali kopertura ta’ l-assigurazzjoni titħallas mill-uffiċjal iżda sakemm l-ammont li jħallas ma jaqbiżx it-2 % tas-salarju bażiku tiegħu.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="073.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Uffiċjal huwa assigurat, mid-data ta’ meta jibda s-servizz, kontra r-riskju tal-mard minn fuq il-post tax-xogħol [ikkaġunat mix-xogħol] u ta’ aċċident suġġett għar-regoli mħejjija mill-ftehim komuni ta’ l-istituzzjonijiet [tal-Unjoni] wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal. Hu għandu jikkontribwixxi għall-ispiża ta’ assigurazzjoni kontra riskji mhux marbuta max-xogħol sa 0,1 % tas-salarju bażiku tiegħu.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 83 tar-Regolamenti tal-Persunal:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="083.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-benefiċċji mħallsa taħt din l-iskema tal-pensjonijiet għandhom jitħallsu mill-estimi tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom flimkien jiggarantixxu l-pagament tat-tali benefiċċji skond l-iskala mniżżla għall-iffinanzjar tat-tali spejjeż.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="083.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-uffiċjali għandhom jikkontribwixxu terz ta’ l-ispiża biex tkun iffinanzjat din l-iskema tal-pensjoni. Il-kontribuzzjoni tkun ta’ [10.9 %] tas-salarju bażiku ta’ l-uffiċjal, il-peżati pprovduti fl-Artikolu 64 ma jkunux ikkunsidrati. Titnaqqas kull xahar mis-salarji ta’ l-uffiċjali. […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-rata tal-kontribuzzjoni prevista fl-Artikolu 83(2) hija suġġetta għal aġġustament annwali. B’dan il-mod, ġiet iffissata fl-1 ta’ Lulju tas-snin 2009 sa 2011 inkwistjoni fil-kawża prinċipali, rispettivament, għal 11.3 %, 11.6 % u 11 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tiegħu, ir-Regolament Nru 1408/71 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>għandu japplika għall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom u għall-istudenti li huma jew kienu soġġetti għal-liġijiet ta’ Stat Membru jew aktar u li huma persuni ta’ nazzjonalità ta’ wieħed mill-Istati Membri jew li huma persuni bla stat jew refuġjati li jgħixu ġewwa t-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom jew is-sopravissuti tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1) tal-imsemmi regolament jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament jkunu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru singolu biss. Dik il-leġislazzjoni tkun determinata skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1408/71 tħassar mill-<DATE ISO="20100501">1 ta’ Mejju 2010</DATE>, data ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004. Madankollu, il-formulazzjoni tal-Artikolu 2(1), u tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1408/71 hija essenzjalment identika għal dik, rispettivament, tal-Artikolu 2(1), u tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu L. 136‑6 tal-kodiċi dwar is-sigurtà soċjali, fil-verżjonijiet tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, il-persuni fiżiċi fiskalment domiċiljati fi Franza, fis-sens tal-Artikolu 4B tal-kodiċi ġenerali tat-taxxi, huma suġġetti, taħt l-Artikolu 1600-0 C tal-kodiċi ġenerali tat-taxxi, li jinsab fost id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kodiċi ddedikati għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kontribuzzjoni soċjali ġenerali li tinġabar favur il-Fond Nazzjonali tal-allowances tal-familja, il-fondi ta’ solidarjetà għax-xjuħija u l-iskemi obbligatorji tal-assigurazzjoni tal-mard<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>KSĠ<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), għal kontribuzzjoni fuq id-dħul mill-patrimonju bbażata fuq l-ammont nett adottat għall-istabbiliment tat-taxxa fuq id-dħul, b’mod partikolari, dħul minn immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1600‑0 Fa tal-kodiċi ġenerali tat-taxxi, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali, minbarra dan l-imsemmija persuni huma suġġetti, skont l-Artikolu L. 245‑14 tal-kodiċi tas-sigurtà soċjali, għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>imposta soċjali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li r-rata tagħha kienet iffissata, skont l-Artikolu L. 245‑16 tal-kodiċi tas-sigurtà soċjali applikabbli għas-snin inkwistjoni, għal 2 % fuq dan id-dħul. Mill-kodiċi tal-azzjoni soċjali u tal-familji jirriżulta wkoll li kontribuzzjoni addizzjonali, waħda, bir-rata ta’ 0.3 %, skont l-Artikolu L. 14‑10‑4 ta’ dan, u l-oħra, bir-rata ta’ 1.1 %, skont l-Artikolu L. 262‑24 ta’ dan tal-aħħar, hija wkoll ibbażata fuq l-imsemmi dħul.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>W. de Lobkowicz, li huwa ċittadin Franċiż, kien uffiċjal fis-servizz tal-Kummissjoni mis-sena 1979 sad-data tal-irtirar tiegħu, jiġifieri l-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>. Bħala tali, huwa marbut mal-iskema ta’ sigurtà soċjali komuni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13 tal-Protokoll, W. de Lobkowicz huwa fiskalment domiċiljat fi Franza. Huwa jirċievi f’dan l-Istat Membru dħul minn immobbli. Bejn is-snin 2008 u 2011, dan id-dħul kien suġġett għall-KSĠ, għall-kontribuzzjoni għar-rimbors tad-dejn soċjali (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>KRDS<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), għall-imposta soċjali ta’ 2 % kif ukoll għall-kontribuzzjonijiet addizzjonali għal din it-taxxa bir-rati rispettivi ta’ 0.3 % u ta’ 1.1 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Wara r-rifjut tal-amministrazzjoni fiskali li tilqa’ t-talba tiegħu ta’ eżenzjoni mill-ħlas tal-imsemmija kontribuzzjonijiet u tal-imsemmija imposta, W de Lobkowicz ippreżenta rikors intiż għall-eżenzjoni mill-ħlas quddiem it-Tribunal administratif de Rouen (qorti amministrattiva ta’ Rouen, Franza).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20131213">13 ta’ Diċembru 2013</DATE>, din il-qorti ddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-tnaqqis mogħti matul il-proċeduri fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet kollha relatati mal-KRDS, li għalihom kien suġġett W. de Lobkowicz għas-snin kontenzjużi u ċaħdet il-kumplament tat-talbiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>W. de Lobkowicz ippreżenta appell kontra din is-sentenza quddiem il-Cour administrative d’appel de Douai (qorti amministrattiva tal-appell ta’ Douai, Franza). Huwa jitlobha, prinċipalment, tiddikjara l-eżenzjoni mill-imposti soċjali li għadhom kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva, l-ewwel nett, li l-kontribuzzjonijiet u l-imposti inkwistjoni jikkostitwixxu taxxi fis-sens tad-dritt nazzjonali, b’tali mod li l-fatt li W. de Lobkowicz jew il-membri tal-familja tiegħu ma jibbenefikaw minn ebda korrispettiv dirett relatat magħhom ma jaffettwax il-fondatezza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Sussegwentement, hija tesponi li mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>de Ruyter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑623/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:123">EU:C:2015:123</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jirriżulta li l-imposti fiskali fuq id-dħul mill-patrimonju li għandhom rabta diretta u rilevanti ma’ ċerti oqsma tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1408/71, jiġifieri l-KSĠ, l-imposta soċjali ta’ 2 % u l-kontribuzzjoni addizzjonali ta’ 0.3 %, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament. Għall-istess raġunijiet bħal dawk adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja f’din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju tqis li l-kontribuzzjoni addizzjonali bir-rata ta’ 1.1 % għandha wkoll titqies li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, hija tfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fil-punt 41 tas-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001003">3 ta’ Ottubru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Ferlini</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑411/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:530">EU:C:2000:530</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-uffiċjali tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom, li huma affiljati b’mod obbligatorju mal-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala ħaddiema fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71. Għaldaqstant, il-prinċipju ta’ uniċità tal-leġiżlazzjoni stabbilit fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament ma huwiex applikabbli għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tispeċifika li, għalkemm l-uffiċjali tal-Unjoni għandhom il-kwalità ta’ ħaddiem fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45 TFUE, dan l-artikolu, madankollu, ma jistabbilixxi ebda kriterju ġenerali għat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda l-finanzjament tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali jew tal-benefiċċji speċjali ta’ natura mhux kontributorja, li jippermetti li jitqies, bħalma għamel W. de Lobkowicz, li l-issuġġettar ta’ dan tal-aħħar għall-kontribuzzjonijiet u għall-imposti inkwistjoni għandu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>miżura diskriminatorja<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fis-sens tal-imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Minħabba li qieset, madankollu, li għad hemm dubju rigward il-konformità mad-dritt tal-Unjoni tal-issuġġettar ta’ W. de Lobkowicz għall-kontribuzzjonijiet u għall-imposti inkwistjoni, il-Cour administrative d’appel de Douai (qorti amministrattiva tal-appell ta’ Douai) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Prinċipju tad-dritt tal-Unjoni jipprekludi li uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea jiġi suġġett għall-kontribuzzjoni soċjali ġenerali, għall-imposta soċjali u għall-kontribuzzjonijiet addizzjonali għal din l-imposta, bir-rati ta’ 0.3 % u ta’ 1.1 %, fuq dħul min immobbli miksub fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Gvern Franċiż isostni, prinċipalment, li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli għaliex ma tagħtix lill-Qorti tal-Ġustizzja l-punti ta’ fatt neċessarji li jippermettulha tirrispondi b’mod utli għad-domanda magħmula. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju għamlet domanda b’rabta mal-Artikolu 45 TFUE, mingħajr madankollu ma speċifikat la n-nazzjonalità tar-rikorrent fil-kawża prinċipali u lanqas jekk dan tal-aħħar għamilx użu mid-dritt tiegħu ta’ moviment liberu għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ attività professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar domanda magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha l-ebda relazzjoni mar-realtà jew<?PAGE NO="6"?> mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew ukoll meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Melki u Abdeli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/10 u C‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Mulders,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑548/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:249">EU:C:2013:249</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, in-neċessità li wieħed jasal għal interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali teżiġi, kif jenfasizza l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li din tiddefinixxi l-kuntest fattwali u leġiżlattiv tad-domandi li hija tagħmel jew li, mill-inqas, tispjega ċ-ċirkustanzi fattwali li fuqhom huma bbażati dawn id-domandi (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100311">11 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Attanasio Group</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑384/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:133">EU:C:2010:133</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:799">EU:C:2013:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li d-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju tirrigwarda, mingħajr dubju, l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, bil-kontra ta’ dak li jsostni l-Gvern Franċiż, din id-domanda ma tirrigwardax b’mod espliċitu l-Artikolu 45 TFUE, iżda tirreferi, b’mod ġenerali, għall-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>prinċipju tad-dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li jipprekludi l-issuġġettar ta’ uffiċjal tal-Unjoni għal imposti soċjali u għal kontribuzzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fuq dħul minn immobbli rċevut fl-Istat Membru tad-domiċilju fiskali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minbarra dan, id-deċiżjoni tar-rinviju tinkludi espożizzjoni tas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, kif jirriżulta mill-punti 17 sa 20 ta’ din is-sentenza, li tirriproduċi l-konstatazzjonijiet magħmula mill-qorti tar-rinviju. Din il-qorti tfakkar ukoll il-kontenut tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti u tesponi r-raġunijiet li wassluha sabiex tistaqsi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, b’riferiment għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam u, b’mod iktar partikolari, għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>de Ruyter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑623/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:123">EU:C:2015:123</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jitqies li d-deċiżjoni tar-rinviju tinkludi l-punti ta’ fatt u ta’ liġi li jippermettu lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta utli lill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-prinċipju tal-uniċità tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali, kif espress fir-Regolament Nru 1408/71, imbagħad fir-Regolament Nru 883/2004, u speċifikat fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>de Ruyter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑623/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:123">EU:C:2015:123</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li d-dħul minn immobbli rċevut fi Stat Membru minn uffiċjal tal-Unjoni, li għandu d-domiċilju fiskali tiegħu f’dan l-Istat Membru, ikun suġġett għal kontribuzzjonijiet u għal imposti soċjali li huma allokati għall-finanzjament tal-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-istess Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, minn naħa, li, għalkemm l-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom sabiex jorganizzaw l-iskemi tagħhom ta’ sigurtà soċjali, huma għandhom, minkejja dan, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Gvern tal-Komunità Franċiża u Gvern ta’ Wallonie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:178">EU:C:2008:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Ċipru</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑515/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:30">EU:C:2016:30</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Adrien <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑466/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:749">EU:C:2016:749</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, uffiċjal tal-Unjoni jista’ jkollu l-kwalità ta’ ħaddiem migrant fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE, inkwantu ċittadin ta’ Stat Membru li jaħdem fit-territorju ta’ Stat Membru differenti mill-Istat ta’ oriġini tiegħu. Madankollu, jibqa’ l-fatt li, sa fejn l-uffiċjali tal-Unjoni ma<?PAGE NO="7"?> humiex suġġetti għal leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tas-sigurtà soċjali, kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1408/71 u fl-istess dispożizzjoni tar-Regolament Nru 883/2004, li tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> ta’ dawn ir-regolamenti, dawn l-uffiċjali ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tagħhom. Huma lanqas ma jaqgħu, f’dan il-kuntest, taħt l-Artikolu 48 TFUE, li ta lill-Kunsill il-kompitu li jistabbilixxi skema li tippermetti lill-ħaddiema jegħlbu l-ostakoli li jistgħu jirriżultaw għalihom mir-regoli nazzjonali stabbiliti fil-qasam tas-sigurtà soċjali u li l-Kunsill wettaq billi adotta r-Regolament Nru 1408/71, imbagħad ir-Regolament Nru 883/2004 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001003">3 ta’ Ottubru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Ferlini</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑411/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:530">EU:C:2000:530</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041216">16 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>My</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑293/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:821">EU:C:2004:821</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-uffiċjali tal-Unjoni huma suġġetti għall-iskema ta’ sigurtà soċjali komuni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li hija stabbilita, skont l-Artikolu 14 tal-Protokoll, mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, permezz ta’ regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Din l-iskema tal-benefiċċji soċjali ġiet introdotta permezz tar-Regolamenti tal-Persunal li jistabbilixxu, fit-Titolu V tagħhom, imsemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Emolumenti u benefiċċji tas-sigurtà soċjali ta’ l-uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, u b’mod iktar partikolari fil-Kapitoli 2 u 3 ta’ dan it-titolu, rigward is-sigurtà soċjali u l-pensjonijiet, ir-regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sitwazzjoni legali tal-uffiċjali tal-Unjoni, f’dak li jirrigwarda l-obbligi tagħhom fil-qasam tas-sigurtà soċjali, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni minħabba r-rabta ta’ impjieg tagħhom mal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19830713">13 ta’ Lulju 1983</DATE>, <NAME.CASE>Forcheri</NAME.CASE>, <NO.CASE>152/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:205">EU:C:1983:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-obbligu impost fuq l-Istati Membri li jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenza tagħhom rigward l-organizzazzjoni tal-iskemi tagħhom ta’ sigurtà soċjali, kif imfakkar fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, huwa estiż għaldaqstant għar-regoli applikabbli għar-relazzjoni ta’ impjieg li uffiċjal tal-Unjoni għandu magħha, jiġifieri d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll u dawk relatati mar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 72 tal-konklużjonijiet tiegħu, minn naħa, il-Protokoll għandu l-istess valur ġuridiku bħat-Trattati [Opinjoni 2/13 (Adeżjoni tal-Unjoni mal-KEDB), tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2454">EU:C:2014:2454</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0161">161</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>B’mod analogu mal-Artikolu 12 tal-Protokoll, li jistabbilixxi, fir-rigward tal-uffiċjali tal-Unjoni, taxxa uniformi għall-benefiċċju tagħha fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa minnha, u jipprevedi konsegwentement eżenzjoni mit-taxxi nazzjonali fuq dawn is-somom, l-Artikolu 14 ta’ dan il-protokoll, sa fejn jagħti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni l-kompetenza sabiex jistabbilixxu l-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-uffiċjali tagħhom, għandu jitqies li jimplika li l-obbligu ta’ affiljazzjoni tal-uffiċjali tal-Unjoni ma’ skema nazzjonali ta’ sigurtà soċjali u l-obbligu, ta’ dawn l-uffiċjali, li jikkontribwixxu għall-finanzjament ta’ tali skema, jitneħħew mill-kompetenza tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn ġew stabbiliti permezz tar-Regolament Nru 259/68, għandhom il-karatteristiċi kollha msemmija fl-Artikolu 288 TFUE, skont liema r-regolament huwa ta’ portata ġenerali, huwa vinkolanti fl-elementi kollha tiegħu u huwa direttament applikabbli f’kull Stat Membru. Isegwi li l-osservanza tar-Regolamenti tal-Persunal hija obbligatorja wkoll fl-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811020">20 ta’ Ottubru 1981</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>137/80</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:237">EU:C:1981:237</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19870507">7 ta’ Mejju 1987</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>186/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:208">EU:C:1987:208</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031204">4 ta’ Diċembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Kristiansen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑92/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:652">EU:C:2003:652</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Melchior</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑647/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:54">EU:C:2015:54</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi osservat li mir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolamenti tal-Persunal jirriżulta li parti mill-kontribuzzjoni neċessarja sabiex tiġi żgurata l-kopertura għar-riskji ta’ mard titħallas mill-persuna affiljata, mingħajr ma din il-parteċipazzjoni tkun tista’ teċċedi, madankollu, 2 % mis-salarju bażiku tagħha. L-Artikolu 73(1) tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedi li l-uffiċjal huwa kopert, mill-jum tad-dħul tiegħu fis-servizz, kontra r-riskji ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol u ta’ aċċident u li huwa jikkontribwixxi b’mod obbligatorju, sa limitu ta’ 0.1 % mis-salarju bażiku tiegħu, għall-kopertura tar-riskji mhux marbuta max-xogħol. Mill-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal jirriżulta wkoll li l-uffiċjali jikkontribwixxu terz tal-ispiża biex tiġi ffinanzjata l-iskema ta’ pensjonijiet, u din il-kontribuzzjoni hija ffissata għal perċentwali speċifika mis-salarju bażiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-Unjoni hija l-unika kompetenti, bl-esklużjoni tal-Istati Membri, sabiex tiddetermina r-regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda l-obbligi tagħhom fil-qasam ta’ sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 76 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 14 tal-Protokoll u d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal fil-qasam tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali tal-Unjoni jissodisfaw, fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar, funzjoni analoga għal dik tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1408/71 u tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 883/2004, li tikkonsisti fil-projbizzjoni tal-obbligu għall-uffiċjali tal-Unjoni li jikkontribwixxu f’diversi skemi fil-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq id-dħul ta’ uffiċjal tal-Unjoni kontribuzzjonijiet u imposti soċjali allokati b’mod speċifiku għall-finanzjament tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membru kkonċernat, tikser għaldaqstant il-kompetenza esklużiva mogħtija lill-Unjoni kemm bl-Artikolu 14 tal-Protokoll kif ukoll bid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari dawk li jistabbilixxu l-kontribuzzjonijiet obbligatorji tal-uffiċjali tal-Unjoni għall-finanzjament ta’ skema ta’ sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali leġiżlazzjoni għandha mnejn tinterferixxi fl-ugwaljanza fit-trattament bejn l-uffiċjali tal-Unjoni u għaldaqstant tiskoraġġixxi l-eżerċizzju ta’ attività professjonali fi ħdan istituzzjoni tal-Unjoni, peress li ċerti uffiċjali jkunu mġiegħla jikkontribwixxu mhux biss għall-iskema ta’ sigurtà soċjali komuni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, iżda wkoll għal skema nazzjonali ta’ sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>L-analiżi preċedenti ma hijiex ikkontestata mill-allegazzjonijiet tal-Gvern Franċiż li l-kontribuzzjonijiet u l-imposti soċjali inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>taxxi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> li jolqtu, mhux dħul mix-xogħol, iżda dħul minn immobbli, u li ma jagħtux direttament lok għal korrispettiv jew vantaġġ f’termini ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, jibqa’ f’kull każ il-fatt li dawn l-imposti u dawn il-kontribuzzjonijiet huma allokati direttament u b’mod speċifiku għall-finanzjament ta’ oqsma tal-iskema Franċiża ta’ sigurtà soċjali. Uffiċjal tal-Unjoni, bħalma huwa W. de Lobkowicz, ma jistax, għaldaqstant, jiġi suġġett għalihom, peress li l-obbligi finanzjarji tiegħu fil-qasam tas-sigurtà soċjali huma rregolati esklużivament mill-Protokoll kif ukoll mir-Regolamenti tal-Persunal u minħabba f’hekk joħorġu barra, mill-kompetenza tal-Istati Membri (ara, b’mod analogu, fir-rigward tar-Regolament Nru°1408/71, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>de Ruyter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑623/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:123">EU:C:2015:123</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> 23, 26, 28 u 29).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 14 tal-Protokoll kif ukoll id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal dwar l-iskema ta’ sigurtà soċjali komuni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li d-dħul minn immobbli rċevut fi Stat Membru minn uffiċjal tal-Unjoni, li għandu d-domiċilju fiskali tiegħu f’dan l-Istat Membru, jiġi suġġett għal kontribuzzjonijiet u għal imposti soċjali li huma allokati għall-finanzjament tal-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-istess Stat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il‑Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 14 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattati UE, FUE u KEEA, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-iskema ta’ sigurtà soċjali komuni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li d-dħul minn immobbli rċevut fi Stat Membru minn uffiċjal tal-Unjoni Ewropea, li għandu d-domiċilju fiskali tiegħu f’dan l-Istat Membru, jiġi suġġett għal kontribuzzjonijiet u għal imposti soċjali li huma allokati għall-finanzjament tal-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-istess Stat Membru.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>