|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2393 |
5.12.2025 |
Protokoll emendatorju għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco dwar l-iskambju ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali f’konformità mal-istandard għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji fi kwistjonijiet fiskali żviluppat mill-organizzazzjoni għall-kooperazzjoni u l-iżvilupp ekonomiċi (OECD)
L-UNJONI EWROPEA
u
L-PRINĊIPAT TA’ MONACO,
it-tnejn li huma, minn hawn ’il quddiem imsejħin, individwalment, “Parti Kontraenti” u, flimkien, “Partijiet Kontraenti”,
BILLI l-Partijiet Kontraenti għandhom relazzjoni twila u mill-qrib fir-rigward tal-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet fiskali, li kienet tikkonsisti, inizjalment, fl-applikazzjoni ta’ miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (1), u li aktar tard ġiet żviluppata fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco dwar l-iskambju ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali f’konformità mal-Istandard għall-Iskambju Awtomatiku ta’ Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji fi Kwistjonijiet Fiskali żviluppat mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) (2) (“il-Ftehim”), kif emendat bil-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (3), abbażi tal-iskambju awtomatiku reċiproku tal-informazzjoni bl-implimentazzjoni tal-Istandard għall-Iskambju Awtomatiku ta’ Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji fi Kwistjonijiet Fiskali tal-OECD (“l-Istandard Globali”),
BILLI, wara l-ewwel rieżami komprensiv tal-Istandard Globali tal-OECD, ġew approvati emendi tal-Istandard Globali mill-Kumitat tal-OECD dwar l-Affarijiet Fiskali f’Awwissu 2022 u dawn ġew adottati mill-Kunsill tal-OECD fit-8 ta’ Ġunju 2023 bir-Rakkomandazzjoni riveduta tiegħu dwar l-Istandards Internazzjonali għall-Iskambju Awtomatiku ta’ Informazzjoni fi Kwistjonijiet Fiskali (“l-aġġornament tal-Istandard Globali”),
BILLI r-rieżami komprensiv tal-OECD identifika l-kumplessità dejjem akbar tal-istrumenti finanzjarji u l-ħolqien u l-użu ta’ tipi ġodda ta’ assi diġitali u rrikonoxxa l-ħtieġa li l-Istandard Globali jiġi adattat biex tiġi żgurata konformità fiskali komprensiva u effettiva,
BILLI, l-aġġornament tal-Istandard Globali espanda l-ambitu tar-rapportar biex jinkludi prodotti finanzjarji diġitali ġodda, bħal Prodotti ta’ Ħlas Elettroniku Speċifikati u Muniti Diġitali tal-Bank Ċentrali, li joffru alternattivi kredibbli għall-Kontijiet Finanzjarji tradizzjonali, li diġà huma soġġetti għar-rapportar skont l-Istandard Globali,
BILLI l-Qafas għar-Rapportar tal-Kriptoassi (“CARF”) il-ġdid tal-OECD, li ġie introdott b’mod parallel mal-aġġornament tal-Istandard Globali, iservi bħala mekkaniżmu komplementari fil-livell globali u huwa mfassal speċifikament biex jindirizza l-iżvilupp rapidu u t-tkabbir tas-suq tal-Kriptoassi,
BILLI kien meqjus li huwa essenzjali li tiġi żgurata interazzjoni effiċjenti bejn dawk iż-żewġ oqfsa, b’mod partikolari biex jiġu limitati każijiet ta’ rapportar doppju, billi: (i) il-Prodotti ta’ Ħlas Elettroniku Speċifikati u l-Muniti Diġitali tal-Bank Ċentrali jiġu esklużi mill-ambitu tal-CARF, minħabba l-kopertura tagħhom skont l-Istandard Globali aġġornat; (ii) il-Kriptoassi fl-ambitu tal-Istandard Globali aġġornat jitqiesu bħala Assi Finanzjarji għall-fini tar-rapportar ta’ Kontijiet ta’ Kustodja, Interessi ta’ Ekwità jew Dejn f’Entitajiet tal-Investiment (ħlief f’każijiet ta’ forniment ta’ servizzi li jagħmlu tranżazzjonijiet ta’ skambju għall-klijenti jew f’isimhom, li huma koperti skont il-CARF), investimenti indiretti fil-Kriptoassi permezz ta’ prodotti finanzjarji tradizzjonali oħra jew prodotti finanzjarji tradizzjonali maħruġa fil-forma ta’ kriptoassi; u (iii) tiġi prevista dispożizzjoni fakultattiva għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti biex iwaqqfu r-rapportar tar-rikavat gross għal assi li huma kklassifikati bħala Kriptoassi skont iż-żewġ oqfsa, meta tali informazzjoni tiġi rrapportata skont il-CARF, filwaqt li jkomplu jirrapportaw skont l-Istandard Globali l-informazzjoni l-oħra kollha, bħall-bilanċ tal-kont,
BILLI l-CARF ġie implimentat fl-Unjoni Ewropea permezz tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/2226 (4), li emendat id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (5), u dawk id-dispożizzjonijiet serjapplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026,
BILLI l-Prinċipat ta’ Monaco ma ġiex identifikat bħala ġuriżdizzjoni ta’ rilevanza għall-implimentazzjoni tal-CARF mill-Forum Globali tal-OECD dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta’ Informazzjoni għal Finijiet ta’ Taxxa (“il-Forum Globali”) f’dan l-istadju, iżda jibqa’ lest li jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jimplimenta u japplika l-CARF b’mod rapidu meta l-Forum Globali jqis li din hija ġuriżdizzjoni bħal din,
BILLI, bil-għan li jiġu limitati l-każijiet ta’ rapportar doppju, meta l-Prinċipat ta’ Monaco jimplimenta l-CARF fir-rigward tal-Istati Membri, il-Partijiet Kontraenti jenħtieġ li jiddistingwu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim, il-CARF (għall-Prinċipat ta’ Monaco) u d-Direttiva (UE) 2023/2226 (għall-Istati Membri tal-UE) b’mod konsistenti mad-distinzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni bejn l-Istandard Globali aġġornat u l-CARF,
BILLI, bil-għan li jittejbu l-affidabbiltà u l-użu tal-informazzjoni skambjata, l-aġġornament tal-Istandard Globali jintroduċi rekwiżiti tar-rapportar aktar dettaljati u proċeduri msaħħa tad-diliġenza dovuta,
BILLI l-aġġornament tal-Istandard Globali jżid kategorija ġdida “Kont Eskluż” għall-Kontijiet ta’ Kontribuzzjoni Kapitali u limitu de minimis għar-rapportar ta’ Kontijiet Depożitarji li fihom Prodotti ta’ Ħlas Elettroniku Speċifikati,
Billi, għall-Istati Membri, ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data fl-Unjoni Ewropea li japplikaw ukoll għall-iskambji ta’ informazzjoni li jsiru mill-Istati Membri li huma koperti mill-Ftehim,
BILLI l-protezzjoni tad-data personali fil-Prinċipat ta’ Monaco hija rregolata mil-Liġi Nru 1.565 tat-3 ta’ Diċembru 2024 relatata mal-protezzjoni tad-data personali inklużi l-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni stabbiliti mill-Ordni Sovran (7),
Billi, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll Emendatorju, il-Kummissjoni Ewropea sa issa għadha ma adottatx deċiżjoni skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 li tistabbilixxi li l-Prinċipat ta’ Monaco jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data personali,
BILLI ż-żewġ Partijiet Kontraenti jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw u josservaw is-salvagwardji speċifiċi għall-protezzjoni tad-data stabbiliti fil-Ftehim, inkluż l-Anness III tiegħu, b’tali mod li jiżguraw li l-ebda Parti Kontraenti ma tkun tista’ tuża xi ġustifikazzjoni biex tirrifjuta l-iskambju ta’ informazzjoni mal-Parti Kontraenti l-oħra,
BILLI l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti, l-Awtoritajiet Kompetenti li jibagħtu u l-Awtoritajiet Kompetenti riċeventi, bħala kontrolluri tad-data, jenħtieġ li jżommu l-informazzjoni pproċessata f’konformità mal-Ftehim għal mhux aktar milli meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu u billi, minħabba d-differenzi fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri u tal-Prinċipat ta’ Monaco, il-perjodu massimu taż-żamma għal kull Parti Kontraenti jenħtieġ li jiġi stabbilit b’referenza għall-istatut tal-preskrizzjonijiet ipprovdut mil-leġiżlazzjoni domestika dwar it-taxxa ta’ kull kontrollur tad-data,
BILLI l-ipproċessar ta’ informazzjoni skont il-Ftehim huwa meħtieġ u proporzjonat għall-fini li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri u tal-Prinċipat ta’ Monaco jkunu jistgħu jidentifikaw b’mod korrett u inekwivoku lill-kontribwenti kkonċernati, jamministraw u jinfurzaw il-liġijiet tagħhom dwar it-taxxa f’sitwazzjonijiet transfruntiera, jivvalutaw il-probabbiltà li ssir evażjoni tat-taxxa u jevitaw aktar investigazzjonijiet mhux meħtieġa,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-kliem introduttorju bejn it-titolu u l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-UNJONI EWROPEA u L-PRINĊIPAT TA’ MONACO, it-tnejn li huma, minn hawn ’il quddiem imsejħin, individwalment, ‘Parti Kontraenti’ u, flimkien, ‘Partijiet Kontraenti’, FTIEHMU LI JIKKONKLUDU L-FTEHIM LI ĠEJ:” ; |
|
(2) |
fl-Artikolu 1(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
; |
|
(3) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Jekk il-konsultazzjonijiet ikunu jikkonċernaw nuqqas ta’ konformità sinifikanti ma’ dan il-Ftehim, u l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 1 ma tipprevedix soluzzjoni adegwata, l-Awtorità Kompetenti ta’ Stat Membru jew ta’ Monaco tista’ tissospendi l-iskambju ta’ informazzjoni skont dan il-Ftehim ma’ Monaco jew Stat Membru speċifiku, rispettivament, billi tavża bil-miktub lill-Awtorità Kompetenti kkonċernata l-oħra. Din is-sospensjoni jkollha effett immedjat. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, nuqqas ta’ konformità sinifikanti jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal: (i) nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità u s-salvagwardja tad-data ta’ dan il-Ftehim, inkluż l-Anness III, tar-Regolament (UE) 2016/679 u tal-Liġi Nru 1.565 tat-3 ta’ Diċembru 2024 relatata mal-protezzjoni tad-data personali inklużi l-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni stabbiliti mill-Ordni Sovran, skont il-kuntest, (ii) nuqqas mill-Awtorità Kompetenti ta’ Stat Membru jew ta’ Monaco li tipprovdi informazzjoni f’waqtha jew adegwata kif meħtieġ skont dan il-Ftehim, u (iii) id-deżinjazzjoni ta’ Entitajiet jew kontijiet bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi b’mod li jfixkel il-finijiet ta’ dan il-Ftehim.” |
|
(7) |
l-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Terminazzjoni Kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti tista’ tittermina dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta’ terminazzjoni bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra. Din it-terminazzjoni ssir effettiva fl-ewwel jum tax-xahar wara perjodu ta’ 12-il xahar mid-data tal-avviż ta’ terminazzjoni. Fil-każ ta’ terminazzjoni, l-informazzjoni kollha riċevuta qabel skont dan il-Ftehim tibqa’ kunfidenzjali u soġġetta (i) fil-każ tal-Istati Membri, għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 u (ii) fil-każ ta’ Monaco, għad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 1.565 tat-3 ta’ Diċembru 2024 relatata mal-protezzjoni tad-data personali inklużi l-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni stabbiliti mill-Ordni Sovran, u fiż-żewġ każijiet għas-salvagwardji speċifiċi għall-protezzjoni tad-data previsti f’dan il-Ftehim, inklużi dawk fl-Anness III.” |
|
(8) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
fl-Anness IV, jitħassar is-subparagrafu (ac). |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan il-Protokoll Emendatorju huwa konkluż soġġett għar-ratifika jew għall-approvazzjoni mill-Partijiet Kontraenti f’konformità mal-proċeduri interni tagħhom. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija ta’ dawn il-proċeduri. Dan il-Protokoll Emendatorju għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ Jannar wara l-aħħar notifika.
2. Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 1(2), (3)(b) u (8) (c) ta’ dan il-Protokoll Emendatorju għandu japplika mid-data li fiha l-Prinċipat ta’ Monaco jibda japplika l-CARF mal-Istati Membri kollha.
Artikolu 3
Lingwi
Dan il-Protokoll Emendatorju għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Iżvediż, b’kull test ugwalment awtentiku.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti, debitament awtorizzati għal dan l-għan, iffirmaw dan il-Protokoll Emendatorju.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta’ dħul minn tfaddil fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/48/oj).
(2) ĠU L 19, 21.1.2005, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2005/44(1)/oj.
(3) ĠU L 225, 19.8.2016, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2016/1392/oj.
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2023/2226 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L, 2023/2226, 24.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2226/oj).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/16/oj).
(6) Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(7) “Journal de Monaco”, il-bulettin uffiċjali tal-Prinċipat, Nru 8725 tat-13 ta’ Diċembru 2024
DIKJARAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET KONTRAENTI:
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR IL-FTEHIM U L-ANNESSI
Il-Partijiet Kontraenti jaqblu, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-Annessi I u II tiegħu, kif emendati bil-Protokoll Emendatorju tat-13 ta’ Ottubru 2025, li jużaw il-Kummentarji tal-Mudell ta’ Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tal-OECD u l-Istandard Komuni ta’ Rapportar, kif ukoll il-Kummentarji tal-Addendum tal-2023 tal-Mudell ta’ Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tal-OECD u tal-aġġornament tal-2023 għall-Istandard Komuni ta’ Rapportar, bħala sors ta’ spjegazzjoni jew interpretazzjoni sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR L-ARTIKOLU 5 TAL-FTEHIM
Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-Artikolu 5 tal-Ftehim huwa allinjat mal-aħħar standard tal-OECD dwar it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni fi kwistjonijiet fiskali minqux fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD. Għalhekk, il-Partijiet Kontraenti jaqblu, rigward l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 li l-kummentarju dwar l-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD fuq l-Introjtu u fuq il-Kapital jenħtieġ li jkun sors ta’ interpretazzjoni.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR ID-DĦUL FIS-SEĦĦ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROTOKOLL EMENDATORJU
Il-Partijiet Kontraenti jiddikjaraw li huma jistennew li r-rekwiżiti kostituzzjonali tal-Prinċipat ta’ Monaco u r-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni Ewropea dwar id-dħul fi ftehimiet internazzjonali ser jiġu ssodisfati fil-ħin biex il-Protokoll Emendatorju jkun jista’ jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ Jannar 2026. Huma ser jieħdu l-miżuri kollha fis-setgħa tagħhom sabiex jilħqu dak l-għan.
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2025/2393/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)