<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑78/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0078</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:486">EU:C:2013:486</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130718">18.7.2013</DATE> – KAWŻA C-78/12</P><P>EVITA-K</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Provvista ta’ merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal tnaqqis</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjoni taxxabbli li fil-fatt saret</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1760/2000</KEYWORD><KEYWORD>Sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ annimali tal-ifrat</KEYWORD><KEYWORD>Tikketti ta’ widnejn l-annimali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-78/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120206">6 ta’ Frar 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Evita-K<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> EOOD</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> — Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, G. Arestis, J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev u J.-L. da Cruz Vilaça, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Evita-K<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> EOOD, minn A. Kashkina,</P></ITEM><ITEM><P>għad-Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> – Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite, minn A. Georgiev, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Bulgaru, minn Y. Atanasov, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u D. Roussanov, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 14(1), 178(a), 185(1), 226(6) u 242 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="347" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Evita-K<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> EOOD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Evita-K<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) u Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> – Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Direttur tad-Direttorat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Appelli u Infurzar<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, għall-belt ta’ Sofia, fi ħdan l-awtorità ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tad-dħul pubbliku, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Direktor<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) dwar ir-rifjut tad-dritt għal tnaqqis, fil-forma ta’ kreditu ta’ taxxa, tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) relatata ma’ fatturi li jirrigwardaw provvisti ta’ għoġġiela għall-qatla.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2006/112</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(a) u (ċ) tad-Direttiva 2006/112 jissuġġetta għall-VAT il-provvista ta’ merkanzija u l-provvista ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>, għandha tfisser it-trasferiment tad-dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà tanġibbli.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 168 tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-transazzjonijiet, li tnaqqas mill-VAT li għandha tħallas dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti li sarulha ta’ merkanzija jew servizzi, li twettqu jew li għad iridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 178 tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Biex teżerċita d-dritt ta’ tnaqqis, persuna taxxabbli għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għall-finijiet ta’ tnaqqis skond l-Artikolu 168(a), fir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, hi għandha jkollha fattura imħejjija skond l-Artikoli 220 sa 236 u l-Artikoli 238, 239 u 240;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184 tad-Direttiva 2006/112, it-tnaqqis inizjali għandu jiġi aġġustat fejn dan ikun ogħla jew inqas minn dak li għalih il-persuna taxxabbli kienet intitolata.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 185 ta’ din id-direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="185.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-aġġustament għandu, b’mod partikolari, isir fejn, wara li ssir id-denunzja tal-VAT, isir xi tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas, per eżempju fejn ix-xirjiet huma kkanċellati jew hu miksub roħs fil-prezzijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="185.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Bħala deroga mill-paragrafu 1, m’għandu jsir l-ebda aġġustament fil-każ ta’ transazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa jew fil-każ ta’ distruzzjoni, telf jew serq tal–proprjetà li ġie ppruvat jew ikkonfermat kif imiss, jew fil-każ ta’ merkanzija riżervata għall-iskop ta’ għoti ta’ rigali ta’ valur żgħir jew ta’ l-għoti ta’ kampjuni, kif speċifikat fl-Artikolu 16.</ALINEA><ALINEA>Madanakollu, fil-każ ta’ transazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa jew fil-każ ta’ serq, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jsir aġġustament.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 186 tal-imsemmija direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 184 u 185 ta’ din.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 220 tal-istess direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Kull persuna taxxabbli għandha tiżgura li, fir-rigward ta’ dak li ġej, tinħareġ fattura, jew hi nnifisha jew mill-konsumatur tagħha jew, f’isimha u għan-nom tagħha, minn parti terza:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>provvisti ta’ merkanzija jew servizzi li hi tkun għamlet lil persuna taxxabbli oħra jew lil persuna legali mhux taxxabbli;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet partikolari stabbiliti f’din id-Direttiva, dawn id-dettalji li ġejjin biss huma meħtieġa għall-finijiet ta’ VAT fuq fatturi maħruġa skond l-Artikoli 220 u 221:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>il-kwantità u n-natura tal-merkanzija pprovduta jew il-limitu u n-natura tas-servizzi mogħtija;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 242 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Kull persuna taxxabbli trid iżżomm kontijiet dettaljati biżżejjed biex il-VAT tkun tista’ tkun applikata u biex l-applikazzjoni tagħha tkun ivverifikata mill-awtoritajiet tat-taxxa.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 273 tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett ta’ VAT u biex ma ssirx frodi, soġġett għall-ħtieġa ta’ trattament indaqs bejn transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta’ fruntieri.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>L-għażla skond l-ewwel paragrafu ma tistax tintuża biex timponi obbligi tal-fatturazzjoni addizzjonali aktar minn dawk stabbiliti fil-Kapitolu 3.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-premessa 12 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20000717">17 ta’ Lulju 2000</DATE>, li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 30, p. 248), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="629" NO.OJ="352M" DATE.PUB="20081231">ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 629</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Regolament Nru 1760/2000<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) tipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Ir-regoli korrenti dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart [ifrat] ġew stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE tas-<DATE ISO="19921127">27 ta’ Novembru 1992</DATE> dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 232] u r-Regolament [tal-Kunsill] (KE) Nru 820/97 [tal-<DATE ISO="19970421">21 ta’ April 1997</DATE>, li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ annimali tal-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="117" DATE.PUB="1997">ĠU L 117, p. 1</REF.DOC.OJ>)]. L-esperjenza uriet li l-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/102/KEE għall-bhejjem tal-fart ma kinitx għal kollox sodisfaċenti u teħtieġ tittejjeb iktar. Huwa għalhekk meħtieġ illi jiġu adottati regoli speċifiċi għall-bhejjem tal-fart sabiex jiġu msaħħa d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva msemmija.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1760/2000 jipprovdi li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ annimali tal-ifrat skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu I tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart [ifrat] għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-lametti [tikketti] tal-widnejn li jidentifikaw il-bhejjem individwalment;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-ħażniet ta’ l-informazzjoni kkomputerizzata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-passaporti tal-bhejjem;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>ir-reġistri individwali miżmuma fuq kull impriża.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess regolament jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-bhejjem kollha fuq impriża mwielda wara l-<DATE ISO="19971231">31 ta’ Diċembru 1997</DATE> jew maħsuba għall-kummerċ intra-Komunitarju wara l-<DATE ISO="19980101">1 ta’ Jannar 1998</DATE> għandhom ikunu identifikati permezz ta’ lametta [tikketta] tal-widna approvata mill-awtorità kompetenti, imwaħħla fuq kull widna. [...] L-annimali kollha f’azjenda fil-Bulgarija jew ir-Rumanija mwielda sad-data ta’ l-adeżjoni jew li huma maħsuba għall-kummerċ intra-Komunitarju wara dik id-data għandhom jiġu identifikati minn lametta approvata mill-awtorità kompetenti, mwaħħla ma’ kull widna. Iż-żewġ lametti tal-widna għandu jkollhom l-istess kodiċi ta’ identifikazzjoni unika, li jagħmilha possibbli illi kull bhima tkun identifikata individwalment flimkien ma’ l-impriża li fuqha tkun twieldet. [...]</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-lametta tal-widna għandha tiġi applikata f’perjodu taż-żmien li jrid jiġi stabbilit mill-Istat Membru sa mit-twelid tal-bhima u f’kull każ qabel il-bhima tħalli l-impriża li fiha tkun twieldet [...]</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003</P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003, tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jadotta ċerti standards internazzjonali internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 4), adotta l-istandard internazzjonali IAS 41 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Agrikultura<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>istandard IAS 41<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), kif jidher fl-anness ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-għan ta’ dan l-istandard huwa li jippreskrivi t-trattament tal-kompatibbiltà, il-preżentazzjoni tar-rapport finanzjarju u l-informazzjoni li għandha tingħata għal dak li jirrigwarda l-attività agrikola.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-punti 10 u 11 tal-istandard IAS 41 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>10</NO.P><TXT>Impriża għandha tirrikonoxxi attiv bioloġiku jew produzzjoni agrikola meta, u biss meta:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-impriża tikkontrolla l-attiv bħala riżultat ta’ avvenimenti li seħħew fil-passat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi futuri li huma assoċjati ma’ dan l-attiv ser jgħaddi għal fuq l-impriża; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-valur ġust jew il-prezz ta’ dan l-attiv jistgħu jiġu evalwati b’mod affidabbli.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>F’attività agrikola, tista’ tingħata prova tal-kontroll fil-forma ta’, pereżempju, il-jedd legali ta’ proprjetà fuq l-ifrat u l-ittimbrar tagħhom, jew bl-ittimbrar tal-ifrat mal-akkwist, it-twelid jew il-ftim tal-ifrat. Il-benefiċċji futuri huma normalment ivvalutati billi jitkejlu l-attributi fiżiċi sinjifikanti.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 70(5) tal-Liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (Zakon za danak varhu dobavenata stoynost), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (DV Nru 63, tal-<DATE ISO="20060804">4 ta’ Awwissu 2006</DATE>, iktar ’il quddiem iz-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>ZDDS<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>), tipprovdi li ma jkun hemm ebda dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa jekk din tkun ġiet iffatturata illegalment.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Evita-K hija kumpannija rregolata taħt id-dritt Bulgaru li l-attività ekonomika prinċipali tagħha hija l-kummerċ tal-annimali.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Din il-kumpannija ddikjarat disa’ fatturi li jirrigwardaw il-provvista ta’ għoġġiela għall-qatla, maħruġa matul ix-xhur ta’ Settembru u ta’ Ottubru 2007 għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Ekspertis-7<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> EOOD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Ekspertis-7<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>), sabiex tikseb it-tnaqqis, fil-forma ta’ kreditu ta’ taxxa, tal-VAT relatat ma’ dawn il-fatturi.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, Evita-K iddikjarat li esportat għoġġiela ħajjin lejn l-Albanija matul dawn l-istess xhur, filwaqt li pprovat il-bejgħ ta’ dawn permezz tal-imsemmija fatturi u billi pproduċiet dikjarazzjonijiet doganali, ċertifikati veterinarji b’indikazzjoni tat-tikketti ta’ widnejn l-annimali kif ukoll dikjarazzjonijiet iċċertifikati veterinarji intiżi għat-trasport tal-annimali fit-territorju nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex tipprovdi prova tal-akkwist tal-annimali inkwistjoni, minbarra d-disa’ fatturi maħruġa lil Ekspertis-7, Evita-K ipproduċiet ċertifikati tal-piż, rendikonti bankarji relatati mal-ħlas ta’ dawn il-fatturi u l-kuntratt dwar il-provvista ta’ għoġġiela konkluż ma’ Ekspertis-7.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Evita-K kienet suġġetta għal kontroll fiskali relatat max-xhur ta’ Settembru u ta’ Ottubru 2007. F’din l-okkażjoni, l-awtoritajiet fiskali Bulgari talbu lil Ekspertis-7 tipprovdi informazzjoni dwar il-provvisti li hija ffatturat lil Evita-K.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Peress li skont dawn l-awtoritajiet ir-risposti ta’ Ekspertis-7 wrew ċerti lakuni fil-kontabbiltà tagħha u fir-rigward tat-twettiq tal-formalitajiet veterinarji relatati, b’mod partikolari, mat-titoli ta’ sjieda fuq l-annimali u mat-tikketti ta’ widnejn l-annimali, l-imsemmija awtoritajiet qiesu li kienx ġie stabbilit li l-imsemmija provvisti kienu fil-fatt saru u li, konsegwentement, Evita-K ma kinitx intitolata tinvoka dritt għal tnaqqis tal-VAT relatat ma’ dawn il-provvisti.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-awtoritajiet fiskali Bulgari rrifjutaw, permezz ta’ deċiżjoni ta’ aġġustament tat-taxxa tas-<DATE ISO="20091126">26 ta’ Novembru 2009</DATE>, lil Evita-K id-dritt għal tnaqqis, fil-forma ta’ kreditu ta’ taxxa, tal-VAT relatat mal-fatturi maħruġa minn Ekspertis-7.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Evita-K ippreżentat appell amministrattiv minn din id-deċiżjoni, li tirrifjuta dan it-tnaqqis, quddiem id-Direktor, li permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, ikkonfermaha.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant Evita-K appellat mid-deċiżjoni ta’ aġġustament tat-taxxa, tas-<DATE ISO="20091126">26 ta’ Novembru 2009</DATE> quddiem il-qorti tar-rinviju. Quddiem din il-qorti hija sostniet b’mod partikolari li l-provi li hija kienet ipproduċiet kienu suffiċjenti sabiex jipprovaw li l-provvisti ffatturati minn Ekspertis-7 kienu fil-fatt saru, li kienu x’kienu l-eventwali irregolaritajiet imwettqa minn din tal-aħħar, hija kellha titqies bħala xerrej <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> taħt id-dritt Bulgaru u li l-kwistjoni tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT kienet indipendenti minn dik tal-proprjetà u l-oriġini tal-merkanzija akkwistata.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Administrativen sad – Sofia-grad s-Symvoulio tis Epikrateias iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>1)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/> skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva [2006/112], flimkien mal-Artikolu 345 [TFUE], għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, jawtorizza li l-kunsinnatarju jakkwista d-dritt li jiddisponi mill-merkanzija (beni mobbli speċifikati biss skont it-tip tagħhom) billi jikseb is-sjieda ta’ din il-merkanzija permezz ta’ pussess <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> ta’ din il-merkanzija, akkwistat b’titolu oneruż mingħand persuna li ma hijiex il-proprjetarju, sitwazzjoni leċita permissibbli skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru, tenut kont ukoll tal-fatt li skont din il-liġi, id-dritt tas-sjieda ta’ din il-merkanzija jiġi ttrasferit permezz tal-kunsinna tagħha?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-prova li saret <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/112 permezz ta’ fattura speċifika, inkonnessjoni mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa effettivament imħallsa u indikata fuq din il-fattura skont l-Artikolu 178(a) ta[' din i]d-Direttiva, teħtieġ li l-kunsinnatarju juri t-titolu ta’ sjieda tal-fornitur meta l-provvista tikkonċerna beni mobbli speċifikati skont it-tip tagħhom u meta, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru, it-titolu ta’ sjieda fuq din il-merkanzija jiġi ttrasferit mal-kunsinna tagħha, tenut kont tal-fatt li din il-liġi nazzjonali tippermetti wkoll l-akkwist tat-titolu ta’ sjieda fuq din il-merkanzija mingħand persuna li ma tkunx il-proprjetarju permezz ta’ pussess akkwistat b’titolu oneruż u b’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>?</TXT><?PAGE NO="7"?><P>Għall-finijiet tat-tnaqqis tat-taxxa skont id-Direttiva [2006/112], <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/> għandha tiġi kkunsidrata bħala pprovata, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, <HT TYPE="ITALIC">meta l-kunsinnatarju jkun wettaq kunsinna sussegwenti tal-istess merkanzija</HT> (annimali suġġetti għal identifikazzjoni) permezz ta’ esportazzjoni b’dikjarazzjoni doganali, u meta ma tirriżulta ebda prova li tindika drittijiet ta’ terzi persuni fuq din il-merkanzija?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ prova li saret <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="2019" ID="QE0034"/> skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/112 permezz ta’ fattura speċifika, inkonnessjoni mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa effettivament imħallsa u indikata fuq din il-fattura skont l-Artikolu 178(a) ta[' din i]d-Direttiva, <HT TYPE="ITALIC">għandu jiġi kkunsidrat li l-fornitur u l-kunsinnatarju, li ma humiex produtturi agrikoli, qed jaġixxu in mala fide</HT> meta, fil-mument meta twasslet il-merkanzija, ma ntwera ebda dokument mis-sid preċedenti li jsemmi t-tikketti ta’ widnejn l-annimali skont ir-rekwiżiti tad-dispoizzjonijiet veterinarji tal-Unjoni Ewropea, u meta dawn it-tikketti ma jissemmewx fiċ-ċertifikat veterinarju li jkun inħareġ minn awtorità amministrattiva u li jakkumpanja lill-annimali waqt li jiġu ttrasportati għall-finijiet tal-provvista speċifika msemmija?</TXT><P>Meta l-fornitur u l-kunsinnatarju, b’mod indipendenti, ikunu elenkaw it-tikketti tal-widnejn tal-annimmali li kienu kkunsinnati lilhom, għandu jiġi kkunsidrat li ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni Ewropea jekk l-awtorità amministrattiva ma tkunx semmiet it-tikketti ta’ widnejn l-annimali fiċ-ċertifikat veterinarju li jakkumpanja lill-annimali waqt il-kunsinna tagħhom?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-fornitur u l-kunsinnatarju fil-kawża prinċipali, li t-tnejn li huma ma humiex produtturi agrikoli, huma obbligati, skont l-Artikolu 242 tad-Direttiva 2006/112, jindikaw fil-kontijiet tagħhom l-oġġetti tal-kunsinna (annimali soġġetti għal identifikazzjoni jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>merkanzija bioloġika') skont l-Istandard [IAS 41], u huma obbligati jagħtu prova taż-żamma tal-kontroll tal-merkanzija skont dan l-istandard?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>L-Artikolu 226(6) tad-Direttiva 2006/112 jirrikjedi li f’fatturi fiskali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissemmew ukoll it-tikketti tal-widnejn tal-annimali, li huma suġġetti għal identifikazzjoni skont il-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ma tispeċifikax b’mod ċar din l-obbligu u li l-persuni involuti fil-kunsinna ma humiex produtturi agrikoli?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Huwa permissibbli skont l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2006/112 li, abbażi ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħal dik fil-kawża prinċipali, titnaqqas it-taxxa akkont tal-konklużjoni li d-dritt tas-sjieda tal-fornitur fuq il-merkanzija li tifforma l-kontenut tal-kunsinna ma kienx ippruvat, meta l-kunsinna ma ġiet ikkanċellata minn ebda waħda mill-partijiet, meta l-kunsinnatarju sussegwentement wettaq kunsinna tal-istess merkanzija, meta ma hemmx prova ta’ drittijiet mitluba minn terzi persuni fuq din il-merkanzija (annimali suġġetti għal identifikazzjoni), meta ma hija allegata ebda <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> min-naħa tal-kunsinnatarju u meta, skont il-liġi nazzjonali, id-dritt ta’ sjieda fuq tali merkanzija speċifikata biss skont it-tip tagħha jiġi ttrasferiti mal-kunsinna ta’ din il-merkanzija?<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel sat-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel sat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> u l-prova li tali<?PAGE NO="8"?> provvista kienet fil-fatt saret jeħtieġu li d-dritt ta’ sjieda tal-fornitur tal-merkanzija kkonċernata fuq dik il-merkanzija jiġi stabbilit b’mod formali jew jekk il-kisba ta’ dritt ta’ sjieda fuq din il-merkanzija permezz ta’ pussess <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> hijiex suffiċjenti f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> imsemmi fl-Artikolu 14(1) tad-Direttva 2006/112 ma jirreferix għat-trasferiment tad-dritt ta’ sjieda skont il-proċeduri previsti mid-dritt nazzjonali applikabbli, iżda jinkludi kwalunkwe tranżazzjoni ta’ trasferiment ta’ beni tanġibbli minn parti waħda li tagħti s-setgħa lill-parti l-oħra li tiddisponi minnha, fil-fatt, daqslikieku kienet il-proprjetarja ta’ dik il-proprjetà (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19900208">8 ta’ Frar 1990</DATE>, Shipping and Forwarding Enterprise Safe, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-320/88" PAGE.ECR="I-285" YEAR="1990">C-320/88, Ġabra p. I-285</REF.DOC.ECR>, punt 7; tal-<DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, British American Tobacco u Newman Shipping, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-435/03" PAGE.ECR="I-7077" YEAR="2005">C-435/03, Ġabra p. I-7077</REF.DOC.ECR>, punt 35, kif ukoll tat-<DATE ISO="20100603">3 ta’ Ġunju 2010</DATE>, De Fruytier, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-237/09" PAGE.ECR="I-4985" YEAR="2010">C-237/09, Ġabra p. I-4985</REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, huwa l-kompitu tal-qorti nazzjonali li tiddetermina, każ b’każ, skont il-fatti tal-kawża, jekk hemmx trasferiment tas-setgħa li wieħed jiddisponi mill-beni kkonċernat bħala proprjetarju (ara s-sentenza Shipping and Forwarding Enterprise Safe, iċċitata iktar ’il fuq, punt 13).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li tranżazzjoni tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/112, meta permezz ta’ din it-tranżazzjoni, persuna taxxabbli tittrasferixxi beni tanġibbli filwaqt li tagħti lill-parti l-oħra s-setgħa li tiddisponi, fil-fatt, minn dan il-beni daqslikieku kienet il-proprjetarja, mingħajr ma l-forma li permezz tagħha huwa miksub dritt ta’ sjieda fuq l-imsemmi beni jkollha impatt f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-prova li tali provvista ta’ merkanzija kienet fil-fatt saret, li għaliha hija suġġetta l-eżistenza ta’ dritt għal tnaqqis, ma tistax tiddependi mill-mod kif jinkiseb id-dritt ta’ sjieda fuq il-merkanzija kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-awtoritajiet fiskali Bulgari rrifjutaw lil Evita-K id-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT relatat mal-provvisti tal-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali minħabba li ma kienx stabbilit li dawn il-provvisti tal-aħħar kienu fil-fatt saru u sa fejn id-dikjarazzjoni li dawn ma kinux saru hija kkontestata minn Evita-K, għandu jitfakkar li, minn naħa, huwa l-obbligu tal-parti li titlob it-tnaqqis tal-VAT li tistabbilixxi li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti sabiex tibbenefika minnu (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="19960926">26 ta’ Settembru 1996</DATE>, Enkler, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-230/94" PAGE.ECR="I-4517" YEAR="1996">C-230/94, Ġabra p. I-4517</REF.DOC.ECR>, punt 24) u li, min-naħa l-oħra, huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li twettaq, skont ir-regoli nazzjonali dwar l-amministrazzjoni tal-provi, evalwazzjoni globali tal-provi u tal-fatti kollha tal-kawża prinċipali sabiex tiddetermina jekk Evita-K tistax teżerċita dritt għal tnaqqis fuq il-bażi tal-imsemmija provvisti ta’ merkanzija (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, Mecsek-Gabona, C-273/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 53; tas-<DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Bonik, C-285/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 32, u tal-<DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, LVK - 56, C-643/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni globali, l-imsemmija qorti tista’ tieħu inkunsiderazzjoni provi relattivi għal tranżazzjonijiet preċedenti jew sussegwenti għal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali kif ukoll dokumenti marbuta ma’ dawn bħal ċertifikati jew dikjarazzjonijiet iċċertifikati maħruġa meta l-annimali kkonċernati ġew trasportati jew esportati.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, huwa l-kompitu tal-awtoritajiet u tal-qrati nazzjonali li jirrifjutaw il-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqis jekk jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li dan id-dritt ikun qiegħed jiġi invokat b’mod frawdolenti jew abbużiv (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, Kittel u Recolta Recycling, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-439/04+C-440/04" PAGE.ECR="I-6161" YEAR="2006">C-439/04 u C-440/04, Ġabra p. I-6161</REF.DOC.ECR>, punt 55; tal-<DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Mahagében u Dávid, C-80/11 u C-142/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 42; Bonik, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37, kif ukoll LVK – 56, iċċitata iktar ’il fuq, punt 59).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ meta frodi fiskali titwettaq mill-persuna taxxabbli nnifisha jew meta din kienet taf jew kellha tkun taf li, permezz tal-akkwist tagħha, hija kienet qed tipparteċipa f’tranżazzjoni involuta fi frodi tal-VAT (ara s-sentenza Bonik, iċċitata iktar ’il fuq, punti 38 u 39 kif ukoll ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huwa inkompatibbli mar-regoli li jirregolaw id-dritt għal tnaqqis previst mid-Direttiva 2006/112 li tiġi ssanzjonata, billi tiġi rrifjutata dan id-dritt, persuna taxxabbli li ma kinitx taf u li ma setgħetx tkun taf li t-tranżazzjoni kkonċernata kienet involuta fi frodi mwettqa mill-fornitur jew li tranżazzjoni oħra, li tagħmel parti mis-serje ta’ provvisti, preċedenti jew sussegwenti għal dik li saret mill-imsemmija persuna taxxabbli, kienet ivvizzjata minn frodi fir-rigward tal-VAT (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20060112">12 ta’ Jannar 2006</DATE>, Optigen <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-354/03+C-355/03+C-484/03" PAGE.ECR="I-483" YEAR="2006">C-354/03, C-355/03 u C-484/03, Ġabra p. I-483</REF.DOC.ECR>, punti 52 u 55; Kittel u Recolta Recycling, iċċitata iktar ’il fuq, punti 45, 46 u 60; Mahagében u Dávid, iċċitata iktar ’il fuq, punt 47; Bonik, iċċitata iktar ’il fuq, punt 41, kif ukoll LVK - 56, iċċitata iktar ’il fuq,<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-awtorità tat-taxxa ma tistax teżiġi, b’mod ġenerali, li l-persuna taxxabbli li tkun tixtieq teżerċita d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tivverifika li l-persuna li toħroġ il-fattura relatata mal-merkanzija u s-servizzi li fir-rigward tagħhom jintalab l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt għandha l-kwalità ta’ persuna taxxabbli, li hija kellha l-merkanzija inkwistjoni u kienet kapaċi tikkunsinnahom u li hija ssodisfat l-obbligi tagħha ta’ dinunzja u ta’ ħlas tal-VAT, sabiex tiżgura ruħha li ma jeżistu ebda irregolaritajiet jew frodi fil-livell tal-operaturi preċedenti, jew anki li jkollha dokumenti xierqa f’dan ir-rigward (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Mahagében u Dávid, punt 61, kif ukoll LVK - 56, punt 61). Bl-istess mod, l-imsemmija awtorità ma tistax teżiġi mill-imsemmija persuna taxxabbli li tipproduċi dokumenti li joriġinaw minn għand il-persuna li tkun ħarġet il-fattura u li jsemmu t-tikketti ta’ widnejn l-annimali suġġetti għas-sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni stabbilita mir-Regolament Nru 1760/2000.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għall-ewwel sat-tielet domanda għandha tkun li d-Direttiva 2006/112 għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fis-sens ta’ din id-direttiva u l-prova li tali provvista kienet fil-fatt saret ma humiex marbuta mal-forma tal-kisba ta’ dritt ta’ sjieda fuq il-merkanzija kkonċernata. Huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li twettaq, skont ir-regoli nazzjonali dwar l-amministrazzjoni tal-provi, evalwazzjoni globali tal-provi u tal-fatti kollha tal-kawża quddiemha sabiex tiddetermina jekk il-provvisti tal-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali kinux fil-fatt saru u jekk, ladarba dan ikun il-każ, jistax jiġi eżerċitat dritt għal tnaqqis fuq il-bażi tal-imsemmija provvisti tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 242 tad-Direttiva 2006/112 għandux jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lil persuni taxxabbli li ma humiex produtturi agrikoli li jniżżlu fil-kontabbiltà tagħhom is-suġġett ta’ provvisti ta’ merkanzija li huma jagħmlu, meta dawn ikunu jirrigwardaw annimali, u li jipprovaw li dawn tal-aħħar kienu s-suġġett ta’ kontroll skont l-istandard IAS 41.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li dan l-Artikolu 242 ma jipprovdix li l-persuni taxxabbli huma obbligati jikkonformaw ruħhom mal-istandard IAS 41, iżda sempliċement jeżiġi li huma jżommu l-kontabbiltà suffiċjentement iddettaljata sabiex tkun tista’ tiġi applikata l-VAT u l-applikazzjoni tagħha tkun tista’ tiġi kkontrollata mill-awtorità fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-fatt li l-kontabbiltà ta’ Ekspertis-7 u ta’ Evita-K tinkludi indikazzjonijiet li ma humiex konformi mal-imsemmija standards huwa irrilevanti għall-finijiet tal-VAT, peress li dawn l-indikazzjonijiet huma suffiċjentement iddettaljati fis-sens tal-imsemmi Artikolu 242.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 242 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lil persuni taxxabbli li ma humiex produtturi agrikoli li jniżżlu, fil-kontabbiltà tagħhom, is-suġġett ta’ provvisti ta’ merkanzija li huma jagħmlu, meta dawn ikunu jirrigwardaw annimali, u li jipprovaw li dawn tal-aħħar kienu s-suġġett ta’ kontroll skont l-istandard IAS 41.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 226(6) tad-Direttiva 2006/112 għandux jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lil persuna taxxabbli, li tagħmel provvisti ta’ merkanzija li jirrigwardaw annimali suġġetti għas-sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni stabbilta mir-Regolament Nru 1760/2000, li jsemmu t-tikketti ta’ widnejn l-annimali fuq il-fatturi relatati ma’ dawn il-provvisti.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 178(a) tad-Direttiva 2006/112, l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis, imsemmi fl-Artikolu 168(a) ta’ din id-direttiva huwa suġġett għall-kundizzjoni li tinżamm fattura. Skont l-Artikolu 220(1) tal-imsemmija direttiva, fattura għandha għalhekk tinħareġ għal kull provvista ta’ merkanzija jew ta’ servizzi li persuna taxxabbli tagħmel għal persuna taxxabbli oħra (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE>, Pannon Gép Centrum, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-368/09" PAGE.ECR="I-7467" YEAR="2010">C-368/09, Ġabra p. I-7467</REF.DOC.ECR>, punt 39, u tal-<DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE>, Polski Trawertyn, C-280/10, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>L-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112 jippreċiża li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet partikolari ta’ din id-direttiva, huma biss id-dettalji ċċitati f’dan l-artikolu li għandhom jitniżżlu b’mod obbligatorju, għall-finijiet tal-VAT, fuq il-fatturi maħruġa skont l-Artikolu 220 ta’ din id-direttiva (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Pannon Gép Centrum, punt 40, u Polski Trawertyn, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li ma huwiex possibbli għall-Istati Membri li jorbtu l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT mal-osservanza ta’ kundizzjonijiet marbuta mal-kontenut tal-fatturi li ma jkunux espressament previsti mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112. Din l-interpretazzjoni hija kkorraborata mill-Artikolu 273 tagħha, li jipprovdi, minn naħa, li l-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett ta’ VAT u biex ma ssirx frodi, iżda li, min-naħa l-oħra, din il-fakultà ma tistax tintuża sabiex jimponu obbligi ta’ fatturazzjoni addizzjonali iktar minn dawk stabbiliti, b’mod partikolari, fl-Artikolu 226 tal-imsemmija direttiva (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Pannon Gép Centrum, punt 41, u Polski Trawertyn, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 226(6) tad-Direttiva 2006/112, il-kwantità u n-natura tal-merkanzija pprovduta jew il-limitu u n-natura tas-servizzi mogħtija għandhom, għall-finijiet tal-VAT, għandhom jitniżżlu, b’mod obbligatorju, fuq il-fattura.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmija dispożizzjoni ma tobbligax lil persuna taxxabbli li tagħmel provvista ta’ annimali, suġġetti għas-sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni stabbilita mir-Regolament Nru 1760/2000, issemmi t-tikketti ta’ widnejn dawn l-annimali fuq il-fatturi relatati ma’ din il-provvista.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għall-ħames domanda għandha tkun li l-Artikolu 226(6) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lil persuna taxxabbli, li tagħmel provvisti ta’ merkanzija li tirrigwarda annimali suġġetti għas-sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni stabbilita mir-Regolament Nru 1760/2000, issemmi t-tikketti ta’ widnejn dawn l-annimali fuq il-fatturi relatati ma’ dawn il-provvisti.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Permezz tas-sitt domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2006/112 għandux jiġi interpretat fis-sens li jippermetti, fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 70(5) taz-ZDDS, li jiġi aġġustat tnaqqis tal-VAT minħabba li d-dritt ta’ sjieda tal-fornitur fuq il-merkanzija li huwa kkunsinna ma ġiex ipprovat.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-imsemmija qorti tagħmel din id-domanda minħabba l-fatt li tqis li l-Artikolu 70(5) taz-ZDDS jikkostitwixxi modalità sabiex jiġu applikati l-Artikoli 184 u 185 tad-Direttiva 2006/112 fis-sens tal-Artikolu 186 ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-imsemmi Artikolu 184, it-tnaqqis inizjalment magħmul jiġi aġġustat meta huwa jkun ogħla jew inqas minn dak li l-persuna taxxabbli kienet intitolata għalih.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna t-tnissil ta’ eventwali obbligu ta’ aġġustament ta’ tnaqqis tal-VAT imwettaq taħt taxxa tal-input imħallsa, l-Artikolu 185(1) jistabbilixxi l-prinċipju li tali aġġustament isseħħ speċjalment meta xi tibdil ta’ elementi meħuda inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit l-ammont tat-tnaqqis ikkonċernat ikun seħħ wara d-dikjarazzjoni tal-VAT (sentenza tad-<DATE ISO="20121129">29 ta’ Novembru 2012</DATE>, Gran Via Moineşti, C-257/11, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikoli 184 u 185(1) tad-Direttiva 2006/112 ma jistgħux japplikaw ħlief jekk tnaqqis tal-VAT relatat ma’ tranżazzjoni taxxabbli ikun sar inizjalment, jiġifieri fil-każ biss li l-persuna taxxabbli kkonċernata tkun ibbenefikat minn qabel minn dritt għal tnaqqis tal-VAT taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 168(a) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, sa fejn l-Artikolu 70(5) taz-ZDDS jkopri l-ipoteżi tal-assenza ta’ dritt għal tnaqqis tal-VAT meta dan ikun ġie ffatturat illegalment, din id-dispożizzjoni ma tistax isservi ta’ bażi għal aġġustament fis-sens tal-imsemmi Artikolu 185, peress li mid-definizzjoni tagħha stess, hija tikkonċerna sitwazzjoni fejn persuna taxxabbli ma tibbenefikax minn dan id-dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għas-sitt domanda għandha tkun li l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix li jiġi aġġustat tnaqqis tal-VAT ħlief jekk il-persuna taxxabbli kkonċernata tkun ibbenefikat minn qabel minn dritt għal tnaqqis ta’ din it-taxxa taħt il-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 168(a) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> fis-sens ta’ din id-direttiva u l-prova li tali provvista kienet fil-fatt saret ma humiex marbuta mal-forma tal-kisba ta’ dritt ta’ sjieda fuq il-merkanzija kkonċernata. Huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li twettaq, skont ir-regoli nazzjonali dwar l-amministrazzjoni tal-provi, evalwazzjoni globali tal-provi u tal-fatti kollha tal-kawża quddiemha sabiex tiddetermina<?PAGE NO="12"?> jekk il-provvisti tal-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali kinux fil-fatt saru u jekk, ladarba dan ikun il-każ, jistax jiġi eżerċitat dritt għal tnaqqis fuq il-bażi tal-imsemmija provvisti tal-aħħar.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 242 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lil persuni taxxabbli li ma humiex produtturi agrikoli li jniżżlu, fil-kontabbiltà tagħhom, is-suġġett ta’ provvisti ta’ merkanzija li huma jagħmlu, meta dawn ikunu jirrigwardaw annimali, u li jipprovaw li dawn tal-aħħar kienu s-suġġett ta’ kontroll skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà 41.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 226(6) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lil persuna taxxabbli, li tagħmel provvisti ta’ merkanzija li tirrigwarda annimali suġġetti għas-sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20000717">17 ta’ Lulju 2000</DATE>, li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE>, ssemmi t-tikketti ta’ widnejn dawn l-annimali fuq il-fatturi relatati ma’ dawn il-provvisti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix li jiġi aġġustat tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud ħlief jekk il-persuna taxxabbli kkonċernata tkun ibbenefikat minn qabel minn dritt għal tnaqqis ta’ din it-taxxa taħt il-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 168(a) ta’ din id-direttiva.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>