European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/222

27.1.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/222

tal-20 ta’ Jannar 2026

li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati f’isem l-Unjoni Ewropea għall-konklużjoni ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Commonwealth tal-Awstralja, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Commonwealth tal-Awstralja fi programmi tal-Unjoni u l-assoċjazzjoni tal-Commonwealth tal-Awstralja ma’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 186 u 212 flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

Jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Commonwealth tal-Awstralja fi programmi tal-Unjoni u l-assoċjazzjoni tal-Commonwealth tal-Awstralja mal-Pilastru II ta’ Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021–2027),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tiftaħ negozjati, f’isem l-Unjoni, għal ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Commonwealth tal-Awstralja fi programmi tal-Unjoni u l-assoċjazzjoni tal-Commonwealth tal-Awstralja ma’ Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021–2027).

Artikolu 2

In-negozjati għandhom jitmexxew abbażi tad-direttivi tan-negozjati tal-Kunsill li huma stabbiliti fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni hija b’dan innominata bħala n-negozjatur tal-Unjoni.

Artikolu 4

In-negozjati għandhom jitmexxew f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Asja u l-Oċeanja għal kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Commonwealth tal-Awstralja fi kwalunkwe programm tal-Unjoni u mal-Grupp ta’ Ħidma dwar ir-Riċerka għal kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni tal-Commonwealth tal-Awstralja fil-programm Orizzont Ewropa.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KERAVNOS


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/222/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)