Official Journal L 203 , 21/07/1992 P. 0010 - 0010
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 43 P. 0121
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 43 P. 0121
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2009/92 ta’ l-20 ta’ Lulju 1992 li jistabilixxi metodi ta’ analiżi tal-Komunità għall-ethyl alkoħol ta’ oriġini agrikola użat fil-preparazzjoni ta’ spirti, inbejjed aromatizzati, xorb aromatizzat b’bażi ta’ inbid u cocktails aromatizzati prodotti mill-inbid IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju1989 li jippreskrivi regoli ġenerali fuq id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-presentazzjoni ta’ spirti [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(8), Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 ta’ 10 ta’ Ġunju 1991 li jippreskrivi regoli ġenerali fuq id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ inbejjed aromatiċi, xorb aromatizzat b’bażi ta’ inbid u "cocktails" aromatizzati prodotti mill-inbid [2], u b’mod partikolari Artikolu 4(4) tiegħu, Billi sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jagħmlu kontrolli xierqa fuq l-ethyl alkoħol ta’ oriġini agrikola kif definit f’ittra (h) fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KEE) Nru1576/89 u kif imsemmi fil-paragrafu tlieta taħt l-ittra (d) ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1601/91 metodi ta’ analiżi tal-Komunità għandhom jiġu adottati. Billi l-karatteristiċi ta’ l-ethyl alkoħol ta’ oriġini agrikola huma mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KEE) No 1576/89 u fl-Anness I tar-Regolament (KEE) No 1601/91; billi dawn il-karatteristiċi huma identiċi ma’ l-elementi li jsawru d-definizzjoni ta’ alkoħol newtrali fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2046/89 tad-19 ta’ Ġunju 1989 li jippreskrivi regoli ġenerali għall-operazzjonijiet ta’ distillazzjoni li jinvolvu l-inbid u l-prodotti sekondarji tat-tagħsir [3]; billi il-metodi ta’ analiżi tal-Komunità għall-alkoħol newtrali applikabbli fis-settur ta’ l-inbid mogħti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1238/92 [4] għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala metodi ta’ analiżi tal-Komunità għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 1576/89 u (KEE) Nru 1601/91; Billi sabiex tiżgura l-komparabbilità tar-riżultati miksuba meta jintużaw il-metodi ta’ analiżi adottati f’dan ir-Regolament ir-ripetibbilità u r-riproduċibbilità meħtieġa għar-riżultati miksuba meta jintużaw dawn il-metodi għandhom jiġu ddefiniti; Billi l-miżuri li għalihom hemm dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Implimentazzjoni għall-ispirti u tal-Kumitat ta’ Implimentazzjoni għax-xorb aromatizzat b’bażi ta’ inbid, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-metodi ta’ analiżi tal-Komunità għall-ethyl alkoħol ta’ oriġini agrikola kif iddefinit f’ittra (h) fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89 u msemmi fit-tielet paragrafu ta’ punt (d) fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1601/91 għandhom jkunu dawk mniżżla fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 1238/92. Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1238/92 għandu japplika għall-komparabbilità tar-riżultati ta’ analiżi. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Lulju 1992. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1. [2] ĠU L 149, ta’ l-14.6.1991, p. 1. [3] ĠU L 202, ta’ l-14.7.1989, p. 14. [4] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 13. --------------------------------------------------