<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-606/18 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0606</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:571">EU:C:2020:571</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20200716">16.7.2020</DATE> – Kawża C‑606/18 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku ta’ taħt l-art u ta’ taħt il-baħar</KEYWORD><KEYWORD>Tqassim tas-suq fil-kuntest ta’ proġetti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1/2003</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 20</KEYWORD><KEYWORD>Setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Setgħa li tiġi kkopjata data mingħajr eżami minn qabel u li tiġi eżaminata sussegwentement fil-bini tal-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Multi</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni sħiħa</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑606/18 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fl-<DATE ISO="20180924">24 ta’ Settembru 2018</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Nexans France SAS</HT>, stabbilita f’Courbevoie (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Nexans SA</HT>, stabbilita f’Courbevoie,</P><P>irrappreżentati minn G. Forwood, avocate, kif ukoll minn M. Powell u A. Rogers, solicitors,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn C. Giolito, P. Rossi, C. Sjödin u F. Castilla Contreras, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala Mħallef tat-Tieni Awla, P. G. Xuereb (Relatur), T. von Danwitz u A. Kumin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: M. Longar, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20191016">16 ta’ Ottubru 2019</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom, Nexans France SAS u Nexans SA jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni (T‑449/14, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:456">EU:T:2018:456</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors tagħhom intiż, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 final tat-<DATE ISO="20140402">2 ta’ April 2014</DATE> li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), sa fejn hija tikkonċernahom, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi li ġew imposti fuqhom fid-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1/2003</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 20, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Is-setgħa ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex tagħmel id-doveri assenjati lilha min dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tagħmel l-ispezzjonijiet neċessarji ta’ l-impriża u assoċjazzjoni ta’ l-impriża.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-uffiċjali u persuni oħra li jakkompanjawhom awtorizzati mil-Kummissjoni jagħmlu spezzjoni għandhom is-setgħa li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jidħlu f’kwalunkwe siti, art u metodi tat-trasport ta’ l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li jeżaminaw il-kotba u rekords oħra relatati mal-kummerċ, irrespettivament tal-mod kif innhu maħżun;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>li jieħu jew jikseb f’kwalunkwe forma: kopji ta’ jew estratti min dawn il-kotba jew rekords;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>li jagħlqu kwalunkwe post tal-kummerċ u l-kotba jew rekords għal dak il-perjodu u sal-punt neċessarju biex issir l-ispezzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>li tistaqsi lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tas-staff ta’ l-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża għal l-ispjegazzjoni fuq il-fatti jew dokumenti relati mas-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni biex tirrekordja r-risposti.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Impriżi jew assoċjazzjonijiet tal-impriża huma rikjesti li jissottomettu għall-ispezzjonijiet ordnati b’deċiżjoni mil-Kummissjoni. Id-deċiżjoni ħa tispeċifika s-suġġet u l-għan tal-ispezzjoni, taħtar id-data li fiha għandha tibda u tindika l-pieni previsti mil-Artikoli 23 u 24 u d-dritt li tar-reviżjoni tad-deċiżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Kummissjoni ħa tieħu deċiżjoni wara li tikkonsulta l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha isseħħ l-ispezzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-ispezzjoni ta’ siti oħra<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk suspett raġunevoli jeżisti li l-kotba u rekords relatati mal-kummerċ u mas-suġġett tal-ispezzjoni, li jistgħu ikunu ta’ rilevanza li juru vjolazzjoni serja ta’ l-Artikolu [101] jew l-Artikolu [102 TFUE] ikunu qed jinżammu f’siti oħra, art jew meżi tat-trasport, inkluż id-djar tad-diretturi, <HT TYPE="ITALIC">managers</HT> u membri oħra tal-istaff ta’ l-impriża u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriża konċernati, il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni tordna li ssir spezzjoni f’premises oħra, art jew meżi tat-trasport.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizati mil-Kummissjoni biex jagħmlu spezzjoni ordnata skond paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ħa jkollhom il-poteri maħruġa mil-Artikolu 20(2)(a), (b) u (ċ). […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23(2) u (3) tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni timponi multi fuq l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża meta, jew b’intenżjoni jew b’negligenza:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jiksru l-Artikolu [101] jew l-Artikolu [102 TFUE] […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fit-twaħħil ta’ l-ammont li jrid jiġi mmultat, rigward irrid jingħata lejn il-gravità u it-tul tal-ksur.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 tal-istess regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-Qorti tal-Ġustizzja ħa jkollha ġurisdizzjoni bla limitu għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet fejn il-Kummissjoni waħħlet multa jew perjodu ta’ pagamenti tal-pieni. Hi tista’ tħassar, tnaqqas jew jżid il-multa jew il-perjodu ta’ pagamenti tal-pieni imposti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Linji Gwida tal-2006</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Linji Gwida għall-Kalkolu tal-Multi Imposti Skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 210, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Linji Gwida tal-2006<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) jispeċifikaw, fil-punti 2 u 4 tagħhom li, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-multi, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>il-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-tul u l-gravità tal-ksur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>il-multi għandhom jiġu ffissati fuq livell li jkun suffiċjentement dissważiv<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Mill-punti 9 sa 11 ta’ dawn il-linji gwida jirriżulta li, mingħajr preġudizzju għall-punt 37 tagħhom, il-metodu użat mill-Kummissjoni għall-iffissar tal-multi jinvolvi żewġ stadji, jiġifieri, fl-ewwel lok, id-determinazzjoni ta’ ammont bażiku u, fit-tieni lok, eventwali aġġustamenti ta’ dan l-ammont, b’żieda jew bi tnaqqis. Fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-ammont bażiku tal-multa, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, qabel kollox, skont il-punti 13 sa 18 tal-imsemmija linji gwida, il-valur tal-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni. Skont il-punt 19 tal-istess linji gwida, l-ammont bażiku tal-multa huwa marbut ma’ proporzjon mill-valur ta’ dan il-bejgħ, iddeterminata abbażi tal-livell ta’ gravità tal-ksur, immultiplikata bin-numru ta’ snin ta’ ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-punt 21 tal-Linji Gwida tal-2006:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Bħala regola ġenerali, il-proporzjon tal-valur tal-bejgħ meħuda inkunsiderazzjoni tiġi ffissata għal livell li jista’ jilħaq massimu ta’ 30 %<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-punt 22 ta’ dawn il-linji gwida jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Sabiex jiġi deċiż jekk il‑proporzjon tal-valur tal-bejgħ li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni f’każ partikolari għandhiex tkun ’l isfel jew ’il fuq f’din l-iskala, il‑Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni numru ta’ fatturi, bħan-natura tal-ksur, il-parti tas-suq aggregata tal-partijiet kollha kkonċernati, l-portata ġeografika tal-ksur u jekk il-ksur ġiex implimentat jew le<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għat-tilwima u d-deċiżjoni kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għat-tilwima, li jinsabu fil-punti 1 sa 20 u 42 sa 47 tas-sentenza appellata jistgħu, għall-finijiet ta’ din il-proċedura, jinġabru fil-qosor kif ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-appellanti, Nexans France u l-kumpannija omm tagħha, Nexans, huma kumpanniji Franċiżi attivi fis-settur tal-produzzjoni u tal-provvista tal-kejbils tal-elettriku ta’ taħt l-art u ta’ taħt il-baħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>B’ittra tas-<DATE ISO="20081017">17 ta’ Ottubru 2008</DATE>, ABB AB, kumpannija stabbilita fl-Isvezja, ipprovdiet lill-Kummissjoni, b’rabta ma’ applikazzjoni għal immunità fis-sens tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 298, p. 17</REF.DOC.OJ>), serje ta’ dikjarazzjonijiet u ta’ dokumenti rigward prattiki kummerċjali restrittivi f’dan is-settur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni wettqet investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Erbgħa t-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>, l-ispetturi tal-Kummissjoni, akkumpanjati minn rappreżentanti tal-awtorità Franċiża għall-kompetizzjoni, marru fil-bini ta’ Nexans France fi Clichy (Franza) sabiex jagħmlu spezzjoni taħt l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>ispezzjoni inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), abbażi ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20090109">9 ta’ Jannar 2009</DATE> li tordna lil Nexans kif ukoll lill-impriżi kollha kkontrollati minn din tal-aħħar sabiex jissottomettu ruħhom għal tali spezzjoni (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>deċiżjoni ta’ spezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>). Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[l]-ispezzjoni [inkwistjoni setgħet] issir fil-postijiet kollha ikkontroll[ati] mill-impriża, u b’mod partikolari fl-uffiċċji li jinsabu fl-indirizz li ġej: 4‑10 Rue Mozart, 92110 Clichy, Franza<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara li nnotifikaw id-deċiżjoni ta’ spezzjoni lill-appellanti, l-ispetturi tal-Kummissjoni (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ispetturi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) esprimew ix-xewqa tagħhom li jeżaminaw id-dokumenti kif ukoll il-kompjuters ta’ ċerti impjegati ta’ Nexans France, jiġifieri B., J. U R. Wara li ġew informati li J. kien ħa l-kompjuter tiegħu fuq vjaġġ tiegħu u li kien ser jirritorna biss il-Ġimgħa <DATE ISO="20090130">30 ta’ Jannar 2009</DATE>, l-ispetturi għamlu kopji-immaġni tal-hard drives tal-kompjuters ta’ B. u R. kif ukoll ta’ D., impjegat ieħor ta’ Nexans France. Sabiex ikunu jistgħu jagħmlu tiftix bl-użu ta’ kliem prinċipali fid-data li tinsab f’dawn il-kompjuters, huma użaw software ta’ investigazzjoni informatika li pproċessa din id-data matul il-lejl bejn it-28 u d-<DATE ISO="20090129">29 ta’ Jannar 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-tieni jum tal-ispezzjoni inkwistjoni, jiġifieri l-Ħamis <DATE ISO="20090129">29 ta’ Jannar 2009</DATE>, l-ispetturi eżaminaw il-kopji-immaġni tal-hard drives tal-kompjuters ta’ B., D. u R.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-tielet jum ta’ din l-ispezzjoni, jiġifieri l-Ġimgħa <DATE ISO="20090130">30 ta’ Jannar 2009</DATE>, l-ispetturi setgħu jeżaminaw il-laptop ta’ J., li kien irritorna fl-uffiċċju. L-użu ta’ software ta’ investigazzjoni informatika ppermettielhom jirkupraw numru ta’ fajls, dokumenti u posta elettronika li kienu tħassru mill-hard drive ta’ dan il-kompjuter u jikkonstataw li dawn id-dokumenti kienu rilevanti għall-investigazzjoni. L-ispetturi ddeċidew li jagħmlu kopja-immaġni ta’ dan il-hard drive. Madankollu, peress li kkonstataw li ma kienx fadlilhom ħin suffiċjenti sabiex jagħmlu tali kopja, huma ddeċidew li jagħmlu kopja ta’ data magħżula u li jqegħduha fuq mezzi tal-informatika għar-reġistrazzjoni ta’ data (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>MIRD<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) li tqiegħdu f’enveloppi ssiġillati u meħuda lura fl-uffiċċji tal-Kummissjoni fi Brussell (il-Belġju). Il-proċess kien jinvolvi żewġ settijiet ta’ posta elettronika li nstabet fil-laptop ta’ J. u sett ta’<?PAGE NO="5"?> posta elettronika li nstabet fil-kompjuter ta’ R. Il-kompjuter ta’ J. kif ukoll MIRD misjub fl-uffiċċju tiegħu u li kien jinkludi dokumenti protetti permezz ta’ password tqiegħdu f’armarju, li ġie ssiġillat mill-ispetturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-ispetturi rritornaw fil-bini ta’ Nexans France it-Tlieta <DATE ISO="20090203">3 ta’ Frar 2009</DATE>. Huma fetħu l-armarju ssiġillat li kien jinkludi l-MIRD misjub fl-uffiċċju ta’ J. kif ukoll il-kompjuter ta’ dan tal-aħħar. Huma spezzjonaw fuq il-post il-MIRD, stampaw u żammew żewġ dokumenti estratti minn dan il-MIRD u rritornaw l-imsemmi MIRD lir-rappreżentanti tal-appellanti. Sussegwentement, huma għamlu tliet kopji-immaġni tal-hard drive tal-kompjuter ta’ J., u kull waħda minnhom ġiet irreġistrata fuq tliet MIRD separati. L-ispetturi taw wieħed mit-tliet MIRD lir-rappreżentanti tal-appellanti u qiegħdu t-tnejn l-oħra f’enveloppi ssiġillati li huma ħadu lura lejn Brussell wara li ħadu nota tal-fatt li l-appellanti kienu qegħdin jikkontestaw il-leġittimità ta’ din il-proċedura. Huma indikaw li l-enveloppi ssiġillati kienu ser jinfetħu biss fil-bini tal-Kummissjoni fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-enveloppi ssiġillati li kien fihom il-MIRD, li tneħħew mill-ispetturi, ġew miftuħa fl-uffiċċji tal-Kummissjoni fi Brussell fit-<DATE ISO="20090302">2 ta’ Marzu 2009</DATE>, fil-preżenza tal-avukati tal-appellanti. Id-dokumenti rreġistrati fuq dawn il-MIRD ġew eżaminati u l-ispetturi stampaw dawk li huma qiesu bħala rilevanti għall-investigazzjoni. It-tieni kopja stampata ta’ dawn id-dokumenti kif ukoll lista ta’ dawn id-dokumenti ngħataw lill-avukati tal-appellanti. L-eżami tad-data kollha rreġistrata fuq il-MIRD inkwistjoni ħa tmint ijiem ta’ xogħol u ġie kkompletat fil-<DATE ISO="20090311">11 ta’ Marzu 2009</DATE>. L-uffiċċju li fih id-dokumenti u l-MIRD ġew eżaminati ġie ssiġillat fi tmiem kull jum ta’ xogħol, fil-preżenza tal-avukati tal-appellanti, u miftuħ mill-ġdid l-għada, dejjem fil-preżenza tagħhom. Fi tmiem dawn l-operazzjonijiet, il-hard drives tal-kompjuters li fuqhom kienu ħadmu l-ispetturi tal-Kummissjoni ġew imħassra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20090407">7 ta’ April 2009</DATE> u rreġistrat taħt in-numru T‑135/09, l-appellanti ppreżentaw rikors intiż b’mod partikolari sabiex il-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni ta’ spezzjoni u tiddikjara illegali d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissekwestra kopji ta’ ċerti fajls informatiċi u tal-hard drive tal-kompjuter ta’ J. sabiex teżaminahom sussegwentement fl-uffiċċji tagħha fi Brussell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121114">14 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑135/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:596">EU:T:2012:596</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-deċiżjoni ta’ spezzjoni, sa fejn hija kienet tikkonċerna kejbils tal-elettriku oħra għajr il-kejbils tal-elettriku ta’ taħt il-baħar u ta’ taħt l-art b’vultaġġ għoli u l-materjal assoċjat ma’ dawn il-kejbils, u ċaħdet ir-rikors għall-bqija. Permezz ta’ sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140625">25 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Nexans u Nexans France vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑37/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2030">EU:C:2014:2030</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell ippreżentat mill-appellanti kontra din is-sentenza tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni kkonstatat li l-appellanti u 24 kumpannija oħra kienu pparteċipaw f’akkordju (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>akkordju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), li kien jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 1, p. 3</REF.DOC.OJ>) fis-settur tal-kejbils tal-elettriku b’vultaġġ għoli (ħafna) ta’ taħt l-art u/jew ta’ taħt il-baħar (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ksur inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-imsemmija deċiżjoni, il-Kummissjoni qieset li l-akkordju kien jikkonsisti minn żewġ konfigurazzjonijiet prinċipali li kienu jifformaw unità komposta, jiġifieri:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>konfigurazzjoni li kienet tiġbor l-impriżi Ewropej, ġeneralment imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>membri R<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, l-impriżi Ġappuniżi, indikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>membri A<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, u l-impriżi tal-Korea t’Isfel, indikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>membri K<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, u li kienet tagħmilha possibbli li jintlaħaq l-għan ta’ allokazzjoni ta’ territorji u ta’ klijenti bejn il-produtturi Ewropej, tal-Ġappun u tal-Korea t’Isfel (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>konfigurazzjoni A/R<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>). Din l-allokazzjoni kienet issir abbażi ta’ ftehim dwar it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li skontu l-produtturi tal-Ġappun u tal-Korea t’Isfel kienu jastjenu milli jidħlu f’kompetizzjoni għal proġetti li jiżvolġu<?PAGE NO="6"?> fit-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>territorju nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> tal-produtturi Ewropej, filwaqt li dawn tal-aħħar kienu qegħdin jimpenjaw ruħhom li jibqgħu barra mis-swieq tal-Ġappun u tal-Korea t’Isfel. Barra minn hekk, kien hemm ukoll l-allokazzjoni ta’ proġetti fit-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>territorji ta’ esportazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jiġifieri l-bqija tad-dinja, bl-eċċezzjoni, b’mod partikolari, tal-Istati Uniti;</P></ITEM><ITEM><P>konfigurazzjoni li kienet tinvolvi l-allokazzjoni ta’ territorji u ta’ klijenti mill-produtturi Ewropej għal proġetti li kellhom jitwettqu fit-territorju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> Ewropew jew allokati lil produtturi Ewropej (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>konfigurazzjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni kontenzjuża, Nexans France pparteċipat fl-akkordju mit-<DATE ISO="20001113">13 ta’ Novembru 2000</DATE> sat-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>. Nexans ġiet miżmuma responsabbli għall-ksur inkwistjoni inkwantu kumpannija omm ta’ Nexans France għall-perijodu bejn it-<DATE ISO="20010612">12 ta’ Ġunju 2001</DATE> u t-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-multi, il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 u l-metodoloġija esposta fil-Linji Gwida tal-2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-ammont bażiku tal-imsemmija multi, il-Kummissjoni ddeterminat il-valur tal-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni. Sussegwentement, hija ffissat il-proporzjon ta’ dan il-valur tal-bejgħ li tirrifletti l-gravità tal-ksur inkwistjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset li dan il-ksur, min-natura tiegħu, kien jikkostitwixxi waħda mir-restrizzjonijiet l-iktar serji tal-kompetizzjoni, li kien jiġġustifika <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>koeffiċjent ta’ gravità<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> ta’ 15 %. B’mod simili, hija applikat żieda ta’ 2 % fuq il-koeffiċjent ta’ gravità għad-destinatarji kollha tad-deċiżjoni kontenzjuża minħabba l-parti tas-suq aggregata kif ukoll minħabba l-portata ġeografika ta’ livell kważi dinji tal-akkordju, li jkopri, fost l-oħrajn, it-territorju kollu taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minbarra dan, il-Kummissjoni qieset li l-aġir tal-impriżi Ewropej kien iktar dannuż għall-kompetizzjoni minn dak tal-impriżi l-oħra, peress li, minbarra l-parteċipazzjoni tagħhom fil-konfigurazzjoni A/R, l-impriżi Ewropej kienu qasmu bejniethom il-proġetti ta’ kejbils fil-kuntest tal-konfigurazzjoni Ewropea. Għal din ir-raġuni, hija ffissat il-proporzjon tal-valur tal-bejgħ li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tirrifletti l-gravità tal-ksur għal 19 % għall-impriżi Ewropej u għal 17 % għall-impriżi l-oħra. L-ammont bażiku stabbilit b’dan il-mod, f’dak li jirrigwarda lil Nexans France, kien tela’ għal EUR <FT TYPE="NUMBER">70670000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-aġġustamenti tal-ammont bażiku tal-multi, il-Kummissjoni la kkonstatat ċirkustanzi aggravanti u lanqas ċirkustanzi attenwanti f’dak li jirrigwarda lill-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(ċ) u (d) tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni imponiet, minn naħa, multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4903000</FT> fuq Nexans France, għall-perijodu bejn it-<DATE ISO="20001113">13 ta’ Novembru 2000</DATE> u l-<DATE ISO="20010611">11 ta’ Ġunju 2001</DATE>, u, min-naħa l-oħra, multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">65767000</FT> fuq Nexans France, <HT TYPE="ITALIC">in</HT> <HT TYPE="ITALIC">solidum</HT> ma’ Nexans, għall-perijodu bejn it-<DATE ISO="20010612">12 ta’ Ġunju 2001</DATE> u t-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’att irreġistrat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20140617">17 ta’ Ġunju 2014</DATE>, l-appellanti ppreżentaw rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża, sa fejn hija kienet tikkonċernahom, u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi li kienu ġew imposti fuqhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Insostenn tat-talbiet tagħhom intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża, l-appellanti qajmu quddiem il-Qorti Ġenerali żewġ motivi, ibbażati, l-ewwel nett, fuq ksur tal-Artikolu 20(2) sa (4) tar-Regolament Nru 1/2003, tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll tal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, it-tieni nett, fuq żball ta’ evalwazzjoni rigward id-determinazzjoni tad-data tal-bidu tal-parteċipazzjoni ta’ Nexans France fl-akkordju. Insostenn tat-talbiet tagħhom intiżi għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi li kienu ġew imposti fuqhom,<?PAGE NO="7"?> l-appellanti invokaw, minbarra l-iżball tal-Kummissjoni rigward it-tul ta’ żmien tal-ksur inkwistjoni, ikkontestat fil-kuntest tat-tieni motiv tar-rikors, motiv speċifiku, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fl-iffissar tal-koeffiċjent ta’ gravità għall-kalkolu tal-ammont tal-multi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-allegata assenza ta’ bażi legali tal-miżuri ta’ spezzjoni meħuda mill-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali qieset li, bil-kontra ta’ dak li kienu sostnew l-appellanti, mill-Artikolu 20(2)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 1/2003 ma kienx jirriżulta li s-setgħa tal-Kummissjoni li tieħu jew li tikseb kopja ta’, jew estratt minn, kotba u dokumenti professjonali ta’ impriża li tkun is-suġġett ta’ spezzjoni kienet limitata għall-kotba u għad-dokumenti professjonali li hija tkun diġà eżaminat. Tali interpretazzjoni tista’, barra minn hekk, tippreġudika l-effettività tal-Artikolu 20(2)(b) tal-imsemmi regolament, sa fejn, f’ċerti ċirkustanzi, l-eżami tal-kotba u tad-dokumenti professjonali tal-impriża jista’ jeżiġi l-għemil minn qabel ta’ kopji tal-imsemmija kotba jew dokumenti professjonali jew li jiġi ssemplifikat, bħal f’dan il-każ, permezz ta’ dan l-ikkopjar. Skont il-Qorti Ġenerali, peress li l-għemil tal-kopja-immaġni tal-hard drive tal-kompjuter ta’ J. u ta’ kopji ta’ settijiet ta’ posta elettronika li nstabet fl-imsemmi kompjuter u f’dak ta’ R. kien jagħmel parti mill-użu minn software ta’ investigazzjoni informatika mill-ispetturi, li l-għan tiegħu kien li titfittex l-informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni, l-għemil ta’ dawn il-kopji kien jaqa’ taħt is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni permezz tal-Artikolu 20(2)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, bil-kontra ta’ dak li kienu sostnew l-appellanti, l-ispetturi ma kinux qiegħdu direttament fil-fajl ta’ investigazzjoni d-dokumenti inklużi fil-kopji tas-settijiet ta’ posta elettronika li nstabet fil-kompjuter ta’ R. u dak ta’ J. kif ukoll fil-kopja-immaġni tal-hard drive ta’ dan il-kompjuter imsemmi l-aħħar mingħajr ma kienu vverifikaw minn qabel ir-rilevanza tagħhom fid-dawl tas-suġġett tal-ispezzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali qieset li l-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003 ma jipprovdix li l-eżami tal-kotba u tad-dokumenti professjonali tal-impriżi li huma s-suġġett tal-ispezzjoni għandu jsir esklużivament fil-bini tagħhom jekk, bħalma huwa l-każ hawnhekk, l-imsemmija spezzjoni ma setgħetx tiġi kkompletata fiż-żmien previst inizjalment. Huwa sempliċement jobbliga lill-Kummissjoni tosserva, waqt l-eżami tad-dokumenti fil-bini tagħha, l-istess garanziji fir-rigward ta’ dawn l-impriżi bħal dawk li hija għandha tosserva meta hija tagħmel eżami fuq il-post, kif kien il-każ hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kummissjoni lanqas ma marret kontra l-portata tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, peress li din tal-aħħar ma kinitx teskludi l-possibbiltà li l-Kummissjoni għandha sabiex tkompli l-ispezzjoni inkwistjoni fil-bini tagħha, fi Brussell, u peress li l-appellanti ma kinux sostnew li t-tul ta’ żmien ta’ din l-ispezzjoni kien qabeż tul ta’ żmien raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali qieset li l-Kummissjoni la kienet kisret id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti u lanqas l-Artikolu 20(3) u (4) tar-Regolament Nru 1/2003 jew l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali qieset li l-Kummissjoni ma kinitx wettqet żball meta kkunsidrat id-data tat-<DATE ISO="20001113">13 Novembru 2000</DATE> bħala dik li tindika l-bidu tal-parteċipazzjoni ta’ Nexans France fil-ksur inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-ħames nett, fir-rigward tat-talbiet tal-appellanti intiżi sabiex huma jiksbu tnaqqis fl-ammont tal-multi li kienu ġew imposti fuqhom, il-Qorti Ġenerali qieset li l-argumenti tal-appellanti ma kinux tali li jiġġustifikaw tnaqqis ta’ dan l-ammont. Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tal-argument tal-appellanti li jgħid li d-distinzjoni magħmula mill-Kummissjoni bejn, minn naħa, l-impriżi Ewropej u, min-naħa l-oħra, l-impriżi Ġappuniżi f’dak li jirrigwarda l-proporzjon tal-valur tal-bejgħ użata sabiex tiġi riflessa<?PAGE NO="8"?> l-gravità tal-ksur tmur kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-Qorti Ġenerali qieset li l-Kummissjoni kienet intitolata li tikkunsidra li t-tqassim tal-proġetti fil-konfigurazzjoni Ewropea tal-akkordju, mill-impriżi Ewropej, kien jikkostitwixxi element supplimentari li kien jistħoqqlu li jiġi ssanzjonat b’perċentwali addizzjonali sabiex tiġi riflessa l-gravità tal-ksur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn hija tikkonċernahom;</P></ITEM><ITEM><P>tnaqqas il-multi li kienu ġew imposti fuqhom b’ammont li jikkorrispondi għal koeffiċjent ta’ gravità mnaqqas; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura tal-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell kollu kemm hu bħala parzjalment inammissibbli u, f’kull każ, ineffettiv u/jew kompletament infondat; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-ewwel istanza.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-fażi orali tal-proċedura ngħalqet fit-<DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE> wara l-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>B’ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20200529">29 ta’ Mejju 2020</DATE>, l-appellanti talbu l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura. Insostenn ta’ din it-talba, huma jinvokaw il-fatt li l-Qorti Ġenerali għamlet, permezz ta’ digriet adottat fl-<DATE ISO="20200504">4 ta’ Mejju 2020</DATE>, ir-rettifika fil-punt 156 tas-sentenza appellata, fil-verżjoni tagħha fil-lingwa Ingliża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, din ir-rettifika tikkostitwixxi fatt ġdid tali li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li għandu x’jaqsam mar-raba’ aggravju tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull mument, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, b’mod partikolari meta parti tkun issottomettiet, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid li jkun tali li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu madankollu jiġi kkonstatat li r-rettifika fil-punt 156 tas-sentenza appellata ma hijiex determinanti għall-evalwazzjoni, mill-Qorti tal-Ġustizzja, tar-raba’ aggravju tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li semgħet l-Avukat Ġenerali, tqis li ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw ħames aggravji. L-ewwel tliet aggravji jirrigwardaw iċ-ċaħda, mill-Qorti Ġenerali, tal-argumenti tagħhom marbuta mal-iżvolġiment tal-ispezzjoni inkwistjoni u l-aħħar żewġ aggravji jirrigwardaw id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali dwar il-kalkolu tal-multa li kienet ġiet imposta fuqhom fid-deċiżjoni kontenzjuża. B’mod iktar speċifiku, ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-konsegwenzi li għandhom jiġu dedotti mill-allegata assenza ta’ effetti tal-ksur inkwistjoni. Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward taż-żieda bi 2 % fil-koeffiċjent ta’ gravità applikata f’dak li jirrigwarda l-konfigurazzjoni Ewropea tal-akkordju.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li s-sentenza appellata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi rigward l-interpretazzjoni tal-Artikolu 20(2)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn hija tikkonferma li l-Kummissjoni kienet intitolata tagħmel il-kopja-immaġni ta’ hard drive u kopji ta’ settijiet ta’ posta elettronika, mingħajr ma wettqet minn qabel eżami serju ta’ dawn id-dokumenti. Dan l-aggravju jirrigwarda l-punti 53 sa 56 u 97 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>L-ewwel nett, huma biss il-kotba u d-dokumenti li jkunu ġew eżaminati minn qabel minn spettur b’mod konformi mal-Artikolu 20(2)(b) ta’ dan ir-regolament li jistgħu jiġu kkopjati. Xejn ma jipprekludi lill-Kummissjoni milli sempliċement tikkopja d-dokumenti u l-fajls li jidhrilha li huma rilevanti għall-investigazzjoni pjuttost milli tagħmel kopja ta’ hard drive sħiħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1/2003 jipprevedi ċerta sekwenza tad-diversi stadji deskritti f’din id-dispożizzjoni. Qabel kollox, l-ispetturi tal-Kummissjoni jidħlu fil-bini tal-impriża kkonċernata. Imbagħad, huma jeżaminaw il-kotba u dokumenti oħra li jidhrilhom li huma rilevanti għall-investigazzjoni. Fl-aħħar nett, huma jistgħu jieħdu kopji ta’ dawn id-dokumenti. L-eżami mwettaq fil-kuntest ta’ dan il-proċess huwa essenzjali, sa fejn huwa jippermetti f’dan l-istadju lill-ispetturi tal-Kummissjoni jivverifikaw jekk id-dokumenti jistgħux ikunu ta’ interess għall-investigazzjoni. Billi tikkopja d-data kollha kemm hi mingħajr eżami tal-imsemmija data minn qabel minn wieħed mill-ispetturi tagħha, il-Kummissjoni tista’ tikkopja wkoll dokumenti koperti mill-prinċipju ta’ protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukat u l-klijent tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>It-tielet nett, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-setgħat ta’ verifika tal-Kummissjoni għandhom jiġu interpretati b’mod strett, sa fejn huma jippreġudikaw id-dritt għall-proprjetà tal-impriża li hija s-suġġett tal-ispezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-ewwel aggravju huwa inammissibbli, għaliex huwa intiż, bl-eċċezzjoni ta’ argument wieħed, sabiex iwassal lill-Qorti tal-Ġustizzja teżamina mill-ġdid l-argumenti li l-appellanti ssottomettew quddiem il-Qorti Ġenerali. L-argument supplimentari tal-appellanti li jgħid li l-approċċ segwit mill-Kummissjoni, f’dan il-każ, jista’ jkollu bħala riżultat li din tal-aħħar tieħu kopji ta’ dokumenti koperti mill-prinċipju ta’ protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukat u l-klijent tiegħu huwa inammissibbli minħabba li ma tqajjimx fl-ewwel istanza. Sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li dan l-aggravju huwa ineffettiv, għaliex huwa bbażat fuq qari parzjali tas-sentenza appellata, li ma jiħux inkunsiderazzjoni l-konklużjonijiet prinċipali tal-Qorti Ġenerali fil-punti 52, 58 u 59 ta’ dik is-sentenza, jew infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-ewwel aggravju, għandu jiġi osservat li, permezz ta’ dan l-aggravju, l-appellanti jikkontestaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 20(2)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 1/2003 mogħtija mill-Qorti Ġenerali. Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, ladarba appellant jikkontesta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali, il-punti ta’ liġi eżaminati fl-ewwel istanza jistgħu jiġu diskussi mill-ġdid fl-appell. Fil-fatt, jekk appellant ma jkunx jista’ jibbaża l-appell tiegħu b’dan il-mod fuq motivi u argumenti diġà użati quddiem il-Qorti Ġenerali, l-imsemmija proċedura tisfa mingħajr parti mis-sens tagħha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190116">16 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs United Parcel Service</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:23">EU:C:2019:23</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant l-ewwel aggravju huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tal-appellanti rigward il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukat u l-klijent tiegħu, għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li argument ikun ammissibbli meta huwa jespandi fuq argument imqajjem preċedentement fir-rikors promotur u jkun marbut mill-qrib ma’ dan (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Roca Sanitario vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑636/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:56">EU:C:2017:56</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Issa, dan huwa l-każ hawnhekk, peress li s-suġġett huwa kunsiderazzjoni mressqa mill-appellanti insostenn tal-argument tagħhom li l-Kummissjoni tista’ tieħu kopji biss ta’ kotba u ta’ dokumenti li hija tkun diġà eżaminat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu, għandu jiġi osservat qabel kollox li huwa minnu li l-appellanti ma jikkontestawx il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali, li jinsabu fil-punti 52, 58 u 59 tas-sentenza appellata. Skont dawn il-konstatazzjonijiet, minn naħa, l-għemil ta’ kopja-immaġni ta’ hard drive ta’ kompjuter u ta’ kopja ta’ data maħżuna fuq mezz ta’ data diġitali, fil-kuntest tal-użu minn software ta’ investigazzjoni informatika tal-Kummissjoni, jikkostitwixxi, essenzjalment, stadju intermedju intiż sabiex jippermetti lill-ispetturi jfittxu dokumenti li jkunu rilevanti għall-ispezzjoni. Min-naħa l-oħra, minn dawn il-konstatazzjonijiet jirriżulta li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma qegħditx direttament fil-fajl tal-investigazzjoni d-dokumenti li jinsabu fil-kopji ta’ settijiet ta’ posta elettronika misjuba fil-kompjuter ta’ R. u f’dak ta’ J. kif ukoll fil-kopja-immaġni tal-hard drive ta’ dan il-kompjuter imsemmi l-aħħar mingħajr ma vverifikat minn qabel ir-rilevanza tagħhom għas-suġġett tal-ispezzjoni inkwistjoni. Madankollu, il-fatt li l-appellanti ma kkontestawx dawn il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali ma jimplikax, bil-kontra ta’ dak li ssostni l-Kummissjoni, li l-ewwel aggravju huwa ineffettiv. Fil-fatt, l-imsemmija konstatazzjonijiet ma humiex suffiċjenti, inkwantu tali, sabiex jiġi stabbilit li l-Kummissjoni kellha s-setgħa li tagħmel tali kopji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandu jiġi eżaminat jekk il-Qorti Ġenerali wettqitx żball ta’ liġi meta qieset li tali setgħa tirriżulta mill-Artikolu 20(2)(b) jew (ċ) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, kemm mill-kliem tal-Artikolu 20(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1/2003, kif ukoll mill-kuntest tiegħu, jirriżulta li, billi awtorizza lill-Kummissjoni, permezz ta’ din id-dispożizzjoni, sabiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>[t]ieħu jew [t]ikseb f’kwalunkwe forma: kopji ta’ jew estratti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> tal-kotba kif ukoll tad-dokumenti professjonali l-oħra msemmija fl-Artikolu 20(2)(b) ta’ dan ir-regolament, il-leġiżlatur tal-Unjoni kien qiegħed jirreferi għall-provi li l-Kummissjoni hija intitolata li tikseb sabiex tqegħedom fil-fajl u, fejn ikun il-każ, tużahom fil-kuntest ta’ proċedura intiża sabiex jiġi ssanzjonat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Għaldaqstant, dak li huwa inkluż huma dokumenti koperti mis-suġġett tal-ispezzjoni, li jippreżupponi li l-Kummissjoni tkun ivverifikat minn qabel li dan kien il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali ma setgħetx tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 20(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1/2003 sabiex tiddeċiedi li l-Kummissjoni kienet intitolata tagħmel kopji ta’ settijiet ta’ posta elettronika misjuba fil-kompjuter ta’ R. u f’dak ta’ J. kif ukoll il-kopja-immaġni tal-hard drive ta’ dan il-kompjuter imsemmi l-aħħar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003, li għalih tirreferi wkoll il-Qorti Ġenerali, u li jawtorizza lill-Kummissjoni teżamina l-kotba kif ukoll kull dokument professjonali ieħor, indipendentement mill-mezz li huma maħżuna fih, tal-impriża jew tal-assoċjazzjoni tal-impriżi li hija s-suġġett tal-ispezzjoni, jagħti bażi legali għall-għemil ta’ tali kopji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li, billi llimita ruħu f’dan ir-rigward li jawtorizza lill-Kummissjoni tagħmel tali eżami, mingħajr ma speċifika f’iktar dettall is-setgħa mogħtija b’dan il-mod lill-Kummissjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni ta ċertu marġni ta’ diskrezzjoni lil din l-istituzzjoni f’dak li jirrigwarda l-modalitajiet konkreti tal-eżami li hija tista’ twettaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tista’, għaldaqstant, skont iċ-ċirkustanzi, tiddeċiedi li tagħmel l-eżami tad-data li tinsab fil-mezz ta’ data diġitali tal-impriża li hija s-suġġett tal-ispezzjoni mhux abbażi tal-oriġinal, iżda abbażi ta’ kopja ta’ din id-data. Fil-fatt, kemm fil-każ li hija teżamina d-data oriġinali kif ukoll fil-każ li hija tanalizza l-kopja ta’ din id-data, hija l-istess data li hija s-suġġett tal-eżami magħmul mill-Kummissjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex rilevanti l-argument tal-appellanti li jgħid li l-possibbiltà li jsiru tali kopji ma huwiex imsemmi b’mod espliċitu fl-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għalhekk, bil-kontra ta’ dak li jsostnu l-appellanti, id-dritt tal-Kummissjoni li tagħmel kopji ta’ settijiet ta’ posta elettronika u l-kopja-immaġni ta’ hard drive ta’ kompjuter, inkwantu stadju intermedju fil-kuntest tal-eżami tad-data li tinsab f’dawn is-settijiet u fuq dan il-mezz, ma jikkostitwixxix setgħa supplimentari mogħtija lill-Kummissjoni, iżda, kif ikkonstatat ġustament il-Qorti Ġenerali fil-punt 56 tas-sentenza appellata, huwa jagħmel parti mis-setgħa ta’ eżami li l-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003 jagħti lil din l-istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, minkejja li effettivament hija ġurisprudenza stabbilita li s-setgħat ta’ verifika mogħtija lill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni huma ddefiniti b’mod strett (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Bahn <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑583/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:404">EU:C:2015:404</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), dan ma jfissirx madankollu, kif osservat l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punti 61 u 62 tal-konklużjonijiet tagħha, li d-dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħat ta’ verifika lill-imsemmija istituzzjoni għandhom jiġu interpretati b’mod strett, minkejja li hemm lok, minn din il-perspettiva, li jiġi żgurat li l-imsemmija setgħat ma jiksrux id-drittijiet tal-impriżi kkonċernati. Dawn id-drittijiet huma ggarantiti meta, bħalma huwa l-każ hawnhekk, il-Kummissjoni tikkopja data, effettivament, mingħajr eżami minn qabel, iżda mbagħad tivverifika, b’rispett strett tad-drittijiet tad-difiża tal-impriża kkonċernata, jekk din id-data hijiex rilevanti għas-suġġett tal-ispezzjoni, qabel ma tqiegħed fil-fajl id-dokumenti li huma meqjusa rilevanti f’dan ir-rigward u tħassar id-data l-oħra li tkun ġiet ikkopjata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-dritt tal-Kummissjoni li tagħmel tali kopji la jaffettwa l-garanziji proċedurali previsti mir-Regolament Nru 1/2003 u lanqas id-drittijiet l-oħra tal-impriża li hija s-suġġett tal-ispezzjoni, sakemm il-Kummissjoni, wara li tkun ikkompletat l-eżami tagħha, tqiegħed fil-fajl biss id-dokumenti li huma rilevanti għas-suġġett tal-ispezzjoni. Kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali, dan kien il-każ hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, kif jirriżulta mill-konstatazzjonijiet ta’ fatt tal-Qorti Ġenerali fil-punt 52 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni tuża software ta’ investigazzjoni informatika li jeżiġi pass minn qabel imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>indiċjar<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, li ġeneralment jieħu żmien kunsiderevoli. L-istess jgħodd fir-rigward tal-istadju ta’ wara ta’ dan il-proċess ta’ pproċessar tal-informazzjoni, li matulu l-Kummissjoni teżamina din id-data, kif juru, barra minn hekk, il-fatti f’dan il-każ. Huwa, għaldaqstant, fl-interess mhux biss tal-Kummissjoni iżda wkoll tal-impriża kkonċernata li din l-istituzzjoni tibbaża ruħha, sabiex tagħmel l-eżami tagħha, fuq kopja ta’ din id-data, biex b’hekk tippermetti lil din l-impriża tkompli tuża d-data oriġinali kif ukoll il-mezzi li fuqhom tinsab din id-data ladarba tkun saret din il-kopja u, għalhekk, jitnaqqas b’dan il-mod l-indħil fil-funzjonament ta’ din l-impriża kkawżat mill-ispezzjoni magħmula mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argumenti tal-appellanti bbażati fuq il-kliem tal-Artikolu 20(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1/2003 u fuq l-istruttura ġenerali tal-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-regolament għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Bit-tieni aggravju tagħhom, li jirrigwarda l-punti 60 sa 64 tas-sentenza appellata, l-appellanti jallegaw li din hija vvizzjata bi żball ta’ liġi rigward l-interpretazzjoni tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn hija tikkonferma li l-Kummissjoni kellha d-dritt tkompli l-ispezzjoni inkwistjoni fil-bini tagħha fi Brussell. Skont l-appellanti, minn interpretazzjoni letterali u kuntestwali ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li hija ma tawtorizzax lill-Kummissjoni twettaq spezzjonijiet fil-bini proprju tagħha u li dawn għandhom isiru fil-bini tal-impriża jew tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>L-ewwel nett, mill-Artikolu 20(1) tar-Regolament Nru 1/2003 jirriżulta b’mod ċar li s-suġġett huwa spezzjonijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>impriża u assoċjazzjoni ta’ l-impriża<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. L-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-regolament jispeċifika s-setgħat li għandhom l-ispetturi tal-Kummissjoni sabiex jagħmlu tali spezzjonijiet, inkluż id-dritt li jidħlu fi kwalunkwe bini, art u mezzi ta’ trasport <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>ta’ l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, skont l-Artikolu 20(2)(a) tal-istess regolament. Is-setgħat l-oħra, jiġifieri li jeżaminaw il-kotba u dokumenti oħra, li jieħdu kopji ta’ dokumenti, li jissiġillaw il-bini, il-kotba jew id-dokumenti, u li jinterrogaw lill-impjegati tal-impriża, jagħmlu parti integrali minn din l-ispezzjoni u għaldaqstant għandhom jiġu eżerċitati fil-bini tal-impriża li hija s-suġġett tal-imsemmija spezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>It-tieni nett, jekk l-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003 jiġi interpretat fis-sens li l-post tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>eżami<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> magħmul abbażi ta’ din id-dispożizzjoni ma huwiex limitat b’dan il-mod, il-Kummissjoni jkollha wkoll is-setgħa, skont l-Artikolu 20(2)(e) ta’ dan ir-regolament, li tinterroga lir-rappreżentanti tal-impriża kkonċernata f’postijiet oħra għajr il-bini ta’ din tal-aħħar jew, skont l-Artikolu 20(2)(b) jew (ċ) tal-imsemmi regolament, li teżamina u li tikkopja dokumenti miżmuma minn terzi, bħall-fornituri ta’ servizzi ta’ ħażna ta’ data mill-bogħod, mingħajr ma tidħol fil-bini tal-impriża. Madankollu huwa evidenti li, bl-adozzjoni tar-Regolament Nru 1/2003, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux l-intenzjoni li jagħti lill-Kummissjoni setgħat ta’ verifika daqstant kbar. Tali interpretazzjoni stretta hija kkonfermata mill-Artikolu 21 ta’ dan ir-regolament, li jgħid li deċiżjoni speċifika hija meħtieġa għall-ispezzjoni ta’ bini ieħor. Kieku l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1/2003 kien jippermetti l-eżami ta’ kotba u ta’ dokumenti oħra barra mill-bini tal-impriża, l-Artikolu 21(4) ta’ dan ir-regolament ma jkun tal-ebda utilità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>It-tielet nett, ma jistax jitqies li l-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003 jawtorizza lill-Kummissjoni, b’mod impliċitu, li teżamina d-dokumenti barra mill-bini tal-impriża kkonċernata, peress li tali setgħa ma hijiex indispensabbli sabiex tippermetti lill-Kummissjoni teżerċita b’mod effettiv il-funzjonijiet tagħha skont ir-Regolament Nru 1/2003 u peress li, fl-assenza ta’ din is-setgħa, l-ispezzjoni tal-bini ma tkunx madankollu impossibbli, u lanqas kunsiderevolment iktar diffiċli. Fil-fatt, f’dan il-każ, l-ispetturi setgħu jestendu b’xi jiem it-tul ta’ żmien tal-ispezzjoni inkwistjoni, b’mod li jeżaminaw id-dokumenti kollha fuq il-post u jissekwestraw biss dawk li kienu rilevanti. L-iktar l-iktar, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq kunsiderazzjonijiet ta’ konvenjenza u ta’ dak li huwa opportun mil-lat amministrattiv f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, il-garanziji apparenti meħuda inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali rigward l-iżvolġiment tal-proċedura fi Brussell ma għandhomx x’jaqsmu mal-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni kellhiex is-setgħa tkompli l-ispezzjoni inkwistjoni fil-bini tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Bit-tielet aggravju tagħhom, li jirrigwarda l-punti 67 u 72 tas-sentenza appellata, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-kuntest ġeografiku tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni. Skont interpretazzjoni letterali u kuntestwali, ir-referenza, f’din id-deċiżjoni, għall-postijiet ikkontrollati mill-appellanti timponi, biċ-ċar, limitu fuq l-ispezzjonijiet awtorizzati taħt l-imsemmija deċiżjoni. Minn dan jirriżulta li, f’dan il-każ, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li twettaq spezzjoni f’postijiet oħra għajr dawk tal-impriża inkwistjoni kellha tiġi adottata skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1/2003 u suġġetta għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Bit-tieni u t-tielet aggravju tagħhom, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, l-appellanti jsostnu, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-Kummissjoni setgħet tkompli l-ispezzjoni inkwistjoni fil-bini tagħha fi Brussell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, effettivament, kemm mill-kliem kif ukoll mill-istruttura tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1/2003 jirriżulta li spezzjoni għandha tibda u għandha, fil-prinċipju, titkompla, kif jipprevedi l-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>[f]l-impriża u assoċjazzjoni ta’ l-impriża<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, u li huwa għal din ir-raġuni li, minn naħa, l-Artikolu 20(2)(a) tal-imsemmi regolament jawtorizza lill-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>[tidħol] f’kwalunkwe siti, art u metodi tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> ta’ dawn tal-aħħar, u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 2(3) tal-istess regolament jobbliga lill-Kummissjoni tinnotifika, fi żmien xieraq qabel l-ispezzjoni, lill-awtorità għall-kompetizzjoni tal-Istat Membru <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>li fit-territorju tiegħu qed isseħħ [l-ispezzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Huwa wkoll għal din ir-raġuni li, f’dan il-każ, id-deċiżjoni ta’ spezzjoni kienet tobbliga lill-appellanti jissottomettu ruħhom għal spezzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>fil-bini kollu kkontrollat<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Madankollu, kif il-Qorti Ġenerali osservat, ġustament, fil-punt 60 tas-sentenza appellata, l-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003 ma jistabbilixxix, kif jallegaw l-appellanti, li l-eżami tal-kotba u tad-dokumenti professjonali tal-impriżi suġġetti għall-ispezzjoni għandu jsir esklużivament fil-bini tagħhom, fiċ-ċirkustanzi kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>L-istess jgħodd fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, li sempliċement ipprevediet li l-ispezzjoni inkwistjoni setgħet issir fil-bini kollu kkontrollat mill-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Kif l-Avukat Ġenerali osservat, essenzjalment, fil-punt 76 tal-konklużjonijiet tagħha, it-tkomplija ta’ tali eżami fil-bini tal-Kummissjoni ma tikkostitwixxix, inkwantu tali, u meta mqabbla ma’ eżami mwettaq fil-bini nnifsu tal-impriżi li jkunu s-suġġett ta’ spezzjoni, dannu supplimentari għad-drittijiet ta’ dawn tal-aħħar, li jkun jeżiġi li tali possibbiltà, għall-Kummissjoni, tkun prevista b’mod espliċitu, mingħajr ma tkun tista’ tiġi dedotta b’mod impliċitu mis-setgħat mogħtija lil din l-istituzzjoni permezz tal-Artikolu 20(1) u (2) tar-Regolament Nru 1/2003. Il-fatt li, f’ċerti każijiet, il-possibbiltà li l-eżami jitkompla fil-bini tal-Kummissjoni ma hijiex indispensabbli sabiex tippermetti lill-Kummissjoni twettaq l-imsemmi eżami ma jfissirx li tali possibbiltà hija eskluża fiċ-ċirkustanzi kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fil-fatt, raġunijiet leġittimi jistgħu jwasslu lill-Kummissjoni, ukoll fl-interess tal-impriżi kkonċernati, sabiex tiddeċiedi li tkompli, fil-bini tagħha fi Brussell, l-ispezzjoni tad-data li hija tkun ġabret fl-impriża kkonċernata. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, kif jirriżulta mill-punt 66 ta’ din is-sentenza, li ż-żmien neċessarju għall-ipproċessar ta’ data elettronika jista’ jirriżulta kunsiderevoli. Issa, jekk il-Kummissjoni tiġi mġiegħla twettaq l-ipproċessar ta’ tali data esklużivament fil-bini tal-impriża li hija s-suġġett tal-ispezzjoni, meta d-data tkun partikolarment voluminuża, dan jista’ jkollu bħala konsegwenza li jtawwal it-tul ta’ żmien tal-preżenza tal-ispetturi fil-bini ta’ din l-impriża, li jkollu mnejn jippreġudika l-effettività tal-ispezzjoni u jżid bla bżonn l-indħil fil-funzjonament tal-imsemmija impriża minħabba l-ispezzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punt 61 tas-sentenza appellata, l-appellanti ma jikkritikawx lill-Kummissjoni li, waqt l-eżami tal-kopja‑immaġni tal-hard drive tal-kompjuter ta’ J. u tal-kopji tas-settijiet ta’ posta elettronika misjuba fl-imsemmi kompjuter kif ukoll f’dak ta’ R., imwettaq fil-bini ta’ din tal-aħħar fi Brussell, aġixxiet b’mod differenti minn kif kieku kienet taġixxi kieku dan l-eżami sar fil-bini tal-appellanti. Fil-fatt, l-appellanti ma jikkontestawx li l-eżami mwettaq mill-Kummissjoni fil-bini tagħha fi Brussell sar b’rispett strett tad-drittijiet tagħhom tad-difiża, peress li l-Kummissjoni ggarantixxiet, tul il-perijodu kollu tal-ispezzjoni inkwistjoni, il-protezzjoni tad-data kkonċernata u qiegħdet fil-fajl biss dawk id-dokumenti li hija żgurat ruħha minn qabel li kienu rilevanti għall-finijiet ta’ din l-ispezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tal-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003 li tgħid li l-Kummissjoni tista’, fejn xieraq, tkompli, fil-bini tagħha fi Brussell, l-eżami li hija tkun validament bdiet fil-bini tal-impriża jew tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi li huma s-suġġett tal-ispezzjoni, ma hijiex ikkontestata bl-argument tal-appellanti li jgħid li tali interpretazzjoni tkun tfisser li s-setgħa, prevista permezz tal-Artikolu 20(2)(e) ta’ dan ir-regolament, li tinterroga r-rappreżentanti tal-impriża kkonċernata tista’ tiġi eżerċitata wkoll mill-Kummissjoni f’postijiet oħra għajr il-bini ta’ din l-impriża. Għandu jitfakkar li din it-tilwima tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni wettqitx illegalità meta kompliet l-eżami tal-kotba u tad-dokumenti professjonali l-oħra ta’ impriża, abbażi tal-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003, fil-bini tagħha fi Brussell, u mhux l-eżerċizzju tas-setgħat tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 20(2)(e) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>L-argument tal-appellanti li jgħid li tali interpretazzjoni tal-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003 tagħti lill-Kummissjoni l-possibbiltà li teżamina u tikkopja dokumenti miżmuma minn terzi, li jinsabu barra mill-bini tal-impriża li hija s-suġġett tal-ispezzjoni, għandu wkoll jiġi miċħud. Fil-fatt, il-possibbiltà għall-Kummissjoni li tkompli, fil-bini tagħha fi Brussell, l-eżami li hija tkun bdiet fil-bini tal-impriża li hija s-suġġett tal-ispezzjoni ma għandu l-ebda effett fuq il-kwistjoni dwar jekk din l-istituzzjoni hijiex intitolata, abbażi tal-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003, li teżamina u tikkopja dokumenti miżmuma minn terzi. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-fatt li l-Kummissjoni tkompli spezzjoni fil-bini proprju tagħha jfisser li din hija tkomplija tal-istess spezzjoni, mibdija fil-bini ta’ tali impriża, u mhux eżami ġdid, għand terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tal-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003 mogħtija fil-punt 83 ta’ din is-sentenza lanqas ma hija kkontestata permezz tal-argument tal-appellanti li jgħid li l-Artikolu 21(4) tar-Regolament Nru 1/2003, li jirreferi, fir-rigward tal-ispezzjoni ta’ bini ieħor għajr dak tal-impriża li hija s-suġġett tal-ispezzjoni, għas-setgħat tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 20(2)(a) sa (ċ) tar-Regolament Nru 1/2003, jisfa mingħajr sens jekk minn dan l-Artikolu 20 jiġi dedott li l-imsemmija istituzzjoni hija awtorizzata tispezzjona dokumenti barra mill-bini ta’ din l-impriża. Fil-fatt, l-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1/2003 jirrigwarda sitwazzjoni kompletament differenti minn dik imsemmija mill-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament, jiġifieri l-possibbiltà, għall-Kummissjoni, li tagħmel spezzjonijiet f’bini ieħor għajr il-bini professjonali tal-impriża kkonċernata, bħad-domiċilju jew il-mezzi ta’ trasport tal-persunal ta’ din, meta jkun hemm suspett raġonevoli li jkun hemm miżmuma hemmhekk kotba jew dokumenti professjonali oħra marbuta mal-qasam li huwa s-suġġett tal-ispezzjoni u li jistgħu jkunu rilevanti sabiex jiġi pprovat ksur serju tal-Artikolu 101 jew 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tal-appellanti li jgħid li s-setgħat ta’ verifika li l-Kummissjoni għandha fil-qasam tal-kompetizzjoni huma ddefiniti b’mod strett, kif jirriżulta mill-punt 64 ta’ din is-sentenza, dan ma jfissirx madankollu li dawn is-setgħat għandhom jiġu interpretati b’mod strett, li jkun jippreġudika l-eżerċizzju effettiv ta’ dawn is-setgħat, f’ċerti ċirkustanzi, u jneħħi b’dan il-mod l-effettività tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Madankollu għandu jiġi speċifikat, bħalma għamlet l-Avukat Ġenerali fil-punti 67 u 78 tal-konklużjonijiet tagħha, li l-Kummissjoni tista’ tagħmel użu mill-possibbiltà, abbażi tal-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003, li tkompli, fil-bini tagħha fi Brussell, l-eżami tagħha<?PAGE NO="15"?> tal-kotba u tad-dokumenti professjonali l-oħra tal-impriża li hija s-suġġett tal-ispezzjoni, biss meta hija tista’ tqis b’mod leġittimu li hija ġġustifikata tagħmel hekk fl-interess tal-effettività tal-ispezzjoni jew sabiex tevita ndħil eċċessiv fil-funzjonament tal-impriża kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jirriżulta mill-espożizzjoni tal-fatti kkonstatati mill-Qorti Ġenerali, imfakkra essenzjalment fil-punti 14 sa 19 ta’ din is-sentenza, l-ispetturi tal-Kummissjoni qattgħu erbat ijiem b’kollox fil-bini ta’ Nexans France, jiġifieri mit-28 sat-<DATE ISO="20090130">30 ta’ Jannar 2009</DATE>, imbagħad fit-<DATE ISO="20090203">3 ta’ Frar 2009</DATE>. Huma għamlu kopja ta’ ċerta data u qegħduha f’MIRD li tqiegħdu f’enveloppi ssiġillati u meħuda fl-uffiċċji tal-Kummissjoni fi Brussell. Sussegwentement, l-eżami tad-data kollha rreġistrata fuq il-MIRD meħuda fi Brussell, fil-preżenza tar-rappreżentanti ta’ Nexans, ħa tmint ijiem ta’ xogħol, mit-2 sal-<DATE ISO="20090311">11 ta’ Marzu 2009</DATE>, li jimplika li, fil-mument li fih il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli l-ispezzjoni inkwistjoni fil-bini tagħha fi Brussell, kien hemm volum partikolarment kbir ta’ data diġitali li kienet għadha trid tiġi eżaminata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma wettqitx illegalità meta ddeċidiet li tkompli l-ispezzjoni inkwistjoni fil-bini tagħha fi Brussell. Fil-fatt, fid-dawl tal-elementi fattwali kkonstatati mill-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni setgħet, b’mod leġittimu, tqis li kien iġġustifikat li din l-ispezzjoni titkompla fil-bini tagħha fi Brussell, biex b’hekk jiġi evitat li jiġi estiż it-tul ta’ żmien tal-preżenza tal-ispetturi fil-bini ta’ Nexans, fl-interess tal-effettività tal-ispezzjoni u sabiex jiġi evitat indħil eċċessiv fil-funzjonament ta’ din l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kif jirriżulta mill-punt 80 ta’ din is-sentenza, il-possibbiltà li għandha l-Kummissjoni sabiex tkompli l-eżami tagħha tal-kotba u tad-dokumenti professjonali l-oħra ta’ impriża, abbażi tal-Artikolu 20(2)(b) tar-Regolament Nru 1/2003, fil-bini tagħha fi Brussell hija suġġetta għall-konstatazzjoni li tali tkomplija ma twassal għal ebda ksur tad-drittijiet tad-difiża u ma tikkostitwixxix preġudizzju supplimentari għad-drittijiet tal-impriżi kkonċernati, meta mqabbel ma’ dak li huwa inerenti fit-twettiq ta’ spezzjoni fil-bini ta’ dawn l-impriżi. Tali preġudizzju għandu jiġi kkonstatat jekk it-tkomplija ta’ dan l-eżami fil-bini tal-Kummissjoni fi Brussell tkun tikkawża għall-impriża li tkun is-suġġett tal-ispezzjoni spejjeż supplimentari li jirriżultaw mis-sempliċi fatt ta’ din it-tkomplija. Għaldaqstant, meta din tal-aħħar tista’ tagħti lok għal tali spejjeż supplimentari, il-Kummissjoni tista’ tipproċedi biha biss bil-kundizzjoni li hija taċċetta li tirrimborsa dawn l-ispejjeż meta tiġi mressqa quddiemha talba debitament motivata f’dan is-sens mill-impriża kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, it-tieni u t-tielet aggravju għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Bir-raba’ aggravju tagħhom, li jirreferi għall-punti 156 u 157 tas-sentenza appellata, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi rigward il-konsegwenzi li kellhom jiġu dedotti mill-assenza ta’ effetti tal-ksur inkwistjoni. L-appellanti jsostnu li, fir-rikors promotur, huma spjegaw, fid-dettall, ir-raġuni għalfejn huma qiesu li l-maġġoranza tal-bejgħ kopert mill-ksur inkwistjoni ma kienx ġie affettwat minn dan il-ksur. Minkejja li l-Qorti Ġenerali ma kkontestatx dawn l-ispjegazzjonijiet, hija rrifjutat li tqis li l-assenza ta’ effetti kienet fattur determinanti fl-iffissar tal-koeffiċjent ta’ gravità tal-ksur inkwistjoni, u dan għas-sempliċi raġuni li l-punt 22 tal-Linji Gwida tal-2006 allegatament ma jeżiġix li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-impatt konkret tal-ksur fuq is-suq. Issa, il-Qorti Ġenerali ma hijiex marbuta b’dawn il-linji gwida meta hija tiddeċiedi abbażi tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, iżda għandha twettaq l-evalwazzjoni proprja tagħha, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ. Id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali f’dan ir-rigward hija għaldaqstant ivvizzjata<?PAGE NO="16"?> bir-rifjut ta’ din li teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha sabiex tevalwa l-livell tal-multa ffissata mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 261 TFUE u tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fir-replika tagħhom, l-appellanti jsostnu li r-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C 99/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:773">EU:C:2018:773</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li wassalha sabiex tannulla s-sentenza li kienet tat lok għal dak l-appell, jista’ jiġi traspost għal dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li l-Qorti Ġenerali hija l-unika li għandha ġurisdizzjoni sabiex tistħarreġ il-mod li bih il-Kummissjoni tkun evalwat, f’kull każ partikolari, il-gravità tal-aġir illeċitu. Fil-kuntest tal-appell, l-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu l-għan, minn naħa, li jeżamina sa fejn il-Qorti Ġenerali tkun ħadet inkunsiderazzjoni, b’mod ġuridikament korrett, il-fatturi essenzjali kollha sabiex tevalwa l-gravità ta’ aġir speċifiku fid-dawl tal-Artikolu 101 TFUE kif ukoll fid-dawl tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003, u, min-naħa l-oħra, li jivverifika jekk il-Qorti Ġenerali tkunx irrispondiet b’mod suffiċjenti fid-dritt għall-argumenti kollha invokati insostenn tat-talba għal tħassir tal-multa jew għal tnaqqis tal-ammont ta’ din (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19981217">17 ta’ Diċembru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑185/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:608">EU:C:1998:608</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0128">128</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑99/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:773">EU:C:2018:773</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0192">192</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-ġurisdizzjoni sħiħa, mogħtija lill-qorti tal-Unjoni fl-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, skont l-Artikolu 261 TFUE, tawtorizzaha, lil hinn mis-sempliċi stħarriġ ta’ legalità tas-sanzjoni, li tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha flok dik tal-Kummissjoni u, konsegwentement, li tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagamenti ta’ penalità imposti (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑99/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:773">EU:C:2018:773</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0193">193</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, minkejja li l-eżerċizzju ta’ din il-ġurisdizzjoni sħiħa ma huwiex ekwivalenti għal stħarriġ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> u minkejja li l-proċedura hija kontradittorja, il-qorti tal-Unjoni għandha, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi previsti fl-Artikoli 261 u 263 TFUE, teżamina kull ilment, ta’ liġi jew ta’ fatt, intiż sabiex juri li l-ammont tal-multa ma huwiex fi proporzjon mal-gravità u mat-tul ta’ żmien tal-ksur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑99/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:773">EU:C:2018:773</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0194">194</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0195">195</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Madankollu, bil-kontra ta’ dak li huwa sostnut mill-appellanti, mis-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali wettqet dan l-obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Qorti Ġenerali ma qisitx b’mod espliċitu li l-argumenti tal-appellanti li jirreferu għall-allegata assenza ta’ effetti tal-ksur inkwistjoni ma setgħux iwassluha, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, sabiex tnaqqas il-multi li kienu ġew imposti fuq dawn tal-aħħar fid-deċiżjoni kontenzjuża. Fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni mogħtija b’mod espliċitu lill-qorti tal-Unjoni mil-leġiżlatur, huwa importanti li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tivverifika, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ appell li fiha r-realtà ta’ tali eżerċizzju tkun ikkontestata minn parti, li l-Qorti Ġenerali tkun effettivament eżerċitat tali ġurisdizzjoni, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 96 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Madankollu, mis-sentenza appellata jirriżulta li, b’mod impliċitu iżda ċert, il-Qorti Ġenerali eżerċitat il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha u waslet għall-konklużjoni msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-appelli, il-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tista’ tkun impliċita, sakemm hija tippermetti lill-persuni kkonċernati jkunu jafu l-motivi li l-Qorti Ġenerali tibbaża ruħha fuqhom u lill-Qorti tal-Ġustizzja jkollha l-informazzjoni suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Trafilerie Meridionali vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑519/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:682">EU:C:2016:682</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Villeroy &amp; Boch Austria vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑626/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:54">EU:C:2017:54</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fil-punti 138 sa 188 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat id-diversi talbiet tal-appellanti intiżi għall-ksib ta’ tnaqqis fl-ammont tal-multi li kienu ġew imposti fuqhom fid-deċiżjoni kontenzjuża. Issa, il-Qorti Ġenerali, mill-bidu ta’ dan l-eżami, fil-punt 138 ta’ dik is-sentenza, fakkret li l-istħarriġ ta’ legalità li hija marbuta li tagħmel f’dan ir-rigward huwa kkompletat mill-ġurisdizzjoni sħiħa mogħtija lill-qorti tal-Unjoni permezz tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, skont l-Artikolu 261 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li, fit-twettiq ta’ dan l-eżami, il-Qorti Ġenerali effettivament ħadet inkunsiderazzjoni l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumenti tal-appellanti bbażati fuq l-allegata assenza ta’ effetti tal-ksur inkwistjoni, li ġew eżaminati fil-punti 156 u 157 tas-sentenza appellata, huwa minnu li, fil-punt 156 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali fakkret li, skont il-kliem innifsu tal-punt 22 tal-Linji Gwida tal-2006, il-Kummissjoni ma għandhiex neċessarjament tieħu inkunsiderazzjoni l-impatt, jew l-assenza ta’ impatt, konkret tal-ksur fuq is-suq inkwantu fattur aggravanti jew attenwanti fl-evalwazzjoni tal-gravità ta’ dan il-ksur għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa. Din il-kunsiderazzjoni tista’ tagħti l-impressjoni li l-Qorti Ġenerali llimitat ruħha, f’dan ir-rigward, għas-sempliċi kompitu tagħha li tistħarreġ il-legalità tad-deċiżjoni kontenzjuża fid-dawl, b’mod partikolari, tal-Linji Gwida. Madankollu, minkejja li huma vinkolanti għall-Kummissjoni nnifisha, sa fejn din timponi fuqha nnifisha, b’dan il-mod, restrizzjonijiet fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050628">28 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑189/02 P, C‑202/02 P, C‑205/02 P sa C‑208/02 P u C‑213/02 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:408">EU:C:2005:408</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0211">211</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Linji Gwida tal-2006 ma humiex, min-naħa l-oħra, mandatorji għall-qorti tal-Unjoni, b’mod partikolari fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha msemmija fil-punt 96 ta’ din is-sentenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>KME Germany <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑389/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:810">EU:C:2011:810</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), minkejja li tista’ leġittimament tiddeċiedi li tispira ruħha minnhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Aloys F. Dornbracht vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑604/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:45">EU:C:2017:45</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat li, fl-istess punt tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kompliet ir-raġunament tagħha billi kkonstatat li huwa suffiċjenti li l-livell tal-proporzjon tal-valur tal-bejgħ li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, stabbilit mill-Kummissjoni, ikun iġġustifikat b’elementi oħra li jistgħu jinfluwenzaw id-determinazzjoni tal-gravità skont il-punt 22 tal-Linji Gwida tal-2006, bħan-natura nnifisha tal-ksur, il-parti tas-suq aggregata tal-partijiet kollha kkonċernati u l-portata ġeografika tiegħu. Issa, dawn huma preċiżament l-elementi li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuqhom, f’dan il-każ, sabiex tiddetermina l-gravità tal-ksur inkwistjoni, kif il-Qorti Ġenerali fakkret fil-punt 145 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Billi rreferiet għal dawn l-elementi f’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali għaldaqstant iddeċidiet, b’mod impliċitu iżda neċessarju, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, li l-allegata assenza ta’ effetti tal-ksur inkwistjoni ma setgħetx, minħabba dawn l-elementi l-oħra, twassalha sabiex tnaqqas il-multi li kienu ġew imposti fuq l-appellanti fid-deċiżjoni kontenzjuża. Konsegwentement, barra minn hekk, huwa għal din ir-raġuni li hija kkonkludiet minn dan, fil-punt 157 tas-sentenza appellata, li l-argumenti rigward l-allegata assenza ta’ effetti kellhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li dan il-qari tas-sentenza appellata huwa neċessarju sew jekk tittieħed inkunsiderazzjoni l-verżjoni inizjali tal-punt 156 ta’ dik is-sentenza jew dik li tirriżulta mid-digriet ta’ rettifika tal-<DATE ISO="20200504">4 ta’ Mejju 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Dan il-każ huwa distint minn dak inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑99/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:773">EU:C:2018:773</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti Ġenerali kienet naqset milli tagħti kwalunkwe risposta għal argument tal-appellanti rigward l-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Il-fatt li, f’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali ma naqsitx milli tieħu inkunsiderazzjoni l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha huwa, barra minn hekk, ikkonfermat mill-fatt li, fil-punt 188 tas-sentenza appellata, din waslet għall-konklużjoni li t-talba tal-appellanti sabiex jitnaqqas l-ammont tal-multi li kienu ġew imposti fuqhom kellha tiġi miċħuda minħabba li, minn naħa, il-motivi u l-argumenti mqajma minn dawn insostenn ta’ din it-talba kienu ġew miċħuda u, min-naħa l-oħra, ma kienx hemm elementi, f’dan il-każ, tali li setgħu jiġġustifikaw tnaqqis fl-ammont ta’ dawn il-multi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Bil-ħames aggravju tagħhom, li jirreferi għall-punti 180 sa 184 tas-sentenza appellata, l-appellanti jsostnu li l-kunsiderazzjoni tal-Qorti Ġenerali li, minħabba l-parteċipazzjoni tal-appellanti fil-konfigurazzjoni Ewropea tal-akkordju, il-Kummissjoni kellha raġun iżżid bi 2 % l-koeffiċjent ta’ gravità użat sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tal-multi li kienu ġew imposti fuqhom, hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni u b’nuqqas ta’ motivazzjoni rigward sa fejn il-konfigurazzjoni Ewropea tista’ tikkawża dannu supplimentari lill-kompetizzjoni fiż-ŻEE. Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali ma tistax tillimita ruħha li tqis li ma hemmx dubju li l-konfigurazzjoni Ewropea żiedet id-dannu għall-kompetizzjoni, iktar u iktar għaliex il-konfigurazzjoni A/R tal-akkordju kienet, b’mod ġenerali, implimentata b’mod sħiħ. Minbarra dan, il-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali rrikonoxxew li l-appellanti kienu ġabu provi li minnhom kien jirriżulta li l-bejgħ Ewropew kollu lill-klijenti Ewropej ma kienx affettwat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, dan l-aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li dan l-aggravju huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata. Fil-fatt, bil-kontra ta’ dak li jsostnu l-appellanti, il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma qieset li dawn tal-aħħar kienu pprovaw li l-ksur inkwistjoni ma kellux impatt fuq il-bejgħ Ewropew kollu. Bil-kontra, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 181 tas-sentenza appellata, li l-konfigurazzjoni Ewropea tal-akkordju kienet implikat impenn supplimentari ta’ tqassim ta’ proġetti li kien imur lil hinn mir-regoli ta’ allokazzjoni eżistenti fil-konfigurazzjoni A/R tal-akkordju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kunsiderazzjoni tal-Qorti Ġenerali, li tinsab fil-punt 182 tas-sentenza appellata, li ma kien hemm l-ebda dubju li l-qsim tal-proġetti ta’ kejbils tal-elettriku ta’ taħt l-art u ta’ taħt il-baħar fil-konfigurazzjoni Ewropea tal-akkordju kien żied id-dannu għall-kompetizzjoni kkawżat fiż-ŻEE mill-konfigurazzjoni A/R tal-imsemmi akkordju, ma hija vvizzjata bl-ebda nuqqas ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat ukoll li l-Qorti Ġenerali ma wettqet l-ebda żball ta’ liġi meta qieset li l-qsim tal-proġetti bejn l-impriżi Ewropej kien jikkostitwixxi dannu supplimentari għall-kompetizzjoni meta mqabbel ma’ dak li kien jirriżulta mill-konfigurazzjoni A/R tal-akkordju. Fil-fatt, kif l-Avukat Ġenerali osservat fil-punt 126 tal-konklużjonijiet tagħha, ir-rabta mill-qrib li kienet teżisti bejn dawn iż-żewġ konfigurazzjonijiet ma kienet tbiddel xejn mill-fatt li l-konfigurazzjoni Ewropea tal-akkordju kienet tikkostitwixxi, min-natura nnifisha tagħha, impenn distint ta’ tqassim ta’ proġetti li ma kienx inerenti fil-konfigurazzjoni A/R tal-akkordju. Il-kunsiderazzjoni tal-Qorti Ġenerali li dan id-dannu supplimentari għall-kompetizzjoni seta’ leġittimament jiġi ssanzjonat permezz ta’ multa miżjuda ma hijiex, għaldaqstant, ivvizzjata bi żball ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-ħames aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Peress li l-ebda wieħed mill-aggravji mressqa mill-appellanti insostenn tal-appell tagħhom ma jista’ jintlaqa’, dan għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tal-istess regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Peress li l-appellanti tilfu, hemm lok li dawn jiġu kkundannati għall-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Nexans France SAS u Nexans SA huma kkundannati għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>