|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6176 |
14.10.2024 |
AVVIŻ TA’ REKLUTAĠĠ PE/312/2024/S
DIRETTUR ĠENERALI
(grupp ta’ funzjoni AD, grad 15)
Direttorat ġenerali 3 (Direttorat ġenerali għad-drittijiet taċ-ċittadini u l-affarijiet kostituzzjonali) (1)
(C/2024/6176)
1. Pożizzjoni vakanti
Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċidiet li tniedi proċedura għall-pożizzjoni ta’ direttur ġenerali (AD, grad 15) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali 3 (Direttorat Ġenerali għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali) skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”).
Din il-proċedura ta’ selezzjoni, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta’ kandidati, se tiżvolġi b’mod parallel mal-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta’ reklutaġġ.
Ir-remunerazzjoni u r-rekwiżiti tal-impjieg huma previsti fir-Regolamenti tal-Persunal. Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AD 15 (3). Ma’ dan is-salarju bażiku, li huwa soġġett għat-taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni u eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kondizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.
Il-kandidati għandhom jieħdu nota tal-obbligu impost mir-Regolamenti tal-Persunal fuq il-membri ġodda kollha tal-persunal li jwettqu b’suċċess perjodu ta’ probazzjoni ta’ disa’ xhur u fuq il-fatt li dan l-impjieg huwa soġġett għar-regolament dwar il-politika tal-mobbiltà, li ġie adottat mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Jannar 2018.
Dan l-impjieg jirrikjedi disponibbiltà kif ukoll kuntatt frekwenti ma’ nies fil-Parlament u barra minnu, b’mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Il-persuna reklutata bħala direttur se tkun mitluba twettaq missjonijiet frekwenti fil-postijiet tax-xogħol differenti tal-Parlament Ewropew u barra minnhom.
2. Post tax-xogħol
Brussell. Dan l-impjieg jaf jiġi trasferit lejn wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.
3. Opportunitajiet indaqs
Il-Parlament Ewropew japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, kemm jekk tkun ibbażata fuq il-ġeneru, l-etniċità, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.
4. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
Bħala uffiċjal ta’ livell għoli, il-persuna reklutata bħala direttur ġenerali, fid-dawl tal-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità parlamentari u mis-Segretarju Ġenerali, tkun inkarigata minn dawn il-kompiti (4):
|
— |
tiżgura l-funzjonament tajjeb ta’ dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali li jinkludi diversi direttorati li jkopru l-oqsma ta’ attività tad-Direttorat Ġenerali; |
|
— |
tipproponi żviluppi, tistabbilixxi l-objettivi u l-mezzi, timmaniġġja t-timijiet, tagħżel il-modi ta’ organizzazzjoni, tuża r-riżorsi finanzjarji; |
|
— |
timmaniġġja u/jew tissorvelja proġetti ta’ natura orizzontali; |
|
— |
tagħti pariri lis-Segretarju Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament dwar l-oqsma ta’ attività tagħhom – tikkoopera mal-ġurikonsult u mad-diretturi ġenerali l-oħra; |
|
— |
tirrappreżenta l-istituzzjoni, jekk ikun il-każ; |
|
— |
teżerċita l-funzjonijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti b’delega; |
|
— |
tiżgura, jekk ikun il-każ, is-sostituzzjoni temporanja tas-Segretarju Ġenerali. |
5. Rekwiżiti ta’ eleġibbiltà
Din il-proċedura ta’ selezzjoni hija miftuħa għall-kandidati kollha li, sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet, ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) Rekwiżiti ġenerali
Skont l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, jeħtieġ b’mod partikolari li l-kandidati:
|
— |
ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (5), |
|
— |
igawdu mid-drittijiet ċivili tagħhom; |
|
— |
ikunu ssodisfaw kull obbligu impost fuqhom mil-liġijiet dwar is-servizz militari; |
|
— |
joffru l-garanziji ta’ moralità mitluba għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti. |
(b) Rekwiżiti speċifiċi
(i)
|
— |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma rikonoxxuta uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni, meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ erba’ snin jew aktar, jew |
|
— |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma rikonoxxuta uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni flimkien ma’ esperjenza professjonali xierqa ta’ sena jew aktar (6) meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ tliet snin jew aktar. Id-diplomi, kemm jekk maħruġa fi Stat Membru tal-Unjoni jew f’pajjiż ieħor, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-Unjoni, bħall-ministeru tal-edukazzjoni ta’ Stat Membru. Il-kandidati li jkollhom diplomi maħruġa f’pajjiż mhux tal-UE (7) jeħtiġilhom jehmżu mal-applikazzjoni tagħhom ekwivalenza tal-UE għad-diplomi tagħhom. Għal aktar informazzjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki mhux tal-UE fin-networks ENIC-NARIC, ara https://www.enic-naric.net/. |
(ii)
Esperjenza professjonali miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija hawn fuq:
|
— |
ħmistax-il sena, eżerċitati, mill-inqas parzjalment, fl-oqsma ta’ attività tad-Direttorat Ġenerali u li jinkludu minimu ta’ disa’ snin f’ambjent Ewropew u/jew internazzjonali, u minimu ta’ disa’ snin f’funzjonijiet maniġerjali ta’ dipartiment kbir. |
(iii)
Il-pożizzjoni teżiġi għarfien fil-fond ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8), kif ukoll għarfien tajjeb ħafna ta’ mill-inqas lingwa waħda oħra minnhom.
Il-Kumitat Konsultattiv iqis ukoll l-għarfien ta’ lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.
6. Testijiet
Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tagħha, il-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatra ta’ Uffiċjali Għolja jistabbilixxi l-lista tal-kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau tal-Parlament Ewropew il-persuni li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta’ dawn il-persuni, filwaqt li l-Kumitat jagħmel l-intervisti u jippreżenta r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F’dan il-qafas, il-Bureau jkun jista’ jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.
L-intervisti jkunu bbażati fuq id-deskrizzjoni tal-funzjonijiet, kif imsemmija fil-punt 4 ta’ dan l-avviż, kif ukoll fuq il-kapaċitajiet li ġejjin:
|
— |
sens ta’ strateġija, |
|
— |
kapaċità maniġerjali, |
|
— |
kapaċità ta’ ppjanar bil-quddiem, |
|
— |
kapaċità ta’ reazzjoni għall-avvenimenti, |
|
— |
approċċ metikoluż, |
|
— |
kapaċità ta’ komunikazzjoni. |
7. Tressiq tal-applikazzjonijiet
Id-data li fiha jagħlqu l-applikazzjonijiet hija:
it-Tnejn, 28 ta’ Ottubru 2024, f’12.00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell.
Il-kandidati huma mitluba jibagħtu, permezz ta’ email biss, f’format pdf, ittra ta’ motivazzjoni (Għall-attenzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, Avviż ta’ reklutaġġ numru PE/312/2024/S) u curriculum vitae fil-format tal-Europass (9), b’indikazzjoni tar-referenza tal-avviż (PE/312/2024/S) fis-suġġett tal-messaġġ, fl-indirizz li ġej:
PERS-EPSeniorManagement@ep.europa.eu
u jitqiesu bħala prova d-data u l-ħin tat-trażmissjoni tal-email.
Il-kandidati jeħtiġilhom jiżguraw li d-dokumenti skennjati jkunu jistgħu jinqraw.
Il-kandidati li jissejħu għal intervista għandhom jieħdu nota li jeħtiġilhom jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw fil-preżent (10) . L-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma jingħata lura lill-kandidati.
Id-data ta’ natura personali li l-kandidati jibagħtu fil-qafas ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni se tkun ipproċessata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), speċjalment f’dak li jirrigwarda l-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta’ tali data.
(1) L-isem tad-Direttorat Ġenerali huwa indikattiv biss, l-isem definittiv tiegħu u l-ismijiet tad-direttorati se jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni separata mill-awtorità kompetenti.
(2) Ara r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) u l-aħħar darba mir-Regolament (UE, Εuratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(3) Bħala uffiċjal, il-persuna reklutata tingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.
(4) Għall-kompiti prinċipali, ara l-anness.
(5) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja.
(6) Din is-sena ta’ esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.
(7) Il-kwalifiki/diplomi Brittaniċi miksuba sal-31 ta’ Diċembru 2020 jiġu aċċettati mingħajr rikonoxximent ieħor. Għad-diplomi miksuba wara din id-data, huwa meħtieġ rikonoxximent NARIC. Fil-prattika, dan ifisser li d-diplomi Brittaniċi mogħtija mill-1 ta’ Jannar 2021 iridu jkunu akkumpanjati minn ekwivalenza mogħtija minn awtorità kompetenti ta’ Stat li jkun membru tal-UE.
(8) Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.
(9) https://europa.eu/europass/
(10) Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew fid-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet. Hija r-responsabbiltà tal-kandidati li jiżguraw li s-servizzi tal-Parlament ikollhom il-fajl komplut li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tagħhom (fil-każ li xi dokumenti rilevanti jkunu neqsin fil-portal HRM (Streamline)).
(11) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
Direttorat Ġenerali 3 (Direttorat ġenerali għad-drittijiet taċ-ċittadini u l-affarijiet kostituzzjonali (1)
Dmirijiet prinċipali
|
— |
Jiddefinixxi l-istrateġija tad-Direttorat Ġenerali, jorganizza u jikkoordina l-attività tiegħu; |
|
— |
Jiżgura l-organizzazzjoni u l-funzjonament tajjeb tal-attivitajiet kollha relatati mal-kumitati parlamentari u tad-dipartimenti tematiċi fl-oqsma tad-drittijiet taċ-ċittadini u l-affarijiet kostituzzjonali; |
|
— |
Jiżgura l-assistenza u l-appoġġ istituzzjonali għall-kumitati parlamentari kompetenti fl-oqsma tad-drittijiet taċ-ċittadini u l-affarijiet kostituzzjonali; |
|
— |
Jipprovdi konsulenza speċjalizzata u għarfien espert lill-kumitati, lill-korpi parlamentari l-oħra u lill-President tal-Parlament, permezz ta’ briefings, analiżijiet fil-fond u studji dwar l-aspetti kollha tad-drittijiet taċ-ċittadini u l-affarijiet kostituzzjonali; |
|
— |
Jagħti pariri lis-Segretarju Ġenerali u jikkoopera mal-ġurikonsult u mad-Diretturi Ġenerali l-oħra; |
|
— |
Jirrappreżenta u/jew jiżgura r-rappreżentanza tad-Direttorat Ġenerali fil-korpi tal-Parlament, fil-laqgħat interni, fil-fora interistituzzjonali u fil-kumitati konġunti jew f’kumitati oħra u jiżgura s-segwitu tagħhom; |
|
— |
Jiżgura l-ġestjoni tal-persunal; Jorganizza u jippresiedi diversi laqgħat ta’ ġestjoni (diretturi, kapijiet ta’ unità) kull xahar; |
|
— |
Jamministra l-posta assenjata lid-Direttorat Ġenerali u jivverifika l-posta kollha li toħroġ iffirmata mis-Segretarju Ġenerali u mill-President; |
|
— |
Jeżerċita l-funzjonijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti b’delega. |
DIRETTORAT A
|
— |
Jiżgura d-direzzjoni, il-koordinazzjoni u t-tmexxija tal-unitajiet u tas-servizzi tad-Direttorat, kif ukoll il-ġestjoni tal-persunal u l-organizzazzjoni ġenerali tad-Direttorat; |
|
— |
Jagħti pariri lill-Membri tal-Parlament fl-oqsma ta’ attività tagħhom u jgħinhom bħala membri tal-kumitati parlamentari tad-Direttorat, u b’mod partikolari l-presidenti u r-rapporteurs, fil-qadi ta’ dmirijiethom; |
|
— |
Jipprovdi għarfien espert ta’ livell għoli, analiżi aġġornata u riċerka indipendenti lill-kumitati parlamentari fl-oqsma koperti mid-Direttorat; |
|
— |
Jiżgura l-ġestjoni tal-proġetti fl-oqsma ta’ attività tal-unitajiet u tas-servizzi tad-Direttorat; |
|
— |
Jirrappreżenta l-istituzzjoni f’diversi kumitati interni u fora interistituzzjonali; |
|
— |
Jeżerċita l-funzjoni ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega. |
DIRETTORAT B
|
— |
Jiżgura d-direzzjoni, il-koordinazzjoni u t-tmexxija tal-unitajiet u tas-servizzi tad-Direttorat, kif ukoll il-ġestjoni tal-persunal u l-organizzazzjoni ġenerali tad-Direttorat; |
|
— |
Jagħti pariri lill-Membri tal-Parlament fl-oqsma ta’ attività tagħhom u jgħinhom bħala membri tal-kumitati parlamentari tad-Direttorat, u b’mod partikolari l-presidenti u r-rapporteurs, fil-qadi ta’ dmirijiethom; |
|
— |
Jipprovdi għarfien espert ta’ livell għoli, analiżi aġġornata u riċerka indipendenti lill-kumitati parlamentari fl-oqsma koperti mid-Direttorat; |
|
— |
Jiżgura l-ġestjoni tal-proġetti fl-oqsma ta’ attività tal-unitajiet u tas-servizzi tad-Direttorat; |
|
— |
Jirrappreżenta l-istituzzjoni f’diversi kumitati interni u fora interistituzzjonali; |
|
— |
Jeżerċita l-funzjoni ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega. |
(1) L-isem tad-Direttorat Ġenerali huwa indikattiv biss, l-isem definittiv tiegħu u l-ismijiet tad-direttorati se jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni separata mill-awtorità kompetenti.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6176/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)