<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-620/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0620</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:256">EU:C:2019:256</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20190327">27.3.2019</DATE> – Kawża C‑620/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190327">27 ta’ Marzu 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 258 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni 2014/699/UE</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(3) TUE</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Effetti tal-aġir allegat fid-data ta’ skadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata</KEYWORD><KEYWORD>Effetti kontinwi fuq l-unità u l-koerenza tal-azzjoni internazzjonali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Suffiċjenza tal-miżuri adottati mill-Istat Membru kkonċernat sabiex jikkonforma ruħu mal-opinjoni motivata</KEYWORD><KEYWORD>Vot mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kontra l-pożizzjoni tal-Unjoni ddefinita fid-Deċiżjoni 2014/699/UE fil‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) u oppożizzjoni espressa mill-imsemmi Stat Membru kontra din il-pożizzjoni u kontra l-modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-drittijiet ta’ vot hekk kif iddefiniti f’din id-deċiżjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑620/16,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, imressaq fid‑<DATE ISO="20161129">29 ta’ Novembru 2016</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn W. Mölls u L. Havas kif ukoll minn J. Hottiaux u J. Norris‑Usher, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><INTERVENERS><P>sostnuta minn:</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn R. Liudvinaviciute‑Cordeiro u J.‑P. Hix, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjent,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja</HT>, irrappreżentata minn T. Henze u J. Möller, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tas-Seba’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, K. Jürimäe, C. Lycourgos, E. Juhász u C. Vajda (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20180704">4 ta’ Lulju 2018</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad‑<DATE ISO="20190109">9 ta’ Jannar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi, fil-25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF), ivvutat kontra l-pożizzjoni ddefinita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/699/UE tal‑<DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE> li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF rigward ċerti emendi fil-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u fl-Appendiċijiet tagħha (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="293" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 293, p. 26</REF.DOC.OJ>), u billi ddikjarat pubblikament l-oppożizzjoni tagħha kemm għall-imsemmija pożizzjoni kif ukoll għall-modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-drittijiet ta’ vot previsti fiha, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa ta’ din id-deċiżjoni u tal-Artikolu 4(3) TUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-COTIF</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad‑<DATE ISO="19800509">9 ta’ Mejju 1980</DATE>, kif emendata bil-Protokoll ta’ Vilnjus tat‑<DATE ISO="19990603">3 ta’ Ġunju 1999</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>COTIF<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), daħlet fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20060701">1 ta’ Lulju 2006</DATE>. Id-49 Stat li huma parti fil-COTIF, fosthom l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru u tar-Repubblika ta’ Malta jikkostitwixxu l-OTIF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 2(1) tal-COTIF, l-għan tal-OTIF huwa li tippromwovi, ittejjeb u tiffaċilita, f’kull rigward, it-trasport internazzjonali bil-ferrovija, b’mod partikolari billi tistabbilixxi sistemi ta’ liġi uniformi f’diversi oqsma tad-dritt dwar it-trasport internazzjonali bil-ferrovija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Bħala prinċipju, il-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF huwa kompost mill-partijiet kollha tal-COTIF. Skont l-Artikolu 17(1)(a) u (b) tal-COTIF, il-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF għandu jiddeċiedi, fil-limiti tal-kompetenzi tiegħu, fuq il-proposti intiżi li jemendaw il-COTIF u jeżamina, barra minn hekk, il-proposti li għandhom jiġu sottomessi għal deċiżjoni fl-Assemblea Ġenerali tal-OTIF. Il-kompetenzi rispettivi ta’ dawn iż-żewġ istanzi tal-OTIF fil-qasam tal-emenda tal-COTIF huma stabbiliti fl-Artikolu 33 ta’ din il-konvenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fil-qafas tat-Titolu VI tal-COTIF, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L-emenda tal-[COTIF]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, l-Artikolu 33 ta’ din il-konvenzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Kompetenza<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="033.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Assemblea Ġenerali għandha tiddeċiedi dwar il-proposti intiżi li jemendaw il-Konvenzjoni sa fejn il-[paragrafi] 4 sa 6 ma jipprovdux għal kompetenza oħra.</ALINEA></PARAG><ALINEA>[…]</ALINEA><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="033.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr ħsara għad-deċiżjonijiet tal-Assemblea Ġenerali adottati skont l-ewwel sentenza tal-[paragrafu] 3, il-Kumitat tar-Reviżjoni għandu jiddeċiedi dwar il-proposti intiżi li jemendaw</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-Artikoli 9 u 27(2) sa (5);</TXT></NP></ITEM></LIST><ALINEA>[…]</ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>ir-Regoli Uniformi CUV minbarra l-Artikoli 1, 4, 5 u 7 sa 12;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 35 tal-COTIF intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Deċiżjonijiet tal-Kumitati<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="035.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-emendi tal-[COTIF], kif deċiżi mill-Kumitati, għandhom jiġu nnotifikati mis-Segretarju Ġenerali lill-Istati Membri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="035.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-emendi tal-[COTIF] stess, kif deċiżi mill-Kumitat tar-Reviżjoni, jidħlu fis-seħħ għall-Istati Membri kollha fl-ewwel jum tat-tnax‑il xahar wara dak li matulu s-Segretarju Ġenerali jkun innotifikahom lill-Istati Membri. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="035.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-emendi tal-Appendiċijiet tal-[COTIF], kif deċiżi mill-Kumitat tar-Reviżjoni, jidħlu fis-seħħ għall-Istati Membri kollha fl-ewwel jum tat-tnax‑il xahar wara dak li matulu s-Segretarju Ġenerali jkun innotifikahom lill-Istati Membri. […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 38(2) tal-COTIF l-Unjoni Ewropea, bħala organizzazzjoni reġjonali li aderixxiet għall-COTIF, tista’ teżerċita d-drittijiet disponibbli għall-Istati Membri tagħha bis-saħħa tal-COTIF sa fejn dawn ikopru materji li jaqgħu fil-kompetenza tagħha. Mill-Artikolu 38(3) tal-COTIF jirriżulta li, bil-għan tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ vot u ta’ dritt ta’ oġġezzjoni previst fl-Artikolu 35(2) u (4) ta’ din il-konvenzjoni, l-Unjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha numru ta’ voti ugwali għal dak tal-Istati Membri tagħha li huma wkoll Membri tal-OTIF. Dawn tal-aħħar jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, b’mod partikolari d-dritt tal-vot, biss sa fejn dan huwa awtorizzat mill-imsemmi Artikolu 38(2).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim ta’ Adeżjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF), tad‑<DATE ISO="19800509">9 ta’ Mejju 1980</DATE>, kif emendata bil-Protokoll ta’ Vilnius tat‑<DATE ISO="19990603">3 ta’ Ġunju 1999</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="051" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 51, p. 8</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Ftehim ta’ Adeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), iffirmat fit‑<DATE ISO="20110623">23 ta’ Ġunju 2011</DATE> f’Berna, daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE>, konformement mal-Artikolu 9 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Adeżjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għal deċiżjonijiet fi kwistjonijiet fejn l-Unjoni għandha kompetenza esklussiva, l-Unjoni għandha teżerċita d-drittijiet ta’ votazzjoni tal-Istati Membri tagħha taħt il-[COTIF].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għal deċiżjonijiet fi kwistjonijiet fejn l-Unjoni taqsam il-kompetenza mal-Istati Membri tagħha, għandhom jivvotaw jew l-Unjoni [jew] l-Istati Membri tagħha.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Suġġett għall-paragrafu 7 tal-Artikolu 26 tal-[COTIF], l-Unjoni għandha jkollha l-istess għadd ta’ voti daqs l-Istati Membri tagħha li huma wkoll partijiet għall-[COTIF]. Meta l-Unjoni tivvota, l-Istati Membri tagħha ma għandhomx jivvutaw.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Unjoni għandha, għal kull każ, tgħarraf lill-Partijiet l-oħra għall-[COTIF] bil-każijiet fejn, fir-rigward tad-diversi punti fuq l-aġendi tal-Assemblea Ġenerali u tal-korpi ta’ deliberazzjoni l-oħra, hija ser teżerċita d-drittijiet tal-votazzjoni previsti fil-paragrafi 1 sa 3. Dak l-obbligu għandu japplika wkoll meta d-deċiżjonijiet jittieħdu permezz ta’ korrispondenza. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lis-Segretarju Ġenerali tal-OTIF kmieni biżżejjed sabiex tkun tista’ tiġi ċċirkolata flimkien mad-dokumenti tal-laqgħa jew ma’ deċiżjoni li għandha tittieħed permezz ta’ korrispondenza.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni 2013/103/UE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Ftehim ta’ Adeżjoni ġie approvat f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas‑<DATE ISO="20110616">16 ta’ Ġunju 2011</DATE> dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad‑<DATE ISO="19800509">9 ta’ Mejju 1980</DATE>, kif emendata mill-Protokoll ta’ Vilnius tat‑<DATE ISO="19990603">3 ta’ Ġunju 1999</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="051" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 51, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din id-deċiżjoni tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>[l]-arranġamenti interni għat-tħejjijiet għal-laqgħat tal-OTIF, u għar-rappreżentanza u l-votazzjoni f’dawn il-laqgħat huma stipulati fl-Anness III ma’ din id-Deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Anness III tal-imsemmija deċiżjoni jirrigwarda d-dispożizzjonijiet interni intiżi għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni fil-kuntest tax-xogħlijiet li jaqgħu taħt l-OTIF, bil-għan li jimplimentaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>rekwiżit ta’ unità fir-rappreżentanza internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha skont it-Trattat [UE] u t-Trattat [FUE] u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja […] anki fl-istadju tal-implimentazzjoni ta’ obbligi internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, hekk kif jirriżulta mill-paragrafu introduttiv ta’ dan l-anness.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-punt 2 tal-imsemmi anness, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Proċedura ta’ koordinazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>2.2</NO.P><TXT>Il-laqgħat ta’ koordinazzjoni ser jaqblu dwar pożizzjonijiet f’isem l-Unjoni biss jew, fejn rilevanti, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Il-pożizzjonijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompetenza esklussiva tagħhom jistgħu jkunu suġġetti għall-koordinazzjoni f’dawn il-laqgħat jekk ikun hemm qbil dwar dan mill-Istati Membri.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>2.6</NO.P><TXT>Jekk fíl-laqgħat ta’ koordinazzjoni l-Kummissjoni u l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jaqblu dwar pożizzjoni komuni, inkluż minħabba nuqqas ta’ qbil dwar it-tqassim ta’ kompetenzi, il-kwistjoni tiġi riferita lill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti u/jew lill-Kunsill.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-punt 3 tal-istess anness, relatat mad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Dikjarazzjonijiet u votazzjoni fil-laqgħat tal-OTIF<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jiddikjara:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>3.1</NO.P><TXT>Meta punt fl-aġenda jittratta kwistjonijiet ta’ kompetenza tal-Unjoni esklussiva, il-Kummissjoni għandha titkellem u tivvota għall-Unjoni. Wara li ssir il-kordinazzjoni meħtieġa, l-Istati Membri jistgħu wkoll jitkellmu sabiex jappoġġjaw u/jew jiżviluppaw il-pożizzjoni tal-Unjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.2</NO.P><TXT>Meta punt fl-aġenda jittratta kwistjonijiet ta’ kompetenza nazzjonali esklussiva, l-Istati Membri jitkellmu u jivvutaw.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.3</NO.P><TXT>Meta punt fl-aġenda jittratta kwistjonijiet li jkun fihom elementi ta’ kompetenza kemm nazzjonali kif ukoll dik tal-Unjoni, il-Presidenza u l-Kummissjoni għandhom jesprimu l-pożizzjoni komuni. Wara li tkun saret il-kordinazzjoni meħtieġa, l-Istati Membri jistgħu jitkellmu sabiex jappoġġjaw u/jew jiżviluppaw il-pożizzjoni komuni. L-Istati Membri jew il-Kummissjoni, kif adatt, għandhom jivvotaw f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha skont il-pożizzjoni komuni. Id-deċiżjoni dwar min ikun ser jivvota tittieħed fid-dawl tal-prevalenza tal-kompetenza (eż. jekk hijiex prinċipalment kompetenza nazzjonali jew tal-Unjoni).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.4</NO.P><TXT>Meta punt fl-aġenda jittratta kwistjonijiet li jkun fihom elementi ta’ kompetenza kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni u l-Kummissjoni u l-Istati Membri ma jkunx irnexxilhom jaqblu dwar pożizzjoni komuni kif msemmija fil-punt 2.6, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jitkellmu u jivvutaw dwar kwistjonijiet li jaqgħu b’mod ċar taħt il-kompetenza rispettiva tagħhom.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.5</NO.P><TXT>F’każ ta’ kwistjonijiet li għalihom m’hemmx qbil bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-qsim tal-kompetenzi, jew fejn ma kienx possibbli li tinkiseb il-maġġoranza meħtieġa għal pożizzjoni tal-Unjoni, għandu jsir sforz massimu sabiex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni jew tinkiseb pożizzjoni tal-Unjoni. Sakemm iseħħ dan, u wara li tkun saret il-koordinazzjoni meħtieġa, l-Istati Membri u/jew il-Kummissjoni, kif adatt, ikunu intitolati li jitkellmu bil-kondizzjoni li l-pożizzjoni li jesprimu ma tippreġudikax pożizzjoni futura tal-Unjoni, tkun koerenti mal-linji ta’ politika tal-Unjoni u pożizzjonijiet preċedenti tal-Unjoni, u konformi mal-liġi tal-Unjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.6.</NO.P><TXT>[…]</TXT><P>Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni ser jagħmlu sforzi serji biex jilħqu pożizzjoni komuni u biex jiddefenduha matul id-diskussjonijiet fil-gruppi ta’ ħidma tal-OTIF.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni 2014/699</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/699 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[l]-pożizzjoni li għandha [tiġi adottata] f’isem l-Unjoni fil-25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni [tal-OTIF] għandha tkun skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Skont l-Artikolu 1(2) tal-imsemmija deċiżjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[i]r-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat tar-Reviżjoni jistgħu jaqblu ma’ tibdiliet żgħar fid-dokumenti msemmija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-paragrafu 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2014/699 jiddikjara, f’dak li jikkonċerna d-diversi punti tal-aġenda tal-25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, it-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ vot, kif ukoll il-pożizzjoni kkoordinata rrakkomandata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punti 4 u 7 tal-aġenda tal‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, li jirrigwardaw il-proposti għal emendi tal-Artikolu 12 tal-COTIF kif ukoll tal-Artikoli 2 u 9 tal-Appendiċi D (CUV) tal-COTIF, dwar ir-regoli uniformi li jirrigwardaw il-kuntratti ta’ użu ta’ vetturi fit-trasport internazzjonali bil-ferrovija (CUV) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>emendi inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), il-paragrafu 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2014/699 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Punt 4. Ir-Reviżjoni Parzjali tal-Konvenzjoni Bażika – COTIF</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Kompetenza: kondiviża.</ALINEA><ALINEA>L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: Stati Membri.</ALINEA><ALINEA>Il-pożizzjoni kkoordinata rakkomandata:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>L-emendi fl-Artikolu 12 (L-eżekuzzjoni tas-sentenzi. Mehmuża) għandha tiġi appoġġata peress li temenda d-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>detentur<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> bi qbil mal-liġi tal-Unjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Punt 7. Reviżjoni Parzjali tal-Appendiċi D (CUV)</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Kompetenza: kondiviża.</ALINEA><ALINEA>L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni: Unjoni.</ALINEA><ALINEA>Il-pożizzjoni tal-Unjoni rakkomandata: L-emendi għall-Artikoli 2 u 9 għandhom jiġu appoġġati peress li jiċċaraw ir-rwoli tad-detentur u tal-entità responsabbli għall-manutenzjoni f’konformità mal-liġi tal-Unjoni (Direttiva 2008/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [tas‑<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="345" PAGE.FIRST="62" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 345, p. 62</REF.DOC.OJ>)]. […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20140804">4 ta’ Awwissu 2014</DATE>, il-Kummissjoni stiednet lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tispjega l-aġir tagħha waqt il‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, li seħħet fil‑25 u s‑<DATE ISO="20140626">26 ta’ Ġunju 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-tweġiba tagħha tat‑<DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja qieset li l-aġir tagħha kien perfettament leġittimu u legali minħabba li l-emendi inkwistjoni ma kinux jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Unjoni, peress li din tal-aħħar ma kinitx eżerċitat il-kompetenza interna tagħha fl-oqsma kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20150529">29 ta’ Mejju 2015</DATE>, il-Kummissjoni fetħet proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 258(1) TFUE billi bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li fiha hija sostniet li bl-aġir tiegħu fil-25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, dan l-Istat Membru kien<?PAGE NO="7"?> naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Deċiżjoni 2014/699 kif ukoll taħt l-Artikolu 4(3) TUE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li kien possibbli li jiġi dedott fuq il-bażi tal-fatt li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kkunsidrat espressament, skont id-dikjarazzjonijiet tagħha stess, li l-aġir tagħha kien leġittimu, li taħt ċirkustanzi simili dan l-Istat Membru x’aktarx jadotta aġir simili fil-futur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-tweġiba tagħha tas‑<DATE ISO="20150707">7 ta’ Lulju 2015</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kkontestat l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-okkażjoni tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1734 tat‑<DATE ISO="20150918">18 ta’ Settembru 2015</DATE> li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fit‑12‑il Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għall-Ġarr [Trasport] Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) rigward ċerti emendi għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u għall-Appendiċijiet tagħha (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="252" PAGE.FIRST="43" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 252, p. 43</REF.DOC.OJ>), ir-Repubblika tal-Ġermanja għamlet dikjarazzjoni (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Dikjarazzjoni tas‑<DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), inkluża fil-minuti tal-Kunsill u li tgħid:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja] tqis, minn perspettiva legali, li għandha dritt tivvota għall-punti 8 (Reviżjoni parzjali tal-COTIF – Konvenzjoni bażika), 10 (Reviżjoni parzjali tal-Appendiċi D (CUV)) u 13 (Rapport ta’ spjegazzjoni, verżjoni riveduta u kkonsolidata), anki jekk dan imur kontra d-Deċiżjoni [2015/1734]. Ir-raġuni għal dan hija li l-Unjoni ma għandhiex kompetenza f’dan ir-rigward. It-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri huwa suġġett għal kawża li tinsab pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja […] (Kawża C‑600/14 – Il‑Ġermanja vs Il‑Kunsill). Fl-istennija ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja […], [ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja], filwaqt li tmantni l-pożizzjoni ġuridika tagħha u mingħajr ħsara fil-kuntest tal-kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja […], ser teżerċita d-dritt ta’ vot tagħha waqt l-Assemblea Ġenerali tal-OTIF, mingħajr ma tidderoga minn din id-deċiżjoni tal-Kunsill, minkejja li tqis li din id-deċiżjoni hija illegali.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20151211">11 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-Kummissjoni tat opinjoni motivata li fiha reġgħet tenniet il-pożizzjoni tagħha hekk kif espressa fl-ittra ta’ intimazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni talbet lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mal-opinjoni motivata fi żmien xahrejn mid-data li fiha tirċievi l-opinjoni, u b’mod partikolari ttemm l-allegati prattiki ta’ ksur deskritti fiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20160201">1 ta’ Frar 2016</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja wieġbet għal din l-opinjoni motivata, billi reġgħet tenniet il-pożizzjoni tagħha espressa fit-tweġiba tagħha għall-ittra ta’ intimazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma kinitx adottat, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-opinjoni motivata, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<DATE ISO="20180103">3 ta’ Jannar 2018</DATE>, il-Kunsill ġie awtorizzata jintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑600/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:935">EU:C:2017:935</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20141222">22 ta’ Diċembru 2014</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ppreżentat rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li bih talbet l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni 2014/699, sa fejn din tal-aħħar kienet tirrigwarda b’mod partikolari l-emendi inkwistjoni. Il-motivi tagħha kienu jirrigwardaw ksur allegat, l-ewwel nett, tal-prinċipju ta’ attribuzzjoni previst fl-Artikolu 5(2) TUE, minħabba nuqqas ta’ kompetenza tal-Unjoni, it-tieni nett, tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE, u, it-tielet nett, tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, previst fl-Artikolu 4(3) TUE, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑600/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:935">EU:C:2017:935</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), mogħtija wara li ntemmet il-proċedura bil-miktub f’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet ir-rikors tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, billi ċaħdet it-tliet motivi fformulati minn dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat tat‑<DATE ISO="20170208">8 ta’ Frar 2017</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ dan ir-rikors bis-saħħa tal-Artikolu 151 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20170510">10 ta’ Mejju 2017</DATE>, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, inkludiet l-eżami ta’ din it-talba fuq il-mertu u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ġiet mistiedna tissottometti risposta.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tqis li r-rikors huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ssostni li l-effetti tal-aġir imqiegħed inkwistjoni f’dan ir-rikors ġew eżawriti ma tmiem il‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, jiġifieri qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-Kummissjoni fl-opinjoni motivata tagħha. Issa, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżulta mis-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051027">27 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑525/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:648">EU:C:2005:648</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal‑11 ta’ Ottubru 2007, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑237/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:592">EU:C:2007:592</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jkun inammissibbli meta l-att li allegatament wettaq l-Istat Membru kkonċernat ikun waqaf milli jipproduċi effetti ġuridiċi qabel l-iskadenza tal-imsemmi terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu prevista fl-Artikolu 258 TFUE għandha preċiżament bħala għan li tagħmel mezz li l-Istati Membri jtemmu l-ksur li l-effetti tiegħu jkunu għadhom hemm mad-data ta’ skadenza tat-terminu ffissat fl-opinjoni motivata, u li, fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri ma jirrepetuhx. Issa, l-aġir kontenzjuż tagħha ma kienet tat lok għal ebda konsegwenza negattiva li tkun setgħet ġiet jew imissha ġiet eliminata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont dan l-Istat Membru, l-eżerċizzju tad-dritt ta’ vot tiegħu ma kellu ebda effett fuq ir-riżultat tad-deċiżjonijiet li ttieħdu matul il‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, hekk kif irrikonoxxiet ukoll il-Kummissjoni, u lanqas ma ppreġudika r-reputazzjoni, il-kredibbiltà jew ir-rappreżentanza unitarja tal-Unjoni fi ħdan il-membri tal-komunità internazzjonali. Fi kwalunkwe każ, l-Unjoni organizzat il-proċedura ta’ adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/699 b’mod li tipprekludi l-kisba ta’ protezzjoni ġudizzjarja fir-rigward ta’ din id-deċiżjoni, b’mod li kkontribwixxiet għad-diverġenza fl-opinjoni waqt din is-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ssostni, billi tistrieħ fuq il-formulazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 258 TFUE, li huwa biss meta l-Istat Membru inkwistjoni ma jikkonformax ruħhu mal-opinjoni motivata fit-terminu meħtieġ li l-Kummissjoni tista’ tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Fil-fatt, bħala regola proċedurali, l-Artikolu 258 TFUE għandu jkun suġġett għal interpretazzjoni restrittiva b’mod li tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali. Fl-istess sensiela ta’ ideat, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tevoka l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li minnha jirriżulta li l-Kummissjoni ma tistax tadixxi lil din tal-aħħar b’rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu<?PAGE NO="9"?> meta l-Istat Membru kkonċernat ikun temm il-ksur qabel l-iskadenza tat-terminu ffissat fl-opinjoni motivata (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030605">5 ta’ Ġunju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑145/01</NO.CASE>,, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:324">EU:C:2003:324</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, skont ir-Repubblika Federal tal-Ġermanja, il-preġudizzju allegat għad-dehra tal-Unjoni ma jistax iktar jiġi korrett. Mill-bqija, dan l-Istat Membru jikkontesta l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li hija ma adottat ebda miżuri sabiex, minn naħa, tirrimedja l-konsegwenzi tal-aġir imqiegħed inkwistjoni fil-proċedura ta’ ksur f’dan il-każ u, min-naħa l-oħra, twarrab id-dubji fir-rigward tal-azzjonijiet futuri tagħha. Fil-fatt, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ssostni li, waqt l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2015/1734, permezz tad-Dikjarazzjoni tas‑<DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, filwaqt li kkunsidrat li din id-deċiżjoni kienet illegali u li kellha dritt tivvota kontriha fir-rigward ta’ żewġ punti, hija indikat li, fl-istennija tal-għoti mill-Qorti tal-Ġustizzja tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑600/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:935">EU:C:2017:935</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija ma kinitx ser teżerċita d-dritt ta’ vot tagħha fir-rigward tal-punti kontenzjużi b’mod li tmur kontra l-pożizzjonijiet tal-Unjoni. B’hekk dan l-Istat Membru diġà temm il-prattika kkritikata mill-Kummissjoni fl-opinjoni motivata, qabel ma beda jiddekorri t-terminu stabbilit mill-imsemmija opinjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tallega li ma jistax jiġi impost fuqha l-obbligu li tiskuża ruħha pubblikament jew li tiddeżisti mill-analiżi legali tagħha, bil-għan li telimina <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> l-preġudizzju allegat għar-reputazzjoni u l-kredibbiltà tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, imkien fl-ittra ta’ intimazzjoni jew fl-opinjoni motivata ma huwa ssuġġerit li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kisret id-dritt tal-Unjoni billi naqset milli tagħmel dawn l-iskużi. Barra minn hekk, sabiex rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jkun ammissibbli, ma jkunx biżżejjed, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jippersistu d-diverġenzi legali fl-opinjoni bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni kemm‑il darba, minkejja dawn id-diverġenzi, dan l-Istat Membru jikkonforma ruħu xorta waħda mal-analiżi tal-Kummissjoni. Dan ikun <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> l-każ jekk il-kwistjoni legali li tinvolvi dawn id-diverġenzi tkun diġà suġġetta għal proċeduri ġudizzjarji quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, bħal f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tikkritika lill-Kummissjoni talli ħalliet li jkun hemm dubju dwar il-portata eżatta tar-rikors tagħha, kuntrarjament għar-rekwiżiti ta’ formulazzjoni suffiċjentement ċara ta’ rikors. Fil-fatt, il-Kummissjoni ppreċiżat għall-ewwel darba fir-replika tagħha li hija kienet qed tattribwixxi lil dan l-Istat Membru ksur tad-Deċiżjoni 2014/699 fir-rigward tal-punti 4 u 7 tal-aġenda tal‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Gvern Ġermaniż għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Preliminarjament, jeħtieġ li jitfakkar li mill-kliem tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 258 TFUE jirriżulta li jekk l-Istat Membru inkwistjoni ma jkunx ikkonforma ruħu mal-opinjoni motivata fit-terminu previst f’din tal-aħħar, il-Kummissjoni tista’ tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja. Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu, konsegwentement, għandha tiġi evalwata fid-dawl ta’ kif kienet is-sitwazzjoni tal-Istat Membru fi tmiem dan it-terminu (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:333">EU:C:2017:333</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li l-proċedura prevista fl-Artikolu 258 TFUE tistrieħ fuq il-konstatazzjoni oġġettiva ta’ nuqqas ta’ osservanza minn Stat Membru tal-obbligi li jimponulu t-Trattat FUE jew att tad-dritt idderivat u tippermetti wkoll li jiġi ddeterminat jekk Stat Membru kisritx id-dritt tal-Unjoni f’każ speċifiku (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑336/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:94">EU:C:2018:94</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tikkontesta l-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għal żewġ raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, hija tqis li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li qed jiġi attribwit lilha jikkonċerna aġir li seħħ fl-imgħoddi li temm l-effetti tiegħu qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu ffissat fl-opinjoni motivata b’tali mod li ma kienx possibbli għaliha li tieħu passi sabiex ittemm dan in-nuqqas fit-terminu previst.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi osservat li l-Kummissjoni tikkontesta l-aġir tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja waqt il‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, jiġifieri l-vot li dan l-Istat Membru esprima fi ħdan dan il-kumitat u l-opinjoni li esprima, bi ksur, minn naħa, tad-Deċiżjoni 2014/699 u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 4(3) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>In-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu hekk attribwit jikkonsisti fl-allegat nuqqas ta’ osservanza ta’ pożizzjoni tal-Unjoni, hekk kif jirriżulta f’deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 218(9) TFUE, liema dispożizzjoni tipprevedi proċedura ssemplifikata għall-finijiet tad-definizzjoni tal-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni fil-qafas tal-parteċipazzjoni tagħha fl-adozzjoni, fi ħdan l-istanza deċiżjonali stabbilita mill-ftehim internazzjonali kkonċernat, ta’ atti li jirriżultaw mill-applikazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan tal-aħħar (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kunsill vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:663">EU:C:2015:663</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat għalhekk jidħol fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u jirrigwarda iktar preċiżament mal-proċess deċiżjonali ta’ istanza internazzjonali maħluqa minn ftehim li għalih hija parti l-Unjoni, u li fi ħdanha l-Unjoni kienet ġiet awtorizzata tissottometti kontribuzzjonijiet bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2014/699.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, ksur ta’ deċiżjoni tal-Kunsill adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 218(9) TFUE, bħal dak li qed jiġi attribwit lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja f’dan il-każ, jimmanifesta l-effetti tiegħu mhux biss fuq id-dimensjoni interna, iżda wkoll fuq id-dimensjoni internazzjonali fuq l-unità u l-koerenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, liema interessi deċiżjoni adottata fuq din il-bażi għandha preċiżament l-għan li tiggarantixxi (ara, f’dan is-sens, l-opinjoni 1/94 Ftehimiet annessi mal-Ftehim WTO), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19941115">15 ta’ Novembru 1994</DATE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:384">EU:C:1994:384</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0108">108</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050602">2 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:341">EU:C:2005:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑433/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:462">EU:C:2005:462</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Isvezja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑246/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:203">EU:C:2010:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jingħad ukoll li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-effetti dannużi ta’ nuqqas fil-konfront ta’ deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 218(9) TFUE ma humiex limitati għall-proċess deċiżjonali tal-istanza tal-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernat mill-aġir kontenzjuż, iżda jimmanifestaw lilhom infushom, b’mod iktar ġenerali, fl-azzjoni internazzjonali tal-Unjoni fi ħdan din l-organizzazzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Tali nuqqas jista’, b’mod partikolari, iqiegħed inkwistjoni l-unità u l-koerenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, lil hinn mill-proċess deċiżjonali konkret ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, li kieku kellu jiġi aċċettat l-argument tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, allura kull Stat Membru li, bl-aġir tiegħu, ikun jippreġudika t-twettiq tal-għan inerenti għal deċiżjoni adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 218(9) TFUE ikun jista’ jevita proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, minħabba li dan in-nuqqas ikun diġà temm l-effetti tiegħu, b’konsegwenza ta’ liema l-Istati Membri jkunu jistgħu jisiltu benefiċċju min-nuqqas rispettiv tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’tali ipoteżi, ma jkunx għaldaqstant possibbli għall-Kummissjoni li taġixxi, fil-qafas tal-kompetenzi li hija għandha mill-Artikolu 258 TFUE, kontra l-Istat Membru kkonċernat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bil-għan li tikkonstata tali nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u twettaq b’mod sħiħ il-missjoni tagħha ta’ gwardjana tat-Trattati mogħtija lilha mill-Artikolu 17 TUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra Stat Membru minħabba ksur ta’ deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 218(9) TFUE jitqies li huwa inammissibbli, dan ikun jippreġudika kemm in-natura vinkolanti tad-deċiżjonijiet, bis-saħħa tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, kif ukoll, b’mod ġenerali, ir-rispett tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, konformement mal-Artikolu 2 TUE, fejn fosthom hemm, b’mod partikolari, il-valur tal-Istat ta’ dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, wara li tkun ħadet sehem fid-deliberazzjonijiet u l-vot fi ħdan il-Kunsill fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar pożizzjoni tal-Unjoni, bħal ma hi d-Deċiżjoni 2014/699, tkun tista’ tiddevja minn din id-deċiżjoni wara li din tiġi adottata, filwaqt li jkollha l-assigurazzjoni li l-Kummissjoni ma tkunx tista’ tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’rikors taħt l-Artikolu 258 TFUE kontra tali nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-effetti kollha tal-aġir kontenzjuż tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja wat il‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF ma jistgħux jitqiesu li ntemmu ma tmiem din is-seduta. Dan l-aġir għandu jitqies li pproduċa effetti fuq l-unità u l-koerenza tal-azzjoni internazzjonali tal-Unjoni fi ħdan l-OTIF lil hinn mill-imsemmija seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-kuntest partikolari li fih jidħol l-aġir kontenzjuż, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma tistax tinvoka, sabiex tikkontesta l-inammissibbiltà ta’ dan ir-rikors, ġurisprudenza fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, mogħtija f’kuntesti purament interni għall-Unjoni, ġurisprudenza li minnha jirriżulta li rikors intiż għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tal-liġijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratt pubbliċi huwa inammissibbli meta, fid-data ta’ skadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, l-avviż ta’ kuntratt kontenzjuż jew il-kuntratti kontenzjużi kienu diġà temmew l-effetti kollha tagħhom (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051027">27 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑525/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:648">EU:C:2005:648</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑237/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:592">EU:C:2007:592</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanza invokata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja li l-Unjoni kienet organizzat il-proċedura ta’ adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/699 b’mod li tipprekludi milli tinkiseb protezzjoni ġudizzjarja fir-rigward ta’ din id-deċiżjoni, tali lment jirriżulta mill-eżami fuq il-mertu ta’ dan ir-rikors u mhux minn dak tal-ammissibbiltà tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ssostni li ħadet il-miżuri kollha neċessarji taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 258 TFUE sabiex tikkonforma ruħha mal-opinjoni motivata fit-terminu ddeterminat fiha, b’tali mod li r-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat mill-Kummissjoni huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li tali allegazzjoni taqa’ taħt l-eżami fuq il-mertu tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, inkwantu l-analiżi tagħha timplika l-istħarriġ tal-aġir tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja wara l‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050414">14 ta’ April 2005</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑519/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:234">EU:C:2005:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Konsegwentement, il-fondatezza ta’ din l-allegazzjoni għandha tkun is-suġġett tal-analiżi fuq il-mertu ta’ dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanza invokata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li ma huwiex iktar possibbli li jiġi rrimedjat il-preġudizzju allegat għar-reputazzjoni u għall-kredibbiltà tal-Unjoni, din ma tistax, jekk titqies li ġiet stabbilita, twassal għall-inammissibbiltà ta’ dan ir-rikors. Hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 62 tal-konklużjonijiet tiegħu, ma jistax, fil-fatt, jiġi aċċettat li Stat Membru jista’ jinvoka fatt imwettaq li tiegħu huwa l-awtur sabiex jevita rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19730207">7 ta’ Frar 1973</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>39/72</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1973:13">EU:C:1973:13</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi miċħuda l-kritika fformulata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fir-rigward tal-impreċiżjoni tar-rikors tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-punti 15 sa 19 tar-rikors jirriżulta b’mod ċar li l-Kummissjoni tattribwixxi lil dan l-Istat Membru nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fil-konfront tad-Deċiżjoni 2014/699 u tal-Artikolu 4(3) TUE biss fir-rigward tal-punti 4 u 7 tal-aġenda tal‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF. Fil-fatt, fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni rreferiet għall-Anness tad-Deċiżjoni 2014/699 biss sa fejn dan l-anness jirrigwarda l-emendi tal-COTIF imsemmija fil-punti 4 u 7 tal-aġenda ta’ din is-seduta, u rreferiet għal dawn iż-żewġ punti fl-aġenda fis-sunt tagħha tal-fatti, li ma ġewx ikkontestati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-rikors ippreżentat mill-Kummissjoni huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel ilment tagħha, il-Kummissjoni tallega li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kisret id-Deċiżjoni 2014/699, billi vvotat, waqt il‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, kontra l-pożizzjoni ddefinita mill-Unjoni f’din id-deċiżjoni fir-rigward tal-punti 4 u 7 tal-aġenda ta’ din is-seduta, u billi kkontestat pubblikament l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot mill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tenfasizza li, konformement mar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, id-Deċiżjoni 2014/699 hija vinkolanti fl-intier tagħha, kemm għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll għall-Istati Membri. Il-Kummissjoni żżid li l-fatt li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja vvotat kontra din id-deċiżjoni fi ħdan il-Kunsill u ppreżentat rikors għall-annullament tal-imsemmija deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jaffettwax in-natura vinkolanti ta’ din l-istess deċiżjoni kif ukoll l-obbligi li jirriżultaw minnha għall-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Istati Membri ma jistgħux jadottaw b’mod unilaterali miżuri korrettivi jew miżuri difensivi intiżi sabiex jirrimedjaw ksur eventwali, mill-istituzzjoni li tkun adottat l-att kontenzjuż, tad-dritt tal-Unjoni. F’dan is-sens, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma tkunx annullat id-Deċiżjoni 2014/699 jew issospendiet l-eżekuzzjoni tagħha, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja jkollha tikkonforma ruħha magħha. Inkella, l-applikazzjoni koerenti u uniformi tad-dritt tal-Unjoni, karatteristika fundamentali tas-sistema tal-Unjoni, tiġi ppreġudikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li la kien impossibbli u lanqas inutli, għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li titlob miżuri provviżorji. Din l-istituzzjoni tenfasizza li t-Trattat FUE stabbilixxa sistema komprensiva ta’ rimedji li, kif jirriżulta mill-Artikoli 278 u 279 TFUE, tippermetti li jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ urġenza. Diffikultajiet eventwali f’dan ir-rigward, bħal dawk invokati minn dan l-Istat Membru, ma jawtorizzawx lill-Istati Membri jaġixxu b’mod unilaterali bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tirrimarka wkoll li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kienet ingħatat l-opportunità li tikseb miżuri provviżorji fi żmien xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kontra d-Deċiżjoni 2014/699, il-Kummissjoni tfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istati Membri ma jistgħux jinvokaw l-illegalità ta’ att fi proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu relatata man-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ dan l-att. Din il-ġurisprudenza tapplika fir-rigward tal-atti kollha ta’ portata ġenerali, indipendentement mill-punt dwar jekk l-Istat Membru kkonċernat kienx id-destinatarju tiegħu jew le.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni lment tiegħu, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(3) TUE, il-Kummissjoni ssostni li l-fatt li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja vvotat kontra l-pożizzjoni tal-Unjoni waqt il‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, ħadet id-distanzi tagħha fil-konfront tal-vot espress mill-Unjoni u talbet sabiex teżerċita d-dritt ta’ vot tagħha meta dan id-dritt ta’ vot kien ġie attribwit lill-Unjoni ħoloq konfużjoni fir-rigward tar-riżultat tal-vot u ppreġudika l-kredibbiltà u r-reputazzjoni tal-Unjoni, l-unità tar-rappreżentanza internazzjonali tagħha kif ukoll għall-immaġini tagħha b’mod ġenerali. Dan l-aġir, konsegwentement, kiser il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel ilment tal-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma tikkontestax il-fatt li hija ma kkonformatx ruħha mad-Deċiżjoni 2014/699, sa fejn din tirrigwarda l-emendi inkwistjoni. Madankollu, hija tqis li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dik id-deċiżjoni ma jistgħux jiġu invokati kontriha minħabba n-natura illegali tagħhom għar-raġunijiet diġà esposti fil-kuntest tal-kawża li tat lok għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE> <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑600/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:935">EU:C:2017:935</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, dan l-Istat Membru jippreċiża li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li minnha jirriżulta li l-illegalità ta’ direttiva jew ta’ deċiżjoni indirizzata lill-Istati Membri ma tistax tiġi invokata mill-Istati Membri bħala motiv ta’ difiża kontra rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu bbażat fuq nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ tali att, ma tipprekludix li dan jista’ jqajjem, konformement mal-Artikolu 277 TFUE, eċċezzjoni ta’ illegalità fir-rigward tad-Deċiżjoni 2014/699, jiġifieri fir-rigward ta’ att ta’ portata ġenerali li ma ġiex innotifikat lid-destinatarji tiegħu, fil-kuntest tal-proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu relatat man-nuqqas ta’ osservanza ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ssostni li hija għandha d-dritt li tinvoka b’mod inċidentali l-illegalità tad-Deċiżjoni 2014/699 fil-kuntest ta’ din il-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li kien <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> impossibbli għaliha li tikseb protezzjoni ġudizzjarja fir-rigward ta’ din id-deċiżjoni qabel il-ftuħ tal‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja rtirat formalment l-argument relatat mal-eċċezzjoni ta’ illegalità, taħt l-Artikolu 277 TFUE. Madankollu hija indikat li xtaqet tkompli tinvoka b’mod inċidentali l-illegalità tad-Deċiżjoni 2014/699 minħabba l-impossibbiltà li tikseb protezzjoni ġudizzjarja fir-rigward ta’ din id-deċiżjoni qabel il-ftuħ tal‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Irrispettivament minn dan, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tenfasizza, fir-rigward tal-emenda tal-Artikolu 12 tal-COTIF li hija s-suġġett tal-punt 4 tal-aġenda tal‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, li hija ma kisritx id-Deċiżjoni 2014/699, inkwantu din tindika biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>[p]ożizzjoni kkoordinata rakkomandata<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u tipprevedi, fir-rigward tal-punt 4 ta’ din l-aġenda, li l-Istati Membri jeżerċitaw id-dritt tal-vot. Dan l-Istat Membru jfakkar li, konformement mal-ħames paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, rakkomandazzjoni ma hijiex vinkolanti. Fir-rigward tal-emenda tal-Artikoli 2 u 9 tal-Appendiċi D (CUV), li kienet is-suġġett tal-punt 7 tal-aġenda tal‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, l-imsemmi Stat Membru jsostni li, għalkemm id-Deċiżjoni 2014/699 tipprevedi l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot tal-Unjoni, din tal-aħħar kellha biss tiddefinixxi rakkomandazzjonijiet għal pożizzjonijiet, mingħajr effett vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tissuġġerixxi li, minħabba l-allegati nuqqasijiet serji li ġew attribwiti lilha, id-Deċiżjoni 2014/669 hija att ineżistenti li, bħala tali, għandu jkun suġġett għal eżami <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni lment tal-Kummissjoni, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(3) TFUE, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tqis li din l-istituzzjoni ma stabbilixxiet la l-eżistenza effettiva ta’ preġudizzju għall-kredibbiltà u għar-reputazzjoni tal-Unjoni u lanqas il-fatt li l-aġir kontenzjuż ta lok għal tali preġudizzju. Għall-kuntrarju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tqis li kienet l-adeżjoni tal-Unjoni<?PAGE NO="14"?> fl-OTIF, li ħolqot sfidi ġodda għal din it-tieni organizzazzjoni, kif ukoll l-għaġġla eċċessiva li biha l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ppreparaw għall‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF li kkawżaw il-konfużjoni waqt il-vot fi ħdan din l-istanza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel ilment, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tad-Deċiżjoni 2014/699, minn qari tal-paġni 31 sa 36 tal-minuti tal‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, anness mar-rikors tal-Kummissjoni, jirriżulta li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-rigward tal-punti 4 sa 7 tal-aġenda ta’ din is-seduta, esprimiet opinjoni differenti mill-pożizzjoni tal-Unjoni, hekk kif iddefinita f’din id-deċiżjoni, u vvotat kontra din il-pożizzjoni. Barra minn hekk jirriżulta minn qari tal-paġni 33 sa 36 tal-minuti tal-imsemmija seduta li dan l-Istat Membru, fir-rigward tal-punt 7 ta’ din l-aġenda, esprima n-nuqqas ta’ qbil tiegħu mal-eżerċizzju ta’ dritt ta’ vot min-naħa tal-Unjoni, liema eżerċizzju kien previst fl-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma tikkontestax dawn il-fatti. Madankollu hija ssostni, fl-ewwel lok, li, peress li d-Deċiżjoni 2014/699 tiddefinixxi, fir-rigward tal-punti 4 u 7 tal-aġenda tal‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>pożizzjoni[jiet] kkoordinat[i] rakkomandat[i]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, u talloka, fir-rigward tal-punt 4 ta’ din l-aġenda, id-dritt ta’ vot lill-Istati Membri, hija ma kisritx din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għalkemm il-pożizzjonijiet iddefiniti fil-paragrafu 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2014/699 huma ppreċeduti bil-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>[p]ożizzjoni kkoordinata rakkomandata<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, din id-deċiżjoni ttieħdet bis-saħħa tal-Artikolu 218(9) TFUE, li jipprevedi l-adozzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li tistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’istanza kkostitwita permezz ta’ ftehim. Issa, konformement mar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>[i]d-deċiżjoni għandha torbot fl-intier tagħha<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-eżami tal-kontenut tad-Deċiżjoni 2014/699 jirriżulta li din tiddikjara, konformement mal-Artikolu 1(1) tagħha, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>[il]-pożizzjoni li għandha [tiġi adottata] f’isem l-Unjoni fil‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni [tal-OTIF]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fl-imperattiv, kif jixhed l-użu tal-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>[l]-emendi […] għandhom jiġu appoġġati<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>l-Unjoni mhijiex f’pożizzjoni li tappoġġa […] u tipproponi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>[l]-Unjoni tieħu l-istess pożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, sabiex tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-paragrafu 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2014/699, fir-rigward tal-punti 4 u 7 tal-aġenda ta’ din is-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>In-natura vinkolanti tal-pożizzjoni tal-Unjoni stabbilita permezz ta’ din id-deċiżjoni hija kkorroborata permezz tal-Artikolu 1(2) tagħha li jippermetti lir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF biss jaċċettaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>tibdiliet żgħar<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> għad-dokumenti msemmija fl-Anness tal-imsemmija deċiżjoni. Għandu jingħad ukoll, barra minn hekk, li d-Deċiżjoni 2014/699 ġiet ippubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropew, inkwantu att vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-eżami, mill-Qorti tal-Ġustizzja, tal-legalità ta’ din id-deċiżjoni fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑600/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:935">EU:C:2017:935</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) fir-rigward tal-motivi invokati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja insostenn tar-rikors li ta lok għal din is-sentenza, tippreżupponi, fil-fatt, li l-imsemmija deċiżjoni tikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat, inkwantu huwa intiż li jipproduċi effetti legali vinkolanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2014/699 hija att li jipproduċi effetti legali vinkolanti, inkwantu tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-kuntest tal‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, minn naħa, għall-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, għall-Istati Membri inkwantu din timponi fuqhom l-obbligu li jiddefendu l-imsemmija pożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑370/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:590">EU:C:2009:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, minħabba l-aġir tagħha deskritt fil-punt 75 ta’ din is-sentenza, kisret il-pożizzjoni tal-Unjoni ddefinita f’din id-deċiżjoni, kif ukoll, fir-rigward tal-punt 7 tal-aġenda tal-imsemmija seduta, il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot, iddefiniti fl-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq l-illegalità tad-Deċiżjoni 2014/699, minħabba li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma setgħetx tikseb protezzjoni ġudizzjarja fir-rigward ta’ din id-deċiżjoni qabel il-ftuħ tal‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, dan ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 84 tal-konklużjonijiet tiegħu, fl-Unjoni bbażata fuq l-Istat tad-dritt, l-atti tal-istituzzjonijiet tagħha jgawdu minn preżunzjoni ta’ legalità. Peress li d-Deċiżjoni 2014/699 kienet ġiet adottata, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kellha għaldaqstant obbligu li tosservaha u li timplimentaha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070920">20 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑177/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:538">EU:C:2007:538</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Il-fatt li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, sussegwentement, ikkontestat ukoll il-legalità tad-Deċiżjoni 2014/699 quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, taħt l-Artikolu 263 TFUE, b’mod partikolari minħabba ksur allegat tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, ma jbiddel b’ebda mod in-natura vinkolanti ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-aġir kontenzjuż seħħ f’data li tippreċedi d-data tal-preżentata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ta’ rikors għal annullament kontra d-Deċiżjoni 2014/699. Dan l-Istat Membru, barra minn hekk, ma talab la sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni u lanqas l-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji mill-Qorti tal-Ġustizzja, taħt l-Artikoli 278 u 279 TFUE, fejn għalhekk ir-rikors għal annullament, konformement ma’ dan l-Artikolu 278, ma kellu ebda effett sospensiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li Stat Membru ma jistax jadotta b’mod unilaterali, b’awtorità tiegħu stess, miżuri korrettivi jew protettivi intiżi li jirrimedjaw allegat ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni minn istituzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090212">12 ta’ Frar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑45/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:81">EU:C:2009:81</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li s-sistema ta’ rimedji stabbilita mit-Trattat FUE tiddistingwi r-rikorsi previsti fl-Artikoli 258 TFUE u 259 TFUE, li permezz tagħhom jista’ jiġi kkonstatat li Stat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu, u r-rimedji previsti fl-Artikoli 263 TFUE u 265 TFUE, li jippermettu l-istħarriġ tal-legalità tal-atti jew tal-astensjonijiet min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Dawn ir-rimedji jsegwu għanijiet distinti u huma suġġetti għal regoli differenti. Għaldaqstant, fl-assenza ta’ dispożizzjoni tal-imsemmi Trattat li tawtorizza dan espressament, Stat Membru ma jistax utilment jinvoka l-illegalità ta’ deċiżjoni jew ta’ direttiva li tagħha huwa destinatarju bħala motiv ta’ difiża kontra rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu bbażat fuq in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni jew ta’ din id-direttiva. Din il-pożizzjoni tista’ tkun differenti biss jekk l-att inkwistjoni kellu daqstant difetti partikolarment serji u evidenti li jkun jista’ jitqies bħala att ineżistenti (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑37/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:640">EU:C:2012:640</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161011">11 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑601/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:759">EU:C:2016:759</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li ssostni r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, din l-istess ġurisprudenza tapplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> f’dan il-każ, fir-rigward tad-Deċiżjoni 2014/699 anki jekk dan l-Istat Membru ma kienx, formalment, id-destinatarju ta’ din id-deċiżjoni. Fil-fatt, ir-Repubblika Federali<?PAGE NO="16"?> tal-Ġermanja, inkwantu membru tal-Kunsill, awtur ta’ din id-deċiżjoni, neċessarjament kellha għarfien tagħha, u kienet definittivament f’pożizzjoni li tippreżenta rikors għall-annullament ta’ din l-istess deċiżjoni fl-osservanza tat-terminu ta’ xahrejn iffissat fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, kif wara kollox għamlet fil-kuntest tal-kawża li tat lok għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑600/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:935">EU:C:2017:935</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li d-Deċiżjoni 2014/699 tikkostitwixxi att ineżistenti minħabba li għandha biss il-valur ta’ sempliċi rakkomandazzjonijiet mingħajr effett vinkolanti fir-rigward tal-punti 4 u 7 tal-aġenda tal‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, jeħtieġ li jiġi osservat li, permezz tas-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑600/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:935">EU:C:2017:935</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet ir-rikors għal annullament parzjali ppreżentat minn dan l-Istat Membru mingħajr ma kkonstatat, kif setgħet tagħmel <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, l-ineżistenza ta’ din id-deċiżjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-imsemmija deċiżjoni ma tistax tiġi kkwalifikata bħala att ineżistenti fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 89 ta’ din is-sentenza. Fi kwalunkwe każ, għandu jingħad ukoll li l-imsemmi argument għandu jitwarrab inkwantu jipproċedi, għar-raġunijiet diġà indikati fil-punti 78 sa 82 ta’ din is-sentenza, minn interpretazzjoni żbaljata tad-Deċiżjoni 2014/699.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni lment, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(3) TUE, jeħtieġ li jitfakkar li minn din id-dispożizzjoni, li jistabbilixxi l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, jirriżulta li l-Unjoni u l-Istati Membri jirrispettaw lil xulxin u jgħinu lil xulxin b’mod reċiproku fit-twettiq tal-kompiti li jirriżultaw mit-Trattati (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑600/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:935">EU:C:2017:935</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0105">105</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ftehim jew ta’ konvenzjoni li taqa’, parzjalment, taħt il-kompetenza tal-Unjoni u, parzjalment, taħt dik tal-Istati Membri, jirriżulta li jeħtieġ li tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejn dawn tal-aħħar u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kemm fil-proċess ta’ negozjazzjoni u ta’ konklużjoni kif ukoll fl-eżekuzzjoni tal-impenji meħuda. Dan l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali jirriżulta mir-rekwiżit ta’ unità ta’ rappreżentanza internazzjonali tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Isvezja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑246/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:203">EU:C:2010:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Għalhekk, l-osservanza mill-Istati Membri ta’ deċiżjoni adottata mill-Kunsill taħt l-Artikolu 218(9) TFUE hija espressjoni partikolari tar-rekwiżit ta’ unità ta’ rappreżentanza tal-Unjoni, li jirriżulta mill-obbligu ta’ kooperazzjoni leali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Issa, hemm lok li jiġi kkonstatat li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, minħabba l-aġir kontenzjuż tagħha waqt il‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, hekk kif juru l-minuti ta’ din is-seduta, tat lok għal dubji fir-rigward tal-kapaċità tal-Unjoni li tesprimi pożizzjoni u li tirrappreżenta lill-Istati Membri tagħha fuq ix-xena internazzjonali, u dan minkejja l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/699. B’mod iktar partikolari, il-fatt li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, waqt din is-seduta, ma adottatx l-istess pożizzjoni tal-Unjoni stabbilita f’din id-deċiżjoni joħloq ir-riskju li tiddgħajjef is-setgħa ta’ negozjazzjoni tal-Unjoni fi ħdan l-OTIF, għal dak li jikkonċerna s-suġġetti ttrattati matul l-imsemmija sessjoni kif ukoll is-suġġetti konnessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex imqiegħda inkwistjoni permezz tal-argument tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li, permezz tad-dikjarazzjoni tas‑<DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, hija kienet neħħiet kull dubju fir-rigward tal-aġir futur tagħha b’mod li teskludi r-riskju li l-aġir attribwit lilha jerġa’ jseħħ. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi osservat, hekk kif il-Kummissjoni indikat fir-rikors tagħha, li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-risposta tagħha tal‑<DATE ISO="20160201">1 ta’ Frar 2016</DATE> għall-opinjoni motivata, ma kinitx taffiet il-biżgħat li din l-istituzzjoni kellha fir-rigward tar-riskju li tirrepeti dan l-aġir, iżda, għall-kuntrarju, kienet insistiet dwar in-natura leġittima tal-aġir kontenzjuż sa fejn id-Deċiżjoni 2014/699 kienet, skont dan l-Istat Membru, illegali u ma kienet tipproduċi ebda effett vinkolanti. Barra minn hekk, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja bbażat ruħha, f’dan il-kuntest, mhux fuq id-dikjarazzjoni tas‑<?PAGE NO="17"?><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, iżda fuq dikjarazzjoni preċedenti magħmula waqt l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/699, li minnha kien jirriżulta li dan l-Istat Membru kien ser jadotta pożizzjoni distinta minn dik li tirriżulta f’din id-deċiżjoni fi ħdan il-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Ulterjorment, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma sostnietx quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li hija kienet informat lill-istanzi kompetenti tal-OTIF dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni tas‑<DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE> u lanqas li kienet ikkjarifikat quddiem din l-organizzazzjoni l-aġir futur tagħha fi ħdanha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Għaldaqstant, permezz tal-aġir tiegħu, l-imsemmi Stat Membru ppreġudika l-effikaċja tal-azzjoni internazzjonali tal-Unjoni kif ukoll il-kredibbiltà u r-reputazzjoni ta’ din tal-aħħar fuq ix-xena internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma tistax tiġġustifika l-aġir tagħha la permezz ta’ nuqqas eventwali mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni ta’ osservanza tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090212">12 ta’ Frar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑45/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:81">EU:C:2009:81</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u lanqas permezz ta’ diffikultajiet marbuta mal-adeżjoni tal-Unjoni fl-OTIF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li peress li, waqt il‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF, ivvotat kontra l-pożizzjoni ddefinita fid-Deċiżjoni 2014/699 u peress li ddikjarat pubblikament l-oppożizzjoni tagħha kemm għall-imsemmija pożizzjoni kif ukoll għall-modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-drittijiet ta’ vot previsti fiha, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa ta’ din id-deċiżjoni u tal-Artikolu 4(3) TUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tilfet il-kawża, hemm lok li hija tiġi kkundannata tħallas l-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni. Konformement mal-Artikolu 140(1) tal-istess regoli, li jipprovdi li l-istituzzjonijiet li jintervjenu fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, hemm lok li l-Kunsill jiġi kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Peress li, waqt il‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF), ivvutat kontra l-pożizzjoni ddefinita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/699/UE tal‑<DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE> li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil‑25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF rigward ċerti emendi fil-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u fl-Appendiċijiet tagħha, u peress li ddikjarat pubblikament l-oppożizzjoni tagħha kemm għall-imsemmija pożizzjoni kif ukoll għall-modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-drittijiet ta’ vot previsti fiha, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa ta’ din id-deċiżjoni u tal-Artikolu 4(3) TUE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>