|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2259 |
19.3.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11445 – CARLYLE / GTCR / RESONETICS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/2259)
1.
Fit-12 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
The Carlyle Group, Inc. (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
GTCR LLC (“GTCR”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Regatta Laser Holdings, LLC (“Resonetics HoldCo”, l-Istati Uniti tal-Amerika), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn GTCR. Regatta Laser Holdings, LLC hija l-kumpanija azzjonarja ta’ Resonetics LLC u Resonetics Swiss Holdings GmbH, flimkien mas-sussidjarji rispettivi tagħhom (“Resonetics”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Carlyle u GTCR se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Resonetics.
Il-konċentrazzjoni titwettaq b’mezzi kuntrattwali.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Carlyle hija maniġer tal-assi alternattivi globali, li timmaniġġja fondi li jinvestu globalment fi tliet dixxiplini ta’ investiment: (i) Ekwità Privata Globali (inklużi fondi ta’ ekwità privata korporattiva, proprjetà immobbli u riżorsi naturali); (ii) Kreditu Globali (inkluż kreditu likwidu, kreditu illikwidu u kreditu tal-assi reali); u (iii) Soluzzjonijiet ta’ Investiment (programm ta’ fond ta’ fondi ta’ ekwità privata, li jinkludi fond primarju, attivitajiet sekondarji u attivitajiet ta’ koinvestiment relatati), |
|
— |
GTCR hija ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq l-investiment f’kumpaniji li qed jikbru fl-industriji tas-Servizzi Finanzjarji u t-Teknoloġija, tal-Kura tas-Saħħa, tat-Teknoloġija, tal-Midja u t-Telekomunikazzjoni u tas-Servizzi tan-Negozju, |
|
— |
Resonetics hija organizzazzjoni indipendenti ta’ kuntratti tat-teknoloġija medika għall-iżvilupp u l-manifattura (CDMO) li tispeċjalizza fil-mikromanifattura kumplessa ta’ komponenti, impjanti, subassemblaġġi, u apparati lesti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11445 – CARLYLE / GTCR / RESONETICS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Postal address:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2259/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)