|
23.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/25 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2179
tat-22 ta' Novembru 2017
li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Wara investigazzjoni tal-antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 917/2011, (2) dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). |
|
(2) |
Il-miżuri ħadu l-forma ta' dazju ad valorem u l-livelli tad-dazju imposti varjaw minn 13,9 % (3) għal 36,5 % għall-produtturi li kkooperaw. Il-Kunsill impona wkoll rata ta' dazju ta' 69,7 % mal-pajjiż kollu fuq il-kumpaniji Ċiniżi li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni. |
2. Talba għal rieżami tal-iskadenza
|
(3) |
Wara l-pubblikazzjoni ta' notifika ta' skadenza imminenti (4) tal-miżuri antidumping fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri dis-seħħ skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (“ir-Regolament bażiku”) (“it-talba”). |
|
(4) |
It-talba tressqet mill-European Ceramic Tile Manufacturers' Federation (“l-applikant” jew “CET”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-madum taċ-ċeramika tal-Unjoni. |
|
(5) |
It-talba kienet ibbażata fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment tirriżulta f'kontinwazzjoni jew f'rikorrenza ta' dumping u f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni. |
3. Bidu ta' rieżami tal-iskadenza
|
(6) |
Wara li stabbilixxiet li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, fit-13 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) (“in-Notifika tal-Bidu”) il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
4. Perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(7) |
L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 (il-“perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
5. Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
|
(8) |
Il-Kummissjoni avżat lill-applikanti, produtturi oħrajn magħrufa tal-Unjoni, produtturi esportaturi fir-RPĊ, importaturi u kummerċjanti magħrufa, l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw il-produtturi tal-Unjoni u l-utenti u r-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi dwar il-bidu tar-rieżami tal-iskadenza. |
|
(9) |
Il-partijiet interessati ngħataw opportunità jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta ta' smigħ fiż-żmien stabbilit fin-Notifika tal-bidu. |
|
(10) |
Il-produtturi tal-Unjoni, irrappreżentati mill-applikant, ħadu din l-opportunità biex jitolbu li isimhom jibqa' kunfidenzjali għaliex beżgħu li jistgħu jiffaċċjaw ritaljazzjoni mill-klijenti jew mill-kompetituri implikati b'din l-investigazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni eżaminat individwalment il-mertu ta' kull waħda minn dawn it-talbiet għall-kunfidenzjalità. Stabbilixxiet li kien hemm tabilħaqq prova ta' possibbiltà sinifikanti ta' ritaljazzjoni f'kull każ u aċċettat li l-ismijiet ta' dawn il-kumpaniji ma jiġux żvelati. |
|
(11) |
Iċ-Chinese Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters (“CCCMC”) talbet seduta ta' smigħ. Is-seduta ta' smigħ seħħet fis-6 ta' Diċembru 2016. |
|
(12) |
Fis-seduta ta' smigħ u fis-sottomissjonijiet sussegwenti l-CCCMC talbet aċċess sħiħ għall-kalkoli tal-marġini ta' dumping, l-effetti fuq il-prezzijiet, il-marġini ta' ħsara u l-indikaturi tal-ħsara, u kull informazzjoni oħra kunfidenzjali li l-kalkoli kienu bbażati fuqha. Il-CCCMC argumentat li l-avukati li jingħataw aċċess huma reġistrati mal-assoċjazzjoni tal-avukati Ewropea u huma soġġetti għal regoli stretti u li d-divulgazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali lill-klijenti tagħhom tirriżulta f'azzjonijiet dixxiplinari severi, inkluża t-tneħħija mill-elenku tal-avukati u azzjoni kriminali potenzjali. Għalhekk, il-CCCMC argumentat li l-aċċess għall-fajl kunfidenzjali mhux se jikser l-obbligu tal-Kummissjoni li tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali filwaqt li tippermetti eżerċizzju effettiv tad-drittijiet ta' difiża. |
|
(13) |
L-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku jistipula li l-Kummissjoni ma għandha tiżvela l-ebda informazzjoni li hija ta' natura kunfidenzjali mingħajr il-permess speċifiku mill-fornitur tat-tali informazzjoni. Dan ma jipprevedix li kwalunkwe parti oħra, inklużi l-avukati rreġistrati f'assoċjazzjoni tal-avukati tal-Ewropa, tingħata aċċess. Barra dan, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tgħid li l-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża għandhom ikunu, fejn meħtieġ, rikonċiljati mal-prinċipju ta' kunfidenzjalità li huwa stipulat b'mod speċifiku fl-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku (6). Filwaqt li dik ir-rikonċiljazzjoni tippermetti r-riċeviment ta' sommarji mhux kunfidenzjali ta' informazzjoni bħal din (mwettqa, pereżempju, fil-forma ta' meded u/jew elementi indiċjati ta' informazzjoni) fejn dik l-informazzjoni ma twassalx għal divulgazzjoni ta' sigrieti tan-negozju, din mhijiex assoluta. Għaldaqstant, u filwaqt li l-CCCMC setgħet ingħatat aċċess għal, pereżempju, meded u/jew elementi indiċjati tal-informazzjoni mitluba, id-divulgazzjoni totali ta' dik l-informazzjoni ma tqisitx rikonċiljabbli mad-dover ta' protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali. Bl-istess mod, u minħabba li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma pprevedix din l-eċċezzjoni fir-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li l-fatt li l-avukati rreġistrati fl-assoċjazzjoni tal-avukati Ewropea huma soġġetti għal regoli stretti u huma potenzjalment soġġetti għal sanzjonijiet jekk jiksru dawn ir-regoli, xorta waħda ma jippermettix lis-servizzi tal-Kummissjoni jagħtu aċċess li jmur kontra l-leġiżlazzjoni applikabbli. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali minn avukati reġistrati ma' assoċjazzjoni tal-avukati Ewropea ma jistax jingħata. Fi kwalunkwe każ, element addizzjonali għas-salvagwardja, f'dan ir-rigward, tad-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati, huwa l-possibbiltà li jsir rikors għand l-Uffiċjal tas-Seduta fil-Proċedimenti Kummerċjali skont l-Artikolu 15 tat-termini ta' referenza tiegħu (7) li ma ddubitax il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kunfidenzjalità. Għalhekk il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni mogħtija fid-dokumenti divulgati kienet biżżejjed biex tissodisfa id-drittijiet ta' difiża. |
5.1. Kampjunar
|
(14) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista' tieħu kampjun tal-partijiet interessati, f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
5.2. Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(15) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant, il-Kummissjoni sabet li l-industrija taċ-ċeramika tar-RPĊ kienet fil-biċċa l-kbira frammentata b'1 452 produttur fl-2014. Għalhekk, minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ, fin-Notifika ta' Bidu kien previst li jsir kampjunar. |
|
(16) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Bħala total, l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu ntbagħtet lil 119-il kumpanija fir-RPĊ. |
|
(17) |
Dsatax-il produttur jew grupp ta' produtturi fir-RPĊ pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd ta' kumpaniji li setgħu jippreżentaw ruħhom, din tqieset bħala kooperazzjoni baxxa. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet b'mod provviżorju kampjun ta' erba' gruppi ta' produtturi esportaturi abbażi tal-volum iddikjarat ta' esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami u l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom li tista' tiġi raġjonevolment investigata fil-ħin disponibbli. Wara d-divulgazzjoni lill-partijiet interessati ta' dan il-kampjun provviżorju, il-grupp ta' produtturi esportaturi bl-ikbar kapaċità tal-produzzjoni ma baqax jikkoopera. Għalhekk, il-kampjun propost kien emendat billi ġie miżjud il-produttur esportatur bit-tieni l-ikbar kapaċità tal-produzzjoni. Wara d-divulgazzjoni tal-kampjun emendat lill-partijiet interessati, ma wasal l-ebda kumment. Għalhekk, il-proposta tal-kampjunar ġiet ikkonfermata skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(18) |
L-erba' gruppi inklużi fil-kampjun ta' produtturi esportaturi kellhom produzzjoni annwali ta' 55 miljun m2 tal-prodott ikkonċernat, li jirrappreżenta madwar 34 % tal-produzzjoni u l-bejgħ kumplessiv lill-Unjoni ddikjarati tal-produtturi esportaturi jew gruppi ta' produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat li kkooperaw. L-erba' gruppi inklużi fil-kampjun koprew madwar 8 % tat-total tal-esportazzjonijiet Ċiniżi skont il-Eurostat fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. |
5.3. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(19) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hi kienet għażlet provviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-ikbar volum rappreżentattiv tal-bejgħ u l-produzzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-firxa ġeografika kif ukoll tal-frammentazzjoni għolja tal-industrija tal-madum taċ-ċeramika b'konformità mal-metodoloġija spjegata hawn taħt fil-premessi (20) sa (21). |
|
(20) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-settur tal-madum taċ-ċeramika huwa frammentat ħafna. Għalhekk, sabiex tiżgura li r-riżultati tal-kumpaniji l-kbar ma jiddominawx l-analiżi tal-ħsara u sabiex tiżgura li s-sitwazzjoni tal-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju, li jammontaw b'mod kollettiv għall-ikbar sehem tal-produzzjoni tal-Unjoni, ikunu riflessi kif xieraq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi tliet segmenti fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni annwali.
|
|
(21) |
L-investigazzjoni tal-Kummissjoni ma żvelat ebda bidla fis-suq tal-madum taċ-ċeramika, li baqa' frammentat, u għalhekk iddominat minn produtturi żgħar tal-Unjoni għall-kuntrarju ta' produtturi ikbar li jistgħu jinfluwenzaw id-direzzjoni tas-suq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-frammentazzjoni għolja tas-settur tal-madum taċ-ċeramika għandha tingħata kunsiderazzjoni wkoll fir-rieżami tal-iskadenza attwali. Għalhekk, iddeċidiet li tapplika l-istess metodoloġija għall-għażla tal-kampjun bħal dik fl-investigazzjoni oriġinali u qieset li s-segmenti kollha, jiġifieri kumpaniji żgħar, ta' daqs medju u kbar għandhom ikunu rrappreżentanti fil-kampjun. |
|
(22) |
Dan il-kampjun provviżorju kien jikkonsisti f'disa' produtturi mill-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni kampjunati kienu jammontaw għal aktar minn 8,5 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni fl-2015. Kumpaniji mit-tliet setturi kollha kienu rappreżentati: Żewġ kumpaniji kienu mis-segment ta' kumpaniji kbar, tliet kumpaniji kienu mis-segment ta' kumpaniji ta' daqs medju u erba' kumpaniji kienu mis-segment ta' kumpaniji żgħar. Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun kienu jinsabu fil-Ġermanja, fl-Italja, fil-Polonja, fil-Portugall u fi Spanja. |
|
(23) |
Sabiex tirrifletti s-sitwazzjonijiet differenti li wieħed jista' jitlaqa' magħhom fl-Unjoni fl-Istati Membri differenti, meta għażlet il-kampjun, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll il-firxa ġeografika (ara l-premessa 19). Il-kampjun għalhekk kopra l-Istati Membri fejn tinsab madwar 90 % tal-produzzjoni. Għalhekk, il-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni żgurat li l-kampjun kien rappreżentattiv tal-produzzjoni tal-Unjoni b'mod ġenerali u li jikkonforma mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(24) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment sal-iskadenza u għaldaqstant il-kampjun provviżorju kien ikkonfermat. Il-kampjun tqies li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(25) |
Fit-28 ta' Ottubru 2016, 11-il ġurnata wara li tħabbar il-kampjun finali, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-produttur Pollakk, informa lill-Kummissjoni li kien iddeċieda li ma jibqax jikkoopera fl-investigazzjoni. Sabiex dan ma jkollux impatt fuq ir-rappreżentattività tal-kampjun, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissostitwixxi l-kumpanija bi produttur ieħor tal-Unjoni mill-istess segment tas-suq u informat lill-partijiet kollha interessati dwar il-bidla fil-kampjun. Il-kampjun il-ġdid jgħodd għal 7,7 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Il-kampjun il-ġdid kopra l-Istati Membri fejn tinsab madwar 80 % tal-produzzjoni. Is-sostituzzjoni tal-kumpanija li ma kkooperatx b'kumpanija mill-istess segment tas-suq saret biex jiġi żgurat li l-kampjun finali jibqa' rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni, anke jekk in-nuqqas ta' kooperazzjoni mhux mistenni tal-ewwel kumpanja naqqas invarjabbilment ir-rappreżentattività tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. |
5.4. Il-kampjunar ta' importaturi mhux relatati
|
(26) |
Biex ikun deċiż jekk kienx hemm bżonn ta' kampjunar u, jekk dan ikun il-każ, li jittieħed kampjun, l-importaturi/utenti magħrufa kollha (aktar minn elf b'kollox) ġew mistiedna jimlew il-formola tal-kampjunar mehmuża man-Notifika ta' Bidu. |
|
(27) |
Ħdax-il kumpanija wieġbu għall-formola tal-kampjunar. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħżel erba' kumpaniji. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun tal-importaturi mhux relatati abbażi tad-daqs tal-importazzjonijiet filwaqt li qieset il-firxa ġeografika. L-importaturi kampjunati kienu jinsabu fil-Belġju, fid-Danimarka u fil-Ġermanja. L-importaturi mhux relatati kampjunati ammontaw għal madwar 6,5 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. |
|
(28) |
Fit-30 ta' Novembru 2016, wieħed mill-importaturi mhux relatati kampjunati informa lill-Kummissjoni li kien iddeċieda li ma jibqax jikkoopera fl-investigazzjoni. Il-kampjun finali tal-importaturi mhux relatati kien jikkonsisti għalhekk minn tliet importaturi mhux relatati. Dawn xorta kienu ammontaw għal madwar 6 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Il-kampjun finali għalhekk tqies bħala rappreżentattiv. |
6. Kwestjonarji u żjarat ta' verifika
|
(29) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja biex tiġi determinata l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping, tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' ħsara, u l-interess tal-Unjoni. |
|
(30) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-erba' produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, liż-żewġ produtturi fil-pajjiż analogu, lid-disa' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lill-erba' importaturi mhux relatati li ppreżentaw ruħhom fl-eżerċizzjoni tal-ikkampjunar. Wara li bagħtet il-kwestjonarju, wieħed mill-gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u importatur wieħed mhux relatat inkluż fil-kampjun irtiraw il-kooperazzjoni tagħhom (ara l-premessi (17) u (25) rispettivament). |
|
(31) |
Tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju wasslu minn tliet grupp ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, żewġ produtturi tal-pajjiż analogu, id-disa' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u t-tliet importaturi mhux relatati. |
|
(32) |
Il-Kummissjoni wettqet verifiki fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
7. Żvelar
|
(33) |
Fit-2 ta' Awwissu 2017, il-Kummissjoni żvelat lill-partijiet interessati kollha l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali tal-investigazzjoni u stednithom jissottomettu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċeduri kummerċjali sa mhux aktar tard mit-3 ta' Settembru 2017. |
|
(34) |
Tliet produtturi esportaturi Ċiniżi, is-CCCMC, importatur wieħed mill-Unjoni u l-applikant ressqu l-kummenti tagħhom wara l-iżvelar, u saret seduta ta' smigħ bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u s-CCCMC fit-22 ta' Settembru 2017. |
|
(35) |
Permezz tal-ittri tas-17 ta' Awwissu 2017 u tas-6 ta' Settembru 2017, is-CCCMC talbet lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni dwar għadd ta' elementi relatati tal-kalkoli tad-dumping u tal-ħsara, flimkien mal-informazzjoni li tinsab fil-fajl miftuħ u żvelata lill-partijiet interessati. Is-CCCMC iddikjarat li minħabba li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi din l-informazzjoni, la s-CCCMC, u lanqas mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kienu f'pożizzjoni li jeżerċitaw kompletament id-drittijiet ta' difiża tagħhom. |
|
(36) |
Il-Kummissjoni analizzat individwalment kull biċċa informazzjoni mitluba mis-CCCMC. Hija pprovdiet l-informazzjoni kollha permezz tal-ittri tal-25 ta' Awwissu 2017 u l-20 ta' Settembru 2017 li s-CCCMC, jew li l-produtturi esportaturi Ċiniżi li jesportaw direttament, pereżempju lista ta' tipi ta' prodott prodotti mill-industrija tal-Unjoni jew dettalji dwar l-aġġustamenti użati għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, bl-eċċezzjoni ta' informazzjoni li ma kinitx teżisti, ma kinitx parti mill-fajl, jew kienet kunfidenzjali. Fejn l-informazzjoni ma kinitx teżisti, ma kinitx parti mill-fajl, jew meqjusa kunfidenzjali, il-Kummissjoni tat ir-raġunijiet xierqa għaċ-ċaħda. B'mod partikolari, il-Kummissjoni ma wettqitx kalkoli aggregati kumplessivi tat-twaqqigħ tal-prezz u kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz skont in-numru tal-kontroll tal-prodott (“PCN” jew “tip ta' prodott”) (minflok skont il-produttur esportatur). Għaldaqstant, din l-informazzjoni ma kinitx parti mill-fajl. Il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li s-CCCMC kienet kapaċi teżerċita d-drittijiet tagħha ta' difiża b'mod suffiċjenti mingħajr aċċess għal din l-informazzjoni. |
|
(37) |
Għal dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni kunfidenzjali, bħall-prezzijiet u l-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni skont il-PCN pereżempju, il-Kummissjoni fakkret li hija kienet taħt l-obbligu li tipproteġi din l-informazzjoni skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk il-Kummissjoni kkunsidrat li l-fajl miftuħ tal-każ, li kien disponibbli għall-partijiet, inkluż għas-CCCMC, kien fih l-informazzjoni kollha rilevanti għall-preżentazzjoni tal-każijiet tagħhom u użata fl-investigazzjoni. Meta informazzjoni tqieset kunfidenzjali, il-fajl miftuħ kien fih sommarji sinifikattivi tagħha. Il-partijiet interessati kollha, inklużi s-CCCMC kellhom aċċess għall-fajl miftuħ u setgħu jikkonsultawh. |
|
(38) |
Fi ftit kliem, il-Kummissjoni b'hekk ikkunsidrat li l-partijiet kollha, inkluż is-CCCMC, ingħataw l-opportunità jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom bis-sħiħ. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx din l-affermazzjoni. |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
1. Il-Prodott ikkonċernat
|
(39) |
Il-prodott ikkonċernat huwa ċangaturi u ċangar, madum għall-qigħan tal-fuklari jew għall-ħitan, taċ-ċeramika gglejżjata jew mhix igglejżjata; kubi tal-możajk igglejżjati jew mhux igglejżjati u simili, kemm jekk fuq fond jew le (“il-prodott ikkonċernat”), li fil-preżent jaqgħu fil-Kodiċi HS 6907. Il-kodiċi HS t'hawn fuq huwa validu sa mill-1 ta' Jannar 2017 u jissostitwixxi l-kodiċijiet NM 6907 10 00, 6907 90 20, 6907 90 80, 6908 10 00, 6908 90 11, 6908 90 20, 6908 90 31, 6908 90 51, 6908 90 91, 6908 90 93 u 6908 90 99 imsemmija fl-investigazzjoni oriġinali u fin-Notifika tal-Bidu tal-proċedura kurrenti. |
|
(40) |
Il-madum taċ-ċeramika jintuża l-aktar fl-industrija tal-kostruzzjoni għall-kisi ta' ħitan u pavimenti. |
2. Il-prodott simili
|
(41) |
Il-prodott ikkonċernat u l-madum taċ-ċeramika prodott u mibjugħ fir-RPĊ, fis-suq domestiku tal-Istati Uniti tal-Amerika (“USA”), il-pajjiż analogu, kif ukoll il-madum taċ-ċeramika prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni nstabu li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u użi. |
|
(42) |
Wara l-iżvelar, is-CCCMC talbet lill-Kummissjoni biex tipprovdi deskrizzjoni aktar dettaljata tat-tipi ta' prodott differenti tal-produtturi tal-Unjoni u tal-produtturi fil-pajjiż analogu li kienu inklużi f'numru ta' kontroll ta' prodott partikolari. Huwa stqarr li jista' jkun hemm differenzi bejn it-tip ta' prodott manifatturat mill-industrija tal-Unjoni, mill-industrija tal-pajjiż analogu u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li ma kinux rifless fil-PCN u li la mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-CCCMC ma kienu jafu bihom. Is-CCCMC ġabet l-argument f'rabta mal-prezz ta' paragun għall-iskop kemm tal-analiżi tad-dumping kif ukoll tal-ħsara, fejn argumentat li mingħajr l-informazzjoni ma kinitx f'pożizzjoni li titlob aġġustamenti meta kien hemm bżonn u, għalhekk, li teżerċita id-drittijiet tad-difiża tagħha bis-sħiħ (ara l-premessi (81) sa (83) u (120) sa (122)). |
|
(43) |
Madankollu, kif spjegat il-Kummissjoni lis-CCCMC fl-ittra tal-20 ta' Settembru 2017, hija ma kellhiex deskrizzjonijiet aktar dettaljati tat-tipi differenti tal-prodott fl-istess PCN partikolari u lanqas ma kellha xi raġuni biex tikkunsidra li kienu jeżistu xi differenzi f'xi PCN partikolari. Kif spjegat fil-premessa (45) hawn taħt, ġie meqjus li l-karatteristiċi ta' kull PCN kienu ddettaljati biżżejjed sabiex ikopri d-differenzi bejn it-tipi differenti ta' prodotti. Is-CCCMC lanqas ma pprovdiet argumenti li deskrizzjoni jew distinzjoni aktar dettaljata kienet meħtieġa. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx din l-affermazzjoni. |
|
(44) |
Is-CCCMC qalet ukoll li peress li l-madum taċ-ċeramika jinkludi għadd kbir ta' prodotti, il-Kummissjoni missha ġabret informazzjoni dwar it-tipi ta' prodotti importati mill-RPĊ u tipi tal-prodott manifatturat mill-industrija tal-Unjoni, u biex twettaq analiżi għal kull (grupp ta') tip ta' prodotti (segmenti). |
|
(45) |
Biex jiġi ddefinit il-prodott ikkonċernat u li jkun hemm distinzjoni bejn tipi differenti ta' prodotti, il-Kummissjoni użat seba' karatteristiċi li jiddeskrivu karatteristiċi fiżiċi bħalma huma l-assorbiment tal-ilma, l-irfinar (jekk l-madum hux iggleżjat jew le, misjur darba jew darbtejn, ikkuluriti jew le, rettifikat jew le), id-daqs u l-istandards tal-kwalità. Dawn l-istess karatteristiċi diġà ntużw fl-investigazzjoni oriġinali. L-ebda parti oħra ma qalet li dawn ma jirriflettux id-differenzi kollha bejn it-tipi differenti ta' prodotti, u li l-istess tip ta' prodott manifatturat fl-Unjoni kien differenti mill-istess tip ta' prodott manifatturat fir-RPĊ. Is-CCCMC lanqas ma pprovdiet informazzjoni dwar liema karatteristiċi oħrajn jistgħu jkunu meħtieġa għal din il-kwistjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni sostniet li l-karatteristiċi ta' kull PCN kienu dettaljati biżżejjed sabiex ikopru d-differenzi bejn it-tipi differenti tal-prodott, u dan jippermetti paragun ġust tal-prodott (u tal-prezz). |
|
(46) |
Barra minn hekk, fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti tipi ta' prodotti kien jistħoqqilhom li jiġu raggruppati f'segment u analizzati b'mod separat, il-Kummissjoni ma sabet ebda bażi oġġettiva biex tagħmel dawn is-segmenti, għajr id-differenzi koperti mill-PNC. Hija nnotat ukoll li ma kienx hemm gruppi ta' prodotti distinti fl-investigazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, is-CCCMC ma ssostanzjatx it-talba tagħha bi proposta konkreta u l-ebda parti oħra ma sostniet li kien meħtieġ u ġustifikat raggruppar ta' xi tipi ta' prodotti. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni kkunsidrat li analiżi skont il-PCN kienet iktar dettaljata minn analiżi skont is-segment li jiġbor ċerti PCNs flimkien, u għalhekk, kienet aktar xierqa. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx din l-affermazzjoni. |
|
(47) |
Għalhekk, fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-Kummissjoni sostniet li dawn il-prodotti huma simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. IL-PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA JEW TA' RIKORRENZA TAD-DUMPING
1. Kummenti preliminari
|
(48) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk ikunx probabbli li l-iskadenza tal-miżuri eżistenti twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(49) |
Id-dsatax-il produttur esportatur jew gruppi ta' produtturi esportaturi wieġbu għall-formola tal-kampjunar. Il-volum iddikjarat ta' esportazzjonijiet ta' madum taċ-ċeramika lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi li kkoperaw kien ta' madwar 1,7 miljun m2 fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami li jikkorrispondi għal madwar 11 % tal-volumi totali ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina rreġistrati mill-Eurostat għall-istess perjodu. Il-kapaċità tal-produzzjoni totali ddikjarata tal-produtturi esportaturi jew tal-gruppi ta' produtturi esportaturi li kkoperaw jammonta għal 207 miljuni m2 li huwa madwar 1,5 % tal-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża totali stmata (stima ta' 13,9-il biljun m2 fl-2015). Aktar dettalji dwar il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ jinsabu fit-taqsima 3(a) aktar 'l isfel. |
|
(50) |
Il-Kummissjoni għalhekk ivvalutat il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza tad-dumping b'referenza għad-dejta pprovduta minn dawn it-tliet gruppi ta' kumpaniji. |
2. Dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami
(a) Il-pajjiż analogu
|
(51) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kellu jiġi determinat abbażi tal-prezzijiet imħallsa jew pagabbli fis-suq domestiku jew il-valur maħdum f'pajjiż terz xieraq b'ekonomija tas-suq (il-“pajjiż analogu”). |
|
(52) |
Il-CCCMC ikkontestat il-metodoloġija tal-pajjiż analogu stess biex jiġi stabbilit il-valur normali, u qal li t-Taqsima 15 tal-Protokoll tal-Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO kienet skadiet wara l-11 ta' Diċembru 2016. Għaldaqstant, skont il-CCCMC, il-valur normali għall-produtturi esportaturi Ċiniżi għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-prezzijiet u/jew il-kostijiet domestiċi tagħhom. Wara l-iżvelar, is-CCCMC tenniet din l-affermazzjoni. |
|
(53) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha ngħataw l-opportunità jissottomettu formoli ta' talba għal MET (Trattament ta' Ekonomija tas-Suq) sabiex ikunu jistgħu jsiru kalkoli individwali tal-marġni tad-dumping. Ħadd minn dawn l-esportaturi ma uża dik il-possibbiltà. Għalhekk, skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tad-dejta minn pajjiż analogu. Dan l-argument għalhekk ġie rifjutat. |
|
(54) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, l-Istati Uniti tal-Amerika ntużaw bħala l-pajjiż analogu għall-fini li jkun stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-RPĊ. |
|
(55) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li hija kellha l-ħsieb tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-pajjiż analogu u stiednet lill-partijiet biex jikkummentaw. Barra minn hekk, in-Notifika tal-Bidu semmiet li jista' hemm produtturi oħra tal-ekonomija tas-suq, fost oħrajn, fit-Turkija, l-Emirati Għarab Magħquda (l-UAE), l-Indja u l-Brażil u se jiġu eżaminati ukoll. |
|
(56) |
Is-CCCMC qajmet tħassib dwar l-adegwatezza tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala l-pajjiż analogu wara li l-każ kien inbeda. Dan qies li l-Istati Uniti tal-Amerika ma kienx pajjiż analogu xieraq u allega li kien hemm disparità fl-iżvilupp ekonomiku bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti tal-Amerika u konsum baxx ta' madum taċ-ċeramika għas-suq tal-pavimentar fl-Istati Uniti tal-Amerika. Is-CCCMC esprimiet li l-għażla tal-Brażil, l-Indja, il-Messiku u t-Turkija bħala pajjiż analogu jkun aktar xieraq, billi dawk il-pajjiżi u r-RPĊ kienu simili f'termini ta' livell ta' żvilupp u kellhom konsum domestiku komparabbli. |
|
(57) |
Rigward l-Istati Uniti tal-Amerika, is-CET sostniet li kien hemm livell għoli ta' kompetizzjoni fis-suq domestiku fost firxa wiesgħa ta' prodotti, kompletament komparabbli ma' dawk esportati mir-RPĊ. Barra minn hekk, argumentat li l-aċċess għall-materja prima u għar-riżorsi tal-enerġija kien simili bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u r-RPĊ u li l-kwantitajiet mibjugħin fis-suq domestiku tal-Istati Uniti tal-Amerika kienu jagħmlu l-Istati Uniti għażla rappreżentattiva ta' pajjiż analogu. |
|
(58) |
Wara dawn il-kummenti, il-Kummissjoni kkuntattjat ir-rappreżentazzjonijiet tal-pajjiżi msemmija hawn fuq flimkien mal-pajjiżi bl-ogħla volumi ta' importazzjoni tal-madum taċ-ċeramika lejn l-Unjoni, sabiex titlob għall-għajnuna tagħhom fl-identifikazzjoni tal-produtturi fil-pajjiżi rispettivi tagħhom li setgħu jiġu mistiedna jikkooperaw bħala produttur ta' pajjiż analogu. Barra dan, intbagħtu talbiet għal kooperazzjoni lill-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi magħrufin tal-pajjiż analogu. |
|
(59) |
Għaxar produtturi esprimew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw mal-investigazzjoni. Dawn kienu jinsabu fl-Istati Uniti tal-Amerika (3), fil-Brażil (2) u fl-Indja (5), rispettivament. Il-Kummissjoni bagħtitilhom il-kwestjonarju għall-pajjiż analogu fl-20 ta' Jannar 2017. Ma waslet l-ebda tweġiba mill-Indja. Għall-produtturi esportaturi mill-Brażil, produttur wieħed ma weġibx u t-tieni wieħed irtira mill-kooperazzjoni tiegħu. Mill-Istati Uniti, produttur wieħed irtira l-kooperazzjoni tiegħu u żewġ produtturi mlew il-kwestjonarju. |
|
(60) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Istati Uniti kellhom produzzjoni sinifikanti u livell sodisfaċenti ta' kompetizzjoni fis-suq domestiku tagħhom. Il-konsum domestiku tal-Istati Uniti kien ta' madwar 254 miljun m2. Kien hemm mill-anqas 28 produttur domestiku. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet jirrappreżentaw 68 % tal-konsum, li joriġina l-aktar mir-RPĊ (minn volum totali ta' importazzjoni ta' 49 miljun m2). Minbarra d-dazju doganali ta' 8,5 %-10 % ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-importazzjoni fis-seħħ. Il-produtturi tal-Istati Uniti użaw proċess ta' produzzjoni simili ta' dak użat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun. Il-produtturi li kkooperaw tal-Istati Uniti rrapportaw bejgħ domestiku ta' 2,0 u 2,9 miljun m2 rispettivament. |
|
(61) |
Wara l-iżvelar, is-CCCMC iddikjarat li l-Istati Uniti tal-Amerika huma fi kwalunkwe każ mhux pajjiż analogu xieraq u li l-Kummissjoni ma użatx pajjiż fejn il-prezz għal prodott simili jiġi fformat f'ċirkustanzi li jkunu simili kemm jista' jkun għal dawk tal-pajjiż tal-esportazzjoni. |
|
(62) |
Fir-rigward ta' din it-talba, l-ewwel nett huwa fakkar li l-Kummissjoni kkuntattjat lir-rappreżentanzi uffiċjali u/jew lill-produtturi li jinsabu fil-Brażil, l-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja, il-Messiku, ir-Russja, is-Serbja, it-Tajlandja, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Ukraina u l-Istati Uniti tal-Amerika. Madankollu, kif deskritt fil-premessa (59), żewġ produtturi biss ikkooperaw. |
|
(63) |
Kif imsemmi fil-premessa (60), l-Istati Uniti tqiesu pajjiż adatt bħala pajjiż analogu għaliex, l-Istati Uniti kellhom produzzjoni, konsum u livell sodisfaċenti ta' kompetizzjoni fis-suq domestiku tagħhom. L-affermazzjoni ġiet għalhekk irrifjutata. |
|
(64) |
Wara l-iżvelar, importatur wieħed qajjem tħassib dwar l-għażla ta' żewġ produtturi mill-US b'rabta ma' produttur mill-Unjoni u l-istabbiliment tal-valur normali għar-RPĊ fuq il-bażi ta' dawn iż-żewġ produtturi. Għaldaqstant, l-oġġettività tad-dejta miġbura mingħand dawn il-produtturi tista' tkun dubjuża. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni osservat li anki jekk produttur fil-pajjiż analogu huwa relatat ma' produtturi mill-Unjoni, rabta bħal din la tinvalida u lanqas taffettwa d-determinazzjoni tal-valur normali (9). |
|
(66) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq u fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Istati Uniti huma pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. |
(b) Il-valur normali
|
(67) |
L-informazzjoni riċevuta miż-żewġ produtturi li kkooperaw fil-pajjiż analogu ntużat bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali. |
|
(68) |
B'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti li sar mill-produtturi li kkooperaw tal-pajjiż analogu matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kienx rappreżentattiv. Għal dan il-għan, il-volumi totali ta' bejgħ tagħhom ġew ipparagunati mal-volum totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni minn kull produttur esportatur Ċiniż li kien inkluż fil-kampjun. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonstatat li l-prodott simili kien jinbiegħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku tal-Istati Uniti. |
|
(69) |
Imbagħad, abbażi tat-tip ta' prodott, il-Kummissjoni għamlet paragun bejn il-volum ta' bejgħ fis-suq tal-Istati Uniti u l-volumi ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni minn kull produttur esportatur Ċiniż li kien inkluż fil-kampjun. Dan il-paragun wera li żewġ tipi ta' prodott direttament paragunabbli ma kinux qed jinbiegħu fi kwantitajiet rappreżentattivi fl-Istati Uniti. Għalhekk, il-valur normali ta' dawn iż-żewġ tipi ta' prodotti kien maħdum fuq il-bażi tal-SG&A tagħhom stess, il-profitt u l-aġġustamenti li nstabu fil-kors ordinarju tal-kummerċ. |
|
(70) |
Wara l-iżvelar, is-CCCMC affermat li ma jagħmilx sens li jitqabblu l-volum tal-bejgħ mill-produtturi tal-pajjiż analogu fis-suq domestiku tagħhom mal-volum tal-bejgħ esportat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, għax dawn bl-ebda mod mhuma relatati ma' xulxin. Għalhekk, l-analiżi li għamlet il-Kummissjoni ma tgħid xejn dwar ir-rappreżentattività tal-bejgħ domestiku tal-Istati Uniti għal dawn it-tipi ta' prodotti. |
|
(71) |
B'analoġija għas-sitwazzjoni ta' kalkolu ta' dumping f'ekonomiji tas-suq, il-Kummissjoni vverifikat jekk it-tranżazzjonijiet sarux fi kwantitajiet suffiċjenti fil-livell tat-tip individwali tal-prodott skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Peress li dawn iż-żewġ tipi ta' prodotti kienu jirrappreżentaw rispettivament 0,70 % u 0,09 % ta' bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-bejgħ domestiku tal-Istati Uniti ma kienx rappreżentattiv u l-valur ħadmet il-valur normali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-metodoloġija użata ma kellhiex impatt fuq it-twaqqif tal-marġni tad-dumping. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(72) |
Imbagħad, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon ta' bejgħ bi profitt lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku li fil-fatt sar għall-kalkolu tal-valur normali skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(73) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ hux profittabbli jew le, jekk:
|
|
(74) |
F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-PI. |
|
(75) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott, tal-bejgħ domestiku bi profitt biss tat-tipi ta' prodott matul il-PI, jekk:
|
|
(76) |
L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li l-valuri normali ta' 10 tipi ta' prodotti kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-metodu msemmi fil-premessa (74) u 7 tipi ta' prodotti fuq il-bażi tal-metodi msemmi fil-premessa (75). |
|
(77) |
Il-produtturi mill-Istati Uniti li kkoperaw irrapportaw bħala total sbatax-il tip ta' prodott filwaqt li l-produtturi esportaturi li kkoperaw Ċiniżi rrapportaw bħala total ħmistax-il tip ta' prodott. Madankollu, il-paragun bejn it-tipi ta' prodotti esportati miċ-Ċiniżi u dawk mibjugħin mill-produtturi tal-Istati Uniti żvela li kien hemm tqabbil dirett bejn żewġ tipi ta' prodotti biss. L-għadd limitat ta' tipi ta' prodotti li jaqblu kien spjegat mid-definizzjoni pjuttost kumplessa tat-tipi ta' prodotti li tinvolvi seba' karatteristiċi u 672 kombinazzjoni possibbli (li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, proċellana/mhux porċellana, seba' tipi ta' uċuħ tax-xogħol, il-preżenza ta' glejżing singolu/doppju jew bla glejżing). Minħabba li huwa rekwiżit li jiġi kkunsidrat 100 % tal-bejgħ għall-esportazzjoni fil-kalkoli tad-dumping, għal skopijiet ta' tqabbil, kellhom isiru xi aġġustamenti. |
|
(78) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżid il-paragunabbiltà billi taħdem il-valuri normali ta' tipi ta' prodotti addizzjonali. F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li l-produtturi esportaturi li kkoperaw Ċiniżi jbigħu żewġ tipi ta' prodotti mhux tal-porċellana lill-Unjoni (li jirrappreżentaw madwar 6 % tal-kwantità totali esportata lejn l-Unjoni). Il-produtturi tal-pajjiż analogu tal-Istati Uniti, madankollu, ma pproduċewx tali tipi ta' prodotti mhux tal-porċellana, Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li taħdem il-kostijiet tal-manifattura għat-tipi ta' prodotti mhux tal-porċellana billi tipparaguna l-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni għall-porċellana u għal mhux tal-porċellana. Il-kost tal-manifattura għat-tipi ta' prodotti mhux tal-porċellana nstab li huwa 30 % inqas minn dak tat-tipi ta' prodotti tal-porċellana. Il-proporzjon miksub kien applikat għas-sbatax-il tip ta' prodott irrapportat mill-produtturi tal-Istati Uniti sabiex dawn jiġu mqabblin mat-tipi ta' prodotti rrapportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(79) |
Rigward il-madum taċ-ċeramika mhux igglejżjat, il-produtturi esportaturi Ċiniżi rrapportaw il-bejgħ tagħhom (erba' tipi ta' prodotti li jirrappreżentaw madwar 56 % tal-kwantità totali esportata lejn l-Unjoni) li għalihom ma kienx hemm tqabbil dirett mat-tipi ta' prodotti mibjugħin mill-produtturi li kkooperaw mill-Istati Uniti. Bl-applikazzjoni tal-istess metodoloġija deskritta fil-premessa (78) hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-kostijiet tal-manifattura għal tipi ta' prodotti bi glejżing wieħed billi pparagunat il-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni għal porċellana bi glejżing wieħed u dik mhux igglejżjata. Il-kost tal-manifattura tal-madum taċ-ċeramika mhux igglejżjat instab li huwa 6 % inqas minn dak tat-tipi ta' prodotti bi glejżing uniku. Il-proporzjon miksub kien applikat lis-sbatax-il tip ta' prodott irrapportati mill-produtturi tal-Istati Uniti. |
|
(80) |
Fuq il-bażi tal-valuri normali maħduma addizzjonali, kien hemm 3 tipi ta' prodotti li kienu jaqblu bejn it-tipi ta' prodotti li kienu prodotti mill-produtturi tal-Istati Uniti u l-produtturi esportaturi Ċiniżi. Fl-aħħar nett, għat-tipi ta' prodotti li għalihom ma setax isir tqabbil dirett, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipparaguna t-tipi ta' prodotti mibjugħin mill-produtturi esportaturi Ċiniżi mat-tipi ta' prodotti tal-Istati Uniti bl-eqreb karatteristiċi tekniċi u l-orħos valur normali. |
|
(81) |
Wara l-iżvelar, żewġ partijiet interessati qalu li l-Kummissjoni naqset milli tiżvela informazzjoni dwar tipi ta' prodotti speċifiċi tal-produttur tal-pajjiż analogu. Barra minn hekk, huma sostnew li huma ma kinux f'pożizzjoni jidentifikaw jekk kienx hemm differenzi (li mhumiex riflessi mill-PCN) li kellhom bżonn aġġustament. |
|
(82) |
Il-Kummissjoni żvelat il-kalkoli tal-valuri normali skont it-tipi ta' prodott lil partijiet interessati. Kif issemma fil-premessa (45), it-tipi ta' prodotti ġew definiti fuq il-bażi ta' dawn il-karatteristiċi tekniċi li ġejjin: l-assorbiment tal-ilma, l-irfinar (gleżjat b'tisjira waħda, gleżjati b'żewt tisjiriet, jew mhux gleżjati, illustrat jew mhux illustrat, jekk maduma kinitx kulurita jew bla kulur, irrettifikata jew le), id-daqs tal-wiċċ tax-xogħol u l-istandard tal-kwalità. |
|
(83) |
L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma kkummentat dwar id-definizzjoni tat-tipi ta' prodott jew ma pproponiet xi metodoloġija addizzjonali rilevanti jew ma ppreżentat informazzjoni addizzjonali. Il-Kummissjoni tqieset li d-definizzjonijiet tat-tip tal-prodott kienu suffiċjenti sabiex jinqabdu d-differenzi kollha li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezzijiet. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. Barra minn hekk, produttur esportatur Ċiniż li ntgħażel fil-kampjun sostna li l-Kummissjoni ma għandhiex tuża l-profitt medju ponderat u l-marġni SG&A tal-bejgħ domestiku fil-pajjiż analogu meta jiġi ddeterminat il-valur normali maħdum iżda l-marġni tal-profitt medju ponderat u l-marġnijiet SG&A tat-tipi ta' prodott bl-eqreb karatteristiċi tekniċi. |
|
(84) |
Fil-każ attwali, it-tipi ta' prodott esportati mill-parti interessata ma kinux manifatturati u mibjugħa fil-pajjiż analogu. Għalhekk, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq il-bażi tal-kost tal-manifattura tat-tipi ta' prodott bl-eqreb karatteristiċi tekniċi u, skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, l-ammonti medji tal-kostijiet u l-profit tas-SG&A, abbażi tad-dejta dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, mill-produtturi tal-pajjiż analogu. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx. |
(c) Il-prezz tal-esportazzjonijiet
|
(85) |
It-tliet gruppi ta' produtturi esportaturi kkampjunati esportaw direttament lejn l-Unjoni fil-forma ta' bejgħ dirett tal-prodott ikkonċernat lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit għall-prezz li verament tħallas jew li kien pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami. |
(d) Paragun
|
(86) |
Il-Kummissjoni pparagunat il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fuq il-bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika. Fejn kien iġġustifikat mill-ħtieġa ta' paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezz, b'konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
|
(87) |
Fir-rigward tal-prezzijiet domestiċi tal-produtturi tal-pajjiż analogu, saru aġġustamenti għall-kostijiet tat-trasport domestiku, il-kostijiet tal-kreditu, il-kostijiet tal-maniġġ, il-kostijiet tal-ippakkjar u l-kummissjonijiet u għal-livell ta' kummerċ. Fir-rigward tal-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, saru aġġustamenti għall-assigurazzjoni tat-trasport, il-maniġġ, il-kostijiet tal-kreditu, it-tariffi tal-bank, il-kostijiet tal-ippakkjar, it-tariffi tal-importazzjoni, id-dazji doganali u l-kummissjonijiet. |
(e) Marġni tad-dumping
|
(88) |
Il-Kummissjoni pparagunat il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili fil-pajjiż analogu mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat ta' kull grupp li kkoopera inkluż fil-kampjun f'konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(89) |
Fuq din il-bażi, il-marġini tad-dumping medji ponderati espressi bħala perċentwal tal-prezz fil-fruntiera tal-Unjoni CIF matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, bid-dazju mhux imħallas, instabu li kienu bejn 66 % u 231 %. |
(f) Konklużjoni dwar id-dumping fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami
|
(90) |
Il-Kummissjoni rriżultalha li l-produtturi esportaturi Ċiniżi (f'volum ogħla mill-investigazzjoni oriġinali) baqgħu jesportaw il-madum taċ-ċeramika lejn l-Unjoni bi prezzijiet li kienu oġġett ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. |
3. Evidenza dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping
|
(91) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk kienx hemm il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu. Meta għamlet dan, analizzat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fiċ-Ċina, l-imġiba tal-esportaturi Ċiniżi fi swieq oħra, is-sitwazzjoni fis-suq domestiku taċ-Ċina u kemm hu attraenti s-suq tal-Unjoni. |
|
(92) |
Kif imsemmi hawn fuq, resqu dsatax-il produttur esportatur jew gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi, li jirrappreżentaw biss 1,5 % tal-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża stmata fl-2015. It-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi kkampjunati u verifikati matul żjara ta' verifika fuq il-post kienu jirrappreżentaw frazzjoni (jiġifieri 0,3 %) tal-produzzjoni Ċiniża stmata. L-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni dwar il-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet, għalhekk, limitata. |
|
(93) |
Għal din ir-raġuni, il-maġġoranza tas-sejbiet stabbiliti hawn taħt li jikkonċernaw il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping kellhom ikunu bbażati fuq sorsi oħra, jiġifieri, dejta tal-Eurostat, il-Bażi tad-Dejta tal-Esportazzjonijiet Ċiniżi u l-informazzjoni mressqa mill-industrija tal-Unjoni fit-talba għar-rieżami. L-analiżi ta' dik l-informazzjoni żvelat dan li ġej. |
(a) Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fir-RPĊ
|
(94) |
Il-produtturi Ċiniżi installaw kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-madum taċ-ċeramika vasti, li jkomplu jaqbżu l-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni b'mod sinifikanti. Matul l-aħħar deċenju, il-produtturi Ċiniżi żiedu b'mod sinifikanti l-produzzjoni kif ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni u baqgħu jagħmlu hekk. Il-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża tal-madum taċ-ċeramika żdiedet bi kważi 30 % bejn l-2011 u l-2014, minn 10,8 sa 13,9-il biljun m2. Barra minn hekk, l-għadd ta' produtturi Ċiniżi tal-madum taċ-ċeramika żdied b'mod sinifkanti bi kważi 20 % bejn l-2014 u l-2016, minn 1 452 fl-2014 għal 1 777. Il-kapaċità tal-produzzjoni għas-sena 2016 kienet stmata għal madwar 17-il biljun m2 permezz tal-estrapolazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni mill-għadd ta' kumpaniji produtturi (10). |
|
(95) |
Skont l-istess sors statistiku Ċiniż, il-produzzjoni reali żdiedet minn 8,7 biljun m2 fl-2011 għal 11,1-il biljun m2 fl-2016, jiġifieri 2,4 biljuni m2 matul il-perjodu. Madankollu, il-produzzjoni tal-madum taċ-ċeramika ma żdiedx b'pass simili mqabbel mal-kapaċità installata tal-produzzjoni tal-madum taċ-ċeramika Ċiniża matul dak il-perjodu: il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b'6,2 biljun m2 (minn 10,8 biljuni m2 fl-2011 għal 17-il biljun m2 fl-2016). Għalhekk, il-kapaċità ta' riżerva żdiedet minn 20 % fl-2011 għal 35 % fl-aħħar tal-2016, ekwivalenti għal żieda ta' 3,8 biljun m2. Din il-kapaċità ta' riżerva hija diversi drabi ogħla mill-konsum totali tal-Unjoni li kien ta' madwar 879 miljun m2 matul il-PIR. |
|
(96) |
Barra minn hekk, l-informazzjoni miġbura matul il-verifika fuq il-post żvelat li matul il-perjodu PIR tal-2013, l-użu tal-kapaċità tal-produtturi esportaturi verifikati naqas minn 74 % għal 54 % u l-għadd ta' impjegati niżel b'25 %. Il-produtturi waqqfu l-produzzjoni għal xahrejn matul l-ewwel trimestru tal-2017 għaliex l-istokkijiet laħqu ċertu livell, li jirrappreżetna 67 % tal-produzzjoni totali tal-PIR. Fl-aħħar tal-PIR, it-tliet produtturi esportaturi kampjunati kellhom maħżunin fl-imħażen tagħhom 23 miljun m2 (matul il-PIR, l-Unjoni importat miċ-Ċina 15-il miljun m2). |
|
(97) |
Fil-qosor, minħabba l-fatt li ċ-Ċina għandha kapaċità tal-produzzjoni kbira disponibbli u għalhekk l-abilità li żżid il-volumi tal-produzzjoni tagħha fi żmien qasir, it-tħassir tal-miżuri kurrenti probabbilment jirriżulta f'żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping bi prezzijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni. |
(b) L-imġiba tal-esportaturi Ċiniżi fis-swieq ta' pajjiżi terzi
|
(98) |
Il-produtturi Ċiniżi jesportaw kwantitajiet sinifikanti ta' madum taċ-ċeramika lejn pajjiżi terzi minbarra l-Unjoni, b'mod partikolari lejn il-Filippini, l-Istati Uniti, l-Arabja Sawdija, il-Korea t'Isfel, l-Indoneżja, it-Tajlandja u l-Awstralja. |
|
(99) |
Il-Kummissjoni pparagunat il-prezz medju tal-prodott ikkonċernat minn dawn il-produtturi lis-swieq ta' esportazzjoni ewlenin imsemmija hawn fuq matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami mal-prezz tal-esportazzjoni medju lejn is-suq tal-Unjoni. Dan il-paragun sar fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Bażi tad-Dejta tal-Esportazzjonijiet Ċiniżi, fejn il-valuri tal-esportazzjonijiet huma espressi f'dollari Amerikani u fuq bażi FOB. Il-kwantitajiet huma espressi f'kilogrammi. |
|
(100) |
Il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienu ogħla b'mod sinifikanti meta mqabbla mas-swieq l-oħrajn ewlenin tal-esportazzjoni. Il-prezz tal-esportazzjonijiet medju lejn l-Unjoni kien ta' madwar USD 0,46 kull kilo filwaqt li l-prezzijiet medji lejn id-destinazzjonijiet l-oħrajn ewlenin kienu ta' madwar USD 0,34 kull kilo. |
|
(101) |
Skont il-Bażi tad-Dejta tal-Esportazzjonijiet Ċiniżi, il-prezzijiet tal-bejgħ lill-bqija tad-dinja komplew jonqsu wara l-PIR. Matul it-tieni semestru tal-2016, il-prezzijiet tal-esportazzjoni medji lis-swieq ta' esportazzjoni ewlenin waqgħu meta pparagunati mal-prezzijiet tal-esportazzjoni fil-PIR (– 37 % għall-Filippini, – 26 % għall-Arabja Sawdija, – 22 % għall-Istati Uniti, u madwar – 13 % għall-Korea t'Isfel u l-Awstralja). |
(c) Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(102) |
Id-domanda stmata tal-Unjoni hija frazzjoni tal-kapaċità ta' riżerva disponibbli tas-suq domestiku Ċiniż. Qabel ma ġew introdotti l-miżuri, l-Unjoni kienet suq tal-esportazzjoni tradizzjonali għaċ-Ċina: Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu laħqu 65 miljun m2 fis-sena bħala medja, aktar minn tliet darbiet il-livell tal-esportazzjonijiet attwali tagħhom lejn l-UE. Attwalment, il-prezz medju fis-suq tal-Unjoni (USD 0,46/kg) huwa wkoll ogħla mill-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż (USD 0,34/kg) fis-swieq tal-esportazzjoni ewlenin tagħha. Għalhekk, huwa probabbli li l-produtturi Ċiniżi sejrin jippruvaw iżidu l-bejgħ tagħhom lill-Unjoni bl-użu tal-kapaċitajiet disponibbli tagħhom jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
(d) Konklużjoni dwar id-dumping u l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping
|
(103) |
L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-madum taċ-ċeramika lill-Unjoni u lis-swieq tal-esportazzjoni ewlenin tar-RPĊ kienu taħt il-valur normali stabblit matul il-PIR. Barra dan, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-produzzjoni fiċ-Ċina baqgħu jiżdiedu. Il-volum tal-esportazzjonijiet tagħhom kien pjuttost stabbli u ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-konsum domestiku Ċiniż se jkun jista' jassorbi l-kwantitajiet enormi prodotti u maħżuna. Lanqas ma l-partijiet interessati rnexxilhom jispjegaw kif dawn il-kwantitajiet jistgħu jiġu assorbiti b'mod ieħor mingħajr ma jimponu theddida għall-Unjoni. |
|
(104) |
Fuq dik il-bażi, u fin-nuqqas ta' kummenti mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni tqis li huwa probabbli ħafna li volumi sinifikanti ta' madum taċ-ċeramika Ċiniż se jkomplu jiġu esportati lejn l-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping fil-każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. |
D. INDUSTRIJA TAL-UNJONI
|
(105) |
L-industrija tal-Unjoni ma għaddiet minn l-ebda tibdil strutturali kbir sa mill-investigazzjoni oriġinali 'l hawn. L-industrija hija frammentata ħafna, u l-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju jirrappreżentaw kollettivament sehem importanti tas-suq (66 % fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni fl-2015). Il-prodott simili kien manifatturat minn madwar 500 produttur magħruf tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(106) |
Kif deskritt fil-premessa (20), il-Kummissjoni kkunsidrat il-frammentazzjoni għolja tal-industrija tal-Unjoni meta kienet qed tagħżel il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni, sabiex ikunu rappreżentati kumpaniji minn kull settur. Sabiex tirrifletti s-sehem (ponderazzjoni) rispettiv ta' kull segment fil-produzzjoni totali tal-Unjoni u sabiex tpinġi stampa rappreżentattiva tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni użat is-sehem (ponderazzjoni) rispettiv biex twettaq ponderazzjoni ta' ċertu indikaturi mikroekonomiċi (ara premessa 144) tal-kumpaniji kampjunati fis-segment speċifiku, skont il-metodoloġija użata fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(107) |
Il-ponderazzjonijiet kienu stabbiliti fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-applikant, jiġifieri l-volumi tal-produzzjoni fl-2015 ta' kumpaniji li jinsabu fil-pajjiżi li jirrappreżentaw 79 % tal-produzzjoni tal-Unjoni (11). Ir-riżultati kienu kif ġej: il-kumpaniji mis-settur tal-kumpaniji żgħar bi produzzjoni ta' inqas minn ħames miljun metru kwadru kienu jirrappreżentaw 41 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni; il-kumpaniji mis-settur tal-kumpaniji ta' daqs medju bi produzzjoni bejn ħames u għaxar miljun metru kwadru kienu jirrappreżentaw 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u l-kumpaniji mis-settur tal-kumpaniji kbar kienu jirrappreżentaw 34 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. |
E. IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI
1. Il-konsum tal-Unjoni
|
(108) |
Il-konsum tal-Unjoni kien stabbilit billi ġie miżjud il-bejgħ nett tal-Unjoni mal-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi terzi. Il-volumi tal-produzzjoni kienu bbażati fuq id-dejta tal-Eurostat u d-dejta miksuba mill-membri tas-CET. |
|
(109) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||
|
(110) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-ikbar żieda (12 %) seħħet bejn l-2013 u l-2014 minn 750 miljun m2 għal madwar 837 miljun m2. Kumplessivament, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum żdied bi 17 % minn 750 miljun m2 għal madwar 879 miljun m2 fil-PIR. |
|
(111) |
Meta pparagunat mal-perjodu eżaminat fl-investigazzjoni oriġinali, il-konsum kien madankollu xorta waħda 37 % inqas fil-PIR milli fl-2007 meta kien ta' madwar 1,4 biljun m2. It-tnaqqis fil-konsum wara l-2007 kien ikkawżat minn kontrattazzjoni fil-konsum domestiku wara l-kriżi taż-Żona tal-euro u r-riċessjoni sinifikanti li segwit fis-settur tal-kostruzzjoni (12). |
2. Importazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni
2.1. Volum, prezz u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
(112) |
Il-volumi u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kienu bbażati fuq id-dejta tal-Eurostat. |
|
(113) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Il-volum u l-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(114) |
Wara l-impożizzjoni tad-dazji antidumping, l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika mir-RPĊ naqsu b'mod konsiderevoli (13). Madankollu, l-importazzjonijiet Ċiniżi xorta baqgħu preżenti fis-suq tal-Unjoni u fil-PIR kienu jirrappreżentaw madwar 15-il miljun m2 f'termini ta' volum ta' importazzjonijiet u 1,7 % f'termini ta' perċentwal tas-sehem mis-suq. |
|
(115) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ waqgħu b'34 % fil-PIR paragunati mal-2013, minn kważi madwar 22,7 miljun m2 għal madwar 15-il miljun m2. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi waqa' minn 3,2 % fl-2013 għal madwar 1,7 % fil-PIR. |
2.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet
|
(116) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żviluppa kif ġej: Tabella 3 Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
||||||||||||||||||||
|
(117) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni medji mir-RPĊ żdiedu b'14 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 5,07 EUR/m2 għal 5,78 EUR/m2, bl-intensità massima fl-2015 meta l-prezz żdied b'21 % għal 6,13 EUR/m2. |
|
(118) |
Għall-għanijiet li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika, ġew paragunati għal kull tip ta' prodott mal-prezzijiet medji ponderati korrispondenti tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b'aġġustamenti xierqa għad-dazji eżistenti u l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni. Għat-tipi ta' prodotti li għalihom ma jeżistix tip ta' prodott korrispondenti, il-paragun sar b'aġġustament tat-tip ta' prodott bl-ikbar xebħ. B'mod partikolari kellhom isiru aġġustamenti għal tipi ta' prodotti bi glejżing b'żewt tisjiriet u għal tipi ta' prodotti mhux igglejżjati li għalihom ma setgħux jinstabu tipi ta' prodotti korrispondenti fin-naħa tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(119) |
Il-paragun wera li matul il-PIR, u minkejja ż-żieda fil-prezz medju CIP fil-fruntiera tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (90) hawn fuq, l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat kienu mibjugħin fl-Unjoni bi prezzijiet li waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni. Meta mfisser bħala perċentwal, il-livell ta' twaqqigħ varja minn 17 % sa 50 %. Il-kalkulazzjonijiet kienu bbażati fuq id-dejta sottomessa mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ fil-kampjun. |
|
(120) |
Wara l-iżvelar, is-CCCMC qalet li l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet kienet dgħajfa billi la s-CCCMC u lanqas il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kienu f'pożizzjoni jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' difiża għaliex ma ngħatawx il-possibbiltà jidentifikaw id-differenzi bejn il-prodotti manifatturati mill-industrija tal-Unjoni u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u għalhekk li jitolbu aġġustamenti. |
|
(121) |
Fir-rigward tad-differenzi potenzjali bejn il-prodotti tal-Unjoni u l-prodotti importati mir-RPĊ, minħabba r-raġunijiet imsemmija f'Taqsima B, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda raġuni biex tikkunsidra li kienu jeżistu differenzi bħal dawn fi ħdan l-istess PCN. Għall-kuntrarju, id-definizzjoni tal-PCN ippermettiet “paragunabbiltà” sħiħa tal-prezzijiet bejn il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili (ara t-Taqsima B). |
|
(122) |
Kwalunkwe parti li titlob aġġustament trid tibbaża ruħha fuq stima raġonevoli tal-valur tas-suq tad-differenza. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċeviet talba mingħand l-ebda waħda mill-partijiet biex isir aġġustament f'xi tip partikolari ta' prodott. Għalhekk, l-uniċi aġġustamenti l-għamlet il-Kummissjoni kienu għat-tipi ta' prodotti bi glejżing b'żewt tisjiriet u għat-tipi ta' prodotti mhux igglejżjati li għalihom ma jinstabux tipi ta' prodotti korrispondenti fin-naħa tal-industrija tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (118). Wara t-talba mis-CCCMC tas-6 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni pprovdiet dettalji dwar dawn l-aġġustamenti u b'mod partikolari dwar il-PCNs ikkonċernati u dwar l-ammont tal-aġġustament għaż-żewġ produtturi esportaturi konċernati fil-kampjun, biex din tkun tista' tikkummenta dwarhom. Wara, is-CCCMC ma reġgħetx semmietha din il-kwistjoni. |
|
(123) |
Wara l-iżvelar, is-CCCMC argumentat ukoll li l-Kummissjoni kien imissha wettqet (u żvelat) analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet mhux biss għal kull produttur esportatur, iżda wkoll kumplessivament (fuq il-bażi ta' medja ponderata). Barra minn hekk, is-CCCMC qalet li l-Kummissjoni missha għamlet (u żvelat) kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz għal kull tip ta' prodott, li skont is-CCCMC kien l-uniku mod biex jinġibdu konklużjonijiet utli fir-rigward tal-possibbiltà li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed jeżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-CCCMC talbet lill-Kummissjoni biex tiżvela wkoll il-volum u l-valur totali mibjugħa għal kull PCN kollha tal-bejgħ kollu mill-industrija tal-Unjoni li ma kinux użati fil-kalkolazzjonijiet tat-twaqqiħ tal-prezz. |
|
(124) |
Kif il-Kummissjoni infurmat lis-CCCMC permezz tal-ittri tal-25 ta' Awwissu 2017 u tal-20 ta' Settembru 2017, hija kienet għamlet il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz għal kull produttur esportatur fuq bażi individwali u għal il-PCNs li kienu mibjugħa minn produtturi esportaturi Ċiniżi individwali magħżula fil-kampjun. Il-Kummissjoni qieset li dan ma kienx rilevanti għall-analiżi tal-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara li titwettaq analiżi tal-livell ta' twaqqigħ tal-prezzijiet kumplessiv u analiżi tal-livell ta' twaqqigħ fil-prezzijiet għal kull PCN għax din kienet taggrega d-dejta tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun għal kull PCN. It-tip ta' kalkolu aggregat mitlub mis-CCCMC, f'kull każ, ma kien ikun ifisser xejn peress li dan it-tip ta' informazzjoni ma għandux impatt fuq l-analiżi tal-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara. Barra minn hekk, il-kalkoli aggregati ma kinux jippermettu lill-produtturi esportaturi individwali jivverifikaw jekk il-Kummissjoni użatx id-dejta tagħhom b'mod korrett meta wettqet il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz. Il-produttur esportatur b'hekk ma kienx ikunu f'pożizzjoni li jeżerċita d-dritt ta' difiża tiegħu. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni ma wettqitx dan il-kalkolu. Minflok, il-Kummissjoni debitament wettqet l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz għal kull produttur esportatur fil-kampjun. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kellhiex għalfejn tagħmel l-analiżi mitluba. |
|
(125) |
Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-każ preżenti kien rieżami tal-iskadenza. Il-miżuri fis-seħħ kellhom effett ta' tnaqqis sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika (minn madwar 66 miljun m2 fil-PI oriġinali għal madwar 15-il miljun fil-PIR tal-investigazzjoni attwali). Għalhekk, l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet tista' tkun ibbażata biss fuq għadd limitat ta' PCNs tal-prodott ikkonċernat esportat mir-RPĊ lejn l-Unjoni. L-għan tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet għal kull produttur esportatur kien li jiġi analizzat jekk il-produtturi esportaturi Ċiniżi kinux se jkunu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(126) |
Min-naħa l-oħra, il-livell ta' twaqqigħ tal-prezzijiet kumlpessiv u l-livell tat-twaqqigħ tal-prezzijiet għan kull PCN ma kinux ikkunsidrati bħala rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara u għalhekk, ma jagħmlux parti mill-fajl. Il-Kummissjoni kkunsidrat li hija ma kellhiex l-obbligu tagħmel (u tiżvela) kalkoli li ma twettqux. Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tirrifjuta t-talba. |
3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
|
(127) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra u s-sehem tagħhom mis-suq żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u s-sehem tagħhom mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(128) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-ikbar volumi ta' importazzjoni kienu mit-Turkija (bi kważi 4 % tas-sehem mis-suq fil-PIR), l-Emirati Għarab Magħquda (bi kważi 2 % tas-sehem mis-suq fil-PIR) u l-Indja (b'madwar 0,5 % mis-sehem tas-suq fil-PIR). Flimkien is-sehem mis-suq minn pajjiżi terzi kien jirrappreżenta 7,84 % fil-PIR. Dan baqa' relattivament stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bl-intensità massima fl-2015 (8,26 % sehem mis-suq). |
|
(129) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet tat-Turkija żdiedu bi 12 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, għal 6,11 EUR/m2 fil-PIR. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet tal-Emirati Għarab Magħquda waqgħu bi 58 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, għal 3,27 EUR/m2. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet ta' 4,67 EUR/m2 mill-Indja kienu 8 % ogħla fil-PIR paragunati mal-prezzijiet fl-2013. Flimkien, il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kollha li jimportaw ħlief ir-RPĊ waqgħu b'10 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni għal 5,26 EUR/m2. |
4. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.1. Rimarki ġenerali
|
(130) |
B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(131) |
Kif imsemmi fil-premessa (19), intuża kampjunar għad-determinazzjoni tal-ħsara possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(132) |
Il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tal-ħsara makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni kollha abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami u tad-dejta tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li ġiet aġġustata abbażi tad-dejta pprovduta fit-tweġibiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun għall-PIR. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi li jirrigwardaw biss il-kumpaniji inklużi fil-kampjun fuq il-bażi tad-dejta inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' dejta nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(133) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġini tad-dumping. |
|
(134) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta' unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital. |
4.2. L-indikaturi makroekonomiċi
4.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(135) |
Id-dejta dwar il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni għall-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienet stabbilita abbażi tad-dejta mill-Eurostat u d-dejta miġbura minn CET. |
|
(136) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità totali tal-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 5 Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(137) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni naqset b'10 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan jammonta għal 1,24 biljun m2 fil-PIR. Matul l-istess perjodu, iż-żieda fil-konsum tal-Unjoni kienet ta' 18 % (ara t-Tabella 1). |
|
(138) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-użu tal-kapaċità żdied bi 8 % u laħaq madwar 81 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.2.2. Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
(139) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq tagħha jirreferu għall-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil konsumaturi indipendenti. Dawn kienu stabbiliti abbażi tad-dejta mill-Eurostat u d-dejta miġbura mis-CET. Dawn żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej: Tabella 6 Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(140) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 19 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fl-istess perjodu, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' relattivament stabbli b'żieda ta' 1 %. Din żammet sehem mis-suq ta' madwar 90 % fil-PIR. |
4.2.3. L-impjiegi u l-produttività
|
(141) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej: Tabella 7 L-impjiegi u l-produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(142) |
L-impjiegi baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-produttività espressa skont il-volum tal-produzzjoni (f'm2) għal kull impjegat żdiedet b'10 % tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.2.4. Id-daqs tal-marġnijiet tad-dumping
|
(143) |
Il-marġnijiet tad-dumping huma speċifikati fil-premessa (89). Il-marġnijiet kollha huma ogħla b'mod sinifikanti mil-livell de minimis. |
4.3. L-indikaturi mikroekonomiċi
4.3.1. Rimarki ġenerali
|
(144) |
Għal uħud mill-indikaturi mikroekonomiċi espressi f'valuri oħra minbarra dawk assoluti - jiġifieri f'% jew għal kull unità (il-prezz tal-bejgħ, il-kost tal-produzzjoni, il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment), il-figuri kienu ponderati skont il-metodoloġija użata fl-investigazzjoni oriġinali biex jirriflettu s-sehem ta' dak is-segment fil-produzzjoni totali tal-Unjoni (ara l-premessa 20), bl-użu tal-ponderazzjoni speċifika ta' kull segement fil-produzzjoni totali tal-Unjoni (ara l-premessa 107). |
4.3.2. Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(145) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 8 Il-prezzijiet medji tal-bejgħ
|
||||||||||||||||||||
|
(146) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni il-prezz medju tal-bejgħ tal-unitajiet tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied bi 2 %. Fl-istess perjodu, il-kost tal-unità tal-produzzjoni naqas b'9 %. |
4.3.3. Il-kostijiet lavorattivi
|
(147) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi
|
||||||||||||||||||||
|
(148) |
Bejn l-2013 u l-PIR, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu b'7 %. |
4.3.4. L-inventarji
|
(149) |
Il-livelli tal-istokkijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej: Tabella 10 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(150) |
L-istokkijiet tal-għeluq kemm bħala volumi assoluti kif ukoll bħala perċentwal tal-produzzjoni naqqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (bi 12 % u 22 % rispettivament). |
|
(151) |
L-istokkijiet relattivament għoljin espressi bħala perċentwal tal-produzzjoni jibqgħu l-konsegwenza tat-tnaqqis fil-konsum u għalhekk tad-domanda f'dawn l-aħħar snin, wara l-kriżi fis-settur tal-kostruzzjoni wara l-2007. Il-fatt li l-madum taċ-ċeramika huwa prodott li jiddependi fuq ix-xejriet fiż-żmien tal-bejgħ ikkontribwixxa għad-diffikultajiet tal-kumpaniji biex isibu domanda għall-istokkijiet tagħhom u b'hekk inaqqsu l-istokkijiet. Madankollu, il-konsum fil-PIR baqa' aktar baxx mill-2007 (b'37 %, ara l-premessa 111). |
4.3.5. Il-kost tal-produzzjoni
Il-kost unitarju tal-produzzjoni żviluppa kif ġej tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:
Tabella 11
Kost unitarju tal-produzzjoni
|
|
2013 |
2014 |
2015 |
PIR |
|
Kost tal-produzzjoni ta' unità (EUR/m2) |
10,10 |
9,54 |
9,35 |
9,15 |
|
Indiċi (2013 = 100) |
100 |
95 |
93 |
91 |
|
(152) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-madum taċ-ċeramika tal-industrija tal-Unjoni naqas b'9 %. |
4.3.6. Il-profittabilità, il-fluss ta' flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(153) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett, qabel it-taxxa, tal-prodott simili għall-klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Dan żviluppa kif ġej: Tabella 12 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(154) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni saret pożittiva u żdiedet b'mod konsiderevoli minn – 5,8 % għal 2,0 %. Iż-żieda tikkorrispondi għal żvilupp pożittiv, matul l-istess perjodu, tal-indikaturi li għandhom impatt fuq il-profittabbiltà bħal: żieda bi 2 % tal-prezz unitarju tal-bejgħ (ara l-premessa 145), u tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni għal kull unità b'9 % (ara l-premessa 152). Kumplessivament, fil-livell makroekonomiku, il-produzzjoni żdiedet b'10 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni (ara l-premessa 137), u l-Unjoni kisbet 1 % addizzjonali mis-sehem fis-suq (ara l-premessa 140). |
|
(155) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja hija stess l-attività tagħha. Il-fluss tal-flus żdied b'mod sinifikanti bejn l-2013 u l-2014 (b'190 %) u mbagħad baqa' stabbli). |
|
(156) |
L-investimenti żdiedu b'39 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-kumpaniji fis-settur tal-madum taċ-ċeramika jridu jinvestu b'mod kostanti fil-modernizzazzjoni tat-tagħmir, sabiex isegwu x-xejriet fis-suq. Dan jikkonċerna b'mod partikolari l-investiment f'magni tal-istampar li jippermettu li d-disinn tal-madum isegwi x-xejriet, u l-investiment fi fran iktar effiċjenti li huma wieħed mill-akbar diffikultajiet fil-produzzjoni tal-madum taċ-ċeramika. |
|
(157) |
Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-assi fissi. Dan ukoll żviluppa b'mod pożittiv fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u sar pożittiv, li jirrifletti x-xejra 'l fuq ġenerali. |
5. Konklużjoni dwar il-ħsara
|
(158) |
L-industrija tal-Unjoni rnexxiela tirkupra mid-dumping tal-passat. Is-sitwazzjoni ekonomika tagħha tjiebet matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni paragunata mas-sitwazzjoni ekonomika tagħha fil-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. Għalkemm il-miżuri fis-seħħ ma eskludewx lill-produtturi Ċiniżi mis-suq tal-Unjoni, dawn ippermettew lill-produtturi tal-Unjoni jżommu s-sehem mis-suq u dan kellu impatt pożittiv fuq l-iżvilupp ekonomiku tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(159) |
Bħala konsegwenza, fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-indikaturi kollha tal-ħsara wrew xejra pożittiva. Kemm il-produzzjoni kif ukoll il-bejgħ żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezz tal-bejgħ baqa' relattivament stabbli iżda l-kost tal-produzzjoni naqas. Għalkemm dan baqa' relativament għoli, il-livell tal-istokkijiet naqas. Kemm il-fluss tal-flus kif ukoll ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus żdiedu b'mod konsiderevoli. |
|
(160) |
L-indikaturi kollha t'hawn fuq kellhom impatt pożittiv fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, li mxew minn riżultati negattivi għal dawk pożittivi fil-PIR. |
|
(161) |
Fuq il-bażi ta' dan t'hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
F. IL-PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAL-ĦSARA
|
(162) |
Kif ġie determinat hawn fuq (ara l-premessi 103 u 104), l-importazzjonijiet Ċiniżi saru f'livelli ta' prezzijiet li kienu oġġett ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u kien hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping f'każ li l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu. |
|
(163) |
Minħabba li l-Unjoni ma baqgħatx issofri minn ħsara materjali, il-Kummissjoni vvalutat jekk kienx hemm probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara f'każ li l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu. |
|
(164) |
Sabiex tkun stabbilita l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċitajiet ta' riżerva fiċ-Ċina, kemm huwa attraenti s-suq tal-Unjoni, inkluż l-eżistenza ta' miżuri antidumping jew kompensatorji fuq il-madum taċ-ċeramika f'pajjiżi terzi oħra, l-imġiba tal-prezz tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fi swieq oħra ta' pajjiżi terzi, u l-effett fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-analiżi qieset ukoll iż-żieda fil-konsum fl-Unjoni u s-sitwazzjoni profittabbli tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
1. Il-kapaċitajiet ta' produzzjoni u l-kapaċitajiet ta' riżerva fiċ-Ċina
|
(165) |
Ir-RPĊ hija l-ikbar produttur tal-madum taċ-ċeramika fid-dinja. Dan jammonta għal aktar minn nofs il-produzzjoni globali tad-dinja. Il-produzzjoni totali stmata għall-2016 kienet ogħla minn 11-il biljun m2 madum (ara l-premessa 95). |
|
(166) |
Fl-istess ħin, il-kapaċitajiet ta' riżerva disponibbli fir-RPĊ kienu għoljin ħafna paragunati mad-daqs tas-suq tal-Unjoni. Fl-2016, kienu stmati għal madwar 6 biljun m2 (ara l-premessa 95). Paragunat ma' dan, il-produzzjoni tal-Unjoni fil-PIR kienet madwar 1,24 biljun m2 u l-konsum tal-madum kien biss 879 miljun m2 fl-istess perjodu. Għalhekk, il-kapaċità ta' riżerva Ċiniża taqbeż il-konsum tal-Unjoni b'iktar minn sitt darbiet. |
|
(167) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll li l-produtturi esportaturi Ċiniżi akkumulaw stokkijiet sinifikanti li huma jistgħu jibdew jesportaw fil-mument li l-miżuri jiskadu (ara l-premessa 96 hawn fuq). Fuq il-bażi tal-informazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, l-istokkijiet jistgħu jirrappreżentaw sa żewġ terzi mill-produzzjoni tal-madum taċ-ċeramika tagħhom. |
2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(168) |
Għalkemm is-suq tal-Unjoni tal-madum taċ-ċeramika huwa iżgħar f'termini ta' konsum paragunat ma', pereżempju, l-Asja, xorta jirrappreżenta madwar 7 % tal-konsum dinji tal-madum taċ-ċeramika. Barra dan, kif muri fit-Tabella 1 hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat żdied bejn l-2013 u l-PIR minn 750 158 tunnellata għal 878 968 tunnellata. Dan juri li l-konsum tal-Unjoni għadu b'saħħtu u li s-suq tal-Unjoni, minħabba d-daqs relattivament kbir u l-konsum tiegħu li qed jiżdied b'mod stabbli, jibqa' attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(169) |
Qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu jirrappreżentaw bħala medja madwar 65 miljun m2 fis-sena. Il-fatt li l-importazzjonijiet Ċiniżi, għalkemm f'livell aktar baxx (ara t-Tabella 2 hawn fuq), ma waqqfux wara l-impożizzjoni tal-miżuri jikkonferma li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jsibu s-suq tal-Unjoni attraenti u jkomplu jbigħu fis-suq tal-Unjoni. |
|
(170) |
Barra dan, il-miżuri antidumping kienu imposti fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika mir-RPĊ minn pajjiżi terzi oħrajn, (14) li se jagħmilha diffiċli aktar għall-produtturi esportaturi Ċiniżi biex jesportaw lejn dawn is-swieq u jkompli jżid l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, fejn dawn l-esportazzjonijiet jistgħu jiġu ridirezzjonati. |
2.1. L-imġiba tal-prezz tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fi swieq oħra ta' pajjiżi terzi
|
(171) |
Fattur ieħor importanti li juri l-attraenza tas-suq tal-Unjoni huwa l-prezz tal-prodott ikkonċernat, kif mibjugħ mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lil swieq ta' pajjiżi terzi. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun tal-prodott ikkonċernat lis-swieq ta' pajjiżi terzi huma ogħla mill-prezzijiet li dawn l-istess produtturi jitolbu fl-Unjoni, madankollu dawn xorta jibqgħu aktar baxxi b'mod sinifikanti mill-prezzijiet tas-suq tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Matul il-PIR, il-prezz medju tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat, kif esportat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lis-swieq ta' pajjiżi terzi, kien bħala medja 15-25 % aktar baxx mill-prezz medju tal-madum taċ-ċeramika fis-suq tal-Unjoni. |
2.2. Il-prezzijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni
|
(172) |
Element ieħor li juri l-attraenza tas-suq tal-Unjoni huwa l-livell ogħla ta' prezzijiet tal-madum taċ-ċeramika fis-suq tal-Unjoni. Matul il-PIR, il-prezz medju tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi lis-suq tal-Unjoni kien bħala medja 30-40 % aktar baxx mill-prezz medju tal-madum taċ-ċeramika fis-suq tal-Unjoni. Għalkemm il-prezzijiet attwali mill-UAE u l-Indja huma attwalment taħt il-livell tal-prezzijiet Ċiniżi, il-volumi u l-potenzjal ta' tkabbir tagħhom mhumiex komparabbli mad-daqs tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni fir-RPĊ. |
3. L-effett fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(173) |
Meta wieħed iqis il-kapaċitajiet ta' riżerva għoljin fil-PRĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u elementi oħrajn kif mogħti fil-qosor hawn fuq fil-premessi (162) sa (172), huwa probabbli li volumi sinifikanti ta' madum taċ-ċeramika bi prezz baxx ikunu disponibbli għall-bejgħ jew għal ridirezzjoni lejn l-Unjoni fi żmien qasir fil-każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(174) |
Biex tivvaluta l-impatt probabbli ta' importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx bħal dawn fuq l-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni l-ewwel ħarset lejn it-telf potenzjali tagħha mis-sehem tas-suq. Hi ssimulat l-impatt li jkun hemm kieku l-produtturi esportaturi Ċiniżi kellhom jerġgħu jiksbu sehem mis-suq ta' 6,5 % li kellhom fil-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri, qabel l-impożizzjoni tal-miżuri. F'termini ta' volum dan jirrappreżenta 57 miljun m2, abbażi tal-konsum tal-Unjoni fil-PIR. Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, volum bħal dan ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping ta' madum taċ-ċeramika mir-RPĊ kien biżżejjed biex jikkawża ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni fil-passat. |
|
(175) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li minħabba li l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-importazzjonijiet ta' pajjiżi terzi lejn l-Unjoni huma aktar baxxi mill-prezz medju tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u jekk madum Ċiniż bi prezz baxx jerġa' jitfaċċa fis-suq tal-Unjoni, dan se jibda jikseb sehem mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, imbagħad jieħu s-sehem mis-suq tal-esportazzjonijiet minn produtturi minn pajjiżi terzi li jesportaw lejn l-Unjoni. |
|
(176) |
Għalhekk, jekk wieħed jassumi li ż-żieda fl-importazzjonijiet tittraduċi fi tnaqqis ekwivalenti fil-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, bħala riżultat, il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni jiżdied minn 8,95 EUR/m2 għal 9,09 EUR/m2. Iż-żieda fil-kost unitarju tal-produzzjoni tirriżulta fit-tnaqqis tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni sal-punt ta' ekwilibriju (jiġifieri, sa dħul li huwa ugwali għat-total tal-kostijiet fissi u varjabbli). |
|
(177) |
Il-volum tal-importazzjonijiet ta' 57 miljun m2 użat għal din is-simulazzjoni kien ibbażat fuq stima konservattiva. Fir-realtà, jista' jiġi ssoponut li minħabba l-kapaċità ta' riżerva kbira u l-istokkijiet akkumulati, il-produtturi esportaturi Ċiniżi se jibdew jesportaw volumi anke aktar sinifikanti ta' madum taċ-ċeramika lejn l-Unjoni. Dan l-istokk jista' jsir disponibbli biex jiġi esportat lejn l-Unjoni fiż-żmien meta jieqfu l-miżuri. |
|
(178) |
Tabilħaqq, il-madum taċ-ċeramika huwa prodott li jiddependi fuq ix-xejriet u l-moda kurrenti. Għalhekk, huwa improbabbli li l-iskokk kollu akkumulat se jkun esportat lejn l-Unjoni jekk jiskadu l-miżuri. Madankollu, minħabba l-volumi konsiderevoli tal-istokkijiet akkumulati, l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jista' jkun konsiderevoli anke jekk perċentwal żgħir ta' dan l-istokk jasal fis-suq tal-Unjoni. |
|
(179) |
Barra dan, il-kapaċitajiet ta' riżerva enormi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi jsaħħu l-probabbiltà li l-madum taċ-ċeramika Ċiniż jidħol fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni sabet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jużaw tagħmir simili jew l-istess bħal dak użat mill-industrija tal-Unjoni u li jistgħu jipproduċu fil-parti l-kbira madum ta' kwalità u disinn simili bħal dak ta' prodotturi tal-Unjoni. Minkejja dan, wara valutazzjoni ulterjuri, il-Kummissjoni sabet li ma kien hemm l-ebda informazzjoni li tappoġġja l-affermazzjoni li l-madum taċ-ċeramika kien sensibbli għall-prezz, u li mill-perspettiva tal-utent finali l-uniku fattur determinanti jkun il-prezz. Wieħed ma jistax jiċħad li l-prezz huwa mill-inqas wieħed mill-fatturi deċiżivi meta l-konsumaturi jagħżlu prodott speċifiku, flimkien ma' fatturi oħra bħalma huma l-marka u l-moda, u minħabba s-similaritajiet bejn il-madum taċ-ċeramika mill-Unjoni u miċ-Ċiniż, il-Kummissjoni nnutat li hemm probabbiltà li l-importazzjonijiet ta' prodotti Ċiniżi oġġett ta' dumping ibaxxu l-prezzijiet tal-Unjoni u għandhom il-konsegwenzi msemmija hawn fuq (ara l-premessi (173) sa (178) aktar 'il fuq). |
|
(180) |
Għalhekk, huwa probabbli li l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping jisfurzaw lill-produtturi tal-madum taċ-ċeramika tal-Unjoni biex jaġġustaw il-prezzijiet għal-livell tagħhom. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (172), bħala medja, l-importazzjonijiet Ċiniżi huma ddikjarati fi prezz li huwa b'mod sinifikanti aktar baxx mill-prezz tas-suq tal-Unjoni. |
|
(181) |
It-tieni, il-Kummissjoni ħarset lejn l-effetti fuq il-prezzijiet. Hi ssimulat xi jkun l-effett li jirriżulta jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx fis-suq tal-Unjoni jwaqqgħu l-prezz tal-prodott ikkonċernat, kif mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. Abbażi tad-dejta verifikata tal-produtturi tal-Unjoni u l-produtturi esportaturi Ċiniżi għall-PIR, tnaqqis ipotetiku fil-prezz tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi tal-Unjoni għal-livell tal-prezzijiet Ċiniżi jirriżulta fi tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà tagħhom u f'telf kbir ta' 47,52 %. |
|
(182) |
It-tielet, bħala alternattiva, il-Kummissjoni ssoponiet li l-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni jitwaqqa' għal-livell tal-prezz medju tal-bejgħ tal-esportaturi Ċiniżi lejn swieq terzi. Hawnhekk, b'mod simili, fuq il-bażi tad-dejta verifikata tal-produtturi tal-Unjoni, il-profittabbiltà tagħhom tiddeterjora u tirriżulta f'telf konsiderevoli ta' 17,15 %. |
|
(183) |
Is-CCCMC argumentat is-simulazzjonijiet li wettqet il-Kummissjoni kienu żbaljati. Fil-fehma tagħha, meta ssimulat l-impatt biex jinkiseb lura sehem mis-suq ta' 6,5 % mill-importazzjonijiet Ċiniżi, il-Kummissjoni kienet naqset milli tqis taħliet differenti tal-prodott, in-nuqqas tal-komparabbiltà tal-prezzijiet u (in-nuqqas ta') kompetittività bejn it-tipi ta' prodotti. |
|
(184) |
Is-CCCMC argumentat ukoll li meta ssimulatat iż-żieda fl-kostijiet tal-produzzjoni li jirriżultaw miż-żieda tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni injorat id-differenzi sinifikanti bejn il-kostijiet tal-produzzjoni tat-tipi differenti tal-prodott, u l-fatt li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu jikkonċernaw biss għadd limitat ta' PCNs. |
|
(185) |
Barra minn hekk, is-CCCMC argumentat li meta l-Kummissjoni ssimulatat l-effetti fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, hija bbażat ruħha biss fuq il-prezzijiet medji, u qisitx id-differenzi fil-prezzijiet tat-tipi differenti ta' madum taċ-ċiramika filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu limitati u kienu jirrigwardaw biss għadd limitat ta' tipi tal-prodott. Is-CCCMC qalet li minħabba d-differenzi importanti fit-tipi ta' madum taċ-ċeramika, ma kinitxteżisti relazzjoni ta' kompetizzjoni bejn tipi differenti ta' madum taċ-ċeramika, u għaldaqstant il-prezzijiet ta' tip wieħed ta' madum taċ-ċeramika ma setgħux jagħmlu pressjoni fuq il-prezzijiet ta' tip ieħor ta' madum. Hija argumentat li l-Kummissjoni kellha tagħmel simulazzjonijiet għal kull tip ta' prodott u mhux fuq bażi aggregata, kif kien il-każ għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz. |
|
(186) |
Għalhekk, skont is-CCCMC, il-Kummissjoni kienet naqset milli tiddetermina l-probabbiltà fuq bażi fattwali suffiċjenti, biex tasal għal “konklużjonijiet raġunati u adegwati” u naqset milli twettaq analiżi li tkun ibbażata fuq evidenza pożittiva u eżami oġġettiv. |
|
(187) |
Il-Kummissjoni fakkret li, l-ewwel nett, hija waslet għall-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara wara li analizzat għadd ta' elementi bħalma huma l-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċitajiet ta' riżerva fir-RPĊ, l-attrattiva tas-suq tal-Unjoni, l-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fi swieq oħrajn ta' pajjiżi terzi, u l-effett fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Ewropa (ara l-premessi 164 sa 172). Is-simulazzjonijiet tagħha saħħew u kkonfermaw il-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rikorrenza ta' ħsara f'każ li l-miżuri attwali jitħallew jiskadu. |
|
(188) |
It-tieni, biex iwettqu s-simulazzjonijiet, il-Kummissjoni setgħet tibbaża lilha nnfisha biss fuq id-dejta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u fuq il-volumi u l-prezzijiet aggregati tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ. Hija ma qisitx informazzjoni dwar tipi ta' prodotti u prezzijiet ta' kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun. |
|
(189) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tibbaża ruħha fuq għadd ta' suppożizzjonijiet inkluż it-taħlita partikolari tal-prodott importat mir-RPĊ matul il-PIR u l-prezzijiet medji tagħha. Dawn is-suppożizzjonijiet ma jrendux l-analiżi tagħha żbaljata. Minflok u għall-kuntrarju, il-Kummissjoni qieset li hija kienet għażlet approċċ pjuttost konservattiv, fid-dawl tal-elementi l-oħra kollha bħal pereżempju u l-kapaċità ta' riżerva u ta' produzzjoni fir-RPĊ. L-analiżi ta' elementi oħra wriet li jekk il-miżuri jiskadu, li volum ferm akbar kif ukoll it-taħlita usa' tal-prodott jiġu importati lejn l-Unjoni, kif kien il-każ fil-PI oriġinali. Barra minn hekk, is-simulazzjonijiet wrew li l-importazzjonijiet futuri potenzjali kien ikollhom impatt negattiv sinifikanti fuq is-saħħa finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u jirriżultaw f'rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx din l-affermazzjoni. |
|
(190) |
Is-CCCMC argumentat ukoll li l-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara kienet żbaljata peress li l-Kummissjoni sabet biss effetti fuq il-prezzijiet għal subsett żgħir ta' bejgħ tal-Unjoni. Twaqqigħ tal-prezzijiet li nstab kien jirrappreżenta biss madwar 1 % tat-total tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR u madwar 8 % tal-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-PIR. Barra minn hekk, is-CCCMC semmiet l-għadd żgħir ta' tipi ta' prodotti (sitta) li nbiegħu mill-produtturi esportaturi Ċiniżi matul il-PIR (minn aktar minn mija mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni), u għalhekk għal livell baxx ta' tqabbil. |
|
(191) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni fakkret li dan il-każ kien rieżami ta' skadenza. L-effett tal-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ kienu li naqqsu b'mod sinifikanti l-importazzjonijiet mir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz setgħet titwettaq biss abbażi tal-importazzjonijiet (fil-kampjun) u kienu jirrappreżentaw biss wieħed mid-diversi elementi biex tiġi vvalutata l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping u ħsara. |
|
(192) |
It-tieni nett, kuntrarjament għall-valutazzjoni fl-investigazzjoni oriġinali, il-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara hija ta' natura prospettiva. L-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet tal-passat kienet biss wieħed mill-indikaturi dwar prezzijiet futuri u l-volum tal-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat, u l-effetti tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni. |
|
(193) |
It-tielet, analiżi tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun uriet li minkejja l-miżuri, it-tipi kollha tal-prodott importati minnhom ikunu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. F'dak il-każ, volum akbar ukoll u wkoll ħafna aktar tipi tal-prodott jiġu importati lejn l-Unjoni bi prezzijiet li x'aktarx iwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni. Dan ikompli jindika l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx din l-affermazzjoni. |
|
(194) |
Is-CCCMC argumentat ukoll li n-nuqqas ta' analiżi segmentata (skont segmenti tal-kumpaniji) ivvizzja s-sejbiet kollha relatati ma' (il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni)tal-ħsara. Is-CCCMC argumentat li l-Kummissjoni kellha tipprovdi valutazzjoni tal-ħsara għal kull segment jiġifieri għall-kumpaniji żgħar, medji u kbar, sabiex tippermetti lis-CCCMC teżerċita d-drittijiet ta' difiża tagħha u biex tanalizza l-pożizzjoni tas-CCCMC li ma kien hemm l-ebda bażi biex jiġi konkluż li l-ħsara kienet x'aktarx tirrikorri. |
|
(195) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li analiżi segmentali separata tal-ħsara ma kinitx xierqa jew meħtieġ f'dan ir-rieżami tal-iskadenza. Permezz ta' teħid ta' kampjun tal-produtturi tal-Unjoni ta' daqsijiet differenti b'tali mod li kull segment kien rappreżentat fil-kampjun, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ħsara u tal-analiżi tal-probabbiltà, is-sitwazzjoni tas-segmenti differenti ġiet awtomatikament riflessa fis-sejbiet kollha tal-ħsara. Barra minn hekk, f'konformità mal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament bażiku, id-determinazzjoni tal-ħsara twettqet għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi u mhux għal produtturi individwali jew għal xi grupp ta' produtturi. Il-kampjun f'dan il-każ tqies rappreżentattiv tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni sħiħa kif spjegat fil-premessi minn (19) sa (25) u (105) sa (107) hawn fuq. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetux dan l-argument. |
|
(196) |
Is-CCCMC finalment argumentat li l-Kummissjoni missha kkumplimentat l-analiżi tagħha tal-istat tal-industrija tal-Unjoni b'analiżi skont il-gruppi tat-tip tal-prodott. Madankollu, minbarra affermazzjonijiet, la s-CCCMC, u lanqas kwalunkwe parti interessata oħra ma ssottomettiet xi dettalji dwar liema tipi ta' prodott partikolari kien jistħoqqilhom analiżi separata — ara l-premessa (46). Barra minn hekk, analiżi segmentata ma kinitx parti mill-investigazzjoni oriġinali. Il-Kummissjoni ma kellha l-ebda raġuni biex tikkunsidra li din l-analiżi kienet xierqa u għalhekk qieset li dan l-argument kien bla bażi. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx din l-affermazzjoni. |
|
(197) |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tħassir tal-miżuri, bil-probabbiltà kollha jwassal għal rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni. |
G. INTERESSI TAL-UNJONI
1. Kummenti preliminari
|
(198) |
F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti kontra r-RPĊ tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
2. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(199) |
Matul il-PIR l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ. F'każ li l-miżuri kontra r-RPĊ kellhom jitħassru, huwa probabbli madanakollu li jkun hemm rikorrenza tal-ħsara billi l-industrija tal-Unjoni tiġi esposta għal importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ, potenzjalment f'volumi sinifikanti u li jqiegħdu pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet. Bħala konsegwenza, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni probabbilment tiddeterjora b'mod sinifikanti għar-raġunijiet deskritti hawn fuq (ara l-premessi 173 sa 197). Għall-kuntrarju ta' dan, iż-żamma tal-miżuri ġġib ċertezza lis-suq, li tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżomm ix-xejriet ekonomiċi pożittivi tagħha waqt li topera f'suq ġust u kompetittiv. |
|
(200) |
Fuq il-bażi ta' dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri se tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
3. L-interess tal-importaturi
|
(201) |
Aktar minn elf importatur/utent magħruf ġew ikkuntattjati fl-istadju tal-bidu. Ħdax-il kumpanija wieġbu għall-formola tal-kampjunar, u tlieta mlew il-formola tal-kwestjonarju. |
|
(202) |
Tnejn mill-kumpaniji kienu kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri, u waħda minnhom argumentat li kinitx se tkun kontra l-miżuri jekk dawn jinżammu b'rata aktar baxxa. Il-kumpanija li fadal ma kellha l-ebda fehma speċifika dwar jekk il-miżuri għandhomx jitħallew jiskadu jew le. |
|
(203) |
It-tliet kumpaniji kollha kienu tal-fehma li flimkien mal-miżuri, ir-rata tal-kambju attwali u l-kostijiet tat-trasport jagħmlu l-importazzjoni tal-madum taċ-ċeramika mir-RPĊ inqas attraenti, u li l-importazzjonijiet mir-RPĊ jistgħu jiżdiedu b'mod mhux sinifikanti jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fl-istess ħin tnejn mit-tliet importaturi kkunsidraw li qabel l-impożizzjoni tal-dazji antidumping, l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu attraenti minħabba d-disinji u l-prezzijiet baxxi tagħhom. |
|
(204) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, ġie konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri mhux se jkollha impatt sinifikanti fuq l-attività tal-importaturi għaliex dawn jistgħu, fost oħrajn, jaqilbu għal sorsi oħra ta' provvista. Il-Kummissjoni osservat li, tabilħaqq, matul il-PIR, u filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqas għal 1,7 %, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra minbarra r-RPĊ laħqu kważi sehem mis-suq ta' 8 % (ara l-premessa 127) paragunati ma' 5,3 % fil-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali (15). Dawn l-importazzjonijiet ma kinux affettwati mid-dazji għaliex mhumiex ġejjin miċ-Ċina. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li jekk il-miżuri jinżammu, dawn m'għandhomx iwaqqfu lill-importaturi tal-Unjoni milli jkomplu jixtru prodotti simili minn sorsi oħra. |
|
(205) |
Finalment, il-livell pjuttost baxx ta' kooperazzjoni tal-importaturi mhux relatati jissuġġerixxi li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi. |
4. L-interess tal-utenti
|
(206) |
Fil-bidu, l-utenti kollha magħrufa ġew ikkuntattjati flimkien mal-importaturi. Madankollu, l-ebda utent jew assoċjazzjoni tal-utenti ma ressqu 'l quddiem. Fil-każ oriġinali, il-Kummissjoni kkalkulat l-impatt tal-miżuri fuq il-konsumaturi finali u waslet għall-konklużjoni li l-impatt f'termini ta' żieda fil-kostijiet għal kull m2 kien limitat u jammonta għal inqas minn 0,5 EUR/m2. Fl-istess ħin, il-konsum medju fis-sena tal-konsumaturi fl-Unjoni kien ta' madwar 2,2 m2 kull persuna. L-impatt medju fuq il-konsumaturi fl-Unjoni kien, għalhekk, 1,1 EUR/m2 kull persuna. Għall-istess raġunijiet bħal dawk stabbiliti fil-premessi (182) sa (184) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 917/2011, dan tqies bħala mhux sinifikanti. Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-impatt tal-miżuri fuq l-importaturi, l-utenti u l-fornituri li setgħu jkunu soġġetti għal kostijiet addizzjonali jew għal nuqqas ta' provvista minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri. Ġie konkluż li l-impożizzjoni ta' miżuri ma kellhiex impatt sinifikant fuq l-attività tagħhom. |
5. Ponderazzjoni u bbilanċjar tal-interessi
|
(207) |
Fil-ponderazzjoni u fl-ibbilanċjar tal-interessi differenti, il-Kummissjoni tat kunsiderazzjoni speċjali lill-ħtieġa li jiġu eliminati l-effetti ta' dumping dannuż li jfixklu l-kummerċ u li terġa' tiġi restawrata l-kompetizzjoni effettiva. Filwaqt li l-kontinwazzjoni tal-miżuri tipproteġi industrija importanti tal-Unjoni, inklużi diversi intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, kontra r-rikorrenza possibbli tal-ħsara, il-livell pjuttost baxx ta' kooperazzjoni tal-importaturi u l-utenti jissuġġerixxi li l-kontinwazzjoni tal-miżuri mhux se jkollha impatt negattiv sproporzjonat fuqhom. |
6. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(208) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri fuq l-importazzjonijiet ta' madum taċ-ċeramika li joriġina mir-RPĊ. |
H. IL-KONKLUŻJONI U D-DIVULGAZZJONI
|
(209) |
Il-partijiet kollha ġew infurmati dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jinżammu l-miżuri eżistenti kontra r-RPĊ. Ingħataw ukoll perjodu ta' żmien biex jissottomettu kummenti sussegwenti għal dik id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq. |
|
(210) |
Minn dan isegwi li, kif previst fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-RPĊ imposti bir-Regolament (UE) Nru 917/2011, għandhom jinżammu. |
|
(211) |
Dan ir-Regolament huwa konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(1) Dazju definittiv antidumping qed b'dan jiġi impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċangaturi u ċangar tal-pavimentar, madum għall-qigħan tal-fuklari jew għall-ħitan taċ-ċeramika, igglejżjati jew mhix igglejżjati; kubi tal-możajk taċ-ċeramika gglejżjati jew mhux igglejżjati u simili, kemm jekk imwaħħlin fuq dahar kif ukoll jekk le, li jaqgħu fi ħdan il-Kodiċi HS 6907, u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
(2) Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji li ġejjin għandha tkun din li ġejja:
|
Kumpanija |
Dazju |
Kodiċi TARIC Addizzjonali |
|
Dongguan City Wonderful Ceramics Industrial Park Co., Ltd.; Guangdong Jiamei Ceramics Co., Ltd.; |
32,0 % |
B938 |
|
Qingyuan Gani Ceramics Co. Ltd.; Foshan Gani Ceramics Co. Ltd. |
13,9 % |
B939 |
|
Guangdong Xinruncheng Ceramics Co. Ltd. |
29,3 % |
B009 |
|
Shandong Yadi Ceramics Co Ltd |
36,5 % |
B010 |
|
Kumpaniji elenkati fl-Anness I |
30,6 % |
|
|
Il-kumpaniji kollha l-oħrajn |
69,7 % |
B999 |
(3) L-applikazzjoni tar-rati ta' dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
(4) Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali
Artikolu 2
Meta kwalunkwe produttur mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jipprovdi evidenza biżżejjed lill-Kummissjoni li (a) ma esportax il-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta' April 2009 sal-31 ta' Marzu 2010), (b) li mhuwiex relatat ma' esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament u (c) li jew effettivament esporta l-prodotti kkonċernati jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara li jkun spicċa l-perjodu tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness I billi żżid produttur esportatur ġdid mal-kumpaniji li mhumiex fil-kampjun jew billi ma tagħtix trattament individwali u b'hekk ikun soġġett għar-rata medja tad-dazju ponderata ta' 30,6 %.
Artikolu 3
Fejn tiġi ppreżentata dikjarazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa rigward il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, l-għadd ta' metri kwadri tal-prodotti impurtati għandu jiddaħħal fl-ispazju rilevanti ta' dik id-dikjarazzjoni.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011 tat-12 ta' Settembru 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 238, 15.9.2011, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/782 tad-19 ta' Mejju 2015 li jżid kumpanija mal-lista ta' produtturi mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 917/2011 (ĠU L 124, 20.5.2015, p. 9).
(3) Ara r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/409 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 23).
(4) Notifika tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri antidumping (ĠU C 425, 18.12.2015, p. 20).
(5) Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' madum taċ-ċeramika li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 336, 13.9.2016, p. 5).
(6) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Marzu 1985, fil-Kawża C-264/82 Timex vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:1985:119, fil-paragrafu 24.
(7) Id-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta' Frar 2012 dwar il-funzjoni u t-termini ta' referenza tal-uffiċjal tas-seduta f'ċerti proċeduri kummerċjali (ĠU L 107, 19.4.2012, p. 5).
(8) Kif spjegat fil-premessa (10), l-ismijiet tal-produtturi tal-Unjoni mhumiex iddivulgati għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.
(9) Jekk jogħġbok ara wkoll is-Sentenza fil-każ C-687/13, punt 67, talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht München - il-Ġermanja, Fliesen-Zentrum Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Regensburg Fliesen-Zentrum, Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta' Settembru 2015.
(10) Sors: The China Building Ceramics and Sanitary Ware Association (“CBCSA”) (sit web: http://www.china-china.cn)
(11) Il-ponderazzjonijiet attwali kienu ftit differenti minn dawk użati fl-investigazzjoni oriġinali, stabbiliti abbażi ta' dejta mill-2008.
(12) Ara l-premessa (121) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 258/2011 tas-16 ta' Marzu 2011 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 70, tas-17.3.2011, p. 5).
(13) Matul l-investigazzjoni oriġinali (mill-2007 sal-31 ta' Marzu 2010), l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu bħala medja madwar 65 miljun m2 fis-sena.
(14) It-Tajlandja (2,18-35,49 %), l-Arġentina (USD 50,03/m2), il-Brażil (USD 3,34/m2 għal USD 6,42/m2), il-Korea t'Isfel (9,07 % għal 37,40 %), l-Indja (żieda ta' sa USD 1,87 kull m2), il-Messiku (impenn fuq il-prezzijiet FOB ta' mhux inqas minn USD 6,72/m2, jew dazji ta' USD 2,9/m2 sa USD 12,42/m2), u l-Pakistan (5,21 %-59,18 %). Sors: L-Anness 22 tat-talba, is-sit web tad-WTO għar-rapport semiannwali skont l-Artikolu 16.4 tal-Ftehim mill-pajjiżi differenti, u l-pubblikazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi Indjan.
(15) Ara l-premessa (78) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 258/2011 tas-16 ta' Marzu 2011 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 5).
ANNESS I
Produtturi Ċiniżi li kkooperaw imma ma ntgħażlux fil-kampjun jew li ma ngħatawx trattament individwali:
|
Isem |
Kodiċi TARIC Addizzjonali |
|
Dongguan He Mei Ceramics Co. Ltd |
B132 |
|
Dongpeng Ceramic (Qingyuan) Co. Ltd |
B133 |
|
Eagle Brand Ceramics Industrial (Heyuan) Co. Ltd |
B134 |
|
Enping City Huachang Ceramic Co. Ltd |
B135 |
|
Enping Huiying Ceramics Industry Co. Ltd |
B136 |
|
Enping Yungo Ceramic Co. Ltd |
B137 |
|
Foshan Aoling Jinggong Ceramics Co. Ltd |
B138 |
|
Foshan Bailifeng Building Materials Co. Ltd |
B139 |
|
Foshan Bragi Ceramic Co. Ltd |
B140 |
|
Foshan City Fangyuan Ceramic Co. Ltd |
B141 |
|
Foshan Gaoming Shuncheng Ceramic Co. Ltd |
B142 |
|
Foshan Gaoming Yaju Ceramics Co. Ltd |
B143 |
|
Foshan Guanzhu Ceramics Co. Ltd |
B144 |
|
Foshan Huashengchang Ceramic Co. Ltd |
B145 |
|
Foshan Jiajun Ceramics Co. Ltd |
B146 |
|
Foshan Mingzhao Technology Development Co. Ltd |
B147 |
|
Foshan Nanhai Jingye Ceramics Co. Ltd |
B148 |
|
Foshan Nanhai Shengdige Decoration Material Co. Ltd |
B149 |
|
Foshan Nanhai Xiaotang Jinzun Border Factory Co. Ltd |
B150 |
|
Foshan Nanhai Yonghong Ceramic Co. Ltd |
B151 |
|
Foshan Oceanland Ceramics Co. Ltd |
B152 |
|
Foshan Oceano Ceramics Co. Ltd |
B153 |
|
Foshan Sanshui Hongyuan Ceramics Enterprise Co. Ltd |
B154 |
|
Foshan Sanshui Huiwanjia Ceramics Co. Ltd |
B155 |
|
Foshan Sanshui New Pearl Construction Ceramics Industrial Co. Ltd |
B156 |
|
Foshan Shiwan Eagle Brand Ceramic Co. Ltd |
B157 |
|
Foshan Shiwan Yulong Ceramics Co. Ltd |
B158 |
|
Foshan Summit Ceramics Co. Ltd |
B159 |
|
Foshan Tidiy Ceramics Co. Ltd |
B160 |
|
Foshan VIGORBOOM Ceramic Co. Ltd |
B161 |
|
Foshan Xingtai Ceramics Co. Ltd |
B162 |
|
Foshan Zhuyangyang Ceramics Co. Ltd |
B163 |
|
Fujian Fuzhou Zhongxin Ceramics Co. Ltd |
B164 |
|
Fujian Jinjiang Lianxing Building Material Co. Ltd |
B165 |
|
Fujian Minqing Jiali Ceramics Co. Ltd |
B166 |
|
Fujian Minqing Ruimei Ceramics Co. Ltd |
B167 |
|
Fujian Minqing Shuangxing Ceramics Co. Ltd |
B168 |
|
Gaoyao Yushan Ceramics Industry Co. Ltd |
B169 |
|
Guangdong Bode Fine Building Materials Co. Ltd |
B170 |
|
Guangdong Foshan Redpearl Building Material Co. Ltd |
B171 |
|
Guangdong Gold Medal Ceramics Co. Ltd |
B172 |
|
Guangdong Grifine Ceramics Co. Ltd |
B173 |
|
Guangdong Homeway Ceramics Industry Co. Ltd |
B174 |
|
Guangdong Huiya Ceramics Co. Ltd |
B175 |
|
Guangdong Juimsi Ceramics Co. Ltd |
B176 |
|
Guangdong Kaiping Tilee's Building Materials Co. Ltd |
B177 |
|
Guangdong Kingdom Ceramics Co. Ltd |
B178 |
|
Guangdong Monalisa Ceramics Co. Ltd |
B179 |
|
Guangdong New Zhong Yuan Ceramics Co. Ltd Shunde Yuezhong Branch |
B180 |
|
Guangdong Ouya Ceramics Co. Ltd |
B181 |
|
Guangdong Overland Ceramics Co. Ltd |
B182 |
|
Guangdong Qianghui (QHTC) Ceramics Co. Ltd |
B183 |
|
Guangdong Sihui Kedi Ceramics Co. Ltd |
B184 |
|
Guangdong Summit Ceramics Co. Ltd |
B185 |
|
Guangdong Tianbi Ceramics Co. Ltd |
B186 |
|
Guangdong Winto Ceramics Co. Ltd |
B187 |
|
Guangdong Xinghui Ceramics Group Co. Ltd |
B188 |
|
Guangning County Oudian Art Ceramic Co. Ltd |
B189 |
|
Guangzhou Cowin Ceramics Co. Ltd |
B190 |
|
Hangzhou Nabel Ceramics Co. Ltd |
B191 |
|
Hangzhou Nabel Group Co. Ltd |
B192 |
|
Hangzhou Venice Ceramics Co. Ltd |
B193 |
|
Heyuan Becarry Ceramics Co. Ltd |
B194 |
|
Guangdong Luxury Micro-crystal stone Technology Co., Ltd |
B195 |
|
Hitom Ceramics Co. Ltd |
B196 |
|
Huiyang Kingtile Ceramics Co. Ltd |
B197 |
|
Jiangxi Ouya Ceramics Co. Ltd |
B198 |
|
Jingdezhen Tidiy Ceramics Co. Ltd |
B199 |
|
Kim Hin Ceramics (Shanghai) Co. Ltd |
B200 |
|
Lixian Xinpeng Ceramic Co. Ltd |
B201 |
|
Louis Valentino (Inner Mongolia) Ceramic Co. Ltd |
B202 |
|
Louvrenike (Foshan) Ceramics Co. Ltd |
B203 |
|
Nabel Ceramics (Jiujiang City) Co. Ltd |
B204 |
|
Ordos Xinghui Ceramics Co. Ltd |
B205 |
|
Qingdao Diya Ceramics Co. Ltd |
B206 |
|
Qingyuan Guanxingwang Ceramics Co. Ltd |
B207 |
|
Qingyuan Oudian Art Ceramic Co. Ltd |
B208 |
|
Qingyuan Ouya Ceramics Co. Ltd |
B209 |
|
RAK (Gaoyao) Ceramics Co. Ltd |
B210 |
|
Shandong ASA Ceramic Co. Ltd |
B211 |
|
Shandong Dongpeng Ceramic Co. Ltd |
B212 |
|
Shandong Jialiya Ceramic Co. Ltd |
B213 |
|
Shanghai CIMIC Holdings Co., Ltd |
B214 |
|
Sinyih Ceramic (China) Co. Ltd |
B215 |
|
Sinyih Ceramic (Penglai) Co. Ltd |
B216 |
|
Southern Building Materials and Sanitary Co. Ltd of Qingyuan |
B217 |
|
Tangshan Huida Ceramic Group Co. Ltd |
B218 |
|
Tangshan Huida Ceramic Group Huiquin Co. Ltd |
B219 |
|
Tegaote Ceramics Co. Ltd |
B220 |
|
Tianjin (TEDA) Honghui Industry & Trade Co. Ltd |
B221 |
|
Topbro Ceramics Co. Ltd |
B222 |
|
Xingning Christ Craftworks Co. Ltd |
B223 |
|
Zhao Qing City Shenghui Ceramics Co. Ltd |
B224 |
|
Zhaoqing Jin Ouya Ceramics Company Limited |
B225 |
|
Zhaoqing Zhongheng Ceramics Co. Ltd |
B226 |
|
Zibo Hualiansheng Ceramics Co. Ltd |
B227 |
|
Zibo Huaruinuo Ceramics Co. Ltd |
B228 |
|
Shandong Tongyi Ceramics Co. Ltd |
B229 |
|
Onna Ceramic Industries (China) Co., Ltd |
B293 |
|
Everstone Industry (Qingdao) Co., Ltd |
B998 |
ANNESS II
Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, trid tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):
|
1. |
L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali. |
|
2. |
Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) tal-madum taċ-ċeramika mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem il-kumpanija u s-sede reġistrata) (Kodiċi TARIC addizzjonali) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett. (Data u Firma)” |