<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-724/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0724</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:414">EU:C:2021:414</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Campos Sánchez-Bordona — Kawża C‑724/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Spetsializirana prokuratura</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez-Bordona</HT></P><P>ippreżentati fl‑<DATE ISO="20210520">20 ta’ Mejju 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑724/19</P><P>Spetsializirana prokuratura</P><P>vs</P><P>HP</P><P><HT TYPE="NORMAL">(Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, il-Bulgarija))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Ordni ta’ investigazzjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2014/41/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(c)</KEYWORD><KEYWORD>Awtorità emittenti</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(2)</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet ta’ ħruġ</KEYWORD><KEYWORD>Prosekutur li jaġixxi bħala awtorità ġudizzjarja emittenti</KEYWORD><KEYWORD>Ħruġ riżervat lil imħallef każ ta’ proċedura nazzjonali simili</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Stat Membru huwa kompetenti sabiex joħroġ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>OEI<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) li fiha huwa jitlob id-data dwar it-traffiku u dwar il-lokalizzazzjoni ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi meta, skont id-dritt intern tal-Istat emittenti, il-produzzjoni ta’ din il-prova tista’ tiġi awtorizzata biss minn imħallef jew qorti?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dan huwa, essenzjalment, id-dubju li jqajjem dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari. Il-Qorti tal-Ġustizzja, meta tiddeċiedi dwarha, għandha l-opportunità li telabora fil-ġurisprudenza tagħha dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>awtorità emittenti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> ta’ OEI, fis-sens tad-Direttiva 2014/41/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE> dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="130" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 130, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, b’riferiment għall-Uffiċċju tal-Prosekutur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni. Id-Direttiva 2014/41</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 30, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>il-possibbiltajiet ta’ kooperazzjoni taħt din id-Direttiva dwar l-interċettazzjoni ta’ telekomunikazzjonijiet ma għandhomx ikunu limitati għall-kontenut tat-telekomunikazzjoni, iżda jistgħu jkopru wkoll id-data ta’ traffiku u post assoċjata ma’ dawn it-telekomunikazzjonijiet, li tippermetti lill-awtoritajiet li joħorġu OIE għall-finijiet li jiksbu data inqas intrużiva dwar telekomunikazzjonijiet. OIE li jinħareġ biex tinkiseb data storika ta’ traffiku<?PAGE NO="2"?> u post relatata ma’ telekomunikazzjonijiet għandu jiġi ttrattat skont is-sistema ġenerali applikabbli għal-eżekuzzjoni tal-OIE u jista’ jkun ikkunsidrat, skont it-termini tal-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, bħala miżura investigattiva koerċitiva<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 32, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[f]’OIE li jinkludi talba għall-interċettazzjoni ta’ telekomunikazzjonijiet, l-awtorità emittenti għandha tipprovdi lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni informazzjoni suffiċjenti bħal dettalji tal-għemil kriminali taħt investigazzjoni, sabiex tippermetti lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni tivvaluta jekk dik il-miżura investigattiva tkunx awtorizzata f’każ domestiku simili<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew u l-obbligu li jiġi eżegwit<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew (OIE) huwa deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa jew validata minn awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>l-Istat emittenti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>) sabiex waħda jew aktar miżuri investigattivi speċifiċi jiġu eżegwiti fi Stat Membru ieħor (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>l-Istat ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>) bil-ħsieb li jinkisbu provi f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>L-OIE jista’ jinħareġ ukoll biex jinkisbu provi li jkunu diġà fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jeżegwixxu kwalunkwe OIE abbażi tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u f’konformità ma’ din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħruġ ta’ OIE jista’ jintalab minn persuna suspettata jew akkużata, jew minn avukat f’isimha, fi ħdan il-qafas tad-drittijiet ta’ difiża applikabbli f’konformità mal-proċedura kriminali nazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva m’għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett għad-drittijiet fundamentali ul-prinċipji legali kif sanċiti fl-Artikolu 6 tat-TUE, inklużi d-drittijiet ta’ difiża ta’ persuni suġġetti għal proċedimenti kriminali, u kwalunkwe obbligu li jaqa’ fuq l-awtoritajiet ġudizzjarji f’dan ir-rigward ma għandux jiġi affettwat.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>awtorità emittenti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku kompetenti fil-każ ikkonċernat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kif definita mill-Istat emittenti li, fil-każ speċifiku, qed taġixxi fil-kapaċità tagħha bħala awtorità ta’ investigazzjoni fi proċedimenti kriminali b’kompetenza li tordna l-ġbir ta’ provi f’konformità mal-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, qabel ma jintbagħat lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni, l-OIE għandu jiġi vvalidat, wara eżami tal-konformità tiegħu mal-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ OIE taħt din id-Direttiva, partikolarment il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1), minn imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti. Fejn l-OIE jkun ġie validat minn awtorità ġudizzjarja, dik l-awtorità tista’ titqies ukoll bħala awtorità emittenti għall-finijiet ta’ trażmissjoni tal-OIE;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kondizzjonijiet għall-emissjoni u t-trażmissjoni ta’ OIE<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtorità emittenti tista’ toħroġ OIE biss fejn tkun sodisfatta li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-emissjoni tal-OIE tkun meħtieġa u proporzjonata għall-fini tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 4 b’kont meħud tad-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-miżura jew miżuri investigattivi indikati fl-OIE setgħu ġew ordnati taħt l-istess kondizzjonijiet f’każ domestiku simili.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità emittenti f’kull każ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-awtorità ta’ eżekuzzjoni jkollha raġuni għalxiex temmen li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti, hija tista’ tikkonsulta lill-awtorità emittenti dwar l-importanza li l-OIE jiġi eżegwit. Wara dik il-konsultazzjoni, l-awtorità emittenti tista’ tiddeċiedi li tirtira l-OIE.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Rikonoxximent u eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tirrikonoxxi OIE, mibgħut f’konformità ma’ din id-Direttiva, mingħajr il-ħtieġa ta’ kwalunkwe formalità ulterjuri, u tiżgura l-eżekuzzjoni tiegħu bl-istess mod u taħt l-istess modalitajiet bħallikieku l-miżura investigattiva konċernata ġiet ordnata minn awtorità tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, sakemm dik l-awtorità ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet sabiex ma jingħatax ir-rikonoxximent jew ma ssirx l-eżekuzzjoni jew waħda mir-raġunijiet għal posponiment previsti f’din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tikkonforma mal-formalitajiet u l-proċeduri espressament indikati mill-awtorità emittenti sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’din id-Direttiva u sakemm dawn il-formalitajiet u proċeduri ma jmorrux kontra l-prinċipji fundamentali ta’ dritt tal-Istat ta’ eżekuzzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn awtorità ta’ eżekuzzjoni tirċievi OIE li ma jkunx inħareġ minn awtorità emittenti kif speċifikat fl-Artikolu 2(c), l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tibgħat lura l-OIE lill-Istat emittenti.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Zakon za evropeyskata zapoved za razsledvane (il-Liġi dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew; iktar ’il quddiem iz-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ZEZR<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) jipprevedi li l-awtorità kompetenti sabiex toħroġ OEI hija l-prosekutur, matul il-fażi preliminari tal-proċedura kriminali, jew il-qorti kompetenti, fil-proċedura ġudizzjarja nnifisha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Nakazatelno protsesualen kodeks (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali; iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>NPK<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 159a, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Komunikazzjoni ta’ data minn impriżi li jipprovdu networks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="159A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Fuq talba tal-qorti fil-proċedura ġudizzjarja, jew abbażi ta’ digriet motivat ta’ mħallef ta’ qorti tal-ewwel istanza adottat fil-fażi preliminari tal-proċedura kriminali fuq talba tal-prosekutur inkarigat mill-investigazzjoni, l-impriżi li jipprovdu networks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jikkomunikaw id-data miġbura fil-kuntest tal-attività neċessarja tagħhom sabiex:</P><P>1. Jittraċċaw u jidentifikaw is-sors tal-konnessjoni.</P><P>2. Jidentifikaw id-direzzjoni tal-konnessjoni.</P><P>3. Jidentifikaw id-data, il-ħin u t-tul tal-konnessjoni.</P><P>4. Jidentifikaw it-tip ta’ konnessjoni.</P><P>5. Jidentifikaw it-terminal ta’ komunikazzjoni elettronika tal-utent jew tat-tagħmir li huwa indikat bħala tali.</P><P>6. Jiddeterminaw id-denominazzjoni taċ-ċelloli użati.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="159A.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinġabar jekk dan ikun meħtieġ għall-investigazzjoni ta’ reati gravi mwettqa b’<HT TYPE="ITALIC">dolo</HT>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="159A.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>It-talba mressqa mill-prosekutur skont il-paragrafu 1 għandha tkun motivata u għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:</P><P>1. Informazzjoni dwar ir-reat li għalih l-investigazzjoni teħtieġ l-użu ta’ data dwar it-traffiku.</P><P>2. Deskrizzjoni tal-fatti li fuqhom hija bbażata t-talba.</P><P>3. Informazzjoni dwar il-persuni li għalihom id-data dwar it-traffiku tkun meħtieġa.</P><P>4. Il-perijodu ta’ żmien li għalih għandha tirreferi l-informazzjoni.</P><P>5. L-awtorità investigattiva li lilha għandha tintbagħat id-data.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="159A.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA><P>Fid-digriet adottat skont il-paragrafu 1, il-qorti għandha tindika:</P><P>1. Id-data li huwa mitlub l-iżvelar tagħha.</P><P>2. Il-perijodu ta’ żmien li għalih għandu jirreferi l-iżvelar.</P><P>3. L-awtorità investigattiva li lilha għandha tintbagħat id-data.</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="159A.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Il-perijodu ta’ żmien li għalih l-iżvelar u t-trażmissjoni tad-data huma mitluba skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma jistax jeċċedi sitt xhur.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fatti, proċedura nazzjonali u domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Wara l-bidu ta’ proċeduri kriminali fil-Bulgarija kontra HP għall-finanzjament ta’ attivitajiet terroristiċi, l-Uffiċċju tal-Prosekutur bagħat erba’ OEI, b’kontenut identiku, għall-kisba ta’ data dwar it-traffiku u l-lokalizzazzjoni ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li din kienet data dwar it-traffiku u l-lokalizzazzjoni, mitluba skont <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>il-premessa 30 tad-Direttiva 2014/41 (...) u l-Artikolu 159(1) tan-NPK<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-erba’ OEI nħarġu mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Bulgaru, mingħajr intervent jew validazzjoni ta’ mħallef jew qorti, u ntbagħtu lill-awtoritajiet korrispondenti fil-Ġermanja, fl-Awstrija, fil-Belġju u fl-Isvezja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Uffiċċji tal-Prosekutur tal-Istati Membri destinatarji tal-OEI eżegwixxew dawn l-ordnijiet, ħlief fil-każ tal-Belġju, mingħajr ma kien hemm awtorizzazzjoni jew validazzjoni ta’ mħallef jew ta’ qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-provi meħuda, inkluża l-informazzjoni pprovduta bi tweġiba għall-OEI, HP u ħames persuni oħra ġew akkużati li ffinanzjaw atti terroristiċi u li pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali għall-finanzjament ta’ dawn l-atti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, il-Bulgarija), imsejħa sabiex teżamina l-provi miksuba abbażi tal-OEI, tiddubita l-legalità tagħhom, peress li, skont id-dritt nazzjonali, dawn il-provi setgħu jinkisbu fil-Bulgarija biss wara awtorizzazzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dan, tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja dawn id-domandi preliminari:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1)</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni nazzjonali […] li tidentifika lill-prosekutur bħala l-awtorità kompetenti, fil-kuntest tal-fażi preliminari tal-proċedura kriminali, sabiex toħroġ talba għal investigazzjoni Ewropea li tikkonċerna t-trażmissjoni ta’ data dwar it-traffiku u dwar il-lokalizzazzjoni relatata ma’ telekomunikazzjonijiet, hija konformi mal-Artikolu 2(c)(i) tad-Direttiva 2014/41/UE, u mal-prinċipju ta’ ekwivalenza, sa fejn, fl-istess sitwazzjoni fil-kuntest nazzjonali, l-awtorità kompetenti hija mħallef?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-rikonoxximent ta’ din [l-OEI] mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni (prosekutur jew imħallef istruttorju) jista’ jissostitwixxi d-digriet ta’ mħallef li jeżiġi d-dritt tal-Istat emittenti?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari ġie rreġistrat fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20191001">1 ta’ Ottubru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>HP, il-Gvern Ġermaniż u dak Ungeriż, kif ukoll il-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, minflok is-seduta, il-partijiet u l-intervenjenti fil-proċedura għandhom jinstemgħu fuq l-eventwali inċidenza fil-kawża tas-sentenzi tat‑<DATE ISO="20201208">8 ta’ Diċembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Staatsanwaltschaft Wien (deċiżjonijiet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ta’ trasferiment iffalsifikati)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑584/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1002">EU:C:2020:1002</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u tat‑<DATE ISO="20210302">2 ta’ Marzu 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Prokuratuur (Kundizzjonijiet ta’ aċċess għad-data dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi) (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑746/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:152">EU:C:2021:152</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>sentenza Prokuratuur<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fuq indikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, dawn il-konklużjonijiet ser jirrigwardaw biss l-ewwel domanda preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>HP isostni li l-punt 1 tal-Artikolu 5(1) taz-ZEZR ma huwiex konformi mal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2014/41, peress li din tal-aħħar ma tippermettix li tiġi eskluża l-kompetenza tal-imħallef fil-każ li jiġu ordnati atti bħal dawk imsemmija fid-deċiżjoni tar-rinviju. Hija tfakkar, barra minn hekk, li fil-leġiżlazzjoni Bulgara, dawn l-atti għandhom jiġu adottati mill-qorti kompetenti. Għalhekk, skont din il-leġiżlazzjoni, huwa illegali l-mod kif l-informazzjoni dwar id-data tat-traffiku nkisbet fil-kuntest tal-proċedura fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Għall-Gvern Ġermaniż, ir-risposta għad-domanda magħmula ma tinsabx fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2014/41, iżda fl-Artikolu 6(1)(b) tagħha. Irrispettivament minn jekk l-Artikolu 2(c) jawtorizzax separazzjoni bejn il-kompetenza biex tiġi ordnata miżura investigattiva speċifika, minn naħa, u l-kompetenza għall-ħruġ ta’ OEI, min-naħa l-oħra, huwa ċert li l-Artikolu 6(1)(b) jipprekludi li t-talba għal miżura investigattiva transkonfinali tista’ tiġi suġġetta għal kundizzjonijiet inqas stretti minn dawk applikabbli, skont id-dritt nazzjonali, għal proċedura interna simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Ġermaniż, jekk id-dritt intern tal-Istat Membru emittenti jeżiġi l-approvazzjoni minn imħallef ta’ ċerti miżuri investigattivi, din il-kundizzjoni għandha tapplika wkoll meta tali miżuri għandhom jiġu implimentati fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Ungeriż, ir-risposta għall-ewwel domanda preliminari hija marbuta mal-osservazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ ħruġ stabbiliti fl-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva 2014/41. Fil-fehma tiegħu, ir-rikonoxximent reċiproku li fuqu hija bbażata l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali jippresupponi li d-deċiżjoni tal-Istat Membru emittenti ġiet adottata minn qorti jew awtorità kompetenti materjalment u territorjalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ungeriż minn din il-premessa jiddeduċi li, fil-kuntest tad-Direttiva 2014/41, waħda mill-kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ OEI hija li l-miżura li fuqha hija s-suġġett ta’ din l-ordni ġiet ivverifikata mill-awtorità li hija kompetenti sabiex tadottaha fil-livell nazzjonali. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-garanziji mitluba għall-miżuri investigattivi li għandhom jitwettqu fi Stat Membru ieħor ikunu inqas minn dawk previsti għal miżuri simili intiżi li jiġu implimentati fl-Istat emittenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li d-dubji tal-qorti tar-rinviju jikkonċernaw żewġ aspetti distinti: l-awtorità kompetenti sabiex toħroġ OEI (Artikolu 2(c), tad-Direttiva 2014/41), minn naħa, u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ din tal-aħħar (Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva), min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Hija tenfasizza li r-rekwiżit tal-kompetenza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>fil-każ ikkonċernat<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2014/41) jimplika li l-awtorità emittenti għandha rwol istituzzjonali fil-proċeduri kriminali ta’ oriġini. Madankollu, id-dritt tal-Unjoni ma jippreċiżax jekk din l-awtorità għandhiex tkun kompletament responsabbli mill-proċedura jew jekk l-involviment tagħha għandux jirrigwarda biss il-miżura ta’ investigazzjoni konkretament: id-Direttiva 2014/41 tħalli lill-Istati Membri l-flessibbiltà f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, ir-risposta għad-domanda magħmula tinsab fl-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva 2014/41. Skont dan, jekk il-miżura titlob, fuq livell nazzjonali, l-intervent ta’ qorti (bħalma huwa l-każ fil-Bulgarija), l-eżekuzzjoni tagħha fi Stat Membru ieħor permezz ta’ OEI teħtieġ li l-ħruġ ta’ din l-OIE jkun irriżervat ukoll għal qorti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja reċentement tat żewġ sentenzi (dik tat‑<DATE ISO="20201208">8 ta’ Diċembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Staatsanwaltschaft Wien (ordnijiet ta’ trasferiment iffalsifikati) (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑584/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1002">EU:C:2020:1002</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u s-sentenza Prokuratuur) dwar ir-riperkussjonijiet li fir-rigward tagħhom instemgħu l-partijiet u dawk li intervjenew fl-inċident preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Anki jekk id-domandi tal-qorti f’dan ir-rinviju ma jikkonċernawx, direttament, dak li kien is-suġġett tad-dibattitu f’dawn iż-żewġ sentenzi, xejn ma jipprekludi lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lil din il-qorti indikazzjonijiet, ibbażati fuq il-proċess u fl-osservazzjonijiet ippreżentati, dwar punti mhux ittrattati fir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, jekk hija tqis li dan ikun rilevanti sabiex ittejjeb il-kollaborazzjoni tagħha magħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Is-sentenza tat‑<DATE ISO="20201208">8 ta’ Diċembru 2020</DATE> neħħiet id-dubji dwar il-kwalifika tal-Uffiċċju tal-Prosekutur sabiex joħroġ OEI anki jekk huwa ma jgawdix minn <HT TYPE="ITALIC">status</HT> ta’ indipendenza sħiħa mill-poter eżekuttiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Staatsanwaltschaft Wien (ordnijiet ta’ trasferiment iffalsifikati) (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑584/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1002">EU:C:2020:1002</NO.ECLI>), punti <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u d-dispożittiv: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2014/41 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jaqgħu taħt il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>awtorità emittenti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-prosekutur ta’ Stat Membru jew, b’mod iktar ġenerali, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Stat Membru, indipendentement mir-relazzjoni ta’ subordinazzjoni legali li tista’ teżisti bejn dan il-prosekutur jew dan l-Uffiċċju tal-Prosekutur u l-poter eżekuttiv ta’ dan l-Istat Membru, u mill-espożizzjoni tal-imsemmi prosekutur jew tal-imsemmi Uffiċċju tal-Prosekutur għar-riskju li jiġu suġġetti, direttament jew indirettament, għal ordnijiet jew għal istruzzjonijiet individwali min-naħa ta’ dan il-poter fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għalhekk, tkun xi tkun il-pożizzjoni istituzzjonali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Bulgaru fid-dritt intern, il-leġittimità tiegħu, f’termini ġenerali, li joħroġ OEI ma ssibx ostakolu fid-Direttiva 2014/41.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Is-sentenza Prokuratuur, għalkemm ma tikkonċernax direttament OEI, iżda miżura ta’ investigazzjoni purament nazzjonali mingħajr dimensjoni transkonfinali (li permezz tagħha l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Stat Membru ddeċieda li jiġbor id-data dwar it-traffiku u l-lokalizzazzjoni marbuta ma’ ċerti komunikazzjonijiet elettroniċi), hija iktar u iktar rilevanti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-Direttiva 2002/58/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20020712">12 ta’ Lulju 2002</DATE> dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 337, p. 11</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>(t)ipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti kompetenza lill-prosekutur pubbliku, li l-kompitu tiegħu huwa li jmexxi l-investigazzjoni preliminari kriminali u li jeżerċita, jekk ikun il-każ, l-azzjoni pubblika matul proċedura sussegwenti, sabiex jawtorizza l-aċċess ta’ awtorità pubblika għad-data dwar it-traffiku u għad-data ta’ lokalizzazzjoni għall-finijiet ta’ investigazzjoni kriminali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Ir-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq dan il-punt huma, b’mod partikolari, is-segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Huwa essenzjali li l-aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għad-data miżmuma jkun suġġett għal kontroll minn qabel imwettaq jew minn qorti jew minn entità amministrattiva indipendenti, u li d-deċiżjoni ta’ din il-qorti jew ta’ din l-entità tingħata fuq talba motivata minn dawn l-awtoritajiet imressqa, b’mod partikolari, fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ prevenzjoni, ta’ skoperta jew ta’ prosekuzzjoni kriminali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza Prokuratuur, punt 51.</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Dan il-kontroll minn qabel jeħtieġ fost l-oħrajn, kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 105 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-qorti jew l-entità inkarigata li twettaq l-imsemmi kontroll minn qabel ikollha s-setgħat kollha u tippreżenta l-garanziji kollha neċessarji sabiex tiżgura konċiljazzjoni tal-interessi u tad-drittijiet differenti inkwistjoni. Fir-rigward b’mod iktar partikolari ta’ investigazzjoni kriminali, tali kontroll jeżiġi li din il-qorti jew din l-entità tkun f’pożizzjoni li tiżgura bilanċ ġust bejn, minn naħa, l-interessi marbuta mal-bżonnijiet tal-investigazzjoni fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-kriminalità u, min-naħa l-oħra, id-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali tal-persuni li d-data tagħhom hija kkonċernata mill-aċċess<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 52.</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>B’mod partikolari, fil-qasam kriminali, ir-rekwiżit ta’ indipendenza jimplika, kif irrileva l-Avukat Ġenerali essenzjalment fil-punt 126 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-awtorità inkarigata minn dan il-kontroll minn qabel, minn naħa, ma tkunx involuta fit-tmexxija tal-investigazzjoni kriminali inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, li jkollha pożizzjoni ta’ newtralità fil-konfront tal-partijiet fil-proċedura kriminali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 54.</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Dan ma huwiex il-każ ta’ prosekutur pubbliku li jmexxi l-proċedura ta’ investigazzjoni u li jeżerċita, jekk ikun il-każ, l-azzjoni pubblika. Fil-fatt, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ma għandux il-kompitu li jiddeċiedi tilwima b’indipendenza sħiħa, iżda li jressaqha, jekk ikun il-każ, quddiem il-qorti kompetenti, bħala parti fil-kawża li teżerċita l-azzjoni kriminali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 55.</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Il-fatt li l-Uffiċċju tal-Prosekutur huwa, skont ir-regoli li jirregolaw il-kompetenzi u l-istatut tiegħu, marbut li jivverifika l-provi inkriminanti u li jiskaġunaw, li jiggarantixxi l-legalità tal-investigazzjoni preliminari u li jaġixxi biss skont il-liġi u l-konvinzjoni tiegħu ma huwiex biżżejjed sabiex jagħtih l-istatus ta’ terz fir-rigward tal-interessi inkwistjoni fis-sens deskritt fil-punt 52 ta’ din is-sentenza<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 56.</P></NOTE>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-qosor, ma tirrikonoxxix lill-Uffiċċju tal-Prosekutur l-kwalità ta’ terz imparzjali meta huwa jaqdi l-funzjonijiet ta’ investigazzjoni kriminali, minn naħa, u l-eżerċizzju tal-azzjoni pubblika fi proċedura sussegwenti, min-naħa l-oħra. Għalhekk, ma jistax jingħata l-kompetenza li jawtorizza l-aċċess għad-data tat-traffiku u tal-lokalizzazzjoni miżmuma mill-fornituri tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tad-Direttiva 2014/41 ma tistax taħrab mill-influwenza tas-sentenza Prokuratuur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-premessa 30 tad-Direttiva 2014/41 tirrikonoxxi n-natura intrużiva fuq il-ħajja privata tal-intervent tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Huwa preċiżament għal din ir-raġuni li diversi Stati Membri jissuġġettaw din il-miżura ta’ investigazzjoni għall-awtorizzazzjoni minn qabel ta’ mħallef jew ta’ qorti, bl-esklużjoni ta’ awtoritajiet oħra, fosthom l-Uffiċċju tal-Prosekutur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Issa, kif ser nesponi f’iktar dettall, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/41 jistabbilixxi li l-awtorità emittenti hija awtorizzata tagħti OEI biss meta l-miżura investigattiva meħtieġa minn din id-deċiżjoni setgħet tittieħed taħt l-istess kundizzjonijiet f’każ domestiku simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Ma’ din il-kundizzjoni, issa għandha tiżdied dik li tirriżulta mis-sentenza Prokuratuur għall-każijiet fejn, b’mod kumulattiv: a) l-awtoritajiet emittenti ta’ OEI huma parti minn Uffiċċju tal-Prosekutur li jissodisfa l-kundizzjoni doppja msemmija iktar ’il fuq (id-detentur tal-investigazzjoni u tal-eżerċizzju sussegwenti tal-azzjoni kriminali); u b) l-OEI tinkludi miżura ta’ intervent tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bl-intensità ta’ dik analizzata f’din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>F’dawn il-każijiet, l-OEI ma tistax tinħareġ mill-Uffiċċju tal-Prosekutur, anki jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tiegħu tippermettilu jadotta huwa stess, mingħajr stħarriġ ġudizzjarju minn qabel fis-sens strett, il-miżura ta’ intervent tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju titlob l-interpretazzjoni tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>kompetenza<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> li jintuża minn kull wieħed miż-żewġ inċiżi tal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2014/41.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Dan il-punt jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>awtorità emittenti<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ta’ OEI minn angolu doppju:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Fl-inċiż (i), il-kunċett jirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku <HT TYPE="ITALIC">kompetenti fil-każ ikkonċernat</HT><QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P>Fl-inċiż (ii), il-kunċett huwa estiż, li jinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>kwalunkwe awtorità <HT TYPE="ITALIC">kompetenti oħra kif definita mill-Istat emittenti</HT> li, fil-każ speċifiku, qed taġixxi fil-kapaċità tagħha bħala awtorità ta’ investigazzjoni fi proċedimenti kriminali <HT TYPE="ITALIC">b’kompetenza li tordna l-ġbir ta’ provi f’konformità mal-liġi nazzjonali</HT><QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Jekk il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>kompetenza<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> tfisser l-istess fiż-żewġ inċiżi, id-Direttiva 2014/41 tagħti bis-sħiħ lid-dritt nazzjonali id-determinazzjoni tal-awtorità kompetenti sabiex toħroġ OEI.</P></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><P>Abbażi ta’ din l-interpretazzjoni fil-Bulgarija, il-punt 1 tal-Artikolu 5(1) taz-ZEZR ta lill-Uffiċċju tal-Prosekutur kompetenza ġenerika għall-ħruġ ta’ OEI, indipendentement mill-għan tagħha.</P></ITEM><ITEM><P>Peress li, skont id-dritt Bulgaru, huwa biss imħallef li jista’ jordna l-kisba ta’ ċerti provi fi proċeduri kriminali nazzjonali, iz-ZEZR tista’ tikser il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament: f’ċerti każijiet purament interni, l-individwu jibbenefika mill-garanzija ta’ intervent ġudizzjarju huwa pprojbit meta l-provi jinkisbu permezz ta’ OEI.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Nista’ naċċetta li, fil-prinċipju, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>kompetenza<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> għandha l-istess portata fiż-żewġ inċiżi tal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2014/41. It-tnejn jikkonċernaw is-setgħa mogħtija lil awtorità li teżerċita, fi proċedimenti kriminali, is-setgħat li l-liġijiet jagħtuha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Dak li jiddistingwi l-inċiżi (i) u (ii) tal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2014/41 ma huwiex, fir-realtà (jew ma huwiex direttament), il-<HT TYPE="ITALIC">kompetenza</HT> fuq il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>każ [speċifiku] kkonċernat<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, iżda l-<HT TYPE="ITALIC">awtorità</HT> li teżerċitaha f’kull każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-differenza vera bejn dawn l-inċiżi hija li kull wieħed jilqa’ kategoriji ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>awtoritajiet emittenti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> li ma jaqblux bejniethom: minn naħa, l-awtoritajiet <HT TYPE="ITALIC">ġudizzjarji</HT> (inċiż (i)) u, min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet <HT TYPE="ITALIC">mhux ġudizzjarji</HT> (inċiż (ii))<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Bħall-konklużjonijiet tal-kawża Staatsanwaltschaft Wien (ordnijiet ta’ trasferiment iffalsifikati) (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑584/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:587">EU:C:2020:587</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>konklużjonijiet Staatsanwaltschaft<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, punt 32 (nota ta’ qiegħ il-paġna 16), jużaw il-kwalifikattivi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>ġudizzjarji<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>mhux ġudizzjarji<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, peress li jissodisfaw in-natura tal-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt waħda jew l-oħra.</P></NOTE>, kollha <HT TYPE="ITALIC">kompetenti</HT> sabiex jeżerċitaw l-awtorità tagħhom fil-proċedimenti kriminali:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>L-inċiż (i) jindika bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>awtorità emittenti<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> ta’ OEI l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>awtoritajiet ġudizzjarji<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> li jaġixxu, fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali partikolari.</P></ITEM><ITEM><P>L-inċiż (ii) jagħti l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>awtorità emittenti<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> ta’ OEI lil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>kwalunkwe awtorità kompetenti oħra […] fil-każ speċifiku, qed taġixxi<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. Din l-awtorità l-<HT TYPE="ITALIC">oħra</HT> ma hijiex, evidentament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> u l-OEI li tagħti tista’ tiġi trażmessa lill-Istat ta’ eżekuzzjoni biss ladarba tiġi vvalidata minn imħallef, qorti jew prosekutur.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>L-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>awtorità l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> fl-inċiż (ii) għandha tkun awtorizzata mid-dritt intern sabiex taġixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>fil-kapaċità tagħha bħala awtorità ta’ investigazzjoni fi proċedimenti kriminali<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> u sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>tordna l-ġbir ta’ provi<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Jiġifieri, sabiex teżerċita fil-proċedimenti kriminali <HT TYPE="ITALIC">kompetenzi</HT> speċifiċi ta’ ċerti awtoritajiet amministrattivi (bħal, pereżempju, il-pulizija) meta l-ordnijiet rispettivi tagħhom jipprevedu dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>L-inċiżi (i) u (ii) tal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2014/41 jużaw għalhekk il-kunċett ta’ <HT TYPE="ITALIC">kompetenza</HT> f’sens unitarju (bħala sensiela ta’ possibbiltajiet mogħtija lil istituzzjoni pubblika) sabiex, immedjatament, titfassal linja bejn il-<HT TYPE="ITALIC">kompetenzi</HT> tal-awtoritajiet differenti msemmija f’kull wieħed minn dawn il-punti. Skont dawn il-kompetenzi tal-aħħar, il-ħruġ ta’ OEI huwa suġġett għal kundizzjonijiet differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Ma hemmx dubju li prosekutur <HT TYPE="ITALIC">kompetenti</HT> fi proċedimenti kriminali partikolari jista’ jkun l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>awtorità emittenti<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> ta’ kwalunkwe OEI fis-sens tal-Artikolu 2(c)(i) tad-Direttiva 2014/41.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, u skont l-istess Artikolu 2(c)(ii), tista’ tkun ukoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>awtorità emittenti<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> awtorità mhux ġudizzjarja, li lilha, kif diġà fakkart, id-dritt intern jassenja funzjonijiet ta’ investigazzjoni fi proċedimenti kriminali jew jirrikonoxxilha s-setgħa li tordna l-ġbir tal-provi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Issa, is-sempliċi kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>awtorità emittenti<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> ma hijiex biżżejjed sabiex il-korpi li jkollhom din il-kwalità jkunu jistgħu joħorġu OEI partikolari u jittrażmettuha lill-Istat ta’ eżekuzzjoni. Għal darba oħra, għandha ssir distinzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet mhux ġudizzjarji msemmija fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2014/41.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Kif esponejt f’okkażjoni oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Konklużjonijiet fil-kawża Finanzamt für Steuerstrafsachen und Steuerfahndung (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑66/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:200">EU:C:2021:200</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>wara li ta lill-Istati Membri s-setgħa li jaħtru l-awtoritajiet kompetenti sabiex jinvestigaw fil-kuntest ta’ proċedura kriminali u sabiex jordnaw il-ksib ta’ provi, l-Artikolu 2(c)(ii) tad-Direttiva 2014/41 ma jagħtix lill-awtoritajiet hekk maħtura funzjoni oħra għajr dik li jagħtu l-kunsens tagħhom għall-ħruġ ta’ OIE li, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>qabel ma [t]intbagħat lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni, [..] [għandha tiġi vvalidata]<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="2019" ID="QE0056"/>. U għandha tiġi vvalidata, b’mod partikolari, minn qorti, imħallef jew prosekutur<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P><HT TYPE="ITALIC">Loc. cit</HT>., punt 75. Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, id-dritt intern jista’ jagħti lil awtorità mhux ġudizzjarja awtorizzata tordna l-kisba ta’ provi l-kwalità ġenerika ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>awtorità emittenti<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> ta’ OEI. Madankollu, l-OEI li hija toħroġ tista’ tiġi trażmessa lill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni biss wara validazzjoni minn awtorità ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ awtorità ġudizzjarja — kemm jekk tkun imħallef jew prosekutur —, id-Direttiva 2014/41 ma timponix il-<HT TYPE="ITALIC">validazzjoni</HT> minn terz tal-qbil ta’ ħruġ ta’ kull OEI partikolari, iżda tissuġġetta lil din tal-aħħar għal żewġ kundizzjonijiet li l-qorti jew il-prosekutur pubbliku li jkollu l-intenzjoni li jagħtiha huma obbligati li jivverifikaw l-osservanza tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2014/41, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>Kondizzjonijiet għall-emissjoni u t-trażmissjoni ta’ OIE<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, jipprevedi li l-awtorità emittenti tista’ taqbel mal-għoti ta’ OEI biss jekk dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ikunu ssodisfatti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Fl-ewwel lok, li tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>neċessarja u proporzjonata<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>ħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>proporzjonalità<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> għandhom jiġu vvalutati fir-rigward tal-għanijiet tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/41 innifisha. Dawn jinkludu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>il-proċedimenti kriminali istitwiti minn, jew li jistgħu jiġu istitwi quddiem, awtorità ġudizzjarja fir-rigward ta’ reat kriminali taħt il-liġi tal-Istat emittenti<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> (l-imsemmi Artikolu 4(a)).</P></NOTE>, minbarra li tieħu inkunsiderazzjoni d-drittijiet tal-persuna ssuspettata jew akkużata (Artikolu 6(1)(a)).</P></ITEM><ITEM><P>Fit-tieni lok, li l-għan tagħha jkun miżura li tista’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>[tiġi ordnata] taħt l-istess kondizzjonijiet f’każ domestiku simili<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> (Artikolu 6(1)(b)).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Hija din it-tieni kundizzjoni li tinteressana b’mod partikolari. Id-Direttiva 2014/41 tistabbilixxi ċertu <HT TYPE="ITALIC">paralleliżmu</HT> billi tissuġġetta l-ħruġ ta’ OEI għall-kundizzjonijiet previsti mid-dritt intern għall-adozzjoni ta’ miżura ekwivalenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Dawn il-kundizzjonijiet huma relatati, fil-fehma tiegħi, mar-regoli ta’ evalwazzjoni tal-opportunità u dawk ta’ konfigurazzjoni tal-proċedura, kif previsti mid-dritt nazzjonali, iżda wkoll, u b’mod partikolari, taħt il-<HT TYPE="ITALIC">kompetenza</HT> mogħtija minn dan id-dritt sabiex jadotta, fuq livell intern, miżura ekwivalenti għal dik li huwa għandu l-intenzjoni jimplimenta permezz tal-OEI.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Jekk, fost il-kundizzjonijiet meħtieġa f’każ domestiku simili, id-dritt tal-Istat emittenti jipprovdi li jiddikjara li mħallef jew qorti biss għandhom ikollhom il-kompetenza sabiex jadottaw miżura investigattiva partikolari, din tal-aħħar tista’ tkun is-suġġett ta’ OEI biss jekk din tingħata minn qorti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Barra minn hekk, il-premessa 30 tad-Direttiva 2014/41 tammetti li, mill-perspettiva tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, l-intervent ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jiġi kklassifikat, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>skont it-termini tal-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, bħala miżura investigattiva koerċitiva<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>F’dan is-sens, l-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva 2014/41 jiddefinixxi l-portata tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>kompetenza<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> li jirreferi għaliha l-Artikolu 2(c)(i) tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Minn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet flimkien jirriżulta li l-awtorità ġudizzjarja (imħallef jew prosekutur) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>kompetenti fil-każ ikkonċernat<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>, li tagħmel użu mill-Artikolu 2(c)(i) tad-Direttiva 2014/41, għandha s-setgħa abbażi tad-dritt intern li tordna, f’kawża purament interna, l-istess miżura li hija s-suġġett tal-OEI li l-ħruġ tagħha huwa inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, il-kompetenza sabiex tinħareġ OEI tikkorrispondi eżattament għall-konvenuta sabiex tadotta, skont id-dritt intern, ordni ta’ kontenut u ta’ portata simili fil-proċedura strettament domestika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>kompetenza<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> tal-Artikolu 2(c)(i) tad-Direttiva 2014/41 hija għalhekk maqsuma fi: a) il-kompetenza sabiex jintervjenu fi proċedimenti kriminali, minn naħa; u b) il-kompetenza sabiex tiġi adottata miżura speċifika fl-imsemmija proċedura, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Minkejja li s-sistema ta’ mandati ta’ arrest Ewropew (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>MAE<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat‑<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="017" PAGE.FIRST="45" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 17, p. 45</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 81, p. 24</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> u dik tal-OEI huma differenti, dan it-tieni strument lanqas ma jippermetti lill-Uffiċċju tal-Prosekutur iwettaq, fuq il-livell transkonfinali, dak li huwa pprojbit lilu fuq dak nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Jiena ttrattajt id-differenzi bejn is-sistema legali tal-MAE u dik tal-OEI fil-konklużjonijiet Staatsanwaltschaft (punti 46 sa 65). Jiena sostnejt li l-Uffiċċju tal-Prosekutur ma jistax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>jirratifika (bħala prerekwiżit għall-adozzjoni ta’ MAE) arrest tal-pulizija li l-kundizzjonijiet u l-effetti tiegħu marru lil hinn minn dawk tal-arresti li huwa stess jista’ jiddeċiedi<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> (konklużjonijiet fil-kawżi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>OG (Prosekutur ta’ Lübeck) u PI (Prosekutur ta’ Zwickau)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:337">EU:C:2019:337</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)). Ikun paradossali, fil-fatt, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>li kieku ma jistax jagħmel l-inqas (joħroġ mandat ta’ arrest nazzjonali għal perijodu qasir ta’ żmien) filwaqt li jista’ jagħmel l-iktar (joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew li jista’ jwassal għal terminu ta’ detenzjoni ħafna itwal)<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> (<HT TYPE="ITALIC">loc. cit</HT>., punt 76). Il-paradoss ma jkunx minuri, fil-fehma tiegħi, jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur ikun jista’ jitlob <HT TYPE="ITALIC">minnu nnifsu</HT> fi Stat Membru ieħor il-kisba ta’ prova li għaliha l-awtorizzazzjoni ta’ qorti tkun neċessarja fl-Istat tiegħu stess.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-OEI maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Bulgaru jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ miżuri li, f’ipoteżi purament interna, id-dritt nazzjonali jawtorizza biss imħallef jew qorti. B’mod partikolari, kif diġà ġie espost, dawn kienu erba’ OEI dwar it-trażmissjoni ta’ data dwar it-traffiku u l-lokalizzazzjoni ta’ ċerti komunikazzjonijiet elettroniċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni Bulgara li, f’din iċ-ċirkustanza, tirriżerva lil imħallef (u mhux lill-Uffiċċju tal-Prosekutur) id-deċiżjoni li jitlob lil operatur tat-telefonija għal aċċess għad-data dwar it-traffiku u dwar il-lokalizzazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi taqbel perfettament mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Rigward il-funzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur f’dak li jirrigwarda din il-miżura investigattiva speċifika, is-sentenza Prokuratuur tikkorrabora, jekk ikun il-każ, l-adegwatezza ta’ din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fil-qosor, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Bulgaru ma jistax joħroġ u jittrażmetti OEI fi Stat Membru ieħor sabiex jikseb prova li, kieku kellha titwettaq fil-Bulgarija, tista’ tinħareġ biss minn qorti. Dan l-Uffiċċju tal-Prosekutur huwa nieqes mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>kompetenza<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> li, skont l-Artikolu 2(c)(i) tad-Direttiva 2014/41, moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) tagħha, jikkostitwixxi l-kundizzjoni tar-rikonoxximent tiegħu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>awtorità emittenti<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li tingħata risposta għall-ewwel domanda preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, il-Bulgarija) kif ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>L-Artikolu 2(c)(i), flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE> dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Stat Membru ma jistax joħroġ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea sabiex jikseb id-data dwar it-traffiku u l-lokalizzazzjoni ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi meta, skont id-dritt intern ta’ dan l-Istat Membru, f’każ domestiku simili, huwa mħallef jew qorti li għandha il-kompetenza esklużiva sabiex tordna it-teħid ta’ din il-prova<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>