|
15.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 366/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1811
tal-14 ta’ Ottubru 2021
li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fit-18 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “ir-RPĊ” jew “iċ-Ċina”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2021 minn Euroalliages (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-kalċju-siliċju fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirreġistra l-importazzjonijiet soġġetti għal investigazzjoni anti-dumping matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni sakemm ma jkollhiex biżżejjed evidenza skont it-tifsira tal-Artikolu 5 li r-rekwiżiti taħt il-punt (c) jew dawk taħt il-punt (d) tal-Artikolu 10(4) ma ġewx issodisfati. |
|
(4) |
Fil-każ inkwistjoni, l-ilmentatur ma talabx reġistrazzjoni u l-Kummissjoni sabet li r-rekwiżiti taħt il-punt (d) ma ġewx issodisfati peress li, minbarra l-livell ta’ importazzjonijiet li kkawżaw dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, wara dan kien hemm żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet. Skont id-data tal-Eurostat, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqas b’86 % fl-ewwel erba’ xhur (jiġifieri minn Marzu sa Ġunju 2021) wara l-bidu tal-investigazzjoni meta mqabbel mal-istess xhur matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq bażi ta’ kull xahar, l-importazzjonijiet medji miċ-Ċina matul l-ewwel erba’ xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni naqsu b’74 % meta mqabbla mal-importazzjonijiet medji ta’ kull xahar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma rreġistratx importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni. |
1.2. Il-partijiet interessati
|
(5) |
Fin-Notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat b’mod speċifiku lill-ilmentatur, lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(6) |
Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. |
|
(7) |
F’dan l-istadju tal-investigazzjoni ma ntalbet l-ebda seduta. |
1.3. Kummenti dwar il-bidu
|
(8) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-bidu mill-Eurofer u mill-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar (Wirtschaftsvereinigung Stahl) li talbu t-terminazzjoni tal-investigazzjoni. |
|
(9) |
L-Eurofer affermat li r-raġuni ewlenija għall-prestazzjoni batuta tal-industrija tal-Unjoni kienet it-tnaqqis fir-ritmu tal-produzzjoni tal-azzar u mhux l-importazzjonijiet Ċiniżi u, għalhekk, l-ilment naqas milli jistabbilixxi rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-Eurofer argumentat ukoll li l-ilmentatur ma ta l-ebda informazzjoni dwar sa liema punt il-produtturi tal-kalċju-siliċju jistgħu jipproduċu ligi tal-ħadid oħra fuq l-istess makkinarju. Barra minn hekk, l-Eurofer affermat li l-ilmentatur naqas milli janalizza kif xieraq fatturi għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li setgħu wasslu għas-sitwazzjoni tal-industrija tal-kalċju-siliċju fl-Unjoni, bħall-pandemija tal-COVID-19 u r-rabta mal-kapaċità żejda tal-azzar. Barra minn hekk, l-Eurofer sostniet li l-allegati żidiet fl-importazzjonijiet Ċiniżi ma setgħux jiġu rrikonċiljati abbażi tad-data dwar l-importazzjoni tal-Eurostat/COMEXT għall-kodiċi NM 7202 99 80. Skont din id-data, iż-żidiet fl-importazzjoni miċ-Ċina ma kinux viżibbli matul il-PI, filwaqt li ż-żidiet fl-importazzjoni mill-Brażil kienu ħafna aktar b’saħħithom. Barra minn hekk, fir-rigward tal-profittabbiltà, l-Eurofer u l-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar affermaw li t-tnaqqis tagħha kienet il-konsegwenza loġika tal-agħar kriżi ekonomika f’aktar minn għaxar snin. Skont l-Eurofer, is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali wasslet għall-prestazzjoni ħażina tal-ilmentatur, aktar milli għall-importazzjonijiet. B’mod partikolari, fir-rigward tal-kostijiet, l-Eurofer indikat li, għall-kuntrarju tal-allegazzjoni tal-ilmentatur, il-kostijiet tal-enerġija naqsu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u għalhekk ma setgħux jikkontribwixxu għaż-żieda fil-kostijiet. Barra minn hekk, skont l-Eurofer, il-kostijiet fissi ma żdidux, minħabba domanda aktar baxxa għall-azzar. Il-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar żiedet li jrid jitqies ukoll li l-produtturi Ċiniżi tal-elementi tal-illigar għandhom vantaġġi ta’ kostijiet komparattivi notevoli fil-produzzjoni tal-ligi minħabba kostijiet aktar baxxi tal-enerġija u lavorattivi u sorsi ta’ materja prima proprja. Dan kollu allegatament wera li t-tnaqqis fil-profittabbiltà ma kienx il-konsegwenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda l-konsegwenza loġika tas-sitwazzjoni ekonomika ġenerali u l-pandemija tal-COVID-19. |
|
(10) |
Fl-ilment, it-twaqqigħ tal-prezz ġie stabbilit abbażi ta’ ċerti tranżazzjonijiet li kienu l-aħjar informazzjoni disponibbli għall-ilmentatur f’dak l-istadju. L-Eurofer ikkritikat dan il-metodu u indikat ukoll li t-twaqqigħ tal-prezz jenħtieġ li jqis jekk il-bejgħ sarx bl-ingrossa jew bħala wajer cored. |
|
(11) |
L-analiżi tal-Kummissjoni kkonfermat li l-ebda wieħed mill-elementi msemmija, kemm jekk kien fattwalment korrett kif ukoll jekk le, ma kien biżżejjed biex iqajjem dubji dwar il-konklużjoni li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza li turi li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu qed jidħlu fl-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u dehru li kienu qed jikkawżaw dannu materjali lill-produtturi tal-Unjoni. Dawn l-aspetti kienu ġew stabbiliti abbażi tal-aħjar evidenza disponibbli għall-ilmentatur f’dak iż-żmien, u kienu rappreżentattivi u affidabbli biżżejjed. Barra minn hekk, l-asserzjonijiet imressqa mill-Eurofer u mill-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar ġew eżaminati fid-dettall matul l-investigazzjoni, u huma indirizzati aktar hawn taħt. |
|
(12) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat li l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ dumping, dannu u rabta kawżali, u b’hekk jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku. |
1.4. Kampjunar
|
(13) |
Fin-Notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni stqarret li din tista’ tieħu kampjun ta’ ċerti tipi ta’ partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.4.1. Produtturi tal-Unjoni
|
(14) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li se tagħmel il-kwestjonarji disponibbli għall-uniċi żewġ produtturi magħrufa tal-Unjoni, jiġifieri OFZ, a.s. u Ferropem. Madankollu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lil produtturi oħrajn tal-Unjoni, jekk ikun hemm, biex jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jitolbu kwestjonarju mhux aktar tard minn sebat (7) ijiem wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu. |
|
(15) |
L-ebda produttur ieħor tal-Unjoni ma ppreżenta ruħu lill-Kummissjoni. Għalhekk, iż-żewġ produtturi tal-Unjoni msemmija jitqiesu li jikkostitwixxu 100 % tal-industrija tal-Unjoni. |
1.4.2. Kampjunar tal-importaturi
|
(16) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ bidu. |
|
(17) |
Erba’ importaturi mhux relatati (Affival SAS, Coftech GmbH, Sider Trading SpA, SKW Stahl-Metallurgie GmbH) ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. Il-Kummissjoni stiednet lill-erba’ kumpaniji indikati biex jimlew il-kwestjonarju għall-importaturi. |
1.4.3. Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(18) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(19) |
Tliet produtturi esportaturi fil-RPĊ ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
1.5. It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika
|
(20) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-RPĊ (“GTĊ”). |
|
(21) |
Barra minn hekk, fl-ilment, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fir-RPĊ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, kif tħabbar fin-Notifika ta’ Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju addizzjonali f’dan ir-rigward lill-Gvern tar-RPĊ. |
|
(22) |
Il-kwestjonarji għall-produtturi tal-Unjoni, għall-importaturi mhux relatati, għall-utenti, u għall-produtturi esportaturi kienu disponibbli online (3) fil-jum tal-bidu. |
|
(23) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju miż-żewġ produtturi tal-Unjoni, miż-żewġ importaturi tal-Unjoni (Affival u Coftech), miż-żewġ utenti (AFV Acciaierie Beltrame S.p.A. u Filo d.o.o.) u mit-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw (Ningxia Ketong New Material Technology Co., Ltd., Ningxia Shun Tai Smelting Co., Ltd. u n-negozjant relatat tagħha Overseas Metallurgy Co., Ltd. u Shaanxi Shenghua Metallurgy-Chemical Co., Ltd.). |
|
(24) |
Il-Kummissjoni fittxet u kkontroverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti li ttieħdu biex tiġi indirizzata t-tifqigħa (“in-Notifika tal-COVID-19”) (4), il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li kkooperaw. Minflok, il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCCs”) tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji li ġejjin permezz ta’ vidjokonferenza: |
Produtturi tal-Unjoni
|
— |
OFZ, a.s., Istebné, is-Slovakkja |
|
— |
Ferropem, Chambéry, Franza |
Importaturi
|
— |
Affival SAS, Solesmes, Franza |
Produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
— |
Ningxia Ketong New Material Technology Co., Ltd. (“Ketong”) |
|
— |
Ningxia Shun Tai Smelting Co., Ltd. u n-negozjant relatat tagħha Overseas Metallurgy Co., Ltd. (“Shun Tai”) |
|
— |
Shaanxi Shenghua Metallurgy-Chemical Co., Ltd. (“Shenghua”). |
1.6. Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(25) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott ikkonċernat
|
(26) |
Il-prodott ikkonċernat huwa liga jew kompost kimiku li, skont il-piż, fih 16 % jew aktar ta’ kalċju, 45 % jew aktar ta’ siliċju, inqas minn 14 % ta’ ħadid u mhux aktar minn 10 % ta’ kwalunkwe element ieħor; irrispettivament hux ippreżentat f’forma sfuża jew le, imballat f’boroż jew f’tankijiet tal-azzar, magħluq fi pjanċi tal-azzar (jew wajer bil-qalba tal-metall), jew ippreżentat mod ieħor, li joriġina mir-RPĊ, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7202 99 80 u ex 2850 00 60 (kodiċijiet TARIC 7202998030 u 2850006091) (“il-prodott ikkonċernat”). Spiss jissejjaħ kalċju-siliċju jew “CaSi”. |
|
(27) |
Il-kalċju-siliċju jintuża fil-manifattura ta’ ligi speċjali tal-metall. Il-ligi tal-CaSi jintużaw bħala deossidatur u desulfuratur fil-manifattura ta’ azzar ta’ grad għoli. |
2.2. Prodott simili
|
(28) |
L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(29) |
F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.3. Asserzjonijiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott
|
(30) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda asserzjoni fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. |
3. DUMPING
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(31) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(32) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi Ċiniż esportaturi kollha biex jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-kalċju-siliċju. Tliet produtturi esportaturi Ċiniżi ppreżentaw l-informazzjoni rilevanti. |
|
(33) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, iressqu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma ngħatat l-ebda tweġiba għall-informazzjoni mitluba mill-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
|
(34) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni stqarret ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħrajn li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(35) |
Fis-7 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni infurmat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-kalċju-siliċju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat il-Brażil u l-Arġentina bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa possibbli. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-ilmentatur u mingħand il-produtturi esportaturi Ketong u Shenghua. Dawn il-kummenti huma analizzati fid-dettall fil-premessi (93) sa (119). |
|
(36) |
Fl-14 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni infurmat permezz tat-tieni nota (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali, bil-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija rilevanti Rima Industrial S.A. (“Rima Industrial”) fil-pajjiż rappreżentattiv. It-Tieni Nota indirizzat ukoll il-kummenti li waslu dwar l-Ewwel Nota. Waslu kummenti għat-Tieni Nota mingħand l-ilmentatur u mingħand il-produtturi esportaturi Ketong u Shenghua. Dawn il-kummenti huma analizzati fid-dettall fil-premessi (122) sa (136). |
3.2. Valur Normali
|
(37) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(38) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkulat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. |
|
(39) |
Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ kif iddikjarat fil-premessa (33), l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.1. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(40) |
Fl-investigazzjoni reċenti dwar il-ferrosiliċju li joriġina mir-RPĊ, li l-produtturi tiegħu jappartjenu għas-settur tal-ligi tal-ħadid, bl-istess mod għall-produtturi tal-kalċju-siliċju, (5) il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fis-settur imsemmi. F’dik l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa wkoll. |
|
(41) |
F’dik l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali mill-gvern fir-RPĊ u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (6). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-ferrosiliċju, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (7), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (8). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu wkoll effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fl-allokazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (9). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (10). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-ferrosiliċju fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (11), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (12). Minħabba s-similarità mill-qrib tal-inputs użati u tal-proċess tal-produzzjoni, dawn is-sejbiet japplikaw fil-biċċa l-kbira wkoll għas-settur tal-kalċju-siliċju, dan tal-aħħar jifforma wkoll parti mis-settur tal-ligi tal-ħadid. |
|
(42) |
Bħal fl-investigazzjonijiet rigward is-settur tal-ferrosiliċju fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fl-ilment kif ukoll fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi pubblikament disponibbli. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott li qed jiġi investigat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(43) |
L-ilment f’dan il-każ irrefera għar-Rapport, b’mod partikolari għad-distorsjonijiet fis-settur tal-enerġija u fir-rigward ta’ ċerti inputs minerali. Barra minn hekk, l-ilmentatur ipprovda wkoll studju dwar id-distorsjonijiet tas-suq ikkaġunati mill-Istat fl-industriji Ċiniżi tal-ligi tal-ħadid u tas-siliċju. Dan l-istudju ddokumenta li l-industrija Ċiniża tal-ligi tal-ħadid hija soġġetta għal gwida u interferenza diskrezzjonali ferm mifruxa mill-gvern u kkonkluda li l-kumpaniji Ċiniżi f’din l-industrija “qed joperaw f’ambjent ta’ suq distort li fih il-forzi kompetittivi ma humiex permessi jistrutturaw is-suq domestiku u jallinjawh mas-swieq globali.” Dan l-istudju tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. Ma ġie pprovdut l-ebda kumment dwar dan l-istudju minn xi parti interessata, inklużi l-GTĊ u l-produtturi esportaturi. L-ilment kien fih ukoll referenzi għall-Inventarju tal-OECD dwar ir-Restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq il-Materja Prima Industrijali. |
|
(44) |
Fis-settur tal-kalċju-siliċju, ċertu grad ta’ sjieda u kontroll mill-GTĊ jippersisti fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni stabbiliet li wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw - Shenghua - huwa 65 % proprjetà ta’ Shaanxi Metallurgical & Mining Group Co., li min-naħa tagħha hija sussidjarja ta’ Shaanxi Shaanxi Non-ferrous Metals Holding Group Co, proprjetà tal-Istat (13). Il-kumpanija tirrikonoxxi li għadha taħt l-influwenza tal-SOE u tibbenefika mill-appoġġ qawwi tal-gvern (14). Barra minn hekk, filwaqt li ż-żewġ produtturi esportaturi l-oħrajn li kkooperaw jidhru li huma proprjetà privata, wieħed minnhom - Ningxia Shun Tai Smelting - jidher ukoll li għandu relazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali: dan jinsab fil-Park Industrijali ta’ Zhongwei, li jagħti bosta politiki preferenzjali lil kumpaniji stabbiliti, bħal taxxi jew prezzijiet tal-elettriku mnaqqsa (15). Is-sit web tal-Park jiddikjara wkoll li “Il-proġett tal-forn bl-ark mgħaddas tal-liga tas-siliċju-kalċju u l-ġenerazzjoni tal-enerġija mis-sħana mormija ta’ Ningxia Shuntai Smelting Company huwa proġett ewlieni għall-promozzjoni tal-investiment tal-Gvern Muniċipali ta’ Zhongwei.” |
|
(45) |
Billi ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni minn kwalunkwe esportatur Ċiniż ieħor tal-prodott li jkun qiegħed jiġi investigat, il-proporzjon preċiż ta’ produtturi privati u tal-Istat tal-kalċju-siliċju ma setax jiġi ddeterminat ulterjorment. |
|
(46) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni kkonfermat skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku li fis-settur tal-elettriku, li huwa l-fattur ewlieni tal-produzzjoni fil-manifattura tal-kalċju-siliċju, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. Kif instab mill-Kummissjoni fir-Rapport tagħha, is-suq tal-elettriku fiċ-Ċina huwa kkaratterizzat minn involviment qawwi tal-SOEs f’diversi stadji tal-katina tal-provvista, u fl-2017 madwar 50 % tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni kienet proprjetà tal-Istat, filwaqt li l-grilja kollha ta’ trażmissjoni hija proprjetà ta’ żewġ SOEs (16). |
|
(47) |
Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-Partit Kommunista Ċiniż (“CCP”) u mill-inqas kumpanija waħda li timmanifattura l-prodott li qed jiġi investigat. Is-CEO ta’ Shenghua u s-sid ta’ 35 % tas-sehem tal-kumpanija jokkupa fl-istess ħin il-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-Partit (17). |
|
(48) |
Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-kalċju-siliċju huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida tal-politika. Bħal fi kwalunkwe settur ieħor fir-RPĊ, dawn il-produtturi huma ristretti li jospitaw attivitajiet tal-bini tal-partit u jżommu affiljazzjoni mill-qrib mas-CCP u mal-ideoloġija tiegħu. L-eżempju li ġej juri x-xejra msemmija hawn fuq ta’ livell ta’ intervent mill-GTĊ li qed jiżdied fis-settur tal-kalċju-siliċju wkoll. L-investigazzjoni żvelat attivitajiet estensivi tal-bini tal-partit fil-kumpanija Shenghua. Is-sit web tal-produttur huwa b’mod partikolari espliċitu dwar il-bini tal-partit tas-CCP tal-intrapriża u r-rwol tiegħu fil-kumpanija: “Fis-17 ta’ Lulju, il-kumitat tas-CPC ta’ Shaanxi Shenghua Metallurgical Chemical Co., Ltd. organizza r-raba’ sessjoni ta’ studju tal-grupp taċ-ċentru tal-kumitat tal-Partit. Is-Segretarju tal-Partit u d-Direttur Eżekuttiv Wei Xinhua ppresjeda l-laqgħa. Il-membri tal-kumitat tal-Partit, membri oħrajn tal-kumitati mhux tal-partit kif ukoll segretarji tal-fergħat attendew għal-laqgħa. Fil-laqgħa, Yang Hui, viċi segretarju tal-Kumitat tal-Partit, introduċa l-materjal ta’ studju tal-PPT dwar “Il-Liġi Fundamentali tal-Partit Komunista taċ-Ċina-Il-Kostituzzjoni tal-Partit tad-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina”, u żgura l-istudju kollettiv tad-diskors tal-President ta’ Metallurgical Group fil-Praise Conference tal-1 ta’ Lulju “Ejjew nallinjaw mal-avvanzati u ningħaqdu u nsaħħu l-forza tat-tidwib.” l-parteċipanti skambjaw il-ħsibijiet tagħhom u ddiskutew kif għandhom jissodisfaw l-obbligi tal-membri tal-partit u jissodisfaw il-missjonijiet tagħhom. […] [Wei Xinhua] ressaq diversi rekwiżiti għat-tim ta’ tmexxija u għall-comrades tal-membri tal-Partit: 1. Biex wieħed ikompli jara titjib fih innifsu billi jaqra serjament il-Kostituzzjoni tal-Partit, […] 2. Isaħħaħ l-ideoloġija u t-twemmin, jaderixxi bla xkiel mat-tmexxija tal-kumitat tal-Partit tal-kumpanija, imexxi ’l quddiem l-“Ispirtu ta’ Yan’an” u l-“Ispirtu ta’ Nail”, u jiffoka l-enerġija tiegħu fuq il-kompiti biex iwettaq dmirijietu u jiżgura impjieg tajjeb għall-kumpanija. […] 4. Jinvestiga u jikkoreġi l-problema relatata mal-istil ta’ ħidma tiegħu stess f’konformità mal-kostituzzjoni u mad-dixxiplina tal-Partit. Il-fergħat kollha jridu jagħmlu xogħol tajjeb fl-edukazzjoni ideoloġika tal-membri tal-Partit u tal-uffiċjali tal-partit u jtejbu l-ispirtu tal-Partit tagħhom; […] Il-kumitat ta’ spezzjoni tad-dixxiplina tal-kumpanija u l-uffiċċju ta’ spezzjoni u superviżjoni tad-dixxiplina jridu iwettqu b’mod strett id-dmirijiet superviżorji tagħhom” (18). |
|
(49) |
Barra minn hekk, ġie stabbilit li fis-settur tal-kalċju-siliċju huma stabbiliti politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(50) |
Dik l-industrija, flimkien ma’ sottosetturi oħrajn tal-ligi tal-ħadid li għandhom rwol sinifikanti fil-produzzjoni tal-azzar, hija settur importanti għall-GTĊ. B’mod partikolari, il-Kummissjoni sabet li s-settur jitqies bħala industrija mħeġġa fil-provinċja ta’ Ningxia, f’konformità mal-Catalogue of encouraged industries in the Western provinces (19). tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma (“NDRC”) tal-2020. |
|
(51) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-inputs meħtieġa għall-produzzjoni tal-kalċju-siliċju, inħarġu diversi pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn f’diversi livelli. Dan tal-aħħar juri l-livell ta’ interferenza mill-Istat fis-swieq ta’ dawn l-inputs. |
|
(52) |
Fir-rigward tal-elettriku, li jirrappreżenta l-akbar sehem mill-kostijiet tal-input, kif stabbilit mill-Kummissjoni fir-Rapport, il-prezzijiet tal-elettriku ma humiex ibbażati fuq is-suq fir-RPĊ u huma affettwati wkoll minn distorsjonijiet sinifikanti (permezz tal-iffissar tal-prezzijiet ċentrali, id-differenzjazzjoni tal-prezzijiet u fil-prattiki diretti ta’ xiri tal-elettriku) (20). Filwaqt li s-suq tal-enerġija fiċ-Ċina għadda minn għadd ta’ bidliet u riformi (21), xi prezzijiet rilevanti għas-sistema tal-enerġija għadhom ma humiex ibbażati fuq is-suq. Il-gvern jirrikonoxxi li l-prezzijiet għadhom fil-biċċa l-kbira kkontrollati mill-Istat: “Il-ġestjoni attwali tal-prezzijiet tal-elettriku għadha bbażata fuq il-prezzijiet tal-gvern. L-aġġustamenti fil-prezzijiet spiss ma jlaħħqux mal-bidliet fil-kostijiet u l-kostijiet tal-użu tal-elettriku huwa diffiċli li jiġu riflessi fil-ħin u b’mod raġonevoli […] Mekkaniżmu kompetittiv effettiv għall-bejgħ tal-elettriku għadu ma ġiex stabbilit, it-tranżazzjonijiet tas-suq bejn l-intrapriżi u l-utenti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku huma limitati u huwa diffiċli li jiġi involut ir-rwol deċiżiv tas-suq fl-allokazzjoni tar-riżorsi” (22). Din id-dgħufija tas-suq ikkaġunata mill-Istat hija fl-oriġini ta’ aktar tentattivi biex jiġi ġestit is-suq, li hija riflessa f’għadd ta’ dokumenti amministrattivi sussegwenti. Pereżempju, f’Novembru 2020, l-NDRC ħarġet in-Notifika dwar il-promozzjoni tal-iffirmar ta’ kuntratti tal-elettriku fuq terminu medju sa twil tal-2021 (23). B’mod partikolari, id-dokument jagħti struzzjonijiet biex “isir sforz biex jiġi żgurat li l-volum tal-elettriku kkuntrattat ma jkunx anqas minn 80 % tal-volum medju matul l-aħħar tliet snin”, u fir-rigward tal-ipprezzar biex “jiġi stabbilit mekkaniżmu għas-soluzzjoni tad-devjazzjoni […] fir-regolamenti tas-suq lokali biex jiġu indirizzati d-devjazzjonijiet bejn il-volum tal-enerġija kkuntrattat u l-implimentazzjoni reali” u biex “jittejjeb il-mekkaniżmu tal-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet fuq terminu medju u fit-tul Il-lokalitajiet kollha għandhom jimplimentaw b’mod strett il-prezzijiet tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-enerġija kif approvati mill-gvern.” In-Notifika fiha wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-implimentazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ traċċar għall-progress fl-iffirmar tal-kuntratt, jew bit-tisħiħ tal-monitoraġġ, tad-divulgazzjoni u tal-infurzar tal-kuntratti (24). Barra minn hekk, f’Jannar 2021, il-Kunsill tal-Istat ħareġ l-Opinjoni tal-NDRC dwar l-istandardizzazzjoni tal-kostijiet tal-ilma urban, tal-elettriku u tal-provvisti tat-tisħin biex jitrawwem żvilupp ta’ kwalità għolja tas-settur. In-Notifika fiha dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-ipprezzar tal-gvern “[…] Għal proġetti soġġetti għall-ipprezzar tal-gvern jew prezzijiet iggwidati mill-gvern, tiġi ddeterminata b’mod raġonevoli l-kompożizzjoni tal-kostijiet, jissaħħu s-superviżjoni u r-rieżami tal-kostijiet, jittejjeb il-mekkaniżmu għall-formazzjoni tal-prezzijiet u jiġi ddeterminat b’mod xjentifiku l-livell tal-prezzijiet. […]” Fost l-“għanijiet ewlenin” tan-Notifika, issir referenza speċifika għall-mekkaniżmu ta’ input tal-gvern fir-rigward tal-ipprezzar, kif ukoll id-differenzjazzjoni settorjali tal-metodi tal-ipprezzar: “Sal-2025, għandhom jinkisbu riżultati ċari fir-regolamentazzjoni u fl-istandardizzazzjoni tat-tariffi fis-settur tal-provvista tal-ilma, tal-provvista tal-enerġija, tal-gass u tat-tisħin. Għandha tiġi stabbilita bażi għal mekkaniżmu ta’ formazzjoni tal-prezzijiet xjentifiku, standardizzat u trasparenti, u l-mekkaniżmu ta’ input tal-gvern għandu jittejjeb aktar. Il-metodi tal-ipprezzar applikabbli għas-setturi relatati, is-superviżjoni tal-kostijiet u l-metodi ta’ rieżami, l-imġiba tal-prezzijiet u l-kopertura komprensiva standard tas-servizzi, kif ukoll il-kwalità u l-effiċjenza tal-provvista tal-ilma, tal-elettriku, tat-tisħin u ta’ prodotti u ta’ servizzi oħrajn għandhom jittejbu b’mod sinifikanti.” (25) |
|
(53) |
Il-faħam huwa materja prima oħra użata għall-manifattura tal-kalċju-siliċju. Kif instab mill-Kummissjoni fir-Rapport tagħha, is-suq tal-faħam fir-RPĊ huwa soġġett għal distorsjonijiet, b’mod partikolari bħala riżultat tas-sussidjar (26) u permezz tal-ġestjoni u tal-kontroll fuq l-isfruttament tar-riżorsi tal-faħam (27). Barra minn hekk, fl-investigazzjoni dwar il-Glutamat tal-Monosodju li joriġina mir-RPĊ u mill-Indoneżja, il-Kummissjoni għamlet sejbiet dwar l-interferenza mill-Istat fil-forzi tas-suq fis-settur tal-faħam Ċiniż fil-livell provinċjali, b’mod partikolari fil-Provinċja ta’ Shandong, permezz ta’ dokumenti ta’ ppjanar li jirregolaw ix-xejriet tal-provvista, tal-lokalizzazzjoni u industrijali (28). Fl-investigazzjoni attwali, il-Kummissjoni stabbiliet aktar elementi ta’ interferenza mill-Istat. F’Mejju 2021, l-Amministrazzjoni Nazzjonali għall-Enerġija (NEA) u l-NDRC ħarġu b’mod konġunt in-Notifika dwar il-miżuri ta’ ġestjoni għall-kapaċità tal-produzzjoni tal-minjieri tal-faħam u l-kriterji ta’ approvazzjoni, bil-għan li jirregolaw il-kapaċitajiet tal-minjieri tal-faħam u jinfurzaw il-limiti rilevanti, ikkalkulati abbażi tan-notifika. (29) Bħala eżempju ieħor ta’ attività li tirregola l-Istat b’firxa wiesgħa fis-suq tal-faħam, f’Diċembru 2020, l-NDRC ħarġet in-Notifika dwar l-iżgurar tal-iffirmar u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti tal-faħam fuq terminu medju u twil fl-2021 (30). In-Notifika tenfasizza b’mod espliċitu l-għan li jiżdiedu l-influwenza u s-superviżjoni tal-Istat fil-proċess kuntrattwali: “Tingħata aktar importanza lir-rwol tal-gvern, jiġi enfasizzat it-tisħiħ tal-bini tas-sistema, jittejbu r-regoli tat-tranżazzjonijiet, tissaħħaħ is-superviżjoni tal-kreditu, u jiġu ggwidati l-partijiet rilevanti biex titqajjem kuxjenza dwar is-sitwazzjoni ġenerali, jittieħdu responsabbiltajiet soċjali, tiġi standardizzata l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, u jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq tal-faħam.” In-notifika tagħti wkoll struzzjonijiet biex “[t]issaħħaħ l-awtodixxiplina tal-industrija. L-assoċjazzjonijiet rilevanti kollha tal-industrija għandhom jiggwidaw lill-intrapriżi biex isaħħu l-awtodixxiplina, jimplimentaw kif xieraq ir-rekwiżiti ta’ kuntratti fuq terminu medju u twil, u ma jużawx is-sitwazzjoni tal-provvista u tad-domanda tas-suq u l-pożizzjoni vantaġġuża tal-industrija biex jiffirmaw kuntratti żbilanċjati. L-intrapriżi fuq skala kbira għandu jkollhom rwol eżemplari, jagħmlu awto-regolazzjoni tal-firem tal-kuntratti, itejbu l-għarfien tagħhom dwar l-issodisfar tal-impenji, jieħdu l-inizjattiva li jieħdu r-responsabbiltà soċjali għall-iżgurar tal-provvista u tal-prezzijiet stabbli, u jippromwovu l-operat bla xkiel tas-suq tal-faħam fil-livell nazzjonali.” Ta’ min jinnota b’mod partikolari d-Direttiva ċara biex ma tintużax is-sitwazzjoni tad-domanda u tal-provvista fis-suq fl-iffirmar tal-kuntratti. F’April 2021, l-NDRC ħarġet Notifika dwar l-iżgurar tas-superviżjoni u l-ġestjoni ta’ kuntratti fuq terminu medju u twil tal-faħam tal-2021 oħra, li għandha l-għan li tissorvelja aħjar il-konformità tal-kuntratti ta’ bejgħ u li tiżgura l-provvista tal-faħam (b’mod partikolari abbażi tad-dispożizzjonijiet tan-Notifika Nru 902 imsemmija qabel). Fuq dik il-bażi, il-partijiet rilevanti jenħtieġ li b’mod partikolari jiżguraw li r-rata ta’ konformità ta’ kull xahar jenħtieġ li ma tkunx inqas minn 80 %, u r-rata ta’ konformità trimestrali u annwali jenħtieġ li ma tkunx inqas minn 90 % (31). |
|
(54) |
L-interventiżmu mill-Istat fis-suq tal-faħam jista’ jiġi nnotat ukoll fid-deċiżjoni reċenti dwar l-estensjoni għal sena oħra taż-żmien tal-operat bi prova għall-minjieri tal-faħam magħluqa bil-għan li jiżdiedu l-produzzjoni u l-provvista, sabiex jiġu miġġielda ż-żidiet fil-prezzijiet tal-komodità (wara li l-produzzjoni tal-minjieri tkun ġiet sospiża qabel) (32). |
|
(55) |
Barra minn hekk, żewġ materji primi importanti oħrajn użati għall-manifattura tal-kalċju-siliċju – il-kwarzit u l-ġebla tal-ġir – huma koperti mit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għar-Riżorsi Minerali, u dan jippermetti lill-Istat jiġġestixxi s-swieq ewlenin tar-riżorsi minerali fir-RPĊ kważi fiż-żoni kollha (33). Barra minn hekk, l-investigazzjoni kkonfermat li skont l-edizzjoni tal-2020 tal-Inventarju tal-OECD tar-Restrizzjonijiet tal-Esportazzjoni fuq il-Materja Prima Industrijali, fir-RPĊ, fl-2019, il-kwarzit (kodiċi SA 250590) kien soġġett għal rekwiżit ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni mhux awtomatiku (34), li għandu l-kapaċità li jillimita l-attività ta’ esportazzjoni u b’hekk li joħloq distorsjoni fis-suq. |
|
(56) |
Kif wieħed jista’ jinnota mill-eżempji msemmija hawn fuq, il-GTĊ jiġġestixxi l-iżvilupp tas-settur tal-kalċju-siliċju f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ politika u direttivi u jikkontrolla virtwalment kull aspett fil-funzjonament tas-settur. Din il-gwida u intervent mill-gvern jikkonċernaw ukoll l-inputs ewlenin użati fil-manifattura tal-prodott li qed jiġi investigat. Bħala eżempju, Shenghua tirrikonoxxi li tallinja l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha fuq dokumenti ta’ ppjanar ċentrali u fuq politiki ewlenin tal-Istat, kif deskritti fl-objettivi korporattivi tagħha: “Tistinka biex tibni u tibda topera proġetti bħal kalċju tal-metall ta’ purità kbira, siliċju industrijali ta’ grad kimiku, u linji ta’ produzzjoni metallurġiċi tal-mikromewġ u proġetti oħrajn sa tmiem it-“13-il Pjan ta’ Ħames Snin” ” Il-kumpanija tafferma wkoll li hija “tadatta b’mod attiv għan-normalità l-ġdida tal-iżvilupp ekonomiku nazzjonali, taħtaf b’akkuratezza d-direzzjoni l-ġdida tal-politiki ta’ riforma min-naħa tal-provvista, timplimenta bis-sħiħ ir-responsabbiltà ta’ produzzjoni sikura u li hija favur l-ambjent, u, abbażi ta’ tmexxija għaqlija li hija teżerċita fuq l-industrija tal-liga tal-kalċju-siliċju, hija tiddependi fuq il-ġestjoni, it-talenti u r-riċerka xjentifika ta’ Shaanxi Nonferrous Group” (35). |
|
(57) |
Minbarra dan ta’ hawn fuq, il-produtturi tal-kalċju-siliċju huma wkoll benefiċjarji ta’ diversi forom ta’ appoġġ mill-Istat, li jindika b’mod ċar l-interess tal-awtoritajiet f’dan is-settur. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li Ningxia Shun Tai Smelting ibbenefikat minn appoġġ minħabba l-istabbiliment tagħha fil-Park Industrijali ta’ Zhongwei (ara l-Premessa (44), filwaqt li l-kumpanija Ketong ġiet rikonoxxuta bħala “Ċentru tat-Teknoloġija tal-Intrapriżi tar-Reġjun Awtonomu għall-2020”. Fir-rigward ta’ dan, il-media lokali rrapportat li: “Skont ir-regolamenti rilevanti, iċ-ċentru tat-teknoloġija tal-intrapriżi fil-livell tar-reġjuni awtonomi rikonoxxut bħala tali għall-ewwel darba se jirċievi appoġġ finanzjarju ta’ RMB 1 miljun.” (36) Rapporti oħrajn tal-media lokali kkonfermaw l-appoġġ tal-provinċja lill-kumpanija: “Il-persuna rilevanti inkarigata fid-Dipartiment tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni tar-Reġjun Awtonomu indikat li d-distrett tagħna qed jippromwovi b’mod qawwi t-trasformazzjoni strutturali, it-trasformazzjoni ekoloġika, it-trasformazzjoni intelliġenti u t-trasformazzjoni teknoloġika tal-intrapriżi tal-industrija, permezz tal-estensjoni tal-katina tal-industrija, meqjusa bħala prijorità, kif ukoll permezz tat-trasformazzjoni ekoloġika, it-trasformazzjoni intelliġenti u t-trasformazzjoni teknoloġika, meqjusa bħala l-għodod ewlenin, u li qed tippromwovi wkoll l-aġġustament strutturali u t-titjib tal-prodott fl-industrija tal-materja prima. […] Fir-rigward ta’ materjali ta’ ligi speċjali, ir-reġjun tagħna jappoġġa l-iżvilupp ta’ ligi b’temperatura għolja, ligi reżistenti għall-korrużjoni, ligi b’saħħa ultragħolja u materjali oħrajn bi proprjetajiet speċjali u b’funzjonijiet speċjali. Abbażi ta’ intrapriżi bħal Shengyan Industrial, Ketong New Materials, u Jun Magnetic New Materials, se jsiru skoperti fit-teknoloġiji ewlenin biex jiġu żviluppati materjali ta’ ligi b’rekwiżiti speċjali bħar-reżistenza għal temperatura għolja, saħħa kbira u reżistenza kbira għall-korrużjoni, li jintużaw ħafna fil-qasam tal-azzar inossidabbli u tal-azzar speċjali.” (37) |
|
(58) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jiġu appoġġati l-industriji mħeġġa, inkluż il-produzzjoni tal-kalċju-siliċju kif ukoll tal-materja prima ewlenija użata fil-manifattura ta’ dan il-prodott. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
|
(59) |
Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fis-settur tal-kalċju-siliċju msemmi hawn fuq fil-premessa (41) ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott li qed jiġi investigat. |
|
(60) |
Is-settur tal-kalċju-siliċju huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (41). Dawk id-distorsjonijiet jaffetwaw lis-settur kemm direttament (waqt li jsir il-prodott li qed jiġi investigat jew il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tiegħu), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-kapital jew għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema lavorattiva fir-RPĊ). |
|
(61) |
Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-kalċju-siliċju jkun eżentat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (41). Għalhekk, l-intervent sostanzjali mill-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
|
(62) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott li qed jiġi investigat, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-kalċju-siliċju jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li dawn iħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(63) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-kalċju-siliċju ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali mill-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi mill-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinament ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. |
|
(64) |
Il-GTĊ ma ppreżenta l-ebda evidenza jew argument kuntrarju. Madankollu, il-produtturi esportaturi Ketong u Shenghua ppreżentaw għadd ta’ kummenti. |
|
(65) |
Ketong argumentat li l-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-fini tal-istabbiliment tal-valur normali hija inkompatibbli mad-deċiżjoni tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO, mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”), u mal-Korp tad-WTO għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (“DSB”), u għalhekk jenħtieġ li ma tiġix applikata. |
|
(66) |
L-ewwel nett, Ketong fakkret li t-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO ppermettiet derogi mill-metodoloġija standard fid-determinazzjoni tal-valur normali u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu VI tal-GATT tal-1994 u tal-ADA, iżda dawn id-derogi kienu limitati fiż-żmien, peress li skadew fil-11 ta’ Diċembru 2016. Skont Ketong, mit-12 ta’ Diċembru 2016, l-Unjoni jenħtieġ li ma tiddevjax mill-metodoloġija standard meta tistabbilixxi l-valur normali tal-produtturi tal-pajjiż esportatur u milli tuża biss il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi tal-pajjiż esportatur, sakemm dispożizzjonijiet oħrajn tal-ftehimiet tad-WTO, inkluż l-ADA, ma jippermettux mod ieħor. Ketong affermat li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, sa fejn jippermetti lill-Unjoni tuża data ta’ pajjiż rappreżentattiv xieraq, imur kontra l-impenn tal-Unjoni skont il-ftehimiet tad-WTO, b’mod partikolari l-impenn tagħha skont it-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO. |
|
(67) |
Ketong argumentat ukoll li l-Artikolu 2 tal-ADA ma jippermettix l-użu ta’ informazzjoni għajr dik fil-pajjiż esportatur sabiex jiġi stabbilit il-valur normali. Anke f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn il-valur normali jeħtieġ li jinħadem, id-data relatata mal-kost tal-produzzjoni u l-SGA u l-profitti trid tinkiseb mis-sorsi fil-pajjiż tal-esportazzjoni. Skont Ketong, il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti lanqas biss jeżisti fl-ADA. |
|
(68) |
It-tieni, Ketong fakkret li l-Korp tal-Appell tad-WTO fl-Unjoni Ewropea – il-Miżuri anti-dumping fuq il-bijodiżil mill-Arġentina (38) sab li l-Unjoni aġixxiet b’mod inkonsistenti mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA billi ma użatx ir-rekords miżmuma mill-produtturi investigati bħala bażi biex tikkalkula l-kost tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Ketong iddikjarat b’mod partikolari li fid-dawl ta’ dik id-deċiżjoni, id-distorsjonijiet fl-Arġentina li kienu qed jikkawżaw differenza bejn il-prezzijiet domestiċi u dawk internazzjonali tal-materja prima ewlenija tal-prodott ikkonċernat ma kinux fihom infushom bażi suffiċjenti skont l-Artikolu 2.2.1.1 għall-konklużjoni li r-rekords tal-produttur ma kinux jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet tal-materja prima assoċjata mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, jew biex jiġu injorati dawk il-kostijiet meta jinħadem il-valur normali tal-prodott ikkonċernat. |
|
(69) |
Bl-istess mod, Shenghua argumentat li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti mad-dritt tad-WTO. |
|
(70) |
L-ewwel nett, Shenghua affermat li l-ADA ma jirrikonoxxix il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-Artikolu 2.2, li jippermetti biss il-ħdim tal-valur normali jekk ma jkun hemm l-ebda bejgħ fil-perkors ordinarju tal-kummerċ. Shenghua osservat li ma hemm l-ebda artikolu fl-ADA li jippermetti li tintuża data minn pajjiż terz, li ma tistax tirrifletti l-prezzijiet jew il-livell tal-kost tal-pajjiż esportatur, għad-determinazzjoni tal-valur normali. L-ADA għalhekk jirrikjedi li l-valur normali jrid jiġi ddeterminat abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ jew tal-kostijiet li jirriflettu l-livell tal-prezz jew tal-kost fil-pajjiż ta’ oriġini. Għalhekk, il-prezz maħdum ibbażat fuq il-prezzijiet fil-pajjiż rappreżentattiv ma jistax jirrifletti l-livell tal-prezz u tal-kost fil-pajjiż esportatur. |
|
(71) |
It-tieni nett, Shenghua affermat li anke jekk il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti kien konformi mal-liġi tad-WTO, il-valur maħdum ikun jeħtieġ li jiġi kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA u l-interpretazzjoni tiegħu mill-Korp tal-Appell tad-WTO fl-UE – Bijodiżil (DS473). Id-distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur ikollhom jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ bejgħ mhux fil-“perkors ordinarju tal-kummerċ” jew “sitwazzjoni partikolari tas-suq.” Shenghua sostniet li minkejja li l-kunċett ta’ “perkors ordinarju tal-kummerċ” ma huwiex iddefinit b’mod espliċitu fl-ADA, l-Artikolu 2.2.1 jipprovdi li l-bejgħ ta’ prodott jista’ jiġi ttrattat bħala li ma jkunx fil-perkors ordinarju tal-kummerċ u injorat “biss jekk […] tali bejgħ isir f’perjodu ta’ żmien estiż fi kwantitajiet sostanzjali u jsir bi prezzijiet li ma jipprevedux l-irkupru tal-kostijiet kollha […]”. F’dan l-isfond, Shenghua affermat li l-Ilmentatur ma kienx wera li l-allegati distorsjonijiet sinifikanti jaqgħu taħt xi waħda mill-kategoriji ta’ bejgħ “mhux fil-perkors ordinarju tal-kummerċ” jew ta’ “sitwazzjoni partikolari tas-suq.” |
|
(72) |
Il-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) huma konsistenti b’mod sħiħ mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni u mal-ġurisprudenza ċċitata kemm minn Ketong kif ukoll minn Shenghua. Fir-rigward tal-impenji skont it-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO, il-Kummissjoni tfakkar li fil-proċeduri anti-dumping li jikkonċernaw il-prodotti miċ-Ċina, il-partijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll tal-Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li ma skadewx ikomplu japplikaw meta jiġi ddeterminat il-valur normali, kemm fir-rigward tal-istandard tal-ekonomija tas-suq kif ukoll fir-rigward tal-użu ta’ metodoloġija li ma hijiex ibbażata fuq tqabbil strett mal-prezzijiet jew mal-kostijiet Ċiniżi. |
|
(73) |
Fir-rigward tal-każ tal-UE – Bijodiżil, id-deċiżjoni rilevanti ma kinitx tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, iżda ta’ dispożizzjoni speċifika tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Hija l-fehma tal-Kummissjoni li l-liġi tad-WTO kif interpretata mill-Bord tad-WTO u mill-Korp tal-Appell fl-UE – Bijodiżil tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, b’aġġustament dovut meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-ħdim tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi l-ħdim tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. |
|
(74) |
Fir-rigward tal-asserzjoni li tikkonċerna prova insuffiċjenti mill-Ilmentatur, il-bażi ġuridika u l-evidenza sottostanti fl-ilment kienu jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Kif speċifikat fil-Punt 3 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni qieset li l-ilment ipprovda biżżejjed evidenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif meħtieġ mill-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku biex tibda l-investigazzjoni. Ma hemm l-ebda rekwiżit evidenzjarju ieħor tal-allegat tip minn dan il-partit fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(75) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjonijiet ta’ Ketong u ta’ Shenghua. |
|
(76) |
Ketong sostniet li l-elementi tal-kost jew tal-prezz tagħha, li ma jiġux ipprovati mill-Kummissjoni li huma distorti, jenħtieġ li ma jiġux aġġustati jew stabbiliti fuq bażi differenti. |
|
(77) |
Shenghua sostniet li, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tapplika l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, ma jkunx raġonevoli li l-fatturi kollha tal-kostijiet jiġu sostitwiti b’data minn sorsi oħrajn billi, skont il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, huma biss dawk il-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li wrew li huma distorti li se jiġu sostitwiti minn prezzijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. B’mod speċifiku, Shenghua kkummentat li l-ilmentatur naqas milli jagħti prova li kien hemm distorsjoni fil-kostijiet lavorattivi fl-industrija tal-kalċju-siliċju taċ-Ċina, u għalhekk il-Kummissjoni kellha tuża l-kostijiet lavorattivi effettivi kif irrapportat mill-produtturi esportaturi. Shenghua ddikjarat li ma kienx raġonevoli li l-kostijiet lavorattivi jiġu sostitwiti ma’ dawk f’pajjiż terz, minħabba li dawn kienu influwenzati minn diversi fatturi, bħar-relazzjoni bejn il-provvista u d-domanda fis-suq ikkonċernat, il-grad ta’ awtomatizzazzjoni fil-produzzjoni u l-livell tal-prezzijiet tal-prodott bażiku fir-reġjun fejn kienu jinsabu l-produtturi. Shenghua żiedet tgħid li l-kostijiet lavorattivi varjaw mhux biss bejn pajjiżi differenti iżda wkoll bejn produtturi Ċiniżi differenti. Shenghua ddikjarat li l-istess jista’ jingħad għall-enerġija, għall-SG&A u għall-profitt. |
|
(78) |
Bi tweġiba għall-asserzjoni dwar in-nuqqas ta’ evidenza dwar id-distorsjonijiet fil-kostijiet lavorattivi fl-istadju tal-bidu, il-Kummissjoni tirreferi għar-raġunament tagħha fil-premessi (41) u (63). Id-determinazzjoni dwar l-eżistenza reali ta’ distorsjonijiet sinifikanti u l-użu konsegwenti tal-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a)(a) isseħħ biss fil-mument tad-divulgazzjoni provviżorja u/jew definittiva. F’dan il-każ, il-Kummissjoni qieset suffiċjenti l-evidenza sottomessa mill-ilmentatur dwar id-distorsjonijiet sinifikanti suffiċjenti biex tinbeda l-investigazzjoni abbażi ta’ dan. Filwaqt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-kostijiet tal-pagi jistgħu jvarjaw minn pajjiż għal ieħor jew anke bejn is-setturi, il-Kummissjoni, bħala riżultat tal-investigazzjoni tagħha sabet li s-suq tax-xogħol fir-RPĊ kien affettwat minn distorsjonijiet fil-livell tal-pajjiż kollu. Il-kwistjonijiet inerenti għas-suq tax-xogħol Ċiniż, inkluż in-nuqqas ta’ trade unions indipendenti mill-gvern u r-restrizzjonijiet tal-mobilità tal-forza tax-xogħol minħabba s-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi għandhom impatt distorsiv fuq il-ħolqien tal-pagi fir-RPĊ għall-operaturi ekonomiċi kollha. Il-fatt li l-kostijiet tal-pagi jistgħu jkunu differenti f’pajjiżi oħrajn jew jistgħu jvarjaw fir-RPĊ ma jbiddilx din is-sejba. |
|
(79) |
Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll, kif deskritt fid-dettal fil-premessi (51) sa (55) li s-swieq għall-inputs użati mill-produtturi tal-kalċju-siliċju fir-RPĊ kienu soġġetti għal diversi distorsjonijiet sinifikanti, mhux biss dawk speċifiċi iżda wkoll ta’ natura trażversali. L-istess sitwazzjoni applikat għall-produtturi ta’ inputs aktar bażiċi użati għall-manifattura tal-kalċju-siliċju kif ukoll għall-materja prima tiegħu. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-kostijiet kollha tal-inputs użati fil-manifattura tal-prodott li qed jiġi investigat, inkluża l-enerġija, kienu distorti fir-RPĊ. Il-fatt li, kif affermat minn Shenghua, hemm differenzi fil-kostijiet tal-enerġija bejn pajjiżi differenti, ma jbiddilx il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prezzijiet tal-enerġija li qed ikunu distorti fir-RPĊ. |
|
(80) |
F’dan ir-rigward, filwaqt li l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jippermetti l-użu tal-kostijiet domestiċi, inklużi l-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija, jekk jiġu stabbiliti b’mod pożittiv li ma humiex distorti, ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tistabbilixxi li d-distorsjonijiet madwar il-pajjiż ma humiex applikabbli għall-produtturi tal-kalċju-siliċju. Għaldaqstant, ma seta’ jintuża l-ebda kost domestiku bħal dan fil-ħdim tal-valur normali. |
|
(81) |
Fir-rigward tal-SG&A u tal-profitti, il-Kummissjoni nnotat li ladarba jiġi ddeterminat li minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-Kummissjoni tista’ taħdem il-valur normali b’referenza għal prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a). Il-Kummissjoni tissottolinja li dan tal-aħħar jirrikjedi wkoll speċifikament li l-valur normali maħdum jinkludi ammont raġonevoli ta’ kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u profitti mingħajr distorsjoni. Jekk matul l-investigazzjoni tagħha bbażata fuq l-evidenza kollha fil-fajl, il-Kummissjoni tagħti prova tal-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prodott ikkonċernat fil-pajjiż tal-esportazzjoni, ifisser li l-kostijiet reali tal-SG&A tal-produtturi esportaturi huma wkoll affettwati minn dawk id-distorsjonijiet. |
|
(82) |
Għalhekk, l-asserzjonijiet kemm ta’ Ketong kif ukoll ta’ Shenghua ġew miċħuda. |
|
(83) |
Shenghua affermat ukoll li, anke jekk tintuża data minn sorsi oħrajn, ma jkunx raġonevoli li tintuża data ta’ pajjiż terz bħala l-prezz mingħajr distorsjoni. Shenghua rreferiet għall-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirreferi għall-bażi tad-data tal-Global Trade Atlas (“GTA”) għall-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv u qieset li, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, hija xtrat il-materja prima kollha għall-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat fuq livell domestiku. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża sors tad-data aktar affidabbli u raġonevoli u, ikun xi jkun is-sors tad-data li jintuża, jenħtieġ li jsiru aġġustamenti dovuti (bħal għall-ispejjeż tal-konsenja) biex jiġi żgurat li l-allegat prezz mingħajr distorsjoni jkun taħt l-istess termini ta’ xiri mal-materja prima mixtrija minn Shenghua. |
|
(84) |
Fir-rigward ta’ dan l-argument, il-Kummissjoni nnotat li, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (41) sa (63), hija tapplika l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fl-investigazzjoni attwali. Għalhekk, il-Kummissjoni hija marbuta li tuża kostijiet mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq biex tiżgura li l-kostijiet applikati ma jkunx affettwati minn distorsjonijiet u jkunu bbażati fuq data disponibbli faċilment, bħad-data dwar l-importazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data tal-GTA. Fin-nuqqas ta’ data pprovduta minn Shenghua biex tissostanzja l-asserzjoni tagħha dwar l-aġġustamenti dovuti (bħal għal spejjeż ta’ konsenja ogħla), il-valuri tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv jitqiesu li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u li jipprovdu stima raġonevoli tal-prezz fil-pajjiż rappreżentattiv, inklużi l-ispejjeż tal-konsenja. Barra minn hekk, billi l-inputs importati jikkompetu fis-suq domestiku tal-pajjiż rappreżentattiv f’termini ta’ prezzijiet, il-Kummissjoni qisithom bħala indikatur affidabbli. Jekk ma jitqisux l-ispejjeż kollha tal-konsenja fil-każ ta’ importazzjoni, il-prezz li jirriżulta ma jirriflettix il-prezz mingħajr distorsjoni fis-suq tal-pajjiż rappreżentattiv. Dan imur kontra l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk din l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(85) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott li qed jiġi investigat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat tal-interazzjoni libera tal-forzi tas-suq minħabba li dawn huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. |
3.3. Pajjiż rappreżentattiv
3.3.1. Kummenti ġenerali
|
(86) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(87) |
Kif spjegat fil-premessi (35) u (36), il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tuża l-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
3.3.2. Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ
|
(88) |
Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat l-Arġentina, il-Brażil, il-Każakistan, il-Malasja u l-Messiku bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, jiġifieri lkoll huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. |
|
(89) |
Ma wasal l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati dwar is-similarità għar-RPĊ tal-livell ta’ żvilupp ekonomiku tal-pajjiżi li identifikat il-Kummissjoni. |
|
(90) |
Ketong innotat li r-Russja kienet ikklassifikata wkoll mill-Bank Dinji bħala pajjiż “b’introjtu medju superjuri”, simili għar-RPĊ u talbet lill-Kummissjoni tqis dan il-pajjiż ukoll bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali. Madankollu, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda produttur tal-kalċju-siliċju fir-Russja b’rappreżentant ta’ informazzjoni finanzjarja disponibbli b’mod pubbliku għall-iskop tal-ħdim tal-valur normali tal-prodott li qed jiġi investigat u għalhekk ma vvalutatx aktar dan il-pajjiż. |
3.3.3. Disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(91) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil u lill-Arġentina bħala pajjiżi li fihom il-produzzjoni tal-kalċju-siliċju kienet magħrufa li sseħħ. F’din in-nota, il-Kummissjoni kompliet tidentifika l-Każakistan, il-Malasja u l-Messiku bħala pajjiżi li jipproduċu l-ligi tal-ħadid, industrija l-aktar simili għall-industrija tal-kalċju-siliċju f’termini ta’ proċess ta’ produzzjoni u fatturi ta’ produzzjoni, li tista’ tuża f’każ ta’ nuqqas ta’ data xierqa mill-pajjiżi li jipproduċu l-kalċju-siliċju. Waslu kummenti minn Ketong, Shenghua u mill-ilmentatur. |
|
(92) |
Il-Kummissjoni identifikat żewġ produtturi tal-kalċju-siliċju fil-Brażil u wieħed fl-Arġentina li għalih kienet disponibbli informazzjoni finanzjarja pubblika. Madankollu, data finanzjarja reċenti (jiġifieri l-2019) kienet disponibbli biss għall-produttur Arġentin u wieħed miż-żewġ produtturi Brażiljani (Rima Industrial S.A.). |
|
(93) |
L-ilmentatur innota li l-Brażil baqa’ wieħed mill-pajjiżi rappreżentattivi possibbli u appoġġa l-għażla potenzjali tiegħu bħala pajjiż rappreżentattiv kif kien inizjalment propost fl-ilment. |
|
(94) |
Permezz tal-kummenti tagħhom dwar l-Ewwel Nota, kemm Shenghua kif ukoll Ketong affermaw li l-Brażil ma jistax ikun pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba li l-volumi tal-importazzjonijiet ta’ diversi materji primi (bħall-pejst tal-elettrodu u l-blat tas-siliċju/kwarzit) kienu baxxi u, għalhekk, mhux rappreżentattivi. |
|
(95) |
Madankollu, għall-pejst tal-elettrodu, l-importazzjonijiet fil-Brażil koprew mill-inqas 10 % tal-konsum irrapportat fiċ-Ċina u, għalhekk, huma kkunsidrati bħala rappreżentattivi. Għall-kwarzit, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-volum baxx tal-importazzjonijiet fil-Brażil ma huwiex rappreżentattiv u reġgħet lura għall-prezz medju tax-xiri mħallas mill-produtturi tal-Unjoni bħala valur referenzjarju xieraq. |
|
(96) |
Shenghua affermat li l-prezz tal-elettriku fil-Brażil kien għoli wisq u talbet lill-Kummissjoni tirrifjuta lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv għal din ir-raġuni. |
|
(97) |
Il-Kummissjoni nnotat li mkien fil-kriterji għall-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv stabbiliti fir-Regolament bażiku ma jissemma’ li l-prezzijiet tal-utilitajiet għandhom ikunu f’ċerta firxa. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud. |
|
(98) |
Permezz tal-kummenti tagħha dwar l-Ewwel Nota, Ketong affermat li s-suq tal-elettriku fil-Brażil kien soġġett għal distorsjoni minħabba li (1) il-gvern Brażiljan kien l-azzjonist maġġoritarju fil-produttur tal-elettriku Eletrobrás, u (2) il-gvern Brażiljan kien jirregola l-prezz tal-elettriku permezz tal-aġenzija regolatorja Agência Nacional de Energia Elétrica (“ANEEL”). Għalhekk, għal din ir-raġuni, il-Brażil ma jkunx pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(99) |
Il-Kummissjoni nnotat li Ketong ma pprovdiet l-ebda evidenza li s-sjieda tal-gvern ta’ Eletrobrás wasslet għal distorsjoni tas-suq tal-elettriku fil-Brażil, u b’mod partikolari li affettwat lill-produtturi tal-kalċju-siliċju rigward il-prezz li ħallsu għall-elettriku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Pereżempju, għalkemm 52 % tal-ishma ta’ Eletrobrás huma proprjetà tal-gvern, il-bqija tal-ishma huma nnegozjati pubblikament. Il-kwistjoni hija kkunsidrata wkoll fil-premessa (133) hawn taħt abbażi ta’ evidenza addizzjonali riċevuta mill-partijiet interessati, u fil-premessa (152). |
|
(100) |
Shenghua affermat li l-Brażil kien suq protett ħafna u pajjiż li rrikorra għal “għadd kbir ta’ miżuri potenzjalment restrittivi għall-kummerċ”, li l-Kummissjoni kkonfermat fl-evalwazzjoni tagħha tar-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni tal-Brażil (40). |
|
(101) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li ma kienet identifikat l-ebda distorsjoni tal-kummerċ fil-Brażil li taffettwa l-inputs ewlenin għall-produzzjoni tal-kalċju-siliċju. Shenghua ma wrietx evidenza li tali distorsjonijiet kienu jeżistu la fir-rigward tal-kalċju-siliċju u/jew tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni. L-asserzjoni tqieset bħala mhux issostanzjata u, għalhekk, ġiet miċħuda. |
|
(102) |
Ketong affermat ukoll li l-produtturi Brażiljani identifikati mill-Kummissjoni kienu attivi f’firxa diversa ta’ attivitajiet ekonomiċi u għalhekk il-kostijiet, id-dħul u l-profitti tagħhom ma kinux jirriflettu dawk ta’ produttur tal-kalċju-siliċju. |
|
(103) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-produtturi Brażiljani kellhom attivitajiet għajr il-manifattura u l-bejgħ tal-kalċju-siliċju u li r-rapportar finanzjarju tagħhom ma ppermettiex allokazzjoni tar-riżultati finanzjarji fuq bażi ta’ prodott bi prodott. Il-Kummissjoni ċċarat li dan fih innifsu ma kienx jimmina r-rappreżentattività tal-kumpaniji u għalhekk setgħet tuża r-riżultati finanzjarji fil-livell tal-kumpaniji biex tistabbilixxi l-valuri referenzjarji għall-SG&A u għall-profitt. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(104) |
Shenghua affermat li l-SG&A u l-profitt ta’ kumpanija unika ma kinux affidabbli jew rappreżentattivi għall-fini tal-ħdim tal-valur normali. |
|
(105) |
Il-Kummissjoni nnotat li Shenghua ma ssostanzjatx għaliex l-SG&A u l-profitt ta’ produttur uniku ma jkunux affidabbli jew rappreżentattivi għall-ħdim tal-valur normali. Barra minn hekk, Shenghua ma identifikatx produtturi oħrajn fil-Brażil b’informazzjoni finanzjarja pubblika disponibbli faċilment li tista’ tiżdied mas-sett tad-data. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(106) |
Ketong affermat ukoll li ma kienx xieraq li tintuża data finanzjarja minn Dun & Bradstreet peress li ma kinitx dettaljata biżżejjed biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi kkalkulat b’mod preċiż marġni tad-dumping. |
|
(107) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-bażi tad-data Global Financials minn Dun & Bradstreet hija l-għodda li tuża sabiex tikseb dikjarazzjonijiet finanzjarji u proporzjonijiet speċifiċi minn kumpaniji f’pajjiżi rappreżentattivi possibbli. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ċċarat li t-termini “kostijiet diretti” u “kostijiet indiretti” użati fil-bażi tad-data ta’ Dun & Bradstreet jirreferu għall-“Kost tal-Prodotti Mibjugħa” (“Cost of Goods Sold”, “COGS”) u għall-“ispejjeż operatorji” rispettivament. Għall-kuntrarju ta’ dak li sostniet Ketong, il-Kummissjoni għalhekk għandha data li hija dettaljata biżżejjed biex tkun tista’ ssib l-informazzjoni rilevanti biex tibni l-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(108) |
Kemm Shenghua kif ukoll Ketong affermaw li l-Arġentina ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba d-distorsjonijiet tal-kummerċ fuq is-semikokk, wieħed mill-aktar fatturi tal-produzzjoni importanti, li l-Kummissjoni diġà semmiet fl-Ewwel Nota. |
|
(109) |
Il-Kummissjoni qablet li d-distorsjonijiet tal-kummerċ (f’dan il-każ il-liċenzjar u t-taxxa tal-esportazzjoni), jistgħu jispjegaw il-volum baxx tal-importazzjonijiet tas-semikokk fl-Arġentina u, konsegwentement, jagħmlu l-użu tal-prezz tal-importazzjoni mhux adatt bħala prezz referenzjarju. |
|
(110) |
Ketong affermat ukoll li jekk il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq għal ħafna mill-inputs fiċ-Ċina kien soġġett għal distorsjoni, trid tqis ukoll li s-suq tal-Arġentina huwa distort, peress li ħafna mill-inputs ewlenin fl-Arġentina joriġinaw miċ-Ċina. |
|
(111) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni billi, għall-kuntrarju ta’ dak li affermat Ketong, il-maġġoranza l-kbira tal-inputs, ħlief għas-semikokk, ġew importati fl-Arġentina minn pajjiżi oħrajn minbarra ċ-Ċina. Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li kien hemm importazzjonijiet limitati ħafna ta’ semikokk fl-Arġentina li ma kinux importati miċ-Ċina. Għalhekk, f’dak l-istadju, il-Kummissjoni qieset li l-volum tal-importazzjonijiet tas-semikokk fl-Arġentina ma kienx rappreżentattiv. Is-semikokk jirrappreżenta madwar 10 % tal-kost tal-produzzjoni għall-prodott ikkonċernat. |
|
(112) |
L-ilmentatur afferma wkoll li l-Arġentina ma setgħetx tissodisfa l-kriterji għall-għażla bħala pajjiż rappreżentattiv f’dan l-istadju, filwaqt li titqies l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku għall-uniku produttur tal-prodott ikkonċernat f’dak il-pajjiż, li wriet sitwazzjoni ta’ telf. |
|
(113) |
Il-Kummissjoni qablet li l-uniku produttur Arġentin tal-CaSi li d-data finanzjarja tiegħu hija disponibbli għall-pubbliku ma setgħetx tintuża bħala valur referenzjarju għal marġni ta’ profitt peress li l-kumpanija kienet qed tagħmel telf fl-2019. F’każ li d-data finanzjarja għall-2020 issir disponibbli fi stadju aktar tard, il-Kummissjoni tista’ tqis mill-ġdid lill-Arġentina bħala pajjiż rappreżentattiv. |
|
(114) |
Ketong talbet lill-Kummissjoni biex tuża lir-Russja bħala pajjiż rappreżentattiv peress li ġiet ikklassifikata mill-Bank Dinji bħala pajjiż “b’introjtu medju superjuri”, simili għar-RPĊ, kellha produzzjoni ta’ kalċju-siliċju u mill-inqas produttur wieħed, Kluchevsky Ferroalloy Plant PJSC. |
|
(115) |
Il-Kummissjoni analizzat l-asserzjoni minn Ketong fir-rigward tal-użu tar-Russja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Hija eżaminat l-aktar data finanzjarja reċenti ppreżentata minn Ketong fir-rigward tal-produttur Russu ta’ ligi tal-ħadid, Kluchevsky Ferroalloy Plant PJSC, li, skont is-sit web tagħha, allegatament jipproduċi wkoll il-kalċju-siliċju. Id-data kienet tikkonċerna s-sena ta’ qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni. Billi din id-data wriet profitt kważi żero u spejjeż tal-SG&A baxxi ħafna, il-Kummissjoni qieset li din id-data ma kinitx rappreżentattiva għall-iskop tal-ħdim tal-valur normali tal-prodott li qed jiġi investigat skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(116) |
Billi l-Kummissjoni ma setgħetx issib data finanzjarja rappreżentattiva għal produtturi oħrajn possibbli tal-kalċju-siliċju fir-Russja u Ketong lanqas ma pprovdiet tali data, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-Russja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan l-istadju. |
|
(117) |
Shenghua u Ketong affermaw li la l-Brażil u lanqas l-Arġentina ma huma pajjiżi rappreżentattivi xierqa minħabba r-raġunijiet imsemmija fil-premessi (94), (96), (98), (100), (102), (104), (106), (108), (110) u (112) u ssuġġerew li minħabba li l-produzzjoni globali tal-kalċju-siliċju hija limitata, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża d-data mill-manifatturi tal-ligi tal-ħadid u/jew mill-produtturi tal-metall tas-siliċju minflok, peress li dawk il-prodotti għandhom struttura tal-kostijiet simili għall-kalċju-siliċju. Huma ssuġġerew li jintuża l-Każakistan, minħabba li huwa wieħed mill-akbar produtturi tal-ligi tal-ħadid b’diversi manifatturi li d-data tal-SG&A u tal-profitt tagħhom tista’ tintuża. |
|
(118) |
Il-Kummissjoni nnotat li minħabba l-preżenza ta’ pajjiżi fejn kien hemm il-produzzjoni tal-kalċju-siliċju, f’dan l-istadju l-Każakistan ma kienx meqjus bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, peress li dan ma huwiex produttur tal-kalċju-siliċju u ma hija disponibbli l-ebda data pubblika rilevanti. |
|
(119) |
Ketong affermat ukoll li l-kwalità u l-kompletezza tad-data tal-GTA fir-rigward tal-Każakistan u tar-Russja hija inferjuri għad-data tal-ITC (Ċentru Internazzjonali tal-Kummerċ) u ssuġġerew li tintuża minflok il-GTA. Billi l-Kummissjoni ma għandha l-intenzjoni li tuża l-ebda wieħed minn dawn il-pajjiżi bħala pajjiż rappreżentattiv, din l-asserzjoni ma ġietx eżaminata aktar f’dan l-istadju. |
|
(120) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bit-Tieni Nota li kellha l-ħsieb li tuża lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u d-data finanzjarja ta’ Rima Industrial S.A. f’konformità mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali. |
|
(121) |
Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Rima Industrial S.A. bħala produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Waslu kummenti minn Ketong, Shenghua u mill-ilmentatur. |
|
(122) |
L-ilmentatur appoġġa l-għażla tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv, u ċaħad lill-Każakistan, lill-Arġentina u lir-Russja bħala pajjiżi rappreżentattivi billi qieshom bħala mhux xierqa. Flimkien mal-kummenti tiegħu, l-ilmentatur ippreżenta l-aktar data finanzjarja reċenti disponibbli taż-żewġ produtturi magħrufa Brażiljani tal-CaSi kif ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ Minas Gerais (41) (42). L-ilmentatur afferma wkoll li l-kumpanija Russa Kluchevsky Ferroalloy Plant PJSC, anke jekk skont is-sit web tagħha allegatament tipproduċi l-kalċju-siliċju, ma pproduċietx CaSi matul l-aħħar sitt snin inkluż il-perjodu ta’ investigazzjoni u ma kellha l-ebda pjan li tipproduċi CaSi fil-futur qrib. |
|
(123) |
Shenghua tenniet l-asserzjoni tagħha li l-prezzijiet tal-elettriku tal-Brażil kienu għoljin wisq u għalhekk il-Brażil jenħtieġ li ma jitqiesx bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Shenghua affermat li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li mkien fil-kriterji għall-għażla stabbiliti fir-Regolament bażiku ma ssemma li l-prezzijiet tal-utilitajiet għandhom ikunu f’ċerta firxa biex pajjiż jintgħażel bħala pajjiż rappreżentattiv kif iddikjarat fil-premessa (97) ma kinitx f’konformità mar-Regolament bażiku u mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping, li jirrikjedi li anke jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tużax il-prezzijiet tal-bejgħ jew il-kostijiet tal-kumpaniji fil-pajjiż tal-oriġini, din jenħtieġ li tuża data ta’ sostituzzjoni raġonevoli biex tistabbilixxi l-valur normali. |
|
(124) |
Kif iddikjarat fil-premessa (86), għall-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni tuża l-kriterji rilevanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dawn il-kriterji kollha ġew issodisfati mill-Brażil. Il-fatt li l-prezzijiet tal-elettriku huma ogħla fil-Brażil milli f’pajjiżi oħra ma jiskwalifikax lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(125) |
Ketong affermat li l-unika raġuni għaliex il-Kummissjoni ċaħdet lir-Russja bħala pajjiż rappreżentattiv kienet li Kluchevsky Ferroalloy Plant kellu marġni ta’ profitt u spejjeż tal-SG&A mhux rappreżentattivi (jiġifieri baxxi wisq) fl-2019. Barra minn hekk, Ketong affermat li l-marġni ta’ profitt ma kienx jifforma parti mit-test skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv u li d-data kienet teħtieġ biss li tkun disponibbli faċilment. Skont Ketong, l-ebda “test rappreżentattiv” addizzjonali ma jista’ jiġi estrapolat mid-dispożizzjoni legali, u għalhekk ma kienx jikkostitwixxi kriterju biex tiġi vvalutata l-adegwatezza ta’ pajjiż rappreżentattiv. Barra minn hekk, Ketong argumentat li, anke jekk il-marġni ta’ profitt kien parti mit-test, ma kienx ċar għaliex Rima Industrial S.A. b’marġni ta’ profitt ta’ 3 % biss ikun aħjar mill-marġni ta’ profitt baxx, iżda xorta pożittiv, ta’ Kluchevsky Ferroalloy Plant. |
|
(126) |
Il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni. Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SGA u għall-profitti. Il-Kummissjoni ma tqisx li marġni ta’ profitt kważi żero huwa “ammont raġonevoli” skont it-tifsira tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(127) |
Barra minn hekk, Ketong sostniet li r-Russja kellha data ta’ kwalità aħjar mill-Brażil għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, Rima Industrial għandha attivitajiet aktar diversifikati minn Kluchevsky Ferroalloy Plant, li huwa ffukat fuq il-ligi tal-ħadid. It-tieni, Ketong affermat li l-Kummissjoni ma ssostanzjatx id-dikjarazzjoni tagħha li l-kostijiet diretti ta’ Rima Industrial irrapportati fil-bażi tad-data ta’ Dun&Bradstreet jikkorrispondu għall-COGS u li l-kostijiet indiretti huma spejjeż operatorji. Għall-kuntrarju, id-data ta’ Kluchevsky Ferroalloy Plant ippermettiet li jiġi vvalutat x’kienu jinkludu l-kategoriji differenti tal-kostijiet. It-tielet nett, Kluchevsky Ferroalloy Plant kellu spejjeż aktar dettaljati tal-SG&A. |
|
(128) |
Kif spjegat fil-premessa (122), saret disponibbli data finanzjarja aktar reċenti dwar iż-żewġ produtturi Brażiljani identifikati mill-Kummissjoni. Skont din id-data, Rima Industrial S.A. għamlet telf fl-2020. Għall-kuntrarju, Bozel Brasil S.A. għamlet profitti fl-2020. Kif antiċipat fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni użat id-data tal-2020, minn meta din saret disponibbli. B’konsegwenza ta’ dan, meta jitqies li, minn naħa waħda, kumpanija li ma tagħmilx profitt ma hijiex rappreżentattiva tas-sitwazzjoni fis-suq domestiku u, min-naħa l-oħra, Bozel Brasil S.A. tipproduċi kważi esklużivament l-kalċju-siliċju, il-Kummissjoni użat id-data ta’ Bozel Brasil. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(129) |
Barra minn hekk, Ketong tenniet l-asserzjoni tagħha li l-importazzjonijiet Brażiljani ta’ kwarzit jistgħu ma jkunux rappreżentattivi, filwaqt li l-istatistika Russa dwar l-importazzjonijiet ta’ kwarzit mill-ITC ipprovdiet valur referenzjarju affidabbli tal-prezz tal-kwarzit għall-użu industrijali. |
|
(130) |
Kif spjegat fil-premessi (90) u (115), il-Kummissjoni ma qisitx lir-Russja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Fir-rigward tal-valur referenzjarju għall-kwarzit, fin-nuqqas ta’ volumi rappreżentattivi tal-importazzjonijiet fil-Brażil, il-Kummissjoni reġgħet lura għall-prezz tal-kwarzit fis-suq tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (95). Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(131) |
Barra minn hekk, Ketong affermat li, jekk il-Kummissjoni tagħżel lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv, trid tagħżel l-aktar kost tal-elettriku preċiż u mingħajr distorsjoni għall-Brażil. B’mod partikolari, Ketong sostniet li fil-Brażil l-elettriku jiġi kkummerċjalizzat f’żewġ ambjenti kuntrattwali differenti: is-suq regolat (“ACR”) u s-suq ħieles (“ACL”). Ketong affermat li peress li x-xerrejja industrijali prinċipalment jixtru l-elettriku fis-suq tal-ACL, is-suq tal-ACL aktar milli s-suq tal-ACR ikun is-sors it-tajjeb tal-prezz rappreżentattiv għall-konsumaturi industrijali tal-elettriku. Dan ikun b’mod partikolari l-każ għal konsumaturi industrijali kbar tal-elettriku inklużi l-produtturi tal-kalċju-siliċju. Fl-opinjoni ta’ Ketong, ikun raġonevoli li produttur tal-kalċju-siliċju b’domanda elettrika li taqbeż it-3 MW (ir-rata tal-enerġija ta’ forn wieħed hija aktar minn 20 MW) jixtri direttament l-elettriku mill-ġeneratur tal-enerġija bi prezz preferenzjali fis-suq tal-ACL. Barra minn hekk, Ketong affermat li l-prezzijiet tal-elettriku tal-kumpanija EDP Brasil użata mill-Kummissjoni fit-Tieni Nota kienu jirriflettu t-tariffa tal-elettriku fis-suq tal-ACR, li ma kinitx tirrappreżenta l-prezzijiet tal-elettriku li bihom il-konsumaturi industrijali kbar, bħall-produtturi tal-CaSi, jixtru l-elettriku. Ketong affermat ukoll li t-tariffa tal-elettriku ta’ EDP Brasil kienet il-prezz massimu rregolat mill-Aġenzija Regolatorja ANEEL u mhux il-prezz reali li bih inbiegħ l-elettriku. B’appoġġ għal din l-asserzjoni, Ketong ippreżentat stqarrija għall-istampa li tiddikjara li ANEEL approvat il-prezz massimu għall-irkant skedat għal Diċembru 2020. Barra minn hekk, Ketong sostniet li d-data operattiva ta’ EDP Brasil uriet li l-prezz reali mħallas mill-klijenti ta’ EDP Brasil, fis-suq tal-ACR jew tal-ACL, kien aktar baxx mit-tariffa u għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża din id-data. |
|
(132) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-prezzijiet tal-elettriku fis-suq tal-ACL jiġu miftiehma b’mod bilaterali u ma jkunux magħmulin pubbliċi (43). Barra minn hekk, meta l-konsumaturi jixtru l-elettriku fis-suq tal-ACL, iridu jiffirmaw żewġ kuntratti: wieħed mal-ġeneratur tal-elettriku li huwa responsabbli għall-produzzjoni tal-elettriku u kuntratt ieħor mad-distributur għall-użu tal-infrastruttura (linji ta’ trażmissjoni) (44). B’mod ġenerali, it-tariffa tal-elettriku tinkludi l-kostijiet għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjonijiet, l-imposti settorjali u t-taxxi. Il-prezzijiet tal-elettriku indikati minn Ketong fir-rapport annwali ta’ EDP Brasil, jinkludu biss il-prezz tal-elettriku għall-ġenerazzjoni tal-elettriku (idroelettriku u termali), li ma huwiex il-prezz finali mħallas mill-konsumatur u għalhekk ma jistax jintuża bħala valur referenzjarju. |
|
(133) |
Il-Kummissjoni tinnota barra minn hekk li Ketong ma pprovdiet l-ebda evidenza għajr is-suppożizzjoni tagħha stess li l-produtturi tal-kalċju-siliċju jiġu fornuti permezz tas-suq tal-ACL minflok is-suq tal-ACR. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza li t-tariffi użati mill-Kummissjoni mis-sit web ta’ EDP Brasil, li hija kumpanija privata, huma fil-fatt prezz massimu kif issuġġeriet Ketong u mhux it-tariffi kif imħallsa mill-konsumaturi. L-evidenza ppreżentata f’dan ir-rigward minn Ketong ma tappoġġax din l-allegazzjoni. Dik l-istqarrija għall-istampa sottomessa sempliċiment tiddikjara li l-limitu massimu ġie miżjud minn ANEEL. Fil-fatt, il-Kummissjoni nnotat li t-tariffa medja użata għall-elettriku għall-utenti industrijali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet ta’ 391 R$/MWh, filwaqt li r-rapport annwali tal-EDP ippreżentat minn Ketong jgħid li t-tariffa tal-elettriku għall-utent industrijali kienet ta’ 508 R$/MWh fl-aħħar trimestru tal-2020, u għalhekk ħafna ogħla mit-tariffa użata mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-valur referenzjarju. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe data alternattiva xierqa dwar il-fajl, il-Kummissjoni ddeċidiet b’mod provviżorju li tuża l-prezzijiet tariffarji ppubblikati minn EDP Brasil. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(134) |
Ketong sostniet li jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tuża d-data finanzjarja ta’ Rima Industrial minn Dun&Bradstreet u minħabba li din id-data ġiet ippreżentata f’forma mhux preċiża u ġenerali li ma tippermettix l-identifikazzjoni tal-ispejjeż inklużi fil-“kostijiet indiretti”, il-prezz tal-esportazzjoni ma jkunx jista’ jiġi aġġustat bl-ispejjeż tal-bejgħ peress li l-istess spejjeż jiġu inklużi meta jinħadem il-valur normali., |
|
(135) |
Kif iddikjarat fil-premessa (128), il-Kummissjoni se tuża r-rapporti finanzjarji ta’ Bozel Brasil S.A. Għalhekk, din l-asserzjoni ma hijiex rilevanti. |
|
(136) |
Shenghua tenniet l-asserzjoni tagħha li l-Każakistan jenħtieġ li jintgħażel bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Fil-fatt, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra il-possibbiltà li tqis il-pajjiżi bi produzzjoni ta’ ligi tal-ħadid, peress li l-produzzjoni tal-kalċju-siliċju tinsab biss fl-Arġentina u fil-Brażil, u tal-ewwel ġie eskluża mill-Kummissjoni, filwaqt li tal-aħħar ma kienx meqjus adatt minn Shenghua minħabba rati għoljin tal-elettriku kif imsemmi fil-premessa (123). |
|
(137) |
Peress li hemm produtturi fil-Brażil b’informazzjoni finanzjarja pubblika disponibbli, ma hemm l-ebda ħtieġa li jitqiesu l-pajjiżi bi produzzjoni ta’ ligi tal-ħadid, bħall-Każakistan. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
3.3.4. Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(138) |
Wara li ġie stabbilit li l-Brażil kien il-pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan l-istadju provviżorju tal-investigazzjoni, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.3.5. Konklużjoni
|
(139) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Brażil issodisfa l-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.4. Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(140) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera, użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli minnufih dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. |
|
(141) |
Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża d-data tal-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, kif spjegat aktar fil-premessi (151) u (152), il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-istatistika tal-ILO u s-sorsi disponibbli minnufih dwar il-kostijiet lavorattivi fil-Brażil biex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi mingħajr distorsjoni, u s-sorsi disponibbli minnufih għat-tariffi tad-distribuzzjoni industrijali ppubblikati minn fornitur tal-elettriku biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-elettriku. |
3.5. Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni
3.5.1. Fatturi ta’ produzzjoni
|
(142) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul l-RCCs, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi tal-produzzjoni tas-siliċju tal-kalċju
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(143) |
Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Il-metodoloġija biex jiġi stabbilit dan l-ammont hija spjegata kif xieraq fil-premessa (154). |
3.5.1.1. Materja prima u ruttam/prodotti sekondarji
|
(144) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba tal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (85) din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara l-esklużjoni tal-importazzjonijiet fil-Brażil miċ-Ċina u minn pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq, il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet tal-materja prima ewlenija minn pajjiżi terzi oħrajn baqgħu rappreżentattivi (aktar minn 98 % tal-volumi totali importati lejn il-Brażil). Il-GTA tikkwota l-valuri tal-importazzjoni għall-Brażil fil-livell FOB. Sabiex jintlaħqu l-valuri CIF tal-importazzjoni għall-Brażil, żdiedu 3,1 % mal-valuri FOB, li hija d-differenza bejn il-prezzijiet medji CIF u dawk medji tal-esportazzjoni FOB tas-siliċju tal-kalċju għall-perjodu ta’ investigazzjoni kif irrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw miċ-Ċina. |
|
(145) |
Peress li ma hemm l-ebda data dwar l-importazzjoni fil-Brażil u fin-nuqqas ta’ prezz internazzjonali xieraq mingħajr distorsjoni għall-faħam, il-Kummissjoni qieset li l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni għall-faħam bituminuż huwa valur referenzjarju adatt. |
|
(146) |
Peress li l-volumi ta’ importazzjonijiet tal-kwarzit fil-Brażil kienu baxxi u għalhekk tqiesu mhux rappreżentattivi, u fin-nuqqas ta’ prezz internazzjonali mingħajr distorsjoni għall-kwarżit, il-Kummissjoni qieset il-prezz medju tax-xiri mħallas mill-produtturi tal-Unjoni bħala valur referenzjarju adatt. |
|
(147) |
Produttur esportatur wieħed irrapporta wkoll ir-ramel tal-kwarz bħala fattur tal-produzzjoni. Għal dan il-fattur ta’ produzzjoni, il-kost reali mġarrab mill-produtturi esportaturi li kkooperaw irrappreżenta sehem negliġibbli tal-kost totali tal-manifattura fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Peress li l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet f’oġġetti tal-konsum. Il-Kummissjoni kkalkulat il-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum bħala frazzjoni tal-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-prezzijiet mingħajr distorsjoni stabbiliti. |
|
(148) |
Il-prodotti sekondarji mikrosilika (ikklassifikat fis-SA bħala gagazza) u t-trab fin ippreċipitat tas-silika-kalċju, skart ikklassifikat taħt l-istess kodiċi SA bħas-siliċju tal-kalċju, irrappreżentaw kull wieħed inqas minn 1 % tal-kost totali tal-manifattura. Billi ma kien hemm l-ebda importazzjoni ta’ gagazza fil-Brażil fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet il-prezz referenzjarju għal dan il-prodott sekondarju abbażi tal-proporzjon bejn il-valur tal-bejgħ domestiku tagħha fir-RPĊ u l-kost materjali totali, u applikat dan il-proporzjon għall-kost materjali totali mingħajr distorsjoni kkalkulat. L-ammont li jirriżulta mbagħad ġie diviż bil-kwantità reali mibjugħa biex wieħed jasal għall-prezz ta’ unità mingħajr distorsjoni kif imsemmi fit-Tabella 1 fil-premessa (142). Għall-prodott sekondarju l-ieħor, l-iskart tal-kalċju-siliċju, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz referenzjarju billi applikat il-proporzjon bejn il-prezz tal-bejgħ tal-prodott sekondarju u l-prezz tal-bejgħ domestiku fir-RPĊ tal-kalċju-siliċju għall-prezz referenzjarju għall-kalċju-siliċju mill-pajjiż rappreżentattiv. Il-valur referenzjarju aġġustat li jirriżulta huwa msemmi fit-Tabella 1. |
|
(149) |
Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazji fuq l-importazzjoni rilevanti tal-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(150) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost reali ta’ materja prima bħal din u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet mingħajr distorsjoni tat-trasport tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
3.5.1.2. Manodopera
|
(151) |
Il-manodopera hija fattur importanti tal-produzzjoni li tirrappreżenta madwar 5 sa 10 % tal-kost totali tal-manifattura. Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO biex tiddetermina l-pagi fil-Brażil. L-istatistika tal-ILO (49) tipprovdi informazzjoni dwar il-pagi ta’ kull xahar tal-ħaddiema fis-settur tal-manifattura u s-sigħat medji ta’ kull ġimgħa li nħadmu fil-Brażil fl-2020. Il-Kummissjoni kkalkulat il-kostijiet lavorattivi ta’ impjegatur fil-Brażil billi użat sorsi pubblikament disponibbli (50) dwar il-kostijiet lavorattivi fil-Brażil. |
3.5.1.3. Elettriku
|
(152) |
Il-Kummissjoni użat l-aħħar prezz tal-elettriku disponibbli faċilment (minn Awwissu 2021) kif mitlub minn EDP Brasil (51). Dan il-prezz ġie aġġustat għall-inflazzjoni biex jinkiseb prezz applikabbli għall-2020. L-informazzjoni disponibbli tippermetti l-identifikazzjoni tal-prezz tal-elettriku u l-prezz għall-użu tas-sistema ta’ distribuzzjoni (modalidade tarifaria azul) mħallsa mill-utenti industrijali. Din saħansitra tipprovdi aktar dettalji dwar il-prezzijiet imħallsa mill-utenti industrijali li għażlu rati differenzjati bbażati fuq il-ħin tal-ġurnata meta jiġi kkonsmat l-elettriku (modalidade tarifaria verde). Jenħtieġ li jiġi nnotat li fil-Brażil, l-awtorità regolatorja ANEEL (52) tobbliga lill-fornituri tal-elettriku jgħollu t-tariffi tagħhom okkażjonalment b’ċertu perċentwal biex jiġi regolat il-konsum tal-elettriku fil-pajjiż. L-ANEEL tuża sistema ta’ indikaturi (53) (aħdar, isfar, aħmar livell 1, aħmar livell 2) biex tissenjala jekk il-prezz tal-elettriku jenħtieġx li jibqa’ kif propost mill-fornitur (aħdar) jew jekk ikollux jiżdied b’0,01343 BRL/kWh (isfar), b’0,04169 BRL/kWh (aħmar livell 1), jew b’0,06243 BRL/kWh (aħmar livell 2) (data tal-2020). L-indikaturi huma ppubblikati minn ANEEL fuq bażi ta’ kull xahar u huma disponibbli faċilment fuq is-sit web ta’ EDP Brasil (54) għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, is-sistema tal-bandiera kienet fil-biċċa l-kbira ħadra. F’Jannar 2020 biss kien hemm bandiera safra u f’Diċembru 2020 kien hemm livell aħmar 2, u għalhekk it-tariffi tal-elettriku kellhom jiżdiedu ftit. B’mod ġenerali, din iż-żieda kellha impatt marġinali fuq it-tariffa. |
3.5.1.4. Spejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament
|
(153) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, kien jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(154) |
L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u d-deprezzament imġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(155) |
Sabiex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitti, il-Kummissjoni bbażat fuq id-data finanzjarja għall-2020 għal Bozel Brasil S.A. kif estratta mill-Ġurnal ta’ Minas Gerais (55). |
3.5.2. Kalkolu tal-valur normali
|
(156) |
Abbażi tal-prezzijiet u l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni deskritti hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(157) |
L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura bbażati fuq il-fatturi ta’ produzzjoni mixtrija minn kull waħda mill-kumpaniji. Imbagħad applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum reali tal-fatturi individwali tal-produzzjoni ta’ kull wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Dawn ir-rati ta’ konsum ipprovduti mill-applikant ġew ivverifikati tul il-verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-Tabella 1. Il-Kummissjoni naqqset il-kostijiet tal-manifattura bil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-prodotti sekondarji. |
|
(158) |
Imbagħad, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u d-deprezzament, kif spjegat fil-premessa (154) mal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura sabiex tasal għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni. |
|
(159) |
Mal-kostijiet tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni applikat l-ispejjeż SG&A u l-profitt ta’ Bozel Brasil S.A. L-ispejjeż SG&A li ġew espressi bħala perċentwal tal-COGS u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni kienu jammontaw għal 11,98 %. Il-profitt espress bħala perċentwal tal-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni ammonta għal 18,96 %. |
|
(160) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.6. Prezz tal-esportazzjoni
|
(161) |
Il-produtturi esportaturi esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpanija relatata li ma hijiex fl-Unjoni. |
|
(162) |
Il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li jista’ jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.7. Tqabbil
|
(163) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fuq bażi ex-works. |
|
(164) |
Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, għall-assigurazzjoni, għall-immaniġġar, għat-tagħbija u għall-kostijiet anċillari, għall-kostijiet tal-ippakkjar, għall-kostijiet ta’ tal-kreditu, għall-markaturi tan-negozjanti, u għall-imposti bankarji. |
3.8. Marġnijiet tad-dumping
|
(165) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(166) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati provviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(167) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI, li kienu ġew stabbiliti abbażi tad-data tal-Eurostat. |
|
(168) |
F’dan il-każ, l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 57,5 % tal-importazzjonijiet totali matul il-PI. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping residwu fil-livell tal-ogħla marġni tad-dumping individwali stabbilit għal tip ta’ prodott rappreżentattiv għal produttur esportatur wieħed li kkoopera. |
|
(169) |
Il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(170) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn żewġ produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(171) |
Peress li d-data relatata mal-valutazzjoni tad-dannu kienet primarjament idderivata minn żewġ produtturi biss tal-Unjoni, iċ-ċifri għall-analiżi tad-dannu huma mogħtija f’firxiet għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Madankollu, l-indiċijiet huma bbażati fuq data attwali u mhux fuq il-firxiet. |
|
(172) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 1 313 – 1 590 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, u l-aktar importanti, it-tweġibiet għall-kwestjonarji dwar l-anti-dumping mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw. Kif indikat fil-premessa (15), iż-żewġ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw kienu jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni
|
(173) |
Sabiex tistabbilixxi jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu u sabiex tiddetermina l-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat l-użu downstream tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili fil-kuntest tal-produtturi integrati tal-Unjoni. |
|
(174) |
Biex tipprovdi stampa kemm jista’ jkun kompleta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tal-kalċju-siliċju u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx iddestinata għall-użu kaptiv jew għas-suq ħieles. Id-distinzjoni bejn is-suq kaptiv u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għal użu kaptiv ma humiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet. B’kuntrast għal dan, il-produzzjoni li hija maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(175) |
Il-Kummissjoni sabet li 7,6 % tal-konsum totali tal-Unjoni kien għall-użu kaptiv matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif muri fit-Tabella 2 ta’ hawn taħt. L-użu ristrett bħala frazzjoni tal-konsum totali kien relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, u żdied bi 3 % biss. F’dan ir-rigward, il-kalċju-siliċju kien qed jintuża biex jiġu prodotti ligi tal-ħadid downstream mill-produttur ikkonċernat u għalhekk ma sar l-ebda bejgħ fatturat reali. |
|
(176) |
Il-Kummissjoni eżaminat ċerti indikaturi ekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni abbażi tad-data għas-suq ħieles. Dawn l-indikaturi huma: il-volum ta’ bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni; is-sehem mis-suq; it-tkabbir; il-volum u l-prezzijiet tal-esportazzjoni; il-profittabbiltà; ir-redditu fuq l-investiment; u l-fluss tal-flus. |
|
(177) |
Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħrajn jistgħu jiġu eżaminati b’mod li jagħmel sens biss billi ssir referenza għall-attività kollha, inkluż l-użu kaptiv tal-industrija tal-Unjoni. Dawn huma: il-produzzjoni; il-kapaċità, l-użu tal-kapacità; l-investimenti; l-ishma; l-impjiegi; il-produttività; il-pagi; u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. Huma jiddependu mill-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni tkun kaptiva kif ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles. |
4.3. Konsum tal-Unjoni
|
(178) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni mal-importazzjonijiet tal-Unjoni tal-kalċju-siliċju. Il-bejgħ tal-Unjoni nkiseb mit-tweġibiet tal-produtturi tal-Unjoni għall-kwestjonarju dwar l-anti-dumping. Iċ-ċifri tal-importazzjoni tal-Unjoni nkisbu mill-awtoritajiet doganali nazzjonali tal-Istati Membri kif deskritt fit-Taqsima 4.4.1. ta’ hawn taħt. |
|
(179) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(180) |
Il-konsum totali tal-Unjoni u l-konsum tas-suq ħieles naqsu b’mod stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u laħqu madwar nofs il-livell inizjali tagħhom matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. It-tnaqqis fil-konsum kien ir-riżultat ta’ tnaqqis fl-importazzjonijiet b’madwar 25 % u tnaqqis fil-bejgħ domestiku tal-Unjoni b’madwar 75 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif iddikjarat fit-Tabelli 6 u 12 rispettivament. Waħda mir-raġunijiet ewlenin għat-tnaqqis sostanzjali fil-konsum kienet it-tnaqqis fir-ritmu tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum peress li l-kalċju-siliċju huwa input għall-proċess tal-produzzjoni tal-azzar u l-produzzjoni tal-azzar hija bil-bosta l-akbar suq għall-kalċju-siliċju u l-industrija tal-azzar sa ċertu punt kienet qed tixtri inqas kalċju-siliċju minħabba li kienet qed tuża l-istokkijiet tagħha tal-kalċju-siliċju. |
4.4. Importazzjonijiet mir-RPĊ
4.4.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
(181) |
Fl-ilment, l-istatistika dwar l-importazzjonijiet inkisbet mill-Eurostat taħt il-kodiċijiet NM 7202 99 80 u 2850 00 60 u ġiet aġġustata abbażi tal-prezz tal-importazzjonijiet sabiex jitneħħew il-prodotti li ma humiex il-prodott li qed jiġi investigat. Il-kwalità tad-data dwar l-importazzjoni (f’termini kemm ta’ volum kif ukoll ta’ prezzijiet) użata f’dan l-istadju ġiet ikkritikata mill-Eurofer fis-sottomissjoni tagħha dwar il-bidu tal-investigazzjoni. Madankollu, din kienet l-aktar evidenza affidabbli disponibbli f’dak l-istadju. Madankollu, matul l-investigazzjoni attwali kien possibbli li tinkiseb data aktar preċiża dwar l-importazzjoni li ddeskriviet il-prodott importat għal kull dikjarazzjoni tal-importazzjoni magħmula lill-awtoritajiet doganali nazzjonali tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni dettaljata dwar l-importazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7202 99 80 u 2850 00 60 minn Franza, mill-Italja, mis-Slovenja u minn Spanja, l-erba’ Stati Membri bl-ogħla volum ta’ importazzjonijiet fl-ilment. Is-servizzi tal-Kummissjoni mbagħad stabbilew il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju għal tlieta minn dawn l-Istati Membri (Franza, is-Slovenja u Spanja) abbażi ta’ analiżi tad-deskrizzjoni tal-prodott irreġistrata fl-informazzjoni li waslet mingħand dawk l-Istati Membri. Għall-Italja, ir-raba’ Stat Membru f’termini ta’ volum ta’ importazzjonijiet, id-data pprovduta ma kinitx fil-format meħtieġ u għalhekk il-Kummissjoni kellha tiddependi mid-data fl-ilment fl-istadju provviżorju. L-ilment wera liema perċentwal kien irrappreżentat minn dawk l-erba’ Stati Membri f’kull sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-Kummissjoni użat dawn il-perċentwali biex tikkalkula l-volum tal-importazzjonijiet. |
|
(182) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ meta mqabbel mal-volum ta’ konsum fis-suq ħieles kif muri fit-Tabella 2. |
|
(183) |
L-importazzjonijiet mir-RPĊ żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Il-volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(184) |
Wara żieda żgħira fl-importazzjonijiet b’6 % mill-2017 sal-2018, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b’mod stabbli b’27 % mill-2018 għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, is-sehem mis-suq ta’ dawk l-importazzjonijiet żdied b’mod stabbli b’57 % bejn l-2017 u l-2020. Bħala tali, għalkemm l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu, it-tnaqqis tagħhom kien ħafna inqas evidenti mit-tnaqqis fil-konsum tal-UE. |
4.4.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u twaqqigħ tal-prezz
|
(185) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet medji ponderati tal-importazzjonijiet mir-RPĊ abbażi tad-data doganali nazzjonali li turi l-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju mir-RPĊ kif stabbilit f’konformità mal-premessa (181) ta’ hawn fuq. Dawn il-prezzijiet kienu fil-livell CIF. |
|
(186) |
Il-prezz medju peżat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppa kif ġej: Tabella 4 Il-prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||
|
(187) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ żdiedu b’6 % mill-2017 sal-2018 u għal darb’oħra mill-2018 sal-2019, iżda mbagħad naqsu drastikament bi 15,5 % mill-2019 sal-perjodu ta’ investigazzjoni fejn laħqu livell ta’ prezz ta’ 5 % anqas minn dak fl-2017. Il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ kienu taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni kif irrapportat fit-Tabella 8, b’differenza bejn 15 %-30 % matul il-PI. |
|
(188) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(189) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif dovut meta meħtieġ għal-iskontijiet u għall-kummissjonijiet. Din l-analiżi ta’ tip b’tip qieset jekk il-bejgħ sarx bl-ingrossa jew f’wajer cored, kif indikat mill-Eurofer fil-kummenti tagħha dwar il-bidu tal-investigazzjoni deskritta fil-premessa (9). Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. It-twaqqigħ tal-prezz medju ponderat li nstab kien ta’ 10,6 %. Meta wieħed iżomm f’moħħu li l-prodott li qiegħed jiġi investigat huwa komodità, dan tqies bħala marġni għoli ta’ twaqqigħ tal-prezz. It-tipi kollha ta’ prodotti tal-produtturi esportaturi li kkooperaw instabu li kienu qed iwaqqgħu l-prezz. Dawn l-importazzjonijiet kienu jirrappreżentaw madwar 57 % tal-importazzjonijiet totali. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(190) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(191) |
Għad-determinazzjoni tad-dannu, l-indikaturi kollha kienu bbażati fuq iż-żewġ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw li kienu jirrappreżentaw it-totalità tal-industrija tal-Unjoni kif iddikjarat fil-premessa (15). |
4.5.2. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(192) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 5 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(193) |
Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod drammatiku b’91 % mill-2017 sal-2020, filwaqt li l-kapaċità żdiedet bi 3 %, li rriżulta fi tnaqqis ta’ 91 % fl-użu tal-kapaċità. |
|
(194) |
L-industrija tal-Unjoni tipproduċi l-kalċju-siliċju fuq il-fran, li jista’ jintuża wkoll biex jiġu prodotti ligi tal-ħadid oħrajn. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-produzzjoni tal-Unjoni tal-kalċju-siliċju ma kinitx kontinwa matul il-perjoduli qed jiġi kkunsidrat peress li l-produtturi tal-Unjoni jistgħu jottimizzaw il-profitti jew jimminimizzaw it-telf billi jipproduċu l-aktar prodott ta’ benefiċċju fuq l-istess fran. |
|
(195) |
Raġunijiet oħrajn għall-interruzzjonijiet fil-produzzjoni ġew identifikati bħala kwistjonijiet tekniċi bit-tagħmir tal-produzzjoni u l-manutenzjoni essenzjali. Sabiex tforni lill-klijenti ewlenin tagħha matul perjodi li fihom ma jkunx hemm produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni pprovdiet minn stokkijiet u xi drabi minn xiri. |
|
(196) |
Il-produzzjoni kienet baxxa matul l-2019 u b’mod speċjali baxxa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-produtturi kienu qed iħabbtu wiċċhom ma’ trażżin tal-prezzijiet minn volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju bi prezz baxx, l-aktar mir-RPĊ, minkejja domanda aktar baxxa fl-Unjoni minħabba tnaqqis fil-produzzjoni tal-azzar u l-pandemija tal-COVID-19. |
|
(197) |
Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-enerġija, li jikkostitwixxu proporzjon sinifikanti tal-kostijiet tal-manifattura, kienu għoljin. Peress li Ferropem kienet akkumulat stokkijiet tal-kalċju-siliċju fl-2018 u fl-2019, huma ddeċidew li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-produzzjoni fl-2020. |
|
(198) |
Ferropem bħalissa qed twettaq programm sinifikanti ta’ ristrutturar tal-attivitajiet tagħha. Fir-rigward tal-kalċju-siliċju, Ferroglobe (il-kumpanija omm ta’ Ferropem) indikat li hija impenjata li tkompli l-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni u għandha żewġ proġetti attwali f’dan ir-rigward. |
|
(199) |
Il-produttur l-ieħor tal-Unjoni (OFZ) indika li għandu kapaċità ta’ riżerva sostanzjali li tista’ tintuża biex tiżdied il-produzzjoni tal-Unjoni diment li fis-suq jipprevalu kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. |
|
(200) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni indikata għall-industrija tal-Unjoni hija bbażata fuq il-kapaċità tal-fran, li ntużaw għall-produzzjoni tal-kalċju-siliċju matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, kif intqal mill-Eurofer u mill-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar fis-sottomissjoni tagħhom fil-bidu tal-investigazzjoni, jenħtieġ li jiġi ċċarat li dawn il-fran intużaw ukoll biex jipproduċu prodotti oħrajn u għalhekk, ir-rati tal-użu tal-kapaċità murija fit-Tabella 5 (li jqisu biss il-kalċju-siliċju) kienu baxxi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, il-kapaċità indikata fl-Unjoni tista’ tiżdied b’mod sostanzjali fi żmien qasir billi jiġi prodott il-kalċju-siliċju fuq il-fran l-oħra, li kienu qed jipproduċu ligi tal-ħadid oħrajn fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Iż-żieda żgħira fil-kapaċità tal-produzzjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienet ir-riżultat ta’ titjib fl-effiċjenza. |
|
(201) |
Għalhekk, l-investigazzjoni kkonkludiet li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni murija fit-Tabella 5 hija indikattiva tal-kundizzjonijiet prevalenti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, iżda li tista’ tiżdied b’mod sostanzjali fuq terminu qasir. |
4.5.3. Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
|
(202) |
Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 6 Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(203) |
It-tabella ta’ hawn fuq turi l-volum ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni tal-produzzjoni proprja. Il-volum ta’ bejgħ fis-suq ħieles fis-suq tal-Unjoni naqas b’75 % bejn l-2017 u t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-volumi ta’ bejgħ imnaqqsa segwew it-tnaqqis sostanzjali fil-produzzjoni muri hawn fuq fit-Tabella 5. |
|
(204) |
L-industrija tal-Unjoni tilfet madwar nofs is-sehem mis-suq tagħha bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. It-tnaqqis fis-sehem mis-suq ma kienx daqshekk evidenti daqs it-tnaqqis fil-volumi ta’ bejgħ, iżda seħħ minħabba l-kontinwazzjoni tal-importazzjonijiet, b’mod partikolari mir-RPĊ, f’volumi sostanzjali. |
4.5.4. It-tkabbir
|
(205) |
F’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni mhux biss tilfet volumi ta’ bejgħ sostanzjali fis-suq tal-Unjoni, iżda wkoll sehem mis-suq. Għalhekk, b’mod ċar, il-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqset kemm f’termini assoluti kif ukoll f’termini relattivi. |
4.5.5. L-impjiegi u l-produttività
|
(206) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 7 L-impjiegi u l-produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(207) |
L-għadd ta’ impjegati varja matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat u dan jirrifletti r-riallokazzjoni ta’ ċerti impjegati għal prodotti differenti matul perjodi ta’ produzzjoni li tvarja. Bħala tali, l-għadd ta’ impjegati FTE li jaħdmu fil-kalċju-siliċju naqas bi 73 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. |
|
(208) |
Il-produttività żdiedet bi 11 % mill-2017 sal-2018 u mbagħad naqset b’21 % mill-2018 sal-2019 u naqset b’mod sostanzjali bi 63 % bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-livelli tal-impjiegi murija fit-Tabella 7, ix-xejra segwiet prinċipalment dik tal-produzzjoni, li naqset b’mod sostanzjali matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. |
4.5.6. Il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping fil-passat
|
(209) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tal-kobor tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(210) |
Din hija l-unika investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.5.7. Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(211) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tal-unitajiet tal-produtturi tal-Unjoni lill-konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Prezzijiet ta’ bejgħ fl-Unjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(212) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità fis-suq ħieles tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati żdiedu b’14 % mill-2017 sal-2018 u baqgħu f’dak il-livell għall-2019 qabel ma naqsu bi 8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu 5 % ogħla milli fl-2017. Fl-2018 u fl-2019, iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ kienet konsistenti maż-żieda fil-kostijiet. Hekk kif il-volumi ta’ bejgħ naqsu b’mod sostanzjali, il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni staġnaw fl-2019 u mbagħad naqsu b’mod sinifikanti fl-2020. Il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni kienu affettwati b’mod negattiv mill-importazzjonijiet sostanzjali bi prezz baxx miċ-Ċina kontinwati, li naqqsu l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. |
|
(213) |
Il-kostijiet unitarji tal-produzzjoni żdiedu b’mod kostanti b’aktar minn 50 % mill-2017 sal-2020. Dawn iż-żidiet fil-kostijiet kienu, fil-biċċa l-kbira, minħabba t-tnaqqis sostanzjali fil-produzzjoni matul il-perjodu taħt investigazzjoni, li seħħ għar-raġunijiet deskritti fil-premessi (193) sa (197). B’mod partikolari, il-livelli baxxi ta’ produzzjoni fl-2019 u fl-2020 kienu jfissru li l-kostijiet fissi (eż. id-deprezzament) kellhom jiġu rkuprati fuq volumi ta’ produzzjoni aktar baxxi li jwasslu għal kostijiet unitarji ogħla tal-produzzjoni. Barra minn hekk, kien hemm żidiet f’ċerti kostijiet tal-produzzjoni bħall-enerġija. |
4.5.8. Il-kostijiet lavorattivi
|
(214) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/FTE)
|
||||||||||||||||||||
|
(215) |
Il-kostijiet lavorattivi għal kull impjegat żdiedu bi 22 % mill-2017 sal-2018 u mbagħad naqsu b’27 % bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Din il-varjazzjoni tirriżulta minn differenzi sinifikanti fil-kwantità tal-produzzjoni u fir-rati tal-manodopera taż-żewġ produtturi tal-Unjoni. |
4.5.9. L-inventarji
|
(216) |
Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 10 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(217) |
Il-livelli tal-istokkijiet tal-għeluq żdiedu b’mod stabbli mill-2017 sal-2019 qabel ma naqsu b’mod sostanzjali mill-2019 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-produtturi tal-Unjoni ma pproduċewx il-ħin kollu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, iżda ħadu deċiżjonijiet ta’ produzzjoni skont is-sitwazzjoni tas-suq għall-kalċju-siliċju u ligi tal-ħadid oħrajn u l-livelli tal-kalċju-siliċju fl-istokk. Bħala tali, il-livelli tal-istokkijiet huma ġeneralment ogħla wara l-perjodi ta’ produzzjoni u mbagħad jonqsu matul il-perjodi meta l-produtturi jiddeċiedu li jbigħu mill-istokkijiet. |
|
(218) |
L-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’mod partikolari minħabba t-tnaqqis sostanzjali fil-produzzjoni muri fit-Tabella 4. |
4.5.10. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(219) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 11 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(220) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-produzzjoni proprja tal-produtturi tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Fl-2018, il-profittabbiltà nżammet f’livell simili għal dak tal-2017, minħabba li ż-żidiet fil-kostijiet kienu mqabbla ma’ prezzijiet tal-bejgħ ogħla, għalhekk l-industrija tal-Unjoni kisbet livelli ta’ profitt ta’ bejn 9,7 % u 12,5 % fuq il-fatturat. Madankollu, volumi ta’ bejgħ aktar baxxi, prezzijiet tas-suq staġnati u aktar żidiet fil-kostijiet raw il-profittabbiltà tonqos għal livelli ta’ bejn 0,9 % u 2,7 % fl-2019. Fl-2020, hekk kif il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ komplew jonqsu, il-prezzijiet tas-suq naqsu u l-kostijiet reġgħu żdiedu, u dan irriżulta f’telf kbir ħafna. L-Eurofer użat rapporti annwali ta’ Ferroglobe biex tikkontesta l-marġnijiet ta’ profitt ikkwotati fl-ilment. Madankollu, il-marġnijiet ta’ profitt ta’ hawn fuq huma relatati mal-bejgħ tal-entitajiet produtturi (Ferropem u OFZ) u huma relatati biss mal-kalċju-siliċju, filwaqt li r-rapporti kkwotati jagħtu l-profittabbiltà tal-prodotti kollha manifatturati minn Ferroglobe. |
|
(221) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Il-fluss tal-flus kien sostanzjalment pożittiv fl-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni u sostanzjalment negattiv fl-2018 u fl-2019. Din ix-xejra kienet ġeneralment konformi mal-bidliet fil-livelli tal-istokkijiet tal-għeluq. Meta l-livelli tal-istokkijiet tal-għeluq naqsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-fluss tal-flus kien pożittiv peress li l-bejgħ sar mill-istokk, filwaqt li fl-2018 u fl-2019 meta żdiedu l-livelli tal-istokkijiet tal-għeluq, il-fluss tal-flus mill-bejgħ tnaqqas. |
|
(222) |
L-investimenti medji matul il-perjodu kkunsidrat kienu baxxi, inqas minn EUR 600 000 fis-sena. Il-livell ogħla ta’ investiment fl-2019 huwa konsistenti maż-żieda żgħira fil-kapaċità fl-2020. |
|
(223) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku tal-investimenti. Filwaqt li l-valur kontabilistiku tal-investimenti żdied bi ftit matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, ir-raġuni ewlenija għat-tnaqqis drammatiku fir-redditu fuq l-investiment fl-2019 u fl-2020 kienet minħabba t-tnaqqis sostanzjali fil-profittabbiltà f’dawk is-snin. |
|
(224) |
Għalkemm ma kien ippjanat l-ebda investiment kbir matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jżidu l-kapital kienet tiddeterjora matul dak il-perjodu hekk kif il-livell ta’ profittabbiltà tagħhom naqas. |
4.5.11. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(225) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat naqsu bi 22 % iżda raw gwadanji konsiderevoli fis-sehem mis-suq hekk kif il-konsum naqas b’50 %. L-importazzjonijiet mir-RPĊ żiedu b’mod sostanzjali s-sehem mis-suq tagħhom (minn 38,7 % għal 60,8 %). Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu b’mod konsistenti baxxi u b’mod sinifikanti taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’medja ta’ 10,6 %. Bħala tali, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet bl-istess mod bħalma l-kostijiet kienu qed jiżdiedu minħabba l-pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
|
(226) |
Id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien kombinament ta’ volum u effetti fuq il-prezzijiet. Bosta indikaturi tal-volum urew xejra negattiva sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: il-produzzjoni naqset b’91 %, l-użu tal-kapaċità b’91 %, il-volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqas b’75 % u s-sehem mis-suq tagħha naqas b’25 punti perċentwali. Barra minn hekk, l-impjiegi naqsu bi 73 %, il-kostijiet lavorattivi medji naqsu bi 11 % u l-produttività naqset b’67 %. |
|
(227) |
Il-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’5 % biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u l-kostijiet tagħha żdiedu b’51 %. Dan kellu impatt drammatiku fuq il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment li naqsu minn livelli raġonevoli fl-2017 u fl-2018 għal sitwazzjoni ta’ telf sostanzjali fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-investimenti kienu baxxi matul il-perjodu kollu. |
|
(228) |
Ftit indikaturi wrew żvilupp pożittiv. Il-kapaċità wriet xejra kemxejn pożittiva minħabba titjib fl-effiċjenza tal-produzzjoni. Normalment il-kalċju-siliċju jinbiegħ mill-istokk, u kien evidenti li l-iżvilupp tal-fluss tal-flus u tal-istokkijiet kien marbut mill-qrib. Peress li l-istokkijiet inbnew fl-2018 u fl-2019, il-fluss tal-flus kien negattiv, iżda mbagħad fl-2020 meta l-produzzjoni kienet aktar baxxa u kwantitajiet akbar kienu jinbiegħu mill-istokk, il-fluss tal-flus tjieb u sar pożittiv. L-użu kaptiv relattivament limitat żdied bi 3 % matul il-perjodu, iżda dan l-iżvilupp kellu biss impatt marġinali fuq is-sitwazzjoni ġenerali tal-industrija. |
|
(229) |
Fil-qosor, il-konsum fis-suq tal-Unjoni kien qed jonqos b’mod rapidu, iżda l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżomm is-sehem mis-suq tagħha. L-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu sostanzjali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu, bi prezzijiet li kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Fi tmiem l-2019 u fl-2020, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tbigħ bi prezzijiet li ma għadhomx ikopru l-kostijiet tagħha u konsegwentement l-industrija naqqset b’mod sostanzjali l-livelli tal-produzzjoni u tal-bejgħ tagħha. L-akbar produttur tal-Unjoni naqqas il-produzzjoni b’mod sinifikanti fl-2020, u fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-bejgħ sar fil-biċċa l-kbira mill-istokk. Din is-sitwazzjoni ma kinitx sostenibbli u ġie żviluppat pjan ta’ ristrutturar, li kien jinvolvi l-possibbiltà ta’ għeluq tas-sit użat għall-produzzjoni tal-kalċju-siliċju. |
|
(230) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(231) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-impatt tat-tnaqqis fil-konsum minħabba tnaqqis fid-domanda mill-industrija tal-azzar, importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni fl-Unjoni, l-impatt tal-importazzjonijiet biex tiġi ssodisfata d-domanda u l-użu kaptiv. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(232) |
Mill-2017 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqas bi 22 % (kif muri fit-Tabella 3). Madankollu, is-sehem mis-suq tar-RPĊ żdied b’57 %, jiġifieri minn 38,7 % għal 60,8 %. Dan kien għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, matul l-istess perjodu (kif muri fit-Tabella 6), il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles naqas b’75 % u s-sehem mis-suq tagħha fis-suq ħieles naqas minn 50,5 % għal 25,1 %, tnaqqis ta’ 50 %. |
|
(233) |
Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping naqsu b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (kif muri fit-Tabella 4). B’paragun ma’ dan, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żdiedu b’6 % matul l-istess perjodu. L-importazzjonijiet Ċiniżi, dejjem aktar preżenti fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, saru bi prezzijiet li kontinwament waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(234) |
Il-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ikkawżat ukoll tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet kif muri mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex iżżid il-prezzijiet bl-istess rata bħall-kostijiet. Tabilħaqq, kif muri fit-Tabella 8, matul il-PI, il-kostijiet tal-produzzjoni kienu aktar minn 20 % ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Sal-2019, din il-prevenzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet wasslet biex il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni taqa’ taħt it-3 % li huwa b’mod ċar livell mhux sostenibbli. Matul il-perjodu mill-2017 sal-2019, l-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu fil-volum b’6 % biss iżda s-sehem mis-suq tagħhom żdied minn 38,7 % għal 55,3 % tas-sehem mis-suq, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 50,5 % għal 29,5 %. Tabilħaqq, minkejja tnaqqis fil-konsum ta’ 34 % bejn l-2017 u l-2019, l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jiksbu sehem mis-suq mingħand l-industrija tal-Unjoni. Fl-istess perjodu, il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi żdiedu bi 12 % (Tabella 4), filwaqt li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu aktar, b’14 %, iżda ħafna inqas mill-kost tal-produzzjoni, li żdied b’27 %. Għalhekk diġà sal-2019, l-industrija tal-Unjoni kienet qed iġġarrab dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(235) |
Fl-2020, il-prezzijiet Ċiniżi naqsu b’16 % oħra meta mqabbla mal-2019 u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied minn 55 % għal 61 %, żieda ta’ 10 %. Fl-istess perjodu, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 8,2 %, il-kost tal-produzzjoni tagħha żdied bi 19 %, u s-sehem mis-suq tagħha naqas bi 15 %, minn 29,5 % għal 25,1 %. Dan kellu impatt sostanzjali fuq l-industrija tal-Unjoni, li wassal biex il-profittabbiltà tagħha ssir negattiva ħafna fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(236) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Dannu bħal dan kellu effetti kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-prezz. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. It-tnaqqis fil-konsum
|
(237) |
L-iżvilupp tal-konsum muri fit-Tabella 2 tqies bħala l-kawża ewlenija tad-dannu mill-Eurofer u mill-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar fis-sottomissjonijiet tagħhom fil-bidu. Dan naqas b’50 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan l-iżvilupp irrifletta domanda aktar baxxa mis-settur tal-utenti ewlieni (l-industrija tal-azzar). L-industrija tal-azzar naqqset ix-xiri tagħha tal-kalċju-siliċju billi użat l-inventarji tagħha tal-kalċju-siliċju u matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum naqset bi 18 %. |
|
(238) |
Fl-2018, il-konsum tal-kalċju-siliċju naqas b’14 % meta mqabbel mal-2017 u l-industrija tal-Unjoni kienet għadha f’pożizzjoni li taġġusta n-negozju tagħha fid-dawl ta’ dan it-tnaqqis, sabiex il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-kalċju-siliċju tinżamm għal aktar minn 10 %. Madankollu, fl-2019 is-sitwazzjoni ma kinitx aktar sostenibbli għall-industrija tal-Unjoni, peress li l-penetrazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienet tfisser li l-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu għal livelli li ma ppermettewlhiex tkopri l-kostijiet unitarji dejjem jiżdiedu tagħha. Fl-2020, is-sena tal-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, il-konsum naqas b’25 % oħra. |
|
(239) |
Ġie argumentat kemm mill-Eurofer kif ukoll mill-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar li t-tnaqqis fil-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum kien ir-raġuni ewlenija għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-kalċju-siliċju aktar milli mill-importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(240) |
Madankollu, f’dan l-isfond ta’ tnaqqis fil-konsum, is-sehem mis-suq tar-RPĊ żdied b’57 %, jiġifieri minn 38,7 % għal 60,8 % filwaqt li t-tnaqqis fil-produzzjoni, fil-volum ta’ bejgħ, fis-sehem mis-suq, fil-profittabbiltà, fl-impjiegi u fir-redditu fuq l-investiment tal-industrija tal-Unjoni wera tnaqqis akbar milli mill-konsum. Dan għaliex il-penetrazzjoni tas-suq Ċiniż bi prezzijiet baxxi kienet qed tikkawża ħsara sostanzjali lil dawn l-indikaturi tad-dannu. |
|
(241) |
Għalhekk, it-tnaqqis fil-konsum ma kisirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif indikat mill-Eurofer, il-pandemija tal-COVID-19 bdiet tħalli impatt fl-2020 filwaqt li kienet diġà nħolqot sitwazzjoni dannuża sal-2019. Għalhekk, il-pandemija tal-COVID-19 jenħtieġ li titqies biss bħala fattur aggravanti fl-2020. |
5.2.2. Żidiet fil-kost tal-produzzjoni
|
(242) |
Il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied minħabba żewġ raġunijiet ewlenin. L-ewwel nett, il-kostijiet tal-elettriku użati fil-produzzjoni tal-kalċju-siliċju, li jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-kostijiet tal-produzzjoni (sa 40 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni), żdiedu għall-akbar produttur tal-Unjoni b’aktar minn 30 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(243) |
It-tieni nett, il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’mod sostanzjali b’riżultat tal-kwantitajiet aktar baxxi ta’ produzzjoni u bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan kien ifisser li l-kostijiet fissi ġew irkuprati fuq volumi aktar baxxi ta’ produzzjoni u bejgħ, li żiedu l-element tal-kost fiss tal-unità fil-kostijiet unitarji tal-produzzjoni. |
|
(244) |
L-Eurofer affermat li t-tieni trimestru tar-Rieżami tan-Negozju tal-2020 indika li kien hemm titjib fil-kostijiet attribwibbli għal tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija. Madankollu, dan ir-Rieżami tan-Negozju huwa relatat ma’ Ferroglobe, li topera f’diversi pajjiżi, u ma huwiex relatat biss ma’ Ferropem fis-sit tagħha użat għall-produzzjoni tal-kalċju-siliċju. Għalhekk, l-argument ma setax jiġi aċċettat. |
|
(245) |
Fl-2018, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżomm il-livelli ta’ profitt tagħha ogħla minn 10 % minkejja ż-żidiet fil-kostijiet tal-elettriku, peress li setgħet tgħaddi dawk iż-żidiet fil-kostijiet lill-klijenti tagħha. Madankollu, fl-2019, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx għadha tista’ żżid il-prezzijiet minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi li, sal-2019, kienu qed jiddominaw is-suq (b’sehem mis-suq ta’ 55 %) u kienu qed jaġixxu bħala dawk li jiffissaw il-prezzijiet tagħha. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx issegwi dawn il-prezzijiet baxxi tal-importazzjoni fl-2019. Dan ikkontribwixxa għad-deċiżjoni ta’ Ferropem li tnaqqas b’mod sinifikanti l-produzzjoni fl-2020. |
|
(246) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġi konkluż li ż-żidiet fil-kost tal-produzzjoni ma kinux kawża ta’ dannu. Kienu l-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx, li żiedu s-sehem tagħhom fis-suq tal-Unjoni, anke fis-sitwazzjoni ta’ tnaqqis fil-konsum, għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni u impedew lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet tagħhom għal livelli profittabbli. |
5.2.3. Ix-xiri tal-kalċju-siliċju li jissostitwixxi l-produzzjoni proprja
|
(247) |
Ix-xiri tal-kalċju-siliċju minn barra l-Unjoni (prinċipalment mill-Arġentina) sar mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk id-deċiżjoni li jiġi importat il-kalċju-siliċju kinitx ikkawżat dannu lill-industrija tal-Unjoni minħabba l-impatt tagħha fuq il-livelli tal-produzzjoni u tal-bejgħ u, għalhekk, il-profittabbiltà. Dawn l-importazzjonijiet, li varjaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u li jirrappreżentaw biss 15 % tal-bejgħ totali f’dak il-perjodu, ġeneralment saru fi żminijiet ta’ kwistjonijiet tekniċi bil-faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-Unjoni tagħhom biex jissodisfaw l-ordnijiet tal-klijenti. Għalhekk, dawn ippermettew lill-industrija tal-Unjoni tissodisfa d-domanda u bħala tali ma jistgħux jitqiesu li kkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni Barra minn hekk, dan ix-xiri ma kienx qed isir matul il-PI meta l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat l-aktar dannu sostantiv. |
5.2.4. Il-produzzjoni ta’ prodotti oħrajn li jissostitwixxu l-produzzjoni tal-kalċju-siliċju
|
(248) |
L-Eurofer indikat li peress li l-industrija tal-Unjoni pproduċiet il-kalċju-siliċju fuq l-istess tagħmir bħal prodotti oħrajn, bidla għal prodotti oħrajn tipprevjeni l-produzzjoni tal-kalċju-siliċju. |
|
(249) |
Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi tal-Unjoni kellhom kapaċità ta’ riżerva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni anke meta jitqiesu dawn il-ligi tal-ħadid l-oħrajn. Għalhekk, huwa ċar li l-produzzjoni ta’ prodotti oħrajn ma ppreżentatx ostaklu għall-produzzjoni tal-kalċju-siliċju u ma kinitx kawża indiretta ta’ dannu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.2.5. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(250) |
Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 12 L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(251) |
L-importazzjonijiet mill-Brażil żdiedu bi 30 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-sehem mis-suq tagħhom żdied minn 4,4 % għal 11,5 % f’dan il-perjodu. Dawn l-importazzjonijiet kienu bi prezzijiet simili għal dawk miċ-Ċina fil-perjodu mill-2017 sal-2019, iżda waqqgħu l-prezzijiet Ċiniżi b’10 % fl-2020. Għalhekk, l-importazzjonijiet Brażiljani jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala fattur kontributorju għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni speċjalment fl-2020. Din il-kwistjoni tqajmet ukoll mill-Eurofer u mill-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar fil-kuntest tal-kummenti dwar l-Ilment. |
|
(252) |
Madankollu, peress li l-volum ta’ dawn l-importazzjonijiet dejjem kien mill-inqas 5 darbiet aktar baxx minn dawk miċ-Ċina, huwa ċar li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu fattur ta’ kawżalità aktar importanti. |
|
(253) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kienu prinċipalment mill-Arġentina, inkluż ix-xiri li sar minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni minn kumpanija relatata, iżda dawn l-importazzjonijiet ma sarux f’volumi u fi prezzijiet li kkawżaw dannu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u, kif spjegat fil-premessa (247), dawn ippermettew lill-industrija tal-Unjoni tissodisfa d-domanda fi żminijiet konkreti ta’ kwistjonijiet tekniċi. |
|
(254) |
Għalhekk, filwaqt li l-importazzjonijiet saru fi kwantitajiet sinifikanti u bi prezzijiet baxxi mill-Brażil, dawn ma kinux sinifikanti biżżejjed biex inaqqsu r-rabta kawżali bejn il-kwantitajiet sostanzjali ta’ importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju miċ-Ċina bi prezzijiet baxxi u d-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.6. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(255) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 13 Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(256) |
L-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’46 % matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, li kien konsiderevolment inqas mit-tnaqqis ta’ 75 % fil-volum ta’ bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul l-istess perjodu. |
|
(257) |
Il-prezz medju ta’ dawn l-esportazzjonijiet l-ewwel żdied b’25 % fl-2018. Dan il-livell imbagħad inżamm fl-2019 qabel ma naqas għal livell li kien għadu ferm ogħla mil-livell tal-2017 fil-perjodu ta’ investigazzjoni (+ 14 %). Il-prezz medju ta’ dawn l-esportazzjonijiet kien kemm kemm aktar baxx minn dak li setgħet kisbet l-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fl-2017, iżda mbagħad il-livelli tal-prezzijiet tal-esportazzjoni u tal-bejgħ domestiku baqgħu f’livelli simili għall-bqija tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(258) |
Fid-dawl tal-volumi u tal-livelli tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni lejn pajjiżi terzi, u minħabba li l-bejgħ tal-esportazzjoni ma ddeterjorax daqs il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (muri fit-Tabella 6), il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni kkontribwiet, iżda biss sa ċertu punt minimu, għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.7. Użu kaptiv
|
(259) |
L-industrija tal-Unjoni użat il-prodott ikkonċernat b’mod ġustifikat biex tipproduċi ligi tal-ħadid downstream oħrajn. Kif muri fit-Tabella 2, l-użu kaptiv żdied fl-2018 u fl-2019 iżda matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni dan żdied biss bi 3 %. Barra minn hekk, is-suq kaptiv kien jirrappreżenta inqas minn 10 % tas-suq totali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(260) |
Għalhekk, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-iżviluppi fis-suq kaptiv ma kellhom l-ebda impatt materjali fuq l-industrija tal-Unjoni. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(261) |
L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni fl-2019 u fl-2020 minħabba l-penetrazzjoni enormi fis-suq miksuba għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. F’termini ta’ prezzijiet, iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kontinwament waqqgħet dawk tal-industrija tal-Unjoni u ħolqot pressjoni sostanzjali fuq il-prezzijiet u evitat iż-żidiet fil-prezzijiet tas-suq li kienu meħtieġa għall-industrija tal-Unjoni biex tikseb livelli ta’ profitt raġonevoli. |
|
(262) |
Fatturi oħrajn kellhom ukoll impatt fuq l-industrija tal-Unjoni. L-aktar wieħed importanti minn dawn il-fatturi kien it-tnaqqis fil-konsum minħabba domanda aktar batuta mill-industrija tal-azzar. Madankollu, meta wieħed iżomm f’moħħu li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet tnaqqis fil-produzzjoni, fil-volum tal-bejgħ, fis-sehem mis-suq u fil-profittabbiltà ferm akbar mit-tnaqqis fil-konsum (50 %), u li f’dan l-isfond ta’ tnaqqis fil-konsum, is-sehem mis-suq tar-RPĊ żdied b’57 %, jiġifieri minn 38,7 % għal 60,8 %, qed jiġi konkluż li t-tnaqqis fil-konsum kien sempliċement fattur kontribwenti. Il-kawża ewlenija tad-dannu kienet l-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu ppenetraw b’mod sinifikanti s-suq tal-Unjoni bi prezzijiet baxxi matul il-perjodu kkunsidrat kollu. |
|
(263) |
Barra minn hekk, l-importazzjonijiet mill-Brażil, u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni affettwaw is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, dawn il-fatturi kellhom impatt limitat ħafna fuq l-industrija, minħabba li l-importazzjonijiet mill-Brażil kienu bi prezzijiet simili għall-importazzjonijiet Ċiniżi iżda b’volumi ħafna aktar baxxi. L-importazzjonijiet Ċiniżi kbar bi prezzijiet ħafna aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni huma r-raġuni ewlenija għaliex l-industrija tal-Unjoni tilfet il-bejgħ u ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha f’konformità mal-kost tal-produzzjoni tagħha, li wassal għal telf serju. |
|
(264) |
B’hekk, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufin kollha fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(265) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, meqjusa b’mod individwali jew b’mod kollettiv, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu huwa ċar fl-evoluzzjoni tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività, il-kost tal-produzzjoni, il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investimenti. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(266) |
F’dan il-każ, l-ilmentaturi affermaw li kien hemm distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, sabiex jiġi vvalutat il-livell xieraq tal-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Imbagħad eżaminat jekk il-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi li kkooperaw huwiex se jkun ogħla mill-marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ tagħhom (ara l-premessi (275) sa (281) ta’ hawn taħt). |
6.1. Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz
|
(267) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz indikattiv fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-regolament bażiku. |
|
(268) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż li qed jiġi investigat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Marġni ta’ profitt bħal dan jenħtieġ li ma jkunx inqas minn 6 %. |
|
(269) |
Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Fl-2017 u fl-2018, qabel ma l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali, ir-rata tal-profittabbiltà medja ponderata tal-industrija tal-Unjoni kienet bejn 9,7 % u 12,5 % fuq il-fatturat kif muri fit-Tabella 11. Dan il-marġni ta’ profitt tqies bħala l-profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni f’din l-investigazzjoni. |
|
(270) |
Billi wieħed mill-produtturi tal-Unjoni ma pproduċiex kwantitajiet sinifikanti ta’ kalċju-siliċju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kostijiet tiegħu ma kinux meqjusa affidabbli u xierqa għall-finijiet tal-istabbiliment tal-prezz indikattiv. Peress li l-bejgħ ta’ dan il-produttur fil-biċċa l-kbira sar minn stokkijiet immanifatturati fl-2019, il-kost tal-produzzjoni ta’ dik is-sena tqies xieraq għal din l-investigazzjoni. |
|
(271) |
Abbażi ta’ dan, il-prezz mhux dannuż huwa ta’ bejn EUR 1 650 u EUR 1 750/tunnellata, li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq ta’ bejn 9,7 % u 12,5 % għall-kost medju peżat tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(272) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Abbażi tal-evidenza disponibbli fl-istadju provviżorju, il-Kummissjoni stabbiliet li l-ebda kost addizzjonali għall-industrija tal-Unjoni ma kien japplika f’dan ir-rigward. |
|
(273) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ marġni tal-bejgħ taħt il-prezz abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiż ikkonċernat, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz mhux dannuż medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjonijiet. |
|
(274) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħrajn li kkooperaw” u għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji (ara l-Premessa (168)).
|
|
(275) |
Billi l-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz hekk ikkalkulat kien aktar baxx mill-marġni tad-dumping, il-Kummissjoni wettqet l-eżami kif meħtieġ skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
6.2. Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni
6.2.1. Id-distorsjonijiet fil-materja prima
|
(276) |
Fl-ilment, l-ilmentatur ipprovda evidenza suffiċjenti li hemm distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-RPĊ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Skont l-evidenza fl-ilment, l-elettriku, li jammonta għal 20 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, huwa soġġett għal skema ta’ pprezzar doppju fir-RPĊ. Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika ta’ Bidu, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni kopriet l-eżami tal-allegati distorsjonijiet u kwalunkwe distorsjoni oħra koperta mill-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-RPĊ. |
|
(277) |
Il-Kummissjoni l-ewwel identifikat il-materja prima prinċipali, inkluża l-enerġija, użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat minn kull produttur esportatur li kkoopera. Bħala materja prima prinċipali ġiet ikkunsidrata dik il-materja prima li hija probabbli li tirrappreżenta mill-inqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-elettriku huwa l-unika materja prima li tirrappreżenta aktar minn 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(278) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk l-elettriku huwiex soġġett għal distorsjoni minn skema ta’ pprezzar doppju jew minn kwalunkwe miżura oħra elenkata fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni fl-ilment kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Kif spjegat fil-premessa (21), il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju f’dan ir-rigward lill-GTĊ. Il-GTĊ ma weġibx għal dan il-kwestjonarju. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ permezz ta’ ittra tal-31 ta’ Marzu 2021 li għandu mnejn ikollha tapplika l-fatti disponibbli f’dan ir-rigward f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ lanqas ma wieġeb għal din l-ittra. |
|
(279) |
Fl-ilment, l-ilmentatur allega li l-prezz tal-elettriku fil-provinċji tat-Tramuntana tar-RPĊ huwa soġġett għal distorsjoni minħabba skema ta’ pprezzar doppju. Biex tiġi appoġġata l-allegazzjoni, l-ilment kien fih tqabbil tal-prezzijiet tal-elettriku fil-provinċji tat-Tramuntana tar-RPĊ, fejn hemm l-esportaturi ewlenin tal-CaSI, u l-prezz tal-esportazzjoni tal-elettriku esportat mill-istess provinċji, li juri li b’mod konsistenti li dan tal-aħħar huwa ferm ogħla. |
|
(280) |
L-investigazzjoni ma sabet l-ebda evidenza ta’ skema ta’ pprezzar doppju jew ta’ kwalunkwe miżura oħra msemmija fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-RPĊ. Barra minn hekk, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ma jinsab fir-reġjuni tat-Tramuntana identifikati fl-ilment. Tnejn mill-produtturi esportaturi li kkooperaw iddikjaraw li xtraw l-elettriku bir-rata tas-suq fil-provinċja tagħhom; wieħed minnhom ipprovda evidenza li r-rati tal-elettriku huma ħafna ogħla fir-reġjun tiegħu milli f’dawk identifikati fl-ilment. |
|
(281) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li, abbażi tal-evidenza fil-fajl f’dan l-istadju tal-investigazzjoni u taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ, l-elettriku ma kienx soġġett għal distorsjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
6.3. Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri
|
(282) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping provviżorji jenħtieġ li jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(283) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji involuti kollha, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti bħall-manifatturi tal-wajers cored u l-industrija tal-azzar. |
7.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(284) |
L-industrija tal-Unjoni tirrappreżenta l-produzzjoni kollha tal-Unjoni f’din l-investigazzjoni. Kombinament ta’ fatturi, inkluża ż-żieda fil-penetrazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi, ħoloq kundizzjonijiet tas-suq diffiċli fl-2019 u din is-sitwazzjoni marret għall-agħar fl-2020 b’aktar penetrazzjoni tal-importazzjonijiet u tnaqqis fil-konsum ikkawżati parzjalment minħabba l-pandemija tal-COVID-19. L-industrija tal-Unjoni ġarrbet tnaqqis drammatiku fil-produzzjoni, fil-volum ta’ bejgħ, fl-impjiegi u fil-profittabbiltà. |
|
(285) |
Ferropem, l-akbar produttur tal-Unjoni, kien imġiegħel jibda jimplimenta pjan ta’ ristrutturar, li kien jinvolvi l-possibbiltà ta’ għeluq tas-sit ewlieni tal-kalċju-siliċju f’Chateau Feuillet. L-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi tippermetti lil Ferropem terġa’ tibda l-produzzjoni tal-kalċju-siliċju f’sit ieħor fl-Unjoni. L-impjiegi fis-sit Chateau Feuillet kienu ta’ madwar 250 FTE, li proporzjon sinifikanti minnhom kien relatat mal-kalċju-siliċju matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(286) |
Il-miżuri jtejbu l-kundizzjonijiet tas-suq għaż-żewġ produtturi tal-Unjoni, peress li dawn jgħinuhom jirkupraw is-sehem mis-suq mitluf u l-pressjoni fuq il-prezzijiet titneħħa jekk il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi jkunu ogħla minħabba d-dazji anti-dumping. Il-miżuri jiffaċilitaw ukoll l-implimentazzjoni ta’ Ferropem tal-pjan ta’ ristrutturar tagħha. |
|
(287) |
In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri jpoġġi lill-industrija tal-Unjoni f’riskju minħabba li kwalunkwe kontinwazzjoni tas-sitwazzjoni mhux sostenibbli fis-suq fl-2019 u fl-2020 thedded il-produzzjoni futura tal-kalċju-siliċju fl-Unjoni. |
|
(288) |
Barra minn hekk, il-profittabbiltà, u anke l-eżistenza, tal-produzzjoni ta’ ligi tal-ħadid oħrajn ikunu mhedda jekk tali prodotti jużaw l-istess faċilitajiet bħall-kalċju-siliċju. Dan minħabba li s-siti tal-ligi tal-ħadid jiddependu mill-kondiviżjoni tal-kostijiet fissi għal kostijiet unitarji aktar baxxi tal-produzzjoni sabiex is-siti jkunu profittabbli. |
|
(289) |
Jidher biċ-ċar li l-impożizzjoni ta’ miżuri tkun fl-interess kemm tal-industrija tal-kalċju-siliċju kif ukoll tas-settur usa’ tal-ligi tal-ħadid. |
7.2. L-interess ta’ importaturi mhux relatati u ta’ manifatturi tal-wajers cored
|
(290) |
L-investigazzjoni wriet li l-maġġoranza l-kbira tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha kienu f’forma ta’ trab jew ta’ biċċiet u normalment ġew ittrasformati fi prodotti tal-wajers cored fl-Unjoni qabel ma jinbiegħu lill-akbar industrija tal-utenti finali, lill-industrija tal-azzar. Għalhekk, l-interess tal-manifatturi tal-wajers cored jitqies hawnhekk flimkien mal-importaturi. |
|
(291) |
Kif imsemmi hawn fuq, żewġ importaturi ppreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju wara d-deċiżjoni li ma jiġix applikat kampjunar. Dawn kienu Affival SAS fi Franza u Coftech G.m.b.H. fil-Ġermanja. Manifattur ieħor tal-wajers cored, Filo D.o.o. fis-Slovenja, ikkoopera billi ppreżenta kwestjonarju tal-utenti peress li dan ma importax direttament huwa nnifsu. |
|
(292) |
L-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-wajers cored jimmanifatturaw ukoll prodotti oħrajn fil-wajer cored. Għall-kooperaturi msemmija hawn fuq, il-fatturat tal-prodotti li fihom il-kalċju-siliċju meta mqabbel mal-fatturat totali varja minn inqas minn 10 % għal kważi 50 %. |
|
(293) |
Il-produtturi tal-wajers cored jiksbu l-kalċju-siliċju mill-pajjiż ikkonċernat, minn pajjiżi terzi oħrajn u mill-industrija tal-Unjoni. It-tħassib ewlieni tagħhom kien li l-miżuri fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi jfixklu s-suq tal-kalċju-siliċju fl-Unjoni u jistgħu jillimitaw l-importazzjonijiet minn wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ provvista tagħhom. |
|
(294) |
Madankollu, ta’ min ifakkar li jeżistu sorsi oħrajn ta’ provvista madwar id-dinja, dawk ewlenin huma l-Brażil u l-Arġentina fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni u l-miżuri huma maħsuba biex ireġġgħu lura l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni għall-benefiċċju tal-atturi kollha f’dak is-suq. Jekk ma jiġux imposti miżuri, dan jista’ jhedded il-provvista tal-kalċju-siliċju miż-żewġ produtturi tal-Unjoni li jkun ta’ detriment għall-parteċipanti kollha fil-katina tal-provvista tal-kalċju-siliċju. |
7.3. L-interess tal-utenti finali
|
(295) |
L-informazzjoni fl-ilment turi li l-industrija tal-utenti ewlenija hija s-settur tal-azzar. Madankollu, il-kalċju-siliċju jintuża wkoll fil-fonderiji u fis-settur kimiku. |
|
(296) |
Produttur wieħed biss tal-azzar, AFV Acciaierie Beltrame S.p.A., lesta kwestjonarju. Barra minn hekk, l-Eurofer u l-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar (Wirtschaftsvereinigung Stahl) għamlu sottomissjonijiet rilevanti għall-investigazzjoni. |
|
(297) |
L-Eurofer u l-Federazzjoni Ġermaniża tal-Azzar sostnew li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping ma kinitx fl-interess tal-Unjoni u li ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni ekonomika għall-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping. It-tħassib ewlieni kien relatat mad-disponibbiltà tal-provvista lis-settur tal-azzar. Ġie affermat li l-industrija tal-Unjoni qatt ma kienet ipprovdiet aktar minn 42 % tal-konsum apparenti tal-Unjoni. |
|
(298) |
Barra minn hekk, ġie affermat li ċ-ċifri tal-kapaċità ppubblikati minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni indikaw biss ammont limitat ta’ kapaċità libera. Għalhekk, ikun hemm dubji kbar dwar jekk l-industrija tal-Unjoni tkunx tista’ tipprovdi lill-utenti jekk jiġu applikati dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(299) |
Barra minn hekk, huma argumentaw li ma kien hemm l-ebda sors alternattiv li jista’ jissostitwixxi l-volumi Ċiniżi u li d-dazji kienu diġà imposti fl-Unjoni bħala dazji doganali fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
|
(300) |
F’dan ir-rigward, l-industrija tal-Unjoni sostniet li ma kellhiex dubju li jenħtieġ li jkun hemm spazju għal sorsi differenti ta’ provvista, sakemm tali importazzjonijiet isiru bi prezzijiet ġusti. Madankollu, għalissa l-importazzjonijiet mir-RPĊ isiru f’livelli dannużi li jpoġġu l-produzzjoni tal-Unjoni f’periklu. |
|
(301) |
F’termini ta’ sorsi ta’ provvista, il-Kummissjoni kkonkludiet li attwalment jeżistu diversi sorsi ta’ forniment, inkluż il-produtturi tal-Unjoni, li għandhom kapaċità ta’ riżerva abbundanti, u l-importazzjonijiet miċ-Ċina, mill-Brażil u mill-Arġentina. Madankollu, ma kienx fl-interess tal-Unjoni li l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping ikomplu jitħallew jheddu l-eżistenza tal-industrija tal-Unjoni tal-kalċju-siliċju li tradizzjonalment forniet porzjon kbir tas-suq tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ miżuri, jinħolqu b’mod evidenti problemi ta’ provvista għall-industrija tal-azzar peress li l-produzzjoni fl-Unjoni tista’ ma tibqax possibbli aktar. |
|
(302) |
Il-Kummissjoni eżaminat ukoll l-impatt finanzjarju probabbli tal-miżuri fuq l-industrija tal-azzar jekk jiġu imposti miżuri. Skont l-ilmentatur, ir-restawr ta’ kundizzjonijiet tas-suq ġusti ma jiġix bi spiża sproporzjonata għall-industrija downstream. L-informazzjoni fir-rispons ta’ AFV Acciaierie Beltrame S.p.A. uriet li x-xiri tal-kalċju-siliċju jirrappreżenta perċentwal baxx ħafna tal-kostijiet tiegħu (inqas minn 0,5 %). Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-industrija tal-azzar se jkollha impatt finanzjarju marġinali fuq l-industrija. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(303) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jiġi kkunsidrat li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI
|
(304) |
Abbażi tal-konklużjonijiet preliminari li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji biex jimpedixxu li jiġi kkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(305) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz u l-marġnijiet tad-dumping kif iddikjarat fil-premessa (275) ta’ hawn fuq. L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġnijiet tad-dumping u tal-bejgħ taħt il-prezz. |
|
(306) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorji, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:
|
|
(307) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rata individwali ta’ dazju anti-dumping. |
|
(308) |
Sabiex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda anki għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(309) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(310) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(311) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
9. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVVIŻORJU
|
(312) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji provviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. |
|
(313) |
Ma waslu l-ebda kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli. |
10. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(314) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(315) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping provviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-kalċju-siliċju, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7202 99 80 u ex 2850 00 60 (kodiċi TARIC 7202998030 u 2850006091), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Id-dazju anti-dumping provviżorju |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
RPĊ |
Ningxia Ketong New Material Technology Co. Ltd., iż-Żona Industrijali ta’ Hongguozi, id-Distrett ta’ Huinong, il-Belt ta’ Shizuishan, il-Provinċja ta’ Ningxia |
31,5 % |
C721 |
|
RPĊ |
Ningxia Shun Tai Smelting Co., Ltd., il-Park Industrijali ta’ Zhongwei, il-Belt ta’ Zhongwei, il-Provinċja ta’ Ningxia |
43,3 % |
C722 |
|
RPĊ |
Shaanxi Shenghua Metallurgy-Chemical Co. Ltd., il-Park Ekoindustrijali ta’ Yangxian, il-Belt ta’ Hanzhong, il-Provinċja ta’ Shaanxi |
32,8 % |
C723 |
|
RPĊ |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
50,6 % |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert b’din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz tagħha) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar dan ir-regolament bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jkunu jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali għandhom jagħmlu dan fi żmien ħamest ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta għandu jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati wara din l-iskadenza u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax dawn it-talbiet.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ kalċju-siliċju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 58, 18.2.2021, p. 60).
(3) https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2514
(4) Notifika dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/909 tat-30 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġinaw mir-Russja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 208, 1.7.2020, p. 2).
(6) Ibid, Premessi 54-60 u 111-115.
(7) Ibid, Premessi 61-64.
(8) Ibid, Premessi 66-69. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-inqas l-2016, is-CCP saħħaħ l-asserzjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fis-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-kalċju-siliċju u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.
(9) Ibid, Premessi 70-80.
(10) Ibid, Premessi 81-86.
(11) Ibid, Premessi 87-90.
(12) Ibid, Premessi 91-110.
(13) Ara s-sit web tal-kumpanija: http://www.sxshyh.com/html/guanyuwomen/ (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021). “ Huwa kkontrollat minn Shaanxi Nonferrous Metallurgical Mining, sussidjarja tal-intrapriża tal-Istat fuq skala kbira Shaanxi Nonferrous Group. Il-kumpanija għandha ċentru tat-teknoloġija tal-intrapriżi rikonoxxut fil-livell provinċjali; hija intrapriża komprensiva għat-tidwib, għall-ipproċessar, għar-riċerka u l-iżvilupp, u għan-negozjar tal-esportazzjoni tal-metall mhux ferruż u tal-ligi tal-ħadid. Hija “intrapriża ta’ teknoloġija avvanzata” nazzjonali, “intrapriża ta’ dimostrazzjoni tal-innovazzjoni teknoloġika” fil-livell tal-Provinċja ta’ Shaanxi, “intrapriża ta’ parametraġġ referenzjarju tal-kwalità” fil-livell tal-Provinċja ta’ Shaanxi, u Direttur tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Ligi tal-Ħadid taċ-Ċina u Direttur tal-Istitut Provinċjali tal-Metalli ta’ Shaanxi ”.
(14) Ara b’mod partikolari s-silta li ġejja: “ Shaanxi Shenghua Metallurgical & Chemical Co., Ltd. ġiet stabbilita f’Novembru 2007. Wara r-riorganizzazzjoni tal-assi fl-2013, din saret sussidjarja ta’ Shaanxi Nonferrous Metals. Taħt it-tmexxija b’saħħitha tal-kumpanija tal-grupp u l-appoġġ qawwi tal-gvern u tas-soċjetà kollha, l-uffiċjali tal-partit u l-impjegati kollha tal-kumpanija ngħaqdu flimkien, ħadmu bla heda, u kisbu benefiċċji ekonomiċi u soċjali sinifikanti, u rebħu l-ewwel premju fil-kompetizzjoni tal-Premju fix-Xjenza u t-Teknoloġija ta’ Shaanxi u bosta unuri oħrajn […]. Hija tappartjeni għar-raba’ lott ta’ intrapriżi tal-ligi tal-ħadid approvat mill-Ministeru tal-Industrija u tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni, u għandha d-dritt li timporta u li tesporta ”. http://sxshyh.cn/index/index/about
(15) Ara s-sit web tal-Park - Artikolu 68: “ L-intrapriżi li jidħlu f’parks industrijali ta’ kapaċità għolja ddeterminati mir-Reġjun Awtonomu jistgħu jibbenefikaw minn politiki preferenzjali dwar l-elettriku mħabbra regolarment mir-Reġjun Awtonomu” . http://www.gdsnxsh.com/h-nd-226.html (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021).
(16) Fl-2017, l-akbar ħames ġeneraturi tal-enerġija għall-ġenerazzjoni tal-elettriku kienu jirrappreżentaw 45,5 % (Huaneng, Huadian, Guodian, Datang u State Power Investment). Jekk jiżdiedu ġeneraturi tal-enerġija oħrajn tal-Istat, bħal China Yangtze Power Co. Ltd u CGN, iċ-ċifra probabbilment taqbeż il-50 %. Sors: http://www.wusuobuneng.cn/archives/22266 (aċċessat fil-25 ta’ Awwissu 2017). Skont id-data għall-2015 tal-Yearbook Statistiku taċ-Ċina tal-2016, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika taċ-Ċina, 97 % tal-produzzjoni u l-provvista aggregati tal-potenza elettrika u l-potenza tat-tisħin kienu proprjetà tal-Istat (97 % mill-assi u 83 % f’termini tal-għadd ta’ intrapriżi). Ara r-Rapport, p. 218.
(17) http://www.sxshyh.com/html/guanyuwomen/lingdaotuandui/
(18) Ara l-artiklu tal-20 ta’ Lulju 2020 fuq is-sit web tal-kumpanija: http://www.sxshyh.com/html/xinwenzixun/gongsixinwen/301.html (aċċessat l-aħħar fis-27 ta’ Lulju 2021). Kontijiet oħrajn bħal dawn ta’ ħidma tal-bini tal-Partit huma disponibbli. Ara wkoll id-deskrizzjoni ta’ laqgħa oħra fi Frar 2018: “ L-avveniment kien ospitat mis-Segretarju tal-Partit tal-kumpanija u mill-Maniġer Ġenerali Comrade Wei Xinhua. Fil-laqgħa, Comrade Yang Hui, Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, Segretarju tal-Kumitat Dixxiplinari, u President tat-Trade Union f’Shenghua Metallurgical Chemical Industry Co., Ltd. mexxa s-suġġett ta’ Investigazzjoni Speċjali ta’ Non-Ferrous Group “Żvilupp Żbilanċjat u Insuffiċjenti”, u ċċara l-iskop u l-importanza tad-diskussjoni: sabiex jiġi implimentat bir-reqqa l-ispirtu tad-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina, f’konformità mad-dokumenti u r-rekwiżiti tal-Kumitat tal-Partit ta’ Nonferrous Metals Group Corporation u tal-Kumitat tal-Partit ta’ Metallurgical Group, bl-aspetti tal-ħidma tal-bini tal-Partit, il-produzzjoni u l-operat, il-ġestjoni tal-kontroll intern, ir-riforma u l-innovazzjoni bħala bidu, u janalizzaw bir-reqqa s-sintomi u l-kawżi tal-iżbilanċi u n-nuqqasijiet tal-iżvilupp tal-kumpanija stess u jipproponu soluzzjonijiet u miżuri.” http://www.sxshyh.com/html/dangqungongzuo/dangjiangongzuo/2018/0205/211.html (aċċessat fis-27 ta’ Lulju 2021).
(19) Ara l-punt IX.5 tal-Katalgu. https://www.ndrc.gov.cn/yjzxDownload/20200812xbdqgllcyfzml.pdf (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021).
(20) Ir-Rapport – Kapitolu 10, p. 221-230.
(21) Pereżempju, ir-riformi fl-2002 neħħew il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn networks ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni u t-tnejn issa huma operati minn entitajiet separati.
(22) Opinions Regarding the Deepening of the Power Sector’s Reform maħruġa f’Marzu 2015 mill-Kumitat Ċentrali tas-CCP u mill-Kunsill tal-Istat..
(23) https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/tz/202012/t20201202_1252094.html?code=&state=123 (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021).
(24) B’mod partikolari, “ Id-dipartimenti tal-gvern lokali għandhom, f’koordinazzjoni mal-entità sekondata tal-Amministrazzjoni Nazzjonali għall-Enerġija, jirrapportaw lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma u lill-Amministrazzjoni tal-Enerġija tal-Istat b’mod f’waqtu dwar l-iffirmar ta’ kuntratti fuq terminu medju u twil kif ukoll dwar kwistjonijiet rilevanti, u jiżguraw ir-rabta tal-iffirmar tal-kuntratti fuq terminu medju u twil mal-enerġija spot.”
(25) http://www.gov.cn/zhengce/content/2021-01/06/content_5577440.htm (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021).
(26) Ir-Rapport – Kapitolu 10.
(27) Ir-Rapport – Kapitolu 12, p. 269.
(28) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/633 tal-14 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021. p. 63), il-Premessa 81.
(29) Disponibbli fuq is-sit web tal-NEA: www.nea.gov.cn/2021-05/18/c_139953498.htm (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021).
(30) In-Notifika tal-NDRC Nru 902 (2020) https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/tz/202012/t20201207_1252389.html?code=&state=123 (aċċessat fil-5 ta’ Awwissu 2021).
(31) In-Notifika 338 (2021). www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/tz/202104/t20210429_1278643.html (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021).
(32) Ara l-artiklu fuq is-sit web ta’ Nasdaq (oriġinali minn Reuters Beijing Newsroom). China grants one-year trial extensions at 15 coal mines to boost output. 4 ta’ Awwissu 2021. https://www.nasdaq.com/articles/china-grants-one-year-trial-extensions-at-15-coal-mines-to-boost-output-2021-08-04
(33) Ir-Rapport – Taqsima 12.3.1.1. Il-ġebla tal-ġir u l-kwarzit huma inklużi b’mod partikolari fl-Anness 4 tal-Pjan dwar l-istandards tad-disinn għall-iskala minima tal-estrazzjoni tal-minerali ewlenin.
(34) Disponibbli fuq: https://qdd.oecd.org/subject.aspx?Subject=ExportRestrictions_IndustrialRawMaterials
(35) Is-sit web tal-kumpanija. http://www.sxshyh.com/html/guanyuwomen/
(36) Ara l-artiklu f’Ningxia News: Ningxia Autonomous Region adds 5 more enterprise technology centers. 27 ta’ Ottubru 2020. http://www.nxnews.net/sz/nxdj/202010/t20201027_6904926.html (aċċessat fis-6 ta’ Awwissu 2021).
(37) Ara l-artiklu f’Ningxia Daily: Ningxia strengthens, extends and expands the supply chain and to create an upgraded raw material industry. 11 ta’ Settembru 2020. http://nx.cnr.cn/xwdd/20200911/t20200911_525250053.shtml (aċċessat fil-5 ta’ Awwissu 2021).
(38) L-Unjoni Ewropea – il-Miżuri anti-dumping fuq il-Bijodiżil mill-Arġentina, ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, WT/DS473/AB/R, §6.23.
(39) Id-Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(40) https://ec.europa.eu/trade/policy/countries-and-regions/countries/brazil/
(41) https://www.jornalminasgerais.mg.gov.br/?dataJornal=2021-03-25#caderno-jornal
(42) https://www.jornalminasgerais.mg.gov.br/?dataJornal=2021-03-13#caderno-jornal
(43) https://www.agora-energiewende.de/fileadmin/Projekte/2019/Brazil_Country_Profile/155_CountryProf_Brazil_EN_WEB.pdf (paġna 31)
(44) ACR e ACL: as diferenças entre os ambientes de contratação (esferaenergia.com.br)
(45) L-istabbiliment tal-valur mingħajr distorsjoni huwa spjegat fil-premessa (145).
(46) L-istabbiliment tal-valur mingħajr distorsjoni huwa spjegat fil-premessa (146).
(47) L-istabbiliment tal-valur mingħajr distorsjoni huwa spjegat fil-premessa (148).
(48) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).
(49) https://www.ilo.org/ilostat/faces/oracle/webcenter/portalapp/pagehierarchy/Page21.jspx?_afrLoop=2007202804813928&_afrWindowMode=0&_afrWindowId=ejmgka3iz_63#!%40%40%3F_afrWindowId%3Dejmgka3iz_63%26_afrLoop%3D2007202804813928%26_afrWindowMode%3D0%26_adf.ctrl-state%3Dejmgka3iz_119
(50) https://www.jornalcontabil.com.br/quanto-custa-um-funcionario-aprenda-a-calcular/ jew https://establishbrazil.com/articles/whats-real-cost-employee.
(51) http://www.edp.com.br/distribuicao-es/saiba-mais/informativos/tarifas-aplicadas-a-clientes-atendidos-em-alta-e-media-tensao-(grupo-a)
(52) http://www.aneel.gov.br/a-aneel
(53) http://www.aneel.gov.br/bandeiras-tarifarias
(54) http://www.edp.com.br/distribuicao-es/saiba-mais/informativos/bandeira-tarifaria
(55) https://www.jornalminasgerais.mg.gov.br/?dataJornal=2021-03-13#caderno-jornal
(56) Iċ-ċifri tal-volum tal-importazzjonijiet ikkwotati hawn fit-Tabella 3 ġew estrapolati. L-erba’ Stati Membri rrappreżentaw 82,6 % fl-2017, 72,7 %, fl-2018, 95,2 % fl-2019 u 94,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.