31992R3801



Official Journal L 384 , 30/12/1992 P. 0009 - 0012
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0155
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0155


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3801/92

tat-23 ta' Diċembru 1992

dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/92 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3800/87 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa ma' l-imsemmi Regolament, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija għal kollox jew f'parti bbażata fuqha jew li żżidilha kull suddiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan li jigu applikati tariffi jew miżuri oħra dwar il-kummerċ fl-oġġetti;

Billi bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċijiet NM xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imfissra fil-kolonna 3;

Billi huwa xieraq li, l-informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jiġu invokati skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 65 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3796/90 [3] għall-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur jekk kuntratt li jorbot ġie konkluż kif hemm maħsub fl-Artikolu 14(3) (a) jew (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1715/90 [4];

Billi dan ir-Regolament jirrigwarda ukoll prodotti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1074/80 [5]; billi, għalhekk, dan ta' l-aħħar għandu jitħassar;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet NM xierqa indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jiġu invokati skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/90 għall-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur jekk kuntratt li jorbot ġie konkluż kif hemm maħsub fl-Artikolu 14(3) (a) jew (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1715/90 (4);

Artikolu 3

Ir-Regolament (KEE) Nru 1074/86 huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-23 ta' Diċembru 1992.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] Ara paġna 8 ta' dan il-ĠU.

[3] ĠU L 365, tat-28.12.1990, p. 17.

[4] ĠU L 160, tas-26.6.1990, p. 1.

[5] ĠU L 113, ta' l-1.5.1980, p. 54.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni | Klassifikazzjoni NM | |

| |

(1) | (2) | (3) |

1.Żraben għat-taħriġ bil-pettijiet ta' barra tal-lastiku jew plastiks b'disinni goffi u l-biċċa ta' fuq ta' materjal tessili fuq liema strixxi tal-ġild u/jew materjal tat-tessut miksi bil-plastik huma meħjuta esternament f'diversi kombinazzjonijiet, li jkopru l-wiċċ sa approssimattivament 70 %. (Ara l-iskizz Nri 1 sa 6) | 61061000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda bin-noti 3 u 4(a) u n-nota addizzjonali 1 sal-Kapitolu 64 u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 6404 u 64041100. Wara t-tneħħija ta' l-istrixxi tal-ġilda u/jew il-materjal tat-tessut miksi bil-plastik, li kollha huma meqjusa bħala rinforzi, il-wiċċ estern tal-biċċiet ta' fuq jikkonsisti għal kollox min materjal tat-tessut. |

2.Żraben tat-taħriġ b'pett ta' barra tal-lastiku, pett ta' ġewwa twil 27 ċm u l-biċċa ta' fuq fuq barra li għandhom meħjutin strixxi jew biċċiet tal-ġilda li jkopru 40 % tal-wiċċ. | 61091000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, bin-nota 4 (a) u n-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 64 u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 6404 u 640499 u 64029993. |

3.Żraben tat-taħriġ bil-pettijiet ta' barra tal-plastik u l-biċċa ta' fuq tat-tessut li għandhom meħjutin f'diversi punti biċċiet tal-ġilda (65 %) u plastiks (18 %) (Ara l-iskizz Nru 7) | 61046210 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, bin-noti 3 u 4(a) u n-nota addizjonali 1 tal-Kapitolu 64 u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 6404 u 64041100. Wara t-tneħħija tal-biċċiet tal-ġilda u tal-plastiks, li kollha huma kkunsidrati bħala rinforzi, il-wiċċ estern tal-biċċiet ta' fuq jikkonsisti għal kollox minn ta' materjal tat-tessut. |

4.Żraben tat-taħriġ li jgħattu l-għaksa, bil-pettijiet ta' barra ta' lastiku b'pattern goff u biċċiet ta' fuq tal-plastik (79 %) u ġilda (21 %) li jkopru kompletament il-qafas intern tat-tessut, li jservi bħala inforra li fuqu l-ġilda u l-plastiks jinħietu. (Ara skizz Nru 8) | 61143000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, bin-nota 4(a) u n-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 64 u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 6402, 640291 u 64029190 |

5Żraben li jgħattu l-għaksa b'in-soles ta' mhux anqas minn 24 ċm, pettijiet ta' barra tal-lastiku b'pattern goff u l-biċċiet ta' fuq tal-ġilda (84 % u plastiks (16 %) li jgħattu għal kollox qafas intern ta' materjal tat-tessut li ma jistax iservi nnifsu bħala l-parti ta' barra tal-biċċa ta' fuq. Il-ġilda u l-plastiks huma meħjutin fuq il-qoxra (Ara l-iskizz Nru 9) | 64039113 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, bin-noti 3 u 4(a) u n-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 64 u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 6403, 640391 u 64039113 |

6Buts tal-ħajking u t-trekking li jgħattu l-għaksa, bil-pettijiet ta' barra tal-lastiku b'pattern goff u l-biċċiet ta' fuq ikollhom bootee tat-tessut, li fuqhom hemm meħjutin biċċiet tal-ġilda li jkopru madwar 80 % tal-wiċċ estern li jeskludi l-arja ta' l-ilsien integrali (Ara l-iskizz Nru 10) | 64041990 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, bin-nota 4(a) u n-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 64 u bil-kliem tal-kodiċijiet 6404, 640419 u 64041990 Wara t-tneħħija tal-biċċiet tal-ġilda, li kollha jitqiesu bħala rinforzar, il-wiċċ estern tal-biċċiet ta' fuq jikkonsisti għal kollox minn materja tat-tessut |

+++++ TIFF +++++

No 1 AMaterjal tat-tessut (visibbli), madwar 31 %BLeather, approximately 69 % | |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Nr. 3 ATextile material (visible), approximately 43 %BLeather, approximately 57 %No 4 ATextile material (visible), approximately 32 %BLeather, approximately 65 %CTextile material covered in plastic, approximately 3 %Nr. 5 ATextile material (visible), approximately 30 %BLeather, approximately 70 %No 6 ATextile material (visible), approximately 32 %BLeather, approximately 31 %CTextile material covered in plastic, approximately 37 % | |

+++++ TIFF +++++

No 10 AMaterjal tat-tessutBġildaCMaterjal tal-plastik |

--------------------------------------------------