|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1952 |
3.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1952
tad-29 ta’ Settembru 2025
dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tal-Anoplophora glabripennis (Motschulsky) u għall-qerda u t-trażżin ta’ dak il-pest f’ċerti żoni demarkati u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/893
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/893 (2) tistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u tat-tixrid fl-Unjoni tal-Anoplophora glabripennis (Motschulsky) (“il-pest speċifikat”). |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (3) jistabbilixxi, fil-Parti B tal-Anness II tiegħu, il-lista ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni li huma magħrufa li jokkorru fit-territorju tal-Unjoni. |
|
(3) |
Il-pest speċifikat huwa inkluż fil-lista li tinsab fil-Parti B tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, peress li huwa magħruf li jokkorri f’ċerti partijiet tat-territorju tal-Unjoni. Huwa pest polifagu rrapportat li għandu impatt fuq ħafna speċijiet ta’ pjanti differenti fit-territorju tal-Unjoni. |
|
(4) |
Il-pest speċifikat huwa elenkat ukoll fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 (4) bħala pest ta’ prijorità. |
|
(5) |
Il-pjanti li huma ospitanti tal-pest speċifikat (“pjanti ospitanti”) jenħtieġ li jkunu soġġetti għal stħarriġiet sabiex tiġi żgurata d-detezzjoni mill-aktar fis possibbli tal-pest speċifikat. |
|
(6) |
Diversi pjanti ospitanti jistgħu jintużaw biex jattiraw il-pest speċifikat u b’hekk jiddelimitaw il-preżenza tiegħu f’każ ta’ sejba. F’dan ir-rigward, dawn jenħtieġ li jissejħu “pjanti sentinella”. |
|
(7) |
Il-pjanti ospitanti, li fil-passat instabu li kienu infestati mill-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, x’aktarx li jikkontribwixxu għat-tixrid tiegħu. Dawn jenħtieġ li jissejħu “pjanti speċifikati”. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal ċerti miżuri għall-qerda jew għat-trażżin, kif applikabbli, fiż-żoni demarkati. |
|
(8) |
Sabiex jiġu żgurati d-detezzjoni bikrija u l-qerda tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, fejn il-pest speċifikat ma jkunx magħruf li jokkorri, jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu stħarriġiet annwali. Tali stħarriġiet jenħtieġ li jkopru l-pjanti ospitanti kollha, sabiex ikunu l-aktar effettivi. Dawk l-istħarriġiet jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-parir xjentifiku tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) li jinsab fil-Linji Gwida Ġenerali għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju għall-pesti tal-pjanti (5). |
|
(9) |
Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031, kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornat pjan ta’ kontinġenza għal kull pest ta’ prijorità li jkun jista’ jidħol u jiġi stabbilit fit-territorju tiegħu. Abbażi tal-esperjenza minn tifqigħat preċedenti, jeħtieġ li jiġu adottati regoli speċifiċi li jimplimentaw l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/2031 sabiex jitfassal pjan ta’ kontinġenza komprensiv f’każ ta’ sejbiet tal-pest speċifikat fl-Unjoni. |
|
(10) |
Sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni u filwaqt li titqies il-kapaċità tat-tixrid tiegħu, jenħtieġ li l-wisa’ ta’ żona ta’ lqugħ tkun mill-inqas 2 km lil hinn mill-konfini taż-żona infestata. |
|
(11) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri ta’ qerda u biex jiġi evitat it-tixrid ulterjuri tal-pest speċifikat fil-bqija tat-territorju tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-istħarriġ annwali taż-żoni demarkati. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju għall-pesti tal-pjanti sabiex jadattaw għall-aktar evidenza xjentifika u teknika aġġornata. |
|
(12) |
Sabiex jiġi żgurat rispons proporzjonat għar-riskju fitosanitarju rispettiv mill-pest speċifikat, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għat-tnaqqis tad-daqs taż-żoni demarkati, derogi mill-istabbiliment tagħhom u l-abolizzjoni tagħhom. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli, biex jiġi żgurat li l-pest speċifikat ma jinxteridx fil-bqija tat-territorju tal-Unjoni. |
|
(13) |
F’każijiet ta’ sejbiet iżolati tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, l-istabbiliment ta’ żona demarkata jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ jekk il-pest speċifikat ikun jista’ jiġi eliminat mill-pjanti rispettivi, u jekk ikun hemm evidenza li dawk il-pjanti kienu infestati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona, jew jekk is-sejba konkreta ma tkunx mistennija twassal għall-stabbiliment tal-pest speċifikat. Dan huwa l-aktar approċċ proporzjonat, dment li l-istħarriġiet imwettqa fiż-żona kkonċernata jikkonfermaw in-nuqqas tal-pest speċifikat. Madankollu, f’każijiet speċifiċi ħafna, fejn il-feġġ u t-tixrid tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni jistgħu jiġu esklużi b’mod inekwivoku u r-riskju rispettiv jitqies negliġibbli, tali sorveljanza mhijiex ġustifikata u għalhekk jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa. |
|
(14) |
F’ċerti żoni tat-territorju tal-Unjoni, il-qerda tal-pest speċifikat ma għadhiex possibbli. Għalhekk, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jitħallew japplikaw miżuri għat-trażżin ta’ dak il-pest f’dawk iż-żoni, minflok il-qerda tiegħu. |
|
(15) |
Il-miżuri fiż-żoni demarkati taħt trażżin jenħtieġ li jkunu inqas stretti mill-miżuri għall-qerda, iżda jenħtieġ li jiżguraw approċċ ta’ stħarriġ diliġenti u t-teħid ta’ azzjonijiet ta’ prekawzjoni, prinċipalment fiż-żoni ta’ lqugħ rispettivi, sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat lejn il-bqija tat-territorju tal-Unjoni. |
|
(16) |
Meta wieħed iżomm f’moħħu li l-miżuri li jikkonċernaw iż-żoni demarkati għat-trażżin huma inqas stretti, jenħtieġ li l-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ tiżdied għal mill-inqas 4 km biex jiġi żgurat li l-pest speċifikat ma jinxteridx barra minn dawk iż-żoni demarkati. |
|
(17) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b’kull żona demarkata għat-trażżin li jkollhom l-intenzjoni li jiddeżinjaw jew jimmodifikaw, sabiex il-Kummissjoni tikseb perspettiva tat-tixrid tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, u sabiex tkun tista’ tinkludi ż-żona rispettiva f’lista ta’ żoni demarkati għat-trażżin fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
|
(18) |
Sabiex tiġi żgurata t-tneħħija immedjata tal-pjanti infestati u sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-pest speċifikat lejn il-bqija tat-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li l-istħarriġiet taż-żoni ta’ lqugħ jitwettqu kull sena fl-aktar żmien xieraq tas-sena u b’intensità suffiċjenti, filwaqt li titqies il-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw ulterjorment il-pjanti ospitanti fiż-żoni infestati għat-trażżin. |
|
(19) |
Sabiex jiġi evitat it-tixrid possibbli tal-pest speċifikat ’il barra miż-żoni demarkati, l-intensità tal-istħarriġ annwali madwar il-postijiet tal-produzzjoni fiż-żoni demarkati jenħtieġ li tkun aktar intensiva milli fil-bqija ta’ dawn iż-żoni. |
|
(20) |
Il-miżuri li jinsabu fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/893 dwar l-introduzzjoni u l-moviment fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti speċifikati huma inklużi fl-Annessi VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, filwaqt li l-miżuri tiegħu li jikkonċernaw l-istħarriġ, il-qerda u t-trażżin tal-pest speċifikat huma aġġornati u sostitwiti bil-miżuri ta’ dan ir-Regolament. |
|
(21) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/893 titħassar u tiġi sostitwita b’dan ir-Regolament. |
|
(22) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-istħarriġiet abbażi tal-Kard tal-Istħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità fir-rigward tal-Anoplophora glabripennis (6) (“il-kard tal-istħarriġ dwar il-pesti”) u l-Linji Gwida Ġenerali għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2027 sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jippjanaw, iħejju d-disinn u jallokaw biżżejjed riżorsi għal tali stħarriġiet. |
|
(23) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tal-Anoplophora glabripennis (Motschulsky), miżuri għall-qerda tiegħu, fejn jinstab preżenti f’dak it-territorju, u miżuri għat-trażżin tiegħu, meta l-qerda ma tibqax possibbli.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“pest speċifikat” tfisser Anoplophora glabripennis (Motschulsky); |
|
(2) |
“pjanti speċifikati” tfisser pjanti għat-tħawwil, li għandhom dijametru taz-zokk jew tal-għonq tal-għerq ta’ 1 cm jew aktar fl-eħxen punt tagħhom, ta’ Acer spp., Aesculus spp., Betula spp., Fraxinus spp., Populus spp., Salix spp. u Ulmus spp.; |
|
(3) |
“pjanti ospitanti” tfisser pjanti għat-tħawwil, li għandhom dijametru taz-zokk jew tal-għonq tal-għerq ta’ 1 cm jew aktar fl-eħxen punt tagħhom, ta’ Acer spp., Aesculus spp., Albizia spp., Alnus spp., Betula spp., Carpinus spp., Celtis spp., Cercidiphyllum spp., Corylus spp., Elaeagnus spp., Fagus spp., Fraxinus spp., Gleditsia spp., Hibiscus spp., Koelreuteria spp., Malus spp., Melia spp., Morus spp., Platanus spp., Populus spp., Prunus spp., Pyrus spp., Ostrya spp., Quercus rubra, Robinia spp., Salix spp., Sophora spp., Sorbus spp., Tilia spp. u Ulmus spp.; |
|
(4) |
“injam u materjal tal-injam għall-imballaġġ speċifikati” tfisser injam u materjal tal-injam għall-imballaġġ ta’ Acer spp., Aesculus spp., Betula spp., Fraxinus spp., Populus spp., Salix spp. u Ulmus spp.; |
|
(5) |
“pjanti sentinella” tfisser pjanti speċifikati mħawla speċifikament biex jappoġġaw id-detezzjoni bikrija tal-pest speċifikat u użati għall-istħarriġiet; |
|
(6) |
“żona demarkata għat-trażżin” tfisser żona, fejn il-pest speċifikat ma jistax jinqered, elenkata fl-Anness I. |
KAPITOLU II
STĦARRIĠIET ANNWALI GĦALL-PEST SPEĊIFIKAT BARRA MIŻ-ŻONI DEMARKATI FIT-TERRITORJU TAL-UNJONI U PJANIJIET TA’ KONTINĠENZA
Artikolu 3
Stħarriġiet tat-territorju tal-Unjoni barra miż-żoni demarkati
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġiet annwali bbażati fuq ir-riskju tal-pjanti ospitanti fiż-żoni tat-territorji tagħhom, fejn il-pest speċifikat mhuwiex magħruf li jokkorri, għall-preżenza ta’ dak il-pest.
2. Id-disinn u l-iskema tal-kampjunar ta’ dawk l-istħarriġiet għandhom jippermettu li jiġi individwat, fl-Istat Membru kkonċernat, b’livell suffiċjenti ta’ fiduċja, livell baxx ta’ preżenza ta’ pjanti infestati.
Għandhom ikunu bbażati fuq il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju għall-pesti tal-pjanti.
3. L-istħarriġiet għandhom jitwettqu:
|
(a) |
bl-użu ta’ tekniki li kapaċi jindividwaw l-infestazzjoni fil-livell ta’ fuq is-superfiċe tal-ħamrija; |
|
(b) |
fiż-żoni fil-beraħ, naturali u urbani, fil-waqfiet tul it-toroq u l-ferroviji, kif ukoll fil-mixtliet, fiċ-ċentri tal-ġonna, fiċ-ċentri tan-negozjar, fl-impjanti tal-isserrar tal-injam iebes, u f’siti rilevanti oħra, fejn l-awtoritajiet kompetenti jista’ jidhrilhom li huwa aktar probabbli li jindividwaw il-pest speċifikat; |
|
(c) |
filwaqt li jitqiesu l-preżenza u l-bijoloġija tal-pjanti ospitanti, u l-informazzjoni xjentifika u teknika msemmija fil-kard tal-istħarriġ dwar il-pesti. |
4. L-istħarriġiet għandhom jikkonsistu minn:
|
(a) |
eżami viżwali tal-pjanti ospitanti; u |
|
(b) |
fejn xieraq, il-ġbir ta’ kampjuni u l-ittestjar ta’ pjanti għat-tħawwil, l-injam jew il-materjal tal-injam għall-imballaġġ. |
Sabiex jiġu kkomplementati l-eżamijiet viżwali tal-istħarriġiet, jistgħu jintużaw klieb tat-tfittxija mħarrġa speċifikament jew il-qbid, fejn xieraq.
Artikolu 4
Pjanijiet ta’ kontinġenza
Kull Stat Membru għandu jipprevedi dan li ġej fil-pjan ta’ kontinġenza tiegħu meħtieġ skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/2031:
|
(a) |
il-qerda tal-pest speċifikat, kif stabbilit fl-Artikolu 9; |
|
(b) |
ir-riżorsi meħtieġa li għandhom ikunu disponibbli, u l-proċeduri biex dawk ir-riżorsi jsiru disponibbli, f’każ ta’ preżenza kkonfermata jew issuspettata tal-pest speċifikat; |
|
(c) |
id-dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti speċjali rigward l-introduzzjoni ta’ pjanti ospitanti fit-territorju tal-Unjoni u l-moviment tagħhom fih, kif stabbilit fl-Annessi VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072; |
|
(d) |
il-proċeduri għall-identifikazzjoni tas-sidien tal-proprjetajiet privati, fejn għandhom jiġu applikati miżuri f’każ ta’ detezzjoni tal-pest speċifikat. |
L-Istati Membri għandhom jaġġornaw kull sena l-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom, kif xieraq.
KAPITOLU III
ŻONI DEMARKATI
Artikolu 5
Stabbiliment taż-żoni demarkati
1. Fejn il-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jistabbilixxi żona demarkata għall-fini tal-qerda tal-pest speċifikat.
2. Wara konferma uffiċjali tal-preżenza tal-pest speċifikat u l-istabbiliment taż-żona demarkata msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jiddeterminaw il-livell ta’ infestazzjoni permezz ta’ stħarriġ ta’ delimitazzjoni.
3. Meta, abbażi tar-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 8, matul mill-inqas 4 snin konsekuttivi jiġi konkluż li l-livell ta’ infestazzjoni mill-pest speċifikat ikun tali li jagħmel il-qerda tiegħu impossibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni d-dettalji taż-żona demarkata l-ġdida għat-trażżin li beħsiebhom jiddeżinjaw jew jimmodifikaw, sabiex tali żona tiġi inkluża fil-lista ta’ żoni demarkati għat-trażżin fl-Anness I.
4. Iż-żona demarkata għandha tikkonsisti minn dan li ġej:
|
(a) |
żona li tinkludi l-pjanti infestati kollha u l-pjanti speċifikati kollha li jistgħu jiġu infestati, f’raġġ ta’ mill-inqas 100 m madwar il-pjanti infestati (“żona infestata”); |
|
(b) |
żona ta’ lqugħ:
|
5. Id-delimitazzjoni taż-żona demarkata għandha tqis il-prinċipji xjentifiċi, il-bijoloġija tal-pest speċifikat, il-livell ta’ infestazzjoni, id-distribuzzjoni partikolari tal-pjanti ospitanti fiż-żona kkonċernata u l-evidenza dwar l-istabbiliment tal-pest speċifikat.
Għandha tkun ibbażata fuq stħarriġ ta’ delimitazzjoni b’disinn u skema ta’ kampjunar li jippermettu d-detezzjoni b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, preżenza ta’ pjanti infestati ta’ 1 %. L-istħarriġ għandu jkun ibbażat fuq il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju.
6. Għall-finijiet tat-teħid tal-miżuri ta’ qerda msemmija fl-Artikolu 9, il-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ tista’ titnaqqas sa mhux inqas minn 1 km fejn l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-qerda tal-pest speċifikat hija possibbli, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tat-tifqigħa, bħad-daqs u l-post tagħha, il-livell ta’ infestazzjoni jew in-numru u d-distribuzzjoni tal-pjanti ospitanti.
Fil-każ ta’ żona demarkata għat-trażżin, il-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ tista’ titnaqqas għal mhux inqas minn 2 km, jekk l-awtorità kompetenti tqis li dik id-distanza hija xierqa għat-trażżin tal-pest speċifikat, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tat-tifqigħa, bħad-daqs u l-post tagħha, il-livell ta’ infestazzjoni jew n-numru u d-distribuzzjoni tal-pjanti ospitanti.
Fiż-żoni demarkati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-pubbliku ġenerali u l-operaturi professjonisti jkunu konxji mid-delimitazzjoni taż-żoni demarkati.
Artikolu 6
Derogi mill-istabbiliment ta’ żoni demarkati
1. B’deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu li ma jistabbilixxux żona demarkata, jew jistabbilixxuha b’mod proviżorju, jekk ikun hemm evidenza li:
|
(a) |
il-pest speċifikat ikun ġie introdott fiż-żona bil-pjanti, bl-injam jew bil-materjal tal-injam għall-imballaġġ li fuqhom ikun instab, u dawk il-pjanti, l-injam jew il-materjal tal-injam għall-imballaġġ ikunu ġew infestati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona kkonċernata u ma tkun seħħet l-ebda multiplikazzjoni tal-pest speċifikat jew tkun sejba iżolata, mhux mistennija li twassal għal stabbiliment; u |
|
(b) |
ma jkun hemm l-ebda stabbiliment tal-pest speċifikat u t-tixrid jew it-tnissil b’suċċess tal-pest speċifikat ma jkunux possibbli minħabba l-bijoloġija tiegħu, abbażi tar-riżultati ta’ investigazzjoni speċifika u l-miżuri ta’ qerda meħuda. |
2. Meta l-awtorità kompetenti tuża d-deroga prevista fil-paragrafu 1, hija għandha:
|
(a) |
tieħu miżuri immedjati biex tiżgura l-qerda minnufih tal-pest speċifikat u teskludi l-possibilità tat-tixrid tiegħu; |
|
(b) |
matul mill-inqas ċiklu wieħed tal-ħajja tal-pest speċifikat flimkien ma’ sena addizzjonali, u mhux inqas minn 4 snin konsekuttivi, tissorvelja wisa’ ta’ mill-inqas 1 km madwar il-pjanti infestati jew il-post fejn instab il-pest speċifikat, regolarment u b’mod intensiv, f’konformità mal-Artikolu 3, mill-inqas matul l-ewwel perjodu tat-titjir tal-pest speċifikat; |
|
(c) |
tittraċċa lura l-oriġini tal-infestazzjoni, billi teżamina l-pjanti speċifikati, l-injam speċifikat jew il-materjal tal-injam għall-imballaġġ madwar is-sejba għal kwalunkwe sinjal ta’ infestazzjoni, inkluż permezz ta’ kampjunar distruttiv immirat, biex tiġi skartata l-preżenza tal-larva; |
|
(d) |
tqajjem sensibilizzazzjoni pubblika dwar it-theddida tal-pest speċifikat; u |
|
(e) |
tieħu kwalunkwe miżura oħra, li tista’ tgħin fil-qerda tal-pest speċifikat, filwaqt li tqis l-ISPM Nru 9 (7) u tapplika approċċ integrat f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-ISPM Nru 14 (8). |
L-istħarriġ imsemmi fil-punt 2(b) ma għandux ikun meħtieġ fil-każijiet fejn il-preżenza jew il-feġġ ta’ adulti tal-pest speċifikat fil-pjanta ospitanti, fl-injam speċifikat jew fil-materjal tal-injam għall-imballaġġ speċifikat jistgħu jiġu esklużi b’mod inekwivoku u r-raġunijiet għal dik il-konklużjoni jkunu ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni bil-miktub.
Artikolu 7
Tneħħija taż-żona demarkata
1. Żona demarkata tista’ titneħħa meta, abbażi tal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 8, ma jkunx hemm detezzjoni tal-pest speċifikat fiż-żona demarkata għal mill-inqas 4 snin konsekuttivi.
2. Id-demarkazzjoni tista’ titneħħa wkoll f’każijiet fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1).
Artikolu 8
Stħarriġiet annwali fiż-żoni demarkati
1. Fiż-żoni demarkati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġiet intensivi annwali fuq il-pjanti ospitanti, kif imsemmi fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, biex jindividwaw il-preżenza tal-pest speċifikat filwaqt li jqisu l-informazzjoni msemmija fil-kard tal-istħarriġ dwar il-pesti u f’konformità mal-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.
2. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha twettaq kampjunar distruttiv immirat.
3. Fil-każijiet fejn jintużaw pjanti sentinella, dawk il-pjanti speċifikati għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet mill-inqas darba fix-xahar. Dawn għandhom jinqerdu u jiġu eżaminati, sa mhux aktar tard minn qabel ma l-pest speċifikat ikun jista’ jikkompleta ċiklu tal-ħajja sħiħ wieħed fiż-żona kif iddeterminat mill-awtorità kompetenti kkonċernata.
4. Id-disinn tal-istħarriġ għandu jqis il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju. Id-disinn tal-istħarriġ u l-iskema tal-kampjunar li jintużaw għall-istħarriġiet tad-detezzjoni għandhom ikunu kapaċi li jidentifikaw livell ta’ preżenza tal-pest speċifikat ta’ 1 %, b’livell ta’ fiduċja ta’ mill-inqas 95 %.
5. L-awtorità kompetenti għandha twettaq stħarriġiet annwali fi żminijiet xierqa għall-preżenza tal-pest speċifikat permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-pjanti ospitanti, f’mill-inqas wisa’ ta’ 1 km minn faċilità tat-trattament jew tal-ipproċessar tal-injam speċifikat u tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ u tal-qoxra tas-siġar.
KAPITOLU IV
MIŻURI TA’ QERDA U TA’ TRAŻŻIN
Artikolu 9
Miżuri ta’ qerda
1. Sabiex jinqered il-pest speċifikat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin fiż-żoni demarkati:
|
(a) |
it-tqaċċit immedjat tal-pjanti infestati u tal-pjanti b’sintomi kkawżati mill-pest speċifikat, u t-tneħħija sħiħa tal-għeruq tagħhom jekk l-pest speċifikat jinsab li jkun bejjet ’l isfel mill-għonq tal-għerq tal-pjanta infestata; f’każijiet fejn il-pjanti infestati jkunu nstabu barra mill-perjodu tat-titjir tal-pest speċifikat, it-tqaċċit u t-tneħħija għandhom jitwettqu qabel il-bidu tal-perjodu tat-titjir li jmiss; |
|
(b) |
it-tqaċċit tal-pjanti speċifikati kollha fi ħdan raġġ ta’ mill-inqas 100 m madwar il-pjanti infestati u l-eżami ta’ dawk il-pjanti speċifikati għal kwalunkwe sinjal ta’ infestazzjoni; |
|
(c) |
it-tneħħija, l-eżami u r-rimi b’mod sikur tal-pjanti mqaċċta f’konformità mal-punti (a) u (b), filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat matul u wara t-tqaċċit; |
|
(d) |
it-tneħħija, l-eżami u r-rimi sikur tal-injam, tal-qoxra tas-siġar u tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ assoċjati mal-infestazzjoni, filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat; |
|
(e) |
il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe moviment ta’ pjanti speċifikati, injam speċifikat u materjal tal-injam għall-imballaġġ potenzjalment infestati barra miż-żona demarkata; |
|
(f) |
l-investigazzjoni tal-oriġini tal-infestazzjoni bit-traċċar lura tal-pjanti, tal-injam, tal-qoxra tas-siġar u ta’ oġġetti oħra assoċjati mal-infestazzjoni, u l-eżami tagħhom għal kwalunkwe sinjal ta’ infestazzjoni, inkluż il-kampjunar distruttiv immirat; |
|
(g) |
is-sostituzzjoni tal-pjanti speċifikati bi speċijiet oħrajn ta’ pjanti mhux suxxettibbli, fejn xieraq; |
|
(h) |
il-projbizzjoni tal-preżenza ta’ pjanti speċifikati ġodda fil-beraħ fiż-żona msemmija fil-punt (b), għajr għall-postijiet tal-produzzjoni msemmija fl-Anness VIII, il-punt 17.2, tar-Regolament (UE) 2019/2072 u l-pjanti sentinella; |
|
(i) |
is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar it-theddida tal-pest speċifikat u l-miżuri ta’ qerda stabbiliti f’dan l-Artikolu, inklużi l-kundizzjonijiet rigward il-moviment ta’ pjanti speċifikati miż-żona demarkata; |
|
(j) |
fejn ikun hemm bżonn, miżuri speċifiċi li jindirizzaw kull sitwazzjoni partikolari jew kumplikazzjoni li tista’ tkun mistennija li timpedixxi, tfixkel, jew iddewwem il-qerda, b’mod partikolari dawk relatati mal-aċċessibbiltà u l-qerda xierqa tal-pjanti kollha li jkunu infestati jew li jkun hemm suspett li huma infestati, irrispettivament mill-post fejn jinsabu, ikunux ta’ sjieda pubblika jew privata, jew irrispettivament mill-persuna jew mill-entità li hija responsabbli għalihom; |
|
(k) |
kwalunkwe miżura oħra li tista’ tikkontribwixxi għall-qerda tal-pest speċifikat, f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżura Fitosanitarja (“ISPM”) Nru 9 (9) u għall-applikazzjoni ta’ approċċ sistematiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-ISPM Nru 14 (10). |
Fil-każ tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), fejn ma jkunx possibbli li jitneħħew il-ġdur li jkunu mdaħħlin fil-fond u l-għeruq tas-superfiċe, dawn għandhom ikunu mitħuna għal mill-inqas 40 cm taħt il-livell tas-superfiċe, jew għandhom ikunu mgħottija b’materjal reżistenti għall-insetti.
2. L-istħarriġiet uffiċjali annwali f’wisa’ ta’ mill-inqas 1 km madwar il-postijiet tal-produzzjoni msemmija fil-punt 17.2 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, għandhom ikunu bbażati fuq il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità għal stħarriġiet statistiċi sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-pesti tal-pjanti, u d-disinn tal-istħarriġ u l-iskema tal-kampjunar użati għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw b’livell ta’ fiduċja ta’ mill-inqas 99 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infestati ta’ 1 %.
3. Fil-każ tal-moviment tal-injam speċifikat u tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ u l-qoxra tas-siġar barra miż-żona demarkata u jekk ma tkun disponibbli l-ebda faċilità tat-trattament jew tal-ipproċessar fiż-żona demarkata, l-injam speċifikat u l-materjal tal-injam għall-imballaġġ u l-qoxra tas-siġar għandhom jiġu mċaqilqa lejn l-eqreb faċilità xierqa barra miż-żona demarkata, biex jiġi żgurat it-trattament jew l-ipproċessar immedjat f’konformità mal-punti 30-32 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. Dak il-moviment għandu jitwettaq taħt kontroll uffiċjali u f’kundizzjonijiet magħluqa, b’tali mod li jiġi żgurat li l-pest speċifikat ma jkunx jista’ jinfirex.
Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq stħarriġiet annwali fil-mumenti xierqa għall-preżenza tal-pest speċifikat permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-pjanti ospitanti f’wisa’ ta’ mill-inqas 1 km ta’ dik il-faċilità tat-trattament jew tal-ipproċessar.
4. B’deroga mill-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), fejn awtorità kompetenti tikkonkludi li t-tqaċċit ma jkunx xieraq għal numru limitat ta’ pjanti individwali, minħabba l-valur soċjali, kulturali jew ambjentali partikolari tagħhom, dawk il-pjanti individwali għandhom ikunu soġġetti għal eżami individwali ta’ kull xahar għal kwalunkwe sinjal ta’ infestazzjoni u għandhom jittieħdu miżuri alternattivi għat-tqaċċit li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni biex jiġi evitat kwalunkwe tixrid possibbli tal-pest speċifikat minn dawk il-pjanti.
Artikolu 10
Miżuri ta’ trażżin
1. Fiż-żoni infestati taż-żoni demarkati għat-trażżin, kif elenkati fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha li ġejjin:
|
(a) |
it-tqaċċit tal-pjanti infestati u tal-pjanti b’sintomi kkawżati mill-pest speċifikat, u t-tneħħija sħiħa tal-għeruq tagħhom jekk l-pest speċifikat jinsab li jkun bejjet ’l isfel mill-għonq tal-għerq tal-pjanta infestata; |
|
(b) |
it-tneħħija, l-eżami u r-rimi b’mod sikur tal-pjanti mqaċċta f’konformità mal-punt (a), filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat matul u wara t-tqaċċit; |
|
(c) |
il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe moviment ta’ pjanti speċifikati, injam speċifikat u materjal tal-injam għall-imballaġġ potenzjalment infestati barra miż-żona demarkata; |
|
(d) |
fejn xieraq, is-sostituzzjoni ta’ pjanti speċifikati bi pjanti oħrajn li mhumiex suxxettibbli; |
|
(e) |
il-projbizzjoni tal-preżenza fiż-żona infestata ta’ pjanti speċifikati ġodda fil-beraħ, ħlief għall-postijiet tal-produzzjoni msemmija fil-punt 17.2 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u t-tħawwil ta’ pjanti sentinella; |
|
(f) |
is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar it-theddida tal-pest speċifikat u l-miżuri ta’ trażżin stabbiliti f’dan l-Artikolu, inklużi l-kundizzjonijiet rigward il-moviment ta’ pjanti speċifikati ’l barra miż-żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 5; |
|
(g) |
fejn meħtieġ, miżuri speċifiċi biex jindirizzaw kwalunkwe problema jew kumplikazzjoni partikolari oħra li tista’ raġonevolment tkun mistennija li tipprevjeni, tfixkel jew idewwem it-trażżin, b’mod partikolari dawk relatati mal-aċċessibbiltà u t-tqaċċit u l-qerda adegwati tal-pjanti kollha li huma infestati jew li huma ssuspettati li għandhom infestazzjoni, irrispettivament mill-post u mis-sjieda tagħhom, jew mill-persuna responsabbli għalihom; |
|
(h) |
kwalunkwe miżura oħra, li tista’ tgħin biex jitrażżan il-pest speċifikat. |
Fil-każ tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-attivitajiet ta’ tqaċċit għandhom jibdew minnufih, iżda f’każijiet fejn il-pjanti infestati jkunu nstabu barra mill-perjodu tat-titjir tal-pest speċifikat, it-tqaċċit u t-tneħħija għandhom jitwettqu qabel il-bidu tal-perjodu tat-titjir li jmiss. Fejn ma jkunx possibbli li jitneħħew il-ġdur li jkunu mdaħħlin fil-fond u l-għeruq tas-superfiċe, dawn għandhom ikunu mitħuna għal mill-inqas 40 cm taħt il-livell tas-superfiċe jew għandhom ikunu mgħottija b’materjal reżistenti għall-insetti.
2. L-istħarriġiet uffiċjali annwali f’wisa’ ta’ mill-inqas 1 km madwar il-postijiet tal-produzzjoni msemmija fil-punt 17.2 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, għandhom ikunu bbażati fuq il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità għal stħarriġiet statistiċi sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-pesti tal-pjanti, u d-disinn tal-istħarriġ u l-iskema tal-kampjunar użati għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw b’livell ta’ fiduċja ta’ mill-inqas 99 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infestati ta’ 1 %.
Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq stħarriġiet annwali fil-mumenti xierqa għall-preżenza tal-pest speċifikat permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-pjanti ospitanti f’wisa’ ta’ mill-inqas 1 km ta’ dik il-faċilità tat-trattament jew tal-ipproċessar.
3. Fil-każ tal-moviment tal-injam speċifikat u tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ u l-qoxra tas-siġar barra miż-żona demarkata u miż-żona infestata lejn iż-żona ta’ lqugħ, jekk ma tkun disponibbli l-ebda faċilità tat-trattament jew tal-ipproċessar fiż-żona demarkata, l-injam speċifikat, il-materjal tal-injam għall-imballaġġ u l-qoxra tas-siġar għandhom jiġu mċaqilqa lejn l-eqreb faċilità xierqa barra miż-żona demarkata, biex jiġi żgurat it-trattament jew l-ipproċessar immedjat f’konformità mal-punti 30-32 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. Dak il-moviment għandu jitwettaq taħt kontroll uffiċjali u f’kundizzjonijiet magħluqa, b’tali mod li jiġi żgurat li l-pest speċifikat ma jkunx jista’ jinfirex.
4. Meta l-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment fiż-żona ta’ lqugħ, għandhom japplikaw l-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2016/2031 kif xieraq.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 11
Obbligi ta’ rappurtar
1. L-Istati Membri għandhom, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn rapport dwar il-miżuri meħuda matul is-sena kalendarja preċedenti skont dan ir-Regolament u dwar ir-riżultati tal-miżuri previsti fl-Artikoli 3 sa 10.
Dan ir-rapport għandu jinkludi:
|
(a) |
in-numru ta’ kampjuni meħuda f’konformità mal-Artikolu 8(2); |
|
(b) |
ir-raġunijiet għall-użu tad-deroga prevista fl-Artikolu 9(4), u l-miżuri meħuda bħala riżultat tagħha. |
2. Ir-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikolu 8 għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni bl-użu ta’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 12
Tħassir tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/893
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/893 titħassar.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2027:
|
(a) |
l-Artikolu 3(2); |
|
(b) |
l-Artikolu 5(5), it-tieni subparagrafu; |
|
(c) |
l-Artikolu 8(4); |
|
(d) |
l-Artikolu 9(2); |
|
(e) |
l-Artikolu 10(2). |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/893 tad-9 ta’ Ġunju 2015 dwar miżuri biex l-Anoplophora glabripennis (Motschulsky) ma jiddaħħalx fl-Unjoni u ma jinxteridx fi ħdanha (ĠU L 146, 11.6.2015, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/893/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ prijorità, ĠU L 260, 11.10.2019, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1702/oj).
(5) EFSA (European Food Safety Authority), General guidelines for statistically sound and risk-based surveys of plant pests, 8 September 2020; doi:10.2903/sp.efsa.2020.EN-1919.
(6) EFSA, 2019. Story map for survey of Anoplophora glabripennis. EFSA Journal 2019;16(12):EN-1750. Disponibbli online: https://efsa.maps.arcgis.com/. L-aħħar aġġornament: id-29 ta’ Mejju 2021.
(7) Linji gwida għall-programmi ta’ qerda ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 9 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti f’Ruma.
(8) L-użu ta’ miżuri integrati f’approċċ sistematiku għall-ġestjoni tar-riskju ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 14 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti f’Ruma.
(9) Linji gwida għall-programmi ta’ qerda ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 9 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti f’Ruma. Ippubblikati fil-15 ta’ Diċembru 2011.
(10) L-użu ta’ miżuri integrati f’approċċ sistematiku għall-ġestjoni tar-riskju ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 14 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti f’Ruma. Ippubblikat fit-8 ta’ Jannar 2014.
ANNESS I
Żoni demarkati għat-trażżin
L-ITALJA
|
Numru tal-Europhyt taż-żona demarkata (ŻD) |
Żona taż-ŻD |
Reġjun |
Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn |
|
206 |
Żona infestata |
Marche |
Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Ostra, Senigallia, Trecastelli, Corinaldo, Ostra Vetere, Belvedere Ostrense |
|
Żona ta’ lqugħ |
Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Ostra, Senigallia, Trecastelli, Corinaldo, Ostra Vetere, Belvedere Ostrense, Morro d’Alba, Montecarotto |
||
|
358 |
Żona infestata |
Marche |
It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Monte Urano, Rapagnano, Magliano di Tenna, Belmonte Piceno, Grottazzolina, Monte Vidon Corrado. Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Sant’Elpidio a Mare, Torre San Patrizio, Monte San Pietrangeli, Francavilla d’Ete, Montegiorgio, Falerone, Servigliano, Montottone, Monte Gilberto, Ponzano di Fermo, Fermo |
|
Żona ta’ lqugħ |
It-territorju kollu ta’ Porto San Giorgio Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Porto Sant’Elpidio, Sant’Elpidio a Mare, Montegranaro, Torre San Patrizio, Monte San Pietrangeli, Monte San Giusto, Corridonia, Francavilla d’Ete, Mogliano, Montegiorgio, Massa Fermana, Montappone,, Monsampietro Morico, Loro Piceno, Sant’Angelo in Pontano, Falerone, Penna San Giovanni, Servigliano, Monteleone di Fermo, Monsampietro Morico, Montottone, Monte Vidon Combatte, Monte Giberto, Petritoli, Ponzano di Fermo, Fermo, Monterubbiano, Lapedona, Santa Vittoria in Matenano. |
||
|
866 |
Żona infestata |
Marche |
It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Civitanova Marche, Montecosaro. Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Morrovalle, Montegranaro, Sant’Elpidio a Mare, Porto Sant’Elpidio. |
|
Żona ta’ lqugħ |
Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Porto Sant’Elpidio, Sant’Elpidio a Mare, Potenza Picena, Montelupone, Morrovalle, Monte San Giusto, Montegranaro. |
ANNESS II
Mudelli għar-rappurtar tar-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikolu 8
PARTI A
1. Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Isem |
Data tal-istabbiliment |
Deskrizzjoni |
Numru |
|
Numru |
Data |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
i |
ii |
iii |
iv |
i |
ii |
iii |
iv |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell
Jekk jimtela dan il-mudell, ma għandux għalfejn jimtela l-mudell fil-Parti B ta’ dan l-Anness.
Għall-kolonna 1: Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.
Għall-kolonna 2: Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.
Għall-kolonna 3: Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.
Għall-kolonna 4: Indika l-approċċ: Qerda jew Trażżin. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.
Għall-kolonna 5: Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: Żona infettata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL) billi tuża ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona taż-ŻI fejn twettaq l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn iż-ŻL, madwar il-mixtliet, eċċ.) f’ringieli differenti.
Għall-kolonna 6: Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:
|
1. |
Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1. għalqa (ikkultivata, mergħa); 1.2. masġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta; |
|
2. |
Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġnien privat; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ċentru ta’ ġardinaġġ, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-injam għall-imballaġġ, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ); |
|
3. |
Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ċentru ta’ ġardinaġġ, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-injam għall-imballaġġ, industrija tal-injam). |
Għall-kolonna 7: Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikati abbażi tal-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kundizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju.
Għall-kolonna 8: Indika ż-żoni ta’ riskju inklużi fl-istħarriġ, minn dawk identifikati fil-kolonna 7.
Għall-kolonna 9: Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-imballaġġ, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku.
Għall-kolonna 10: Indika l-lista ta’ speċijiet/ġeneri tal-pjanti mistħarrġa bl-użu ta’ ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru ta’ pjanta.
Għall-kolonna 11: Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ.
Għall-kolonna 12: Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’N/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli.
Għall-kolonni 13 u 14: Indika r-riżultati, jekk applikabbli, billi tipprovdi l-informazzjoni disponibbli fil-kolonni korrispondenti. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik).
Għall-kolonna 15: Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ għas-sejbiet fiż-ŻL. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn jiġi inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 16 (“Kummenti”).
PARTI B
1. Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali bbażati fuq l-istatistika
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Isem |
Data tal-istabbiliment |
Deskrizzjoni |
Numru |
Speċijiet ospitanti |
Żona (ettari jew unità oħra aktar rilevanti) |
Unitajiet tal-ispezzjoni |
Deskrizzjoni |
Unitajiet |
Eżamijiet viżwali |
Qbid |
Ittestjar |
Metodi oħra |
Fattur ta’ riskju |
Livelli ta’ riskju |
Numru ta’ postijiet |
Riskji relattivi |
Proporzjon tal-popolazzjoni ospitanti |
Pożittivi |
Negattivi |
Mhux determinati |
Numru |
Data |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
2. Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell
Spjega s-suppożizzjonijiet sottostanti għad-disinn tal-istħarriġ għal kull pest. Ikteb fil-qosor u ġġustifika:
|
— |
il-popolazzjoni fil-mira, l-unità epidemjoloġika u l-unitajiet ta’ spezzjoni; |
|
— |
il-metodu tad-detezzjoni u s-sensittività tal-metodu; |
|
— |
il-fattur(i) tar-riskju, u indika l-livelli tar-riskju u r-riskji u l-proporzjonijiet relattivi korrispondenti tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti. |
Għall-kolonna 1: Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.
Għall-kolonna 2: Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.
Għall-kolonna 3: Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.
Għall-kolonna 4: Indika l-approċċ: Qerda jew Trażżin. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.
Għall-kolonna 5: Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: Iż-żona infettata (ŻI) jew iż-żona ta’ lqugħ (ŻL), f’ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona taż-ŻI fejn twettaq l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn iż-ŻL, madwar il-mixtliet) f’ringieli differenti.
Għall-kolonna 6: Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:
|
1. |
Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1. għalqa (ikkultivata, mergħa); 1.2. masġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta; |
|
2. |
Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġonna privati; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ċentru ta’ ġardinaġġ, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-injam għall-imballaġġ, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ.); |
|
3. |
Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ċentru ta’ ġardinaġġ, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-injam għall-imballaġġ, industrija tal-injam). |
Għall-kolonna 7: Indika x-xhur tas-sena meta twettqu l-istħarriġiet.
Għall-kolonna 8: Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula billi tipprovdi kif xieraq il-lista tal-ispeċijiet/ġeneri ospitanti u ż-żona koperta. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala l-grupp ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Id-daqs tagħha huwa definit tipikament għal żoni agrikoli bl-ettari, iżda jista’ jkun lottijiet, għelieqi, serer, eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla magħmula fis-suppożizzjonijiet sottostanti. Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni mistħarrġa. “Unità ta’ spezzjoni” tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, komoditajiet, materjali, vetturi ta’ pesti li ġew eżaminati bir-reqqa għall-identifikazzjoni u għad-detezzjoni tal-pesti.
Għall-kolonna 9: Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi li ġew mistħarrġa, u indika d-deskrizzjoni u l-unità tal-kejl tagħhom. “Unità epidemjoloġika” tfisser żona omoġenja fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, jekk il-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma suddiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li huma omoġenji f’termini tal-epidemjoloġija b’mill-inqas pjanta ospitanti waħda. F’xi każijiet il-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Dawn jistgħu jkunu reġjuni tal-Klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), żoni urbani, foresti, ġonna tal-ward jew irziezet, jew ettari. L-għażla tal-unitajiet epidemjoloġiċi trid tiġi ġġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti.
Għall-kolonna 10: Indika l-metodi użati matul l-istħarriġ inkluż in-numru ta’ attivitajiet f’kull każ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’N/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx disponibbli.
Għall-kolonna 11: Indika stima tal-effettività tal-kampjunar. L-effettività tal-kampjunar tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Għall-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jaqbad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Għall-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ.
Għall-kolonna 12: “Sensittività tal-metodu” tfisser il-probabbiltà ta’ metodu li jagħmel detezzjoni korretta tal-preżenza tal-pest. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li ospitant verament pożittiv jittestja pożittiv. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet infettati tal-pjanta minn pjanta infettata) bis-sensittività dijanjostika (karatterizzata mill-ispezzjonijiet viżwali u/jew mit-test tal-laboratorju użati fil-proċess ta’ identifikazzjoni).
Għall-kolonna 13: Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’kolonni differenti, u uża kemm hemm bżonn ringieli. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni ospitanti.
Għall-kolonna B: Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi għal kull pest. Indika b’N/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 10 “Metodi ta’ detezzjoni”.
Għall-kolonna 18: Indika n-numru ta’ siti tal-qbid f’każ li dan in-numru jkun differenti min-numru ta’ nases (Kolonna 17) (eż. l-istess nassa tintuża f’postijiet differenti).
Għall-kolonna 21: Indika n-numru ta’ kampjuni li nstabu pożittivi, negattivi jew mhux determinati. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik).
Għall-kolonna 22: Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta twettaq l-istħarriġ. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn jiġi inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 25 (“Kummenti”).
Għall-kolonna 23: Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM, International Standard for Phytosanitary Measures) 31. Dan il-valur tal-livell ta’ fiduċja miksub tal-ħelsien mill-pesti huwa kkalkulat abbażi tal-eżamijiet (u/jew tal-kampjuni) imwettqa fid-dawl tas-sensittività tal-metodu u tal-prevalenza prevista.
Għall-kolonna 24: Indika l-prevalenza prevista bbażata fuq stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-probabbiltà ta’ prevalenza reali tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza prevista hija stabbilita bħala mira tal-istħarriġ u tikkorrispondi mal-kompromess li l-maniġers tar-riskju qed jagħmlu bejn ir-riskju li jkollhom il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ. Tipikament, għal stħarriġ ta’ detezzjoni jiġi stabbilit valur ta’ 1 %.
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37 , ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1715/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1952/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)