<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-227/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0227</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:842">EU:C:2017:842</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20171109">9.11.2017</DATE> – Kawża C‑227/16</P><P>Arts</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Politika agrikola komuni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 73/2009</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ pagament uniku</KEYWORD><KEYWORD>Persuna li trabbi l-għoġġiela li kkonkludiet kuntratt ta’ integrazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola kuntrattwali li bis-saħħa tagħha l-pagament uniku huwa dovut lill-impriża ta’ integrazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑227/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (qorti tal-appell ta’ Arnhem-Leuvarde, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20160419">19 ta’ April 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160422">22 ta’ April 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Jan Theodorus Arts</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Veevoederbedrijf Alpuro BV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn A. Borg Barthet (Relatur), li qed jaġixxi bħala President tal-Awla, M. Berger u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Veevoederbedrijf Alpuro BV, minn J. Geerts, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Bouquet u I. Galindo Martín, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 30, p. 16</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Jan Theodorus Arts u Veevoederbedrijf Alpuro BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Alpuro<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar il-validità ta’ klawżola kuntrattwali li bis-saħħa tagħha l-appoġġ li għalih huwa għandu dritt taħt l-iskema ta’ pagament uniku huwa dovut lil Alpuro.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 25 u 27 tar-Regolament Nru 73/2009 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(25)</NO.P><TXT>L-iskemi ta’ appoġġ taħt il-[politika agrikola komuni (PAK)] jipprovdu għal appoġġ permezz ta’ dħul dirett b’mod partikolari bil-għan li jiġi żgurat livell ta’ għajxien ġust għall-komunità agrikola. Dak l-objettiv huwa relatat mill-qrib mal-manteniment taż-żoni rurali. Biex tkun evitata kwalunkwe allokazzjoni ħażina tal-fondi tal-Komunità, l-ebda pagamenti ta’ appoġġ m’għandhom isiru lill-bdiewa li artifiċjalment ħolqu l-kondizzjonijiet mitluba biex jinkisbu tali pagamenti.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(27)</NO.P><TXT>Ir-Regolament [tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269)] stabbilixxa skema ta’ pagament uniku li għaqqdet id-diversi mekkaniżmi ta’ appoġġ eżistenti fi skema unika ta’ pagamenti diretti diżakkoppjati. […]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 73/2003 jipprevedi li dan ir-regolament jistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>skema ta’ appoġġ ta’ dħul għall-bdiewa (minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>l-iskema ta’ pagament uniku<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>)<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Bidwi li jirċievi pagamenti diretti għandu jissodisfa l-ħtiġiet ta’ ġestjoni statutorji mniżżla fl-Anness II u l-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikolu 6.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 73/2009 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-kondizzjonijiet amministrattivi statutorji elenkati fl-Anness II għandhom ikunu stabbiliti mil-leġislazzjoni Komunitarja fl-oqsma li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>saħħa tal-pubbliku, tal-annimali u l-pjanti,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ambjent,</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>benessri tal-annimali.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-art agrikola kollha, speċjalment art li m’għadhiex tintuża għal finijiet ta’ produzzjoni, tinżamm f’kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba. […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 33(1)(a) tal-imsemmi regolament jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għandu jkun hemm appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament uniku għall-bdiewa jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ikollhom drittijiet għal pagament li jkunu kisbu skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jiksbu drittijiet għal pagament skont dan ir-Regolament […]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-kwalita tiegħu bħala persuna li trabbi l-għoġġiela, J. T. Arts ikkonkluda fl-2008 kuntratt ta’ integrazzjoni ma’ Alpuro (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kuntratt ta’ integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) li permezz tiegħu huwa jimpenja ruħu jixtri minn Alpuro għoġġiela tat-twelid kif ukoll għalf intiż għat-tismin tagħhom. Fi tmiem kull wieħed minn sitt ċikli ta’ tismin previsti fil-kuntratt ta’ integrazzjoni, Alpuro kienet tixtri mill-ġdid l-għoġġiela msemmna minn J. T. Arts. Dawn iċ-ċikli ta’ tismin, ta’ tul ta’ madwar 26 ġimgħa kull wieħed, ġew imqassma fi tliet gruppi, fejn l-ewwel wieħed beda fil-<DATE ISO="20090305">5 ta’ Marzu 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 6 u 13 tal-kuntratt ta’ integrazzjoni, J. T. Arts kien jirċievi benefiċċju ta’ tismin ta’ EUR 200 fis-sena għal kull għoġol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9 ta’ dan il-kuntratt, id-dħul kollu u r-remunerazzjonijiet kollha li J. T. Arts kellu dritt għalihom taħt l-iskema ta’ pagament uniku fir-rigward tat-trobbija u tat-tismin tal-għoġġiela abbażi ta’ dan il-kuntratt kienu dovuti kompletament lil Alpuro, fejn barra minn hekk J. T. Arts kien obbligat jissodisfa l-kundizzjonijiet mitluba sabiex ikun jista’ jibbenefika mill-imsemmi dħul u mill-imsemmija remunerazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10 tal-kuntratt ta’ integrazzjoni, il-prezz tal-bejgħ tal-għoġġiela msemmna lil Alpuro kien jiġi kkalkolat billi mal-prezz tax-xiri tal-għoġġiela tat-twelid tiżdied l-ispiża tal-għalf użat għat-tismin tagħhom flimkien ma’ spejjeż oħra sostnuti għat-trobbija tagħhom, u billi jitnaqqsu r-remunerazzjonijiet taħt l-iskema ta’ pagament uniku. Barra minn hekk, ġiet applikata korrezzjoni sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni d-differenzi li l-għoġġiela kellhom meta mqabbla man-norma teknika prevista fl-Artikolu 7 ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Matul l-2012, tqajmet tilwima bejn il-partijiet dwar l-ammont tal-pagament uniku mħallas lil J. T. Arts għall-2010 sal-2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>J. T. Arts ressaq kawża quddiem ir-Rechtbank Gelderland (qorti ta’ Gelderland, il-Pajjiżi l-Baxxi) li quddiemha sostna, b’mod partikolari, li l-Artikolu 9 tal-kuntratt ta’ integrazzjoni jmur kontra l-għanijiet tar-Regolament Nru 1782/2003 sa fejn dan jobbligah iċedi l-appoġġ għad-dħul intiż sabiex huwa jiġi żgurat livell ta’ għajxien ġust lil Alpuro, li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex tibbenefika mill-iskema ta’ pagament uniku u lanqas ma hija suġġetta għar-rekwiżiti fil-qasam tal-ekokundizzjonalità previsti minn dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, Alpuro ssostni quddiem din l-istess qorti li l-pagament uniku li għalih J. T. Arts għandu dritt jikkostitwixxi element fil-kalkolu tal-prezz tal-bejgħ tal-għoġġiela msemmna u li hija ma titlob l-ebda appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament uniku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Wara li r-rikors tiegħu ġie miċħud permezz ta’ sentenza tar-Rechtbank Gelderland (qorti ta’ Gelderland), J. T. Arts appella minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju li qieset li r-riżoluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali kienet tiddependi mill-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (qorti tal-appell ta’ Arnhem-Leeuwarden, il-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-għanijiet tar-Regolament [Nru 73/2009], jiġifieri li jiġi żgurat livell ta’ għajxien ġust għall-bdiewa permezz ta’ appoġġ dirett għad-dħul u li jiġu promossi s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali, hija valida serje ta’ klawżoli f’kuntratt konkluż bejn semmien tal-għoġġiela u impriża ta’ integrazzjoni […] li minnha jirriżulta li l-pagament uniku mogħti lis-semmien tal-għoġġiela abbażi tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq huwa dovut lill-impriża ta’ integrazzjoni permezz tat-tnaqqis tiegħu mill-prezz tal-għoġġiela msemmna?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva, il-qorti nazzjonali, fid-dawl tal-kunflitt eżistenti mal-għanijiet tar-Regolament Nru 73/2009, għandha s-setgħa tbiddel il-kuntratt abbażi tal-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">rebus sic stantibus</HT> b’mod li d-dannu kkawżat min-nullità lill-impriża ta’ integrazzjoni jiġi nnewtralizzat kompletament jew parzjalment, b’mod partikolari billi jitnaqqas il-prezz tal-għoġġiela msemmna?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk ir-Regolament Nru 73/2009 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi klawżola kuntrattwali li bis-saħħa tagħha l-ammont tal-appoġġ li għalih il-persuna li trabbi l-għoġġiela għandha dritt taħt l-iskema ta’ pagament uniku huwa dovut lil impriża ta’ integrazzjoni li magħha kkonkluda l-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hemm lok li jitfakkar li, għalkemm kuntratt huwa kkaratterizzat mill-prinċipju tal-awtonomija tal-volontà, li b’mod partikolari jgħid li l-partijiet huma ħielsa li jikkommettu ruħhom lejn xulxin, limitazzjonijiet għal din il-libertà kuntrattwali jistgħu madankollu jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Harms</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑434/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:285">EU:C:2010:285</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-libertà kuntrattwali li għandha l-persuna intitolata għal drittijiet għal pagament ma tippermettilhiex li tidħol f’impenji li jmorru kontra l‑għanijiet tar-Regolament Nru 73/2009 (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Harms</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑434/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:285">EU:C:2010:285</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, skont l-Artikolu 1(b) ta’ dan ir-regolament, l-iskema ta’ pagament uniku jikkostitwixxi appoġġ għad-dħul għall-bdiewa. Skont il-premessa 25 tal-istess regolament, l-għan li jikkonsisti f’li jiġi żgurat livell ta’ għajxien ġust lill-komunità agrikola huwa strettament marbut mal-konservazzjoni taż-żoni rurali, billi kull bidwi li jirċievi pagamenti diretti huwa obbligat, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 73/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) u mal-Artikolu 6(1) tiegħu, josserva ċerti regoli li jirrigwardaw l-ambjent, is-sigurtà tal-ikel, is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, il-benesseri tal-annimali u ż-żamma tal-art f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, la r-Regolament Nru 73/2009 u lanqas ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009, tad-<DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 316, p. 1</REF.DOC.OJ>), ma jimponu fuq il-benefiċjarju tal-iskema ta’ pagament uniku l-obbligu li jalloka l-appoġġ rċevut taħt din l-iskema għal użu preċiż. Fil-fatt, peress li l-pagament uniku huwa intiż bħala appoġġ għad-dħul, l-użu tiegħu ma huwiex, min-natura tiegħu, limitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, huwa minnu li l-appoġġ għal-2010 sal-2012 tħallas lil J. T. Arts. Madankollu, il-partijiet fil-kuntratt ta’ integrazzjoni ftiehmu, essenzjalment, li l-appoġġ li għalih J. T. Arts kellu dritt taħt l-iskema ta’ pagament uniku kien dovut kompletament lil Alpuro. Fil-prattika, dan l-appoġġ kien tnaqqas mill-prezz li Alpuro kellha tħallas għax-xiri tal-għoġġiela msemmna, konformement mal-Artikoli 9 u 10 ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Tali klawżola kuntrattwali tqajjem il-kwistjoni dwar jekk l-intenzjoni tal-imsemmija partijiet kinitx li Alpuro ssir il-benefiċjarja reali tal-imsemmi appoġġ, bi ksur tal-għanijiet tar-Regolament Nru 73/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li jkun manifestament kuntrarju għall-imsemmija għanijiet li persuni jew entitajiet li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet previsti minn dan ir-regolament ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament uniku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Harms</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑434/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:285">EU:C:2010:285</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, impriża ta’ integrazzjoni ma tistax titqies li hija l-benefiċjarja reali ta’ dan l-appoġġ meta l-persuna li trabbi, li timpenja ruħha li tittrasferixxih lil tali impriża, jikseb korrispettiv għalih. F’dan il-każ, fil-fatt, il-persuna li trabbi tibbenefika effettivament mill-imsemmi appoġġ u tallokah għall-użu li hija tagħżel liberament, kif jirriżulta mill-punt 22 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, ma huwiex ikkontestat quddiem il-qorti tar-rinviju li t-trasferiment tal-appoġġ li għalih J. T. Arts kellu dritt taħt l-iskema ta’ pagament uniku seħħ fil-kuntest ta’ numru ta’ vantaġġi u obbligi reċiproċi nnegozjati bejn il-partijiet fil-kuntratt ta’ integrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jitqies li ġew ippreġudikati l-għanijiet tar-Regolament Nru 73/2009, kif imfakkra fil-punt 21 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li r-Regolament Nru 73/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix klawżola kuntrattwali li bis-saħħa tagħha l-ammont tal-appoġġ li għalih il-persuna li trabbi l-għoġġiela għandha dritt taħt l-iskema ta’ pagament uniku huwa dovut lil impriża ta’ integrazzjoni meta t-trasferiment ta’ dan l-appoġġ taqa’ fil-kuntest ta’ vantaġġi u obbligi reċiproċi nnegozjati bejn il-partijiet fil-kuntratt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix klawżola kuntrattwali li bis-saħħa tagħha l-ammont tal-appoġġ li għalih il-persuna li trabbi l-għoġġiela għandha dritt taħt l-iskema ta’ pagament uniku huwa dovut lil impriża ta’ integrazzjoni meta t-trasferiment ta’ dan l-appoġġ taqa’ fil-kuntest ta’ vantaġġi u obbligi reċiproċi nnegozjati bejn il-partijiet fil-kuntratt.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>