European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1167

30.6.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1167

tad-29 ta’ Novembru 2024

dwar l-għajnuna mill-Istat SA.50952 (2022/C) (ex 2018/FC) implimentata mill-Ġermanja għal DB Cargo

(notifikata bid-dokument C(2024) 8610)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1), il-punt (a), tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-miżuri identifikati fil-kawża SA.50952 (2022/C) (ex 2018/FC) (1),

Wara li talbet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (2) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fid-19 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet ilment dwar allegata għajnuna mill-Istat mogħtija lil DB Cargo Aktiengesellschaft (“DB Cargo”) (3).

(2)

Permezz ta’ ittra tal-31 ta’ Jannar 2022 (id-“Deċiżjoni tal-Ftuħ”), wara diversi sottomissjonijiet mill-ilmentatur u mill-Ġermanja deskritti fiha, b’mod partikolari wara li bagħtet l-ilment bl-ewwel talba għal informazzjoni fl-20 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward ta’ erba’ miżuri mogħtija favur DB Cargo.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-19 ta’ Awwissu 2022 (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Ġermaniżi u lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ fi żmien xahar.

(4)

L-awtoritajiet Ġermaniżi ssottomettew lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ permezz ta’ ittra datata l-21 ta’ April 2022. Barra minn hekk, il-Ġermanja bagħtet aktar osservazzjonijiet u informazzjoni fis-17 ta’ Mejju, fit-8 ta’ Ġunju, fil-25 ta’ Lulju, fit-28 ta’ Awwissu, fis-26 ta’ Settembru u fit-23 ta’ Ottubru 2023. Fl-2024, il-Ġermanja ppreżentat informazzjoni addizzjonali fit-13 ta’ Marzu, fl-10 ta’ Ġunju u fl-1 ta’ Lulju.

(5)

Fid-19 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Merkanzija bil-Ferrovija (ERFA, European Rail Freight association), organizzazzjoni Ewropea li tirrappreżenta l-interessi ta’ kumpaniji privati u indipendenti tal-merkanzija bil-ferrovija, u mingħand l-ilmentatur. Fit-18 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti tal-partijiet interessati lill-awtoritajiet Ġermaniżi fejn stiednet lil dawn tal-aħħar jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom, kif għamlu permezz ta’ ittra datata t-18 ta’ Jannar 2023.

(6)

Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni u kjarifiki mingħand il-Ġermanja permezz ta’ ittra tas-26 ta’ Lulju 2022, li għaliha l-Ġermanja wieġbet permezz ta’ ittra tas-26 ta’ Settembru 2022. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand il-Ġermanja permezz ta’ ittri tal-1 ta’ Awwissu u tas-27 ta’ Settembru 2023 (li għalihom il-Ġermanja wieġbet permezz ta’ ittri tal-31 ta’ Ottubru u tad-9 ta’ Novembru 2023). Il-Kummissjoni għamlet ukoll talbiet permezz ta’ ittri tal-15 ta’ Mejju 2024, tal-5 ta’ Settembru 2024 u tas-17 ta’ Novembru 2024, li għalihom il-Ġermanja wieġbet permezz ta’ ittri tal-10 ta’ Ġunju, tal-5 u tas-27 ta’ Settembru, tal-1 u tal-21, tat-22, tat-23 u tal-25 ta’ Novembru 2024.

(7)

Is-servizzi tal-Kummissjoni ltaqgħu mal-awtoritajiet Ġermaniżi, inkluż fid-dati li ġejjin fl-2023: l-24 ta’ Frar, id-19 ta’ April, it-12 ta’ Mejju, it-30 ta’ Ġunju, it-28 ta’ Lulju, it-18 ta’ Awwissu, id-29 ta’ Awwissu, il-21 ta’ Settembru, il-21 ta’ Novembru u l-20 ta’ Diċembru, u fid-dati li ġejjin fl-2024: it-13 ta’ Marzu, it-30 ta’ April, it-13 ta’ Ġunju, il-5 ta’ Lulju, il-11 ta’ Lulju, it-12 u d-19 ta’ Settembru u d-19 u l-25 ta’ Novembru.

(8)

Permezz tal-ittra tal-21 ta’ Novembru 2024, il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja qabel b’mod eċċezzjonali li jirrinunzja d-drittijiet tiegħu li jirriżultaw mill-Artikolu 342 tat-TFUE flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-KE Nru 1/1958 u li d-Deċiżjoni preżenti tiġi adottata u nnotifikata skont l-Artikolu 297 tat-Trattat bil-lingwa Ingliża.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI

2.1.   DB Cargo: l-istorja korporattiva, l-istruttura u r-regoli korporattivi

(9)

DB Cargo hija operatur ta’ servizz tal-merkanzija bil-ferrovija bil-kwartieri ġenerali f’Mainz, il-Ġermanja. Din tipprovdi servizzi tal-merkanzija bil-ferrovija fi 17-il pajjiż, inkluż Stati Membri. DB Cargo nnifisha topera fis-suq intern permezz ta’ sussidjarji domestiċi, bħal TFG Transfracht GmbH, kif ukoll sussidjarji internazzjonali inkluż fi Stati Membri oħra, bħal DB Cargo Belgium BV, DB Cargo Scandinavia A/S, DB Cargo France SAS, DB Cargo Nederland N.V., DB Cargo Polska S.A., jew Transfesa Logistics, S.A. (Spanja) (kollha flimkien minn hawn ’il quddiem imsejħa “DB Cargo Group”) (5).

(10)

DB Cargo hija sussidjarja ta’ Deutsche Bahn Aktiengesellschaft (“DB AG”). DB AG hija kumpanija azzjonarja u kumpanija omm ta’ għadd ta’ sussidjarji domestiċi u internazzjonali, inkluż DB Cargo (DB AG u l-kumpaniji kollha li huma proprjetà ta’ DB AG huma minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-grupp DB”). Il-grupp DB jopera fil-qasam tat-trasport nazzjonali u internazzjonali tal-merkanzija u tal-passiġġieri, tal-loġistika u tas-servizzi anċillari fit-trasport bil-ferrovija. Illustrazzjoni 1 turi rappreżentazzjoni simplifikata tal-operazzjonijiet varji tal-grupp DB.

Illustrazzjoni 1

L-organizzazzjoni tan-negozju tal-grupp DB

Image 1

Sors:

Ir-rapport annwali integrat ta’ Deutsche Bahn għall-2023.

(11)

Sa mill-ħolqien tagħha fl-1994, DB AG kienet kompletament proprjetà tal-Istat Federali Ġermaniż (“Bund”). DB AG tikkontrolla, fost linji kummerċjali oħra, in-negozju tal-merkanzija bil-ferrovija tal-grupp DB. Matul is-snin, DB AG kellha parteċipazzjoni azzjonarja fil-kumpanija li kienet qed topera n-negozju tal-merkanzija bil-ferrovija, li varja bejn 92 % u 100 %; mill-2011, DB AG għandha 100 % tal-kumpanija li topera n-negozju tal-merkanzija bil-ferrovija. L-organizzazzjoni korporattiva u l-post tan-negozju tal-merkanzija bil-ferrovija fi ħdan l-istruttura tal-grupp DB inbidlu maż-żmien.

(12)

Fil-perjodu taħt investigazzjoni (mill-1 ta’ Jannar 2012 għall-Miżura 1 u mill-20 ta’ Settembru 2008 għall-Miżuri 2 sa 4), kif deskritt fit-Taqsima 2.3, in-negozju tal-merkanzija bil-ferrovija ta’ DB AG ġie operat minn diversi entitajiet. Għal referenza faċli, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, it-terminu “DB Cargo” jindika l-entità li tappartjeni għall-grupp DB u li topera n-negozju tal-merkanzija bil-ferrovija ta’ dak il-grupp:

(a)

Mill-1 ta’ Settembru 2003 sal-15 ta’ Frar 2009, l-entità li topera n-negozju tal-merkanzija bil-ferrovija ġiet irreġistrata taħt l-isem tal-kumpanija Railion Deutschland AG.

(b)

Mis-16 ta’ Frar 2009 sad-29 ta’ Ottubru 2012, l-entità li topera n-negozju tal-merkanzija bil-ferrovija ġiet irreġistrata taħt l-isem tal-kumpanija DB Schenker Rail Deutschland AG.

(c)

Fit-30 ta’ Ottubru 2012, l-isem tal-kumpanija nbidel għal DB Schenker Rail AG.

(d)

Mill-1 ta’ Marzu 2016, in-negozju tal-merkanzija bil-ferrovija beda jiġi operat taħt l-isem tal-kumpanija DB Cargo.

(13)

DB Cargo ilha sussidjarja diretta, 100 % proprjetà ta’ DB AG mill-2016. Qabel dan, mill-1 ta’ Jannar 2012, DB Cargo kienet sussidjarja diretta ta’ DB Mobility Logistics AG (“DB ML”). Qabel l-2012, mill-2003, DB Cargo kienet sussidjarja indiretta ta’ DB ML. DB ML kienet direttament 100 % proprjetà ta’ DB AG, filwaqt li, kif deskritt fil-premessa 11, il-parteċipazzjoni azzjonarja fil-kumpanija operattiva tal-merkanzija bil-ferrovija kienet ta’ mill-inqas 92 %. Għalhekk, mill-2011 DB Cargo kienet kompletament indirettament proprjetà ta’ DB AG, filwaqt li qabel l-2011 DB AG kellha mill-inqas sehem indirett ta’ 92 % f’DB Cargo.

(14)

Sal-31 ta’ Diċembru 2015, DB ML kienet inkarigata minn diversi servizzi offruti mill-grupp DB, b’mod partikolari l-attivitajiet ta’ trasport ferrovjarju tal-grupp DB (passiġġieri u merkanzija). DB Cargo (li sad-29 ta’ Frar 2016 kienet irreġistrata bħala DB Schenker Rail AG) kienet sussidjarja 100 % proprjetà ta’ DB ML, flimkien ma’ sussidjarji oħra bħaż-żewġ sussidjarji tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija DB Regio AG u DB Fernverkehr AG. Fis-26 ta’ Awwissu 2016, DB ML ġiet amalgamata f’DB AG. B’riżultat ta’ dan, DB Cargo, DB Regio AG u DB Fernverkehr AG saru sussidjarji diretti ta’ DB AG. Il-ftehim ta’ fużjoni ġie ffirmat bejn DB AG u DB ML u konsegwentement ġie approvat mill-Assembleji Ġenerali rispettivi taż-żewġ kumpaniji fil-15 ta’ Lulju 2016. Il-ftehim ta’ fużjoni kellu effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2016.

(15)

DB AG, sa mill-ħolqien tagħha fl-1994 u DB Cargo mill-2009 huma inkorporati bħala Aktiengesellschaften (“AG”), jiġifieri kumpaniji b’ishma skont il-liġi Ġermaniża dwar il-kumpaniji. L-istess kien jgħodd għal DB ML għat-tul ta’ żmien tal-eżistenza tagħha. Aktiengesellschaften huma, b’mod partikolari, irregolati mil-liġi Ġermaniża dwar il-kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata (Aktiengesetz - AktG). F’AG, l-azzjonisti huma rrappreżentati fl-Assemblea Ġenerali (Hauptversammlung). L-Assemblea Ġenerali teleġġi r-rappreżentanti tal-azzjonisti fuq il-Bord Superviżorju (Aufsichtsrat). Ir-rappreżentanti tal-impjegati jiġu eletti skont l-att Ġermaniż ta’ kodeterminazzjoni (Mitbestimmungsgesetz – MitbestG). Il-Bord Superviżorju jeleġġi l-membri tal-Bord tad-Diretturi (Vorstand), responsabbli għall-ġestjoni tal-AG. Filwaqt li l-membri tal-Bord tad-Diretturi huma eletti mill-Bord Superviżorju, skont il-leġiżlazzjoni li tirregola l-Aktiengesellschaften il-Bord tad-Diretturi f’Aktiengesellschaft huwa indipendenti mill-Bord Superviżorju kif ukoll mill-Assemblea Ġenerali fis-sens li din tal-aħħar, fil-prinċipju, ma tistax tagħti struzzjonijiet lill-Bord tad-Diretturi (6).

(16)

Tabella 1 turi d-dħul tal-grupp DB, kif ukoll ta’ DB Cargo Group u ta’ DB Cargo meħuda individwalment, għall-perjodu taħt investigazzjoni.

Tabella1

Dħul tal-grupp DB u DB Cargo mill-2012 sal-2023  (7)

(f’miljuni ta’ EUR)

 

2012

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

2021

2022

2023

Il-grupp DB

39 296

39 107

39 728

40 403

40 557

42 693

44 065

44 430

39 901

47 075

52 085

45 191

DB Cargo Group

4 926

4 843

4 863

4 767

4 560

4 528

4 460

4 449

4 119

4 487

5 244

5 582

DB Cargo

3 413

3 368

3 428

3 368

3 440

3 455

3 384

3 360

3 183

3 348

3 474

3 794

Sors:

Ir-rapporti integrati tal-grupp DB u r-rapporti finanzjarji annwali ta’ DB Cargo.

(17)

Fir-rigward tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan il-grupp DB, ir-regoli ta’ proċedura (“Geschäftsordnung”) tal-Bord tad-Diretturi ta’ DB AG jirriżervaw għall-Bord tad-Diretturi tiegħu d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-medda qasira ta’ żmien, kif ukoll l-ippjanar fuq terminu medju u l-miri strateġiċi fit-tul. Barra minn hekk, il-Bord tad-Diretturi jiddeċiedi wkoll dwar il-ħruġ, l-emendar u t-tħassir tal-linji gwida tal-grupp. Fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi u individwali, id-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi huma meħtieġa wkoll, anki jekk jikkonċernaw sussidjarji jew kumpaniji assoċjati, għal (8):

(a)

Il-bidu u t-twaqqif ta’ oqsma ewlenin ta’ attività, bidliet fundamentali fl-organizzazzjoni tal-kumpanija, u l-konklużjoni, l-emendar u l-kanċellazzjoni ta’ ftehimiet tal-kumpanija (9).

(b)

L-istabbiliment ta’ kumpaniji; l-akkwiżizzjoni, il-bejgħ u l-bidla ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji (inkluż miżuri ta’ konverżjoni u kapital) b’valur ta’ EUR 10 miljun jew aktar, bl-eċċezzjoni ta’ miżuri fi ħdan il-grupp.

(c)

L-akkwist, il-bejgħ, l-irbit u disponiment ieħor ta’ proprjetà immobbli u drittijiet oħra ta’ proprjetà b’valur ta’ EUR 10 miljun jew aktar, fejn l-għoti ta’ ipoteki fuq l-art huwa eskluż.

(d)

Il-ħruġ ta’ titoli, it-teħid ta’ self u l-għoti ta’ self: ma jinkludix self barra l-grupp b’terminu ta’ inqas minn sena u l-għoti u t-teħid ta’ self fi ħdan il-grupp.

(e)

L-aċċettazzjoni u l-għoti ta’ garanziji u titoli barra n-negozju normali; l-aċċettazzjoni u l-għoti ta’ garanziji u titoli fil-qafas tan-negozju normali b’volum ta’ EUR 10 miljun jew aktar.

(f)

L-approvazzjoni ta’ proġetti ta’ investiment, nefqa, kiri u lokazzjoni inklużi fl-ippjanar korporattiv b’volum ta’ EUR 250 miljun jew aktar; l-approvazzjoni ta’ proġetti inklużi fl-ippjanar korporattiv li l-valur totali / it-tbassir tal-valur totali jew ir-rekwiżit tal-ekwità tagħhom jaqbeż l-ippjanar b’EUR 10 miljun jew aktar; l-approvazzjoni ulterjuri ta’ proġetti mhux inklużi fl-ippjanar korporattiv b’volum ta’ EUR 10 miljun jew aktar.

(g)

Bidliet fil-kompożizzjoni tal-bord, tal-maniġment u ta’ pożizzjonijiet ewlenin oħra, sa fejn dawn jappartjenu għaċ-Ċirku ta’ Maniġment tal-Grupp.

(h)

Il-ħatra u t-tkeċċija tar-rappreżentanti ġenerali tal-kumpanija kif ukoll l-għoti u r-revoka ta’ prokuri għall-kumpanija.

(18)

Skont ir-regoli ta’ proċedura, id-deċiżjonijiet fi ħdan il-Bord tad-Diretturi ta’ DB AG isiru b’mod unanimu. Jekk ma jkun jista’ jintlaħaq l-ebda kunsens, id-deċiżjoni trid tiġi approvata b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri li jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet sabiex tkun valida.

(19)

Fir-rigward tar-relazzjonijiet mal-Bord Superviżorju ta’ DB AG, kull sena l-Bord tad-Diretturi ta’ DB AG jippreżenta lill-Bord Superviżorju bi pjan korporattiv bil-miktub fuq terminu qasir u medju li jkopri l-oqsma ta’ attività ewlenin kollha tal-kumpanija.

(20)

Barra minn hekk, xi miżuri individwali, anki jekk jikkonċernaw sussidjarji jew kumpaniji assoċjati, jeħtieġu l-approvazzjoni mill-Bord Superviżorju ta’ DB AG. Skont il-katalgu ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali li jeħtieġu tali approvazzjoni mill-Bord Superviżorju ta’ DB AG, tali miżuri jinkludu b’mod partikolari dan li ġej (10):

(a)

Il-bidu ta’ oqsma ġodda ta’ attività sinifikanti jew l-abbandun ta’ oqsma ta’ attività sinifikanti eżistenti;

(b)

Bidliet fundamentali fil-kumpanija u fl-organizzazzjoni tal-grupp;

(c)

Bidliet fid-distribuzzjoni tan-negozju tal-bord u bidliet fir-rappreżentanti ġenerali tal-kumpanija;

(d)

L-istabbiliment, l-akkwiżizzjoni jew ix-xoljiment ta’ kumpaniji u l-akkwist u l-bejgħ ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ kumpanija, inkluż bidliet fil-proporzjon tal-parteċipazzjoni azzjonarja u l-parteċipazzjoni f’żieda fil-kapital kontra l-kontribuzzjonijiet, f’kull każ, bl-eċċezzjoni ta’ tranżazzjonijiet intragrupp, jekk il-valur tal-miżura individwali jaqbeż il-EUR 25 miljun;

(e)

Miżuri relatati ma’ kumpaniji fil-grupp u parteċipazzjonijiet azzjonarji li huma ta’ importanza fundamentali jew ta’ preġudizzju għall-kumpanija jew għall-grupp jew li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti;

(f)

L-akkwist, il-bejgħ u l-aggravar tal-proprjetà immobbli u d-drittijiet tal-proprjetà kif ukoll disponimenti oħra tagħhom jekk il-valur tal-miżura individwali jaqbeż il-EUR 25 miljun;

(g)

Il-ħruġ ta’ bonds jew self ieħor b’terminu ta’ aktar minn sena, bl-eċċezzjoni ta’ teħid b’self minn sussidjarji jew kumpaniji assoċjati;

(h)

L-aċċettazzjoni ta’ garanziji u l-għoti ta’ wegħdiet ta’ dejn, u titoli oħra barra min-negozju normali, jekk il-valur tal-miżura individwali jaqbeż il-EUR 5 miljun;

(i)

L-għoti ta’ self barra min-negozju normali jekk il-valur tal-miżura individwali jaqbeż il-EUR 5 miljun, bl-eċċezzjoni ta’ self lil sussidjarji jew kumpaniji assoċjati;

(j)

Ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jmorru lil hinn mill-ambitu tan-negozju normali u li huma ta’ importanza essenzjali għall-kumpanija;

(k)

Proġetti ta’ investiment li mhumiex diġà inklużi fl-ippjanar korporattiv fuq terminu qasir u medju jekk l-ammont tagħhom jaqbeż l-EUR 10 miljun f’każijiet individwali;

(21)

Skont l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni ta’ DB AG, il-Bord Superviżorju ta’ DB AG huwa magħmul minn 20 membru. 10 membri huma rappreżentanti tal-azzjonisti u 10 membri huma rappreżentanti tal-impjegati. Fir-rigward tal-10 rappreżentanti tal-azzjonisti, sebgħa minn dawn ir-rappreżentanti huma eletti mill-assemblea ġenerali, filwaqt li l-Gvern Federali għandu d-dritt li direttament jissekonda tliet membri tal-Bord Superviżorju. Skont ir-regoli ta’ proċedura għall-Bord Superviżorju ta’ DB AG, id-deċiżjonijiet tal-Bord Superviżorju jeħtieġu maġġoranza tal-voti mitfugħa, sakemm ma tkunx meħtieġa maġġoranza differenti bil-liġi jew fl-Istatut ta’ Assoċjazzjoni ta’ DB AG. Jekk votazzjoni tirriżulta f’voti ndaqs, il-President ikollu żewġ voti f’votazzjoni oħra dwar l-istess kwistjoni.

(22)

Ir-regoli ta’ proċedura ta’ DB Cargo għall-Bord tad-Diretturi jipprevedu li l-Bord tat-Tmexxija tagħha jiddeċiedi b’mod kolleġġjali dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ importanza fundamentali jew materjali għall-kumpanija, kif ukoll dwar il-kwistjonijiet assenjati lilha għal deċiżjoni konġunta bil-liġi, l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tal-kumpanija jew ir-regoli ta’ proċedura tagħha. Id-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod unanimu jew, fin-nuqqas ta’ dan, b’maġġoranza kwalifikata, bl-istess mod kif deskritt fil-premessa 18 għall-Bord tat-Tmexxija ta’ DB AG. Ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord tad-Diretturi ta’ DB Cargo huma ssupplimentati minn katalogu obbligatorju ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-kumpanija omm diretta ta’ DB Cargo. Dawk il-miżuri huma (11):

(a)

Il-kwistjonijiet kollha ta’ importanza fundamentali u materjali;

(b)

Il-bidu u l-abbandun ta’ oqsma ewlenin ta’ attività, bidliet fundamentali fl-organizzazzjoni tal-kumpanija, u l-konklużjoni, l-emendar u t-terminazzjoni tal-kuntratti tal-kumpanija;

(c)

L-istabbiliment ta’ kumpaniji;

(d)

L-akkwist, il-bejgħ u l-bidla (inkluż miżuri ta’ konverżjoni u kapital) ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji, bl-eċċezzjoni ta’ miżuri (i) li fihom huma involuti biss kumpaniji li huma - direttament jew indirettament - proprjetà esklużiva ta’ DB AG jew (ii) li l-għan tagħhom huwa parteċipazzjoni azzjonarja li mhijiex ikkonsolidata kompletament u li l-valur tagħha huwa inqas minn EUR 10 miljun;

(e)

L-akkwist u l-bejgħ ta’ operazzjonijiet jew partijiet ta’ operazzjonijiet, bl-eċċezzjoni ta’ miżuri (i) li fihom huma involuti biss kumpaniji li huma - direttament jew indirettament - proprjetà esklużiva ta’ DB AG jew (ii) li l-valur tagħhom huwa inqas minn EUR 10 miljun;

(f)

L-akkwist, il-bejgħ, l-aggravar u disponiment ieħor ta’ proprjetà immobbli u drittijiet oħra ta’ proprjetà b’valur ta’ EUR 10 miljun jew aktar, fejn l-għoti ta’ ipoteki fuq l-art huwa eskluż;

(g)

Il-ħruġ ta’ titoli, it-teħid ta’ self u l-għoti ta’ self; ma jinkludix teħid b’self barra l-grupp b’terminu ta’ inqas minn sena jew l-għoti u t-teħid ta’ self lil DB AG u DB Finance B.V.;

(h)

L-aċċettazzjoni u l-għoti ta’ garanziji u titoli barra min-negozju normali; L-aċċettazzjoni u l-għoti ta’ garanziji u titoli fil-qafas tan-negozju normali b’volum ta’ EUR 10 miljun jew aktar;

(i)

L-approvazzjoni ta’ proġetti ta’ investiment, nefqa, kiri u lokazzjoni inklużi fl-ippjanar korporattiv b’volum ta’ EUR 250 miljun jew aktar; L-approvazzjoni u r-rilaxx ta’ proġetti inklużi fl-ippjanar korporattiv li l-valur totali jew ir-rekwiżit tal-ekwità tagħhom jaqbeż l-ippjanar b’EUR 10 miljun jew aktar; barra minn hekk, l-approvazzjoni u r-rilaxx ta’ proġetti mhux inklużi fl-ippjanar korporattiv b’volum ta’ EUR 10 miljun jew aktar;

(j)

Bidliet fil-kompożizzjoni tal-bordijiet maniġerjali u pożizzjonijiet eżekuttivi oħra.

2.2.   L-attivitajiet ta’ DB Cargo u l-pożizzjoni f’diversi swieq tas-servizzi

(23)

Il-Ġermanja tindika li DB Cargo hija waħda mill-operaturi ewlenin tal-merkanzija bil-ferrovija fl-Ewropa, li għandha rwol ċentrali fit-trasport tal-merkanzija madwar l-Unjoni. Il-Ġermanja tispjega li l-missjoni ta’ DB Cargo hija li tipprovdi servizzi tal-merkanzija bil-ferrovija domestiċi u transfruntiera sostenibbli, b’enfasi fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju u l-offerta ta’ soluzzjonijiet loġistiċi affidabbli f’diversi industriji.

(24)

Il-Ġermanja tindika wkoll li DB Cargo topera network vast madwar l-Ewropa, u ċċaqlaq miljuni ta’ tunnellati ta’ merkanzija kull sena, inkluż materja prima, prodotti industrijali, u prodotti għall-konsumatur u li DB Cargo tisfrutta n-network ferrovjarju Ewropew estensiv tagħha biex twassal loġistika integrata u transfruntiera, filwaqt li tallinja mal-għanijiet ta’ sostenibbiltà tal-UE. F’dak il-kuntest, il-Ġermanja tispjega li DB Cargo hija attiva fi 13-il Stat Membru, b’ishma fil-prestazzjoni totali tal-merkanzija bil-ferrovija (imkejla f’tunnellati-kilometru jew tkm) (12) ta’ aktar minn […]% fuq livell nazzjonali fil-Belġju, fid-Danimarka, fi Franza, fil-Ġermanja, fin-Netherlands u fir-Rumanija (it-Tabella 2). B’mod ġenerali, fl-2022, madwar l-Istati Membri li fihom DB Cargo hija attiva, DB Cargo kellha sehem ta’ madwar […]% tas-settur tal-merkanzija bil-ferrovija. Illustrazzjoni 2 turi s-sehem mis-suq totali ta’ DB Cargo fis-suq intern limitat għall-Istati Membri li fihom DB Cargo hija attiva. L-Illustrazzjoni turi li bejn l-2016 u l-2022 DB Cargo tilfet ishma mis-suq fir-rigward tal-volum ta’ xogħlijiet, jiġifieri tunnellati-kilometri.

Illustrazzjoni 2

Is-sehem mis-suq totali ta’ DB Cargo fl-Istati Membri b’attività ta’ DB Cargo

Image 2

Sors:

Studju ta’ SCI/Verkehr datat is-6 ta’ Settembru 2023 kif sottomess mill-Ġermanja, paġna 9.

(25)

Il-Ġermanja tindika li, minħabba l-integrazzjoni dejjem akbar tas-suq Ewropew tal-merkanzija bil-ferrovija, is-sussidjarji ta’ DB Cargo jikkontribwixxu għall-faċilitazzjoni tat-trasport transfruntier għall-klijenti ta’ DB Cargo fl-Ewropa u lejn l-Asja peress li madwar […]% tal-attivitajiet tal-merkanzija bil-ferrovija fl-2022 fil-Ġermanja ġew issodisfati permezz ta’ trasport transfruntier.

(26)

Il-Ġermanja tispjega wkoll li, fil-Ġermanja, DB Cargo kienet tirrappreżenta 43 % tal-attivitajiet kollha tal-merkanzija bil-ferrovija fl-2022, bis-sehem ta’ DB Cargo jonqos kontinwament u l-kompetituri jiksbu ishma akbar fis-settur Ġermaniż tal-merkanzija bil-ferrovija. Il-Ġermanja tindika li filwaqt li DB Cargo xorta pprovdiet sehem ta’ 54 % tat-traffiku Ġermaniż tal-merkanzija bil-ferrovija fl-2016, is-sehem tagħha naqas bi 11-il punt perċentwali (jew 20 %) matul is-7 snin ta’ wara.

(27)

Fid-Danimarka u fin-Netherlands, DB Cargo qed taġixxi bħala l-operatur preeżistenti (wara l-integrazzjoni ta’ atturi oħra) b’sehem ta’ […]% u ta’ […]% tas-suq lokali rispettivament.

Tabella 2

Il-pożizzjoni ta’ DB Cargo fis-swieq tal-merkanzija bil-ferrovija f’diversi Stati Membri

Image 3

Sors:

Studju ta’ SCI/Verkehr datat is-6 ta’ Settembru 2023 kif sottomess mill-Ġermanja, paġna 8.

(28)

Fi ħdan is-suq usa’ tat-trasport tal-merkanzija bil ferrovija, il-Ġermanja tispjega li DB Cargo hija attiva fi tliet subsegmenti ewlenin: (i) is-segment tat-tagħbija fuq vagun wieħed, (ii) is-segment tat-tren blokka, u (iii) is-segment tat-trasport ikkombinat.

(29)

Fis-segment tat-tagħbija fuq vagun wieħed (SWL, single-wagon load), DB Cargo tipprovdi servizzi flessibbli tal-merkanzija għal vjeġġi iżgħar. Hija tiġbor vaguni individwali minn diversi klijenti, tikkonsolidahom f’ferroviji sħaħ fil-marshalling yards, u tittrasportahom madwar l-Ewropa. Dan is-servizz huwa essenzjali għall-industriji li jeħtieġ li jittrasportaw kwantitajiet iżgħar ta’ oġġetti li ma jimlewx ferroviji sħaħ.

(30)

Fis-segment tat-tren blokka, DB Cargo toffri ferroviji ddedikati għall-klijenti ta’ volum kbir, li jippermettu t-trasport dirett u minn punt sa punt ta’ merkanzija mingħajr waqfiet intermedji. Dan is-servizz huwa ideali għal oġġetti bl-ingrossa bħall-faħam, l-azzar u s-sustanzi kimiċi, kif ukoll għal vjeġġi kbar ta’ kontejners. It-treni blokka jgħinu lill-industriji jiżguraw loġistika aktar rapida u aktar kosteffiċjenti, b’affidabbiltà għolja fuq distanzi twal.

(31)

DB Cargo topera wkoll fit-trasport ikkombinat, fejn il-merkanzija tiġi ttrasportata bl-użu ta’ diversi modi ta’ trasport (eż. bil-ferrovija, bit-triq, bil-baħar). F’dan il-mudell, il-kontejners, il-kaxxi skambjabbli u s-semitrejlers jiġu ttrasportati bil-ferrovija għall-parti tal-vjaġġ fuq distanzi twal u mbagħad jiġu ttrasferiti lejn trakkijiet jew vapuri għall-aħħar parti tal-vjaġġ. Dan is-servizz jappoġġa l-bidla mit-triq għall-ferrovija, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u t-titjib tas-soluzzjonijiet loġistiċi intermodali madwar l-Ewropa.

(32)

F’dak l-isfond, il-Ġermanja targumenta li s-settur Ewropew tal-merkanzija bil-ferrovija ġeneralment jista’ jitqies bħala kompetittiv u li studju reċenti mill-2022 ikkummissjonat mill-ERFA jikkonkludi dwar id-dinamika kompetittiva fis-settur Ewropew tal-merkanzija bil-ferrovija kif ġej: “Bħalissa hemm livell għoli ta’ rivalità bejn l-atturi tal-merkanzija bil-ferrovija. L-operazzjonijiet barranin ta’ operaturi preeżistenti u kompetituri internazzjonali (dawk li kienu parteċipanti ġodda) qed jespandu l-attivitajiet internazzjonali tagħhom, billi jiffokaw prinċipalment fuq servizzi internazzjonali fuq distanzi twal. Konsegwentement, l-ispedituri, il-kumpaniji tat-trasport u tal-loġistika, u l-operaturi intermodali jistgħu jagħżlu bejn diversi operaturi tal-merkanzija bil-ferrovija kapaċi f’pajjiż wieħed jew tul kurituri internazzjonali”. Il-Ġermanja targumenta wkoll li l-istess studju jikkonkludi wkoll fir-rigward tal-kompetittività tas-settur Ġermaniż tal-merkanzija bil-ferrovija kif ġej: “B’riżultat ta’ dan, is-suq ferrovjarju tal-passiġġieri u tal-merkanzija fil-Ġermanja sar kompetittiv ħafna u parteċipanti ġodda kienu qed joffru sfida lil Deutsche Bahn fis-segmenti kollha tan-negozju. Illum il-kompetituri ħatfu aktar minn 50 % tas-suq tal-merkanzija bil-ferrovija fil-Ġermanja.”

(33)

Fir-rigward tas-settur Ġermaniż tal-merkanzija bil-ferrovija, il-Ġermanja ssostni li, meta jitqiesu s-segmenti kummerċjali differenti tas-settur tal-merkanzija bil-ferrovija kif deskritt hawn fuq, DB Cargo kienet bil-bosta l-aktar fornitur importanti tat-trasport fuq vagun wieħed fil-Ġermanja fl-2022 b’madwar […]% tal-volumi kollha tat-trasport fuq vagun wieħed. Il-Ġermanja ssostni li n-nuqqas ta’ kompetituri kbar f’dak is-settur tan-negozju jista’ jiġi spjegat mill-fatt li s-segment tat-trasport fuq vagun wieħed ilu jagħmel telf b’mod sistematiku għal diversi snin u għalhekk ma kienx attraenti għal parteċipanti ġodda mingħajr sussidji.

(34)

F’dak ir-rigward, il-Ġermanja tissottometti li filwaqt li DB Cargo se tittrasforma s-segment tan-negozju tagħha biex ittejjeb l-effiċjenza u l-kwalità tal-prodott, mill-2023, il-Ġermanja tinsab fil-proċess li żżid l-għajnuna mill-Istat għat-trasport fuq vagun wieħed.

(35)

Fir-rigward tat-trasport ikkombinat, il-Ġermanja tispjega wkoll li DB Cargo ma għandhiex sistema integrata ta’ produzzjoni tat-trasport u li, filwaqt li DB Cargo kellha sehem ta’ madwar […]% tat-traffiku fil-Ġermanja fl-2022, qed tiffaċċja kompetizzjoni dejjem aktar b’saħħitha u diversifikata minn, fost l-oħrajn, Metrans, HUPAC, TX Logistik u SBB Cargo International.

(36)

Fis-segment tat-tren blokka, il-Ġermanja tindika li DB Cargo kellha sehem ta’ […]% sa […]% fil-volumi tal-merkanzija bil-ferrovija fil-Ġermanja fl-2022 u tqis li dan huwa sehem mis-suq modest meta jitqies l-isfond ta’ DB Cargo bħala l-impriża stabbilita tal-merkanzija bil-ferrovija. F’dak is-segment, DB Cargo tiffaċċja kompetizzjoni qawwija minn Captrain Deutschland (parti mill-grupp SNCF), TX Logistik (kumpanija loġistika indipendenti pan-Ewropea) u għadd kbir ta’ kompetituri iżgħar.

(37)

It-Tabella 3 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-sehem ta’ DB Cargo fil-volumi tal-merkanzija bil-ferrovija f’dawk l-Istati Membri fejn hija attiva (mill-2022).

Tabella 3

Il-pożizzjoni ta’ DB Cargo għal kull attività f’diversi Stati Membri

Image 4

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tal-31 ta’ Ottubru 2023, paġna 28.

(38)

Il-Ġermanja tindika li DB Cargo tipprovdi biss ishma żgħar tal-volum totali tat-trasport fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri rilevanti. F’dan ir-rigward, il-Ġermanja tenfasizza li DB Cargo taqbeż sehem ta’ […]% fid-Danimarka (13), fil-Ġermanja u fin-Netherlands (14) biss u li, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, DB Cargo tforni saħansitra inqas minn […]% tas-servizzi tal-merkanzija bil-ferrovija.

2.3.   Il-miżuri soġġetti għall-investigazzjoni

(39)

Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ identifikat l-erba’ miżuri li ġejjin mogħtija favur DB Cargo. Dawn huma deskritti f’din it-taqsima filwaqt li jitqiesu l-kjarifiki fattwali pprovduti mill-Ġermanja u mill-partijiet interessati matul il-proċedura ta’ investigazzjoni.

2.3.1.   Kumpens għat-telf annwali ta’ DB Cargo skont il-ftehim ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf (“Miżura 1”)

(40)

DB Cargo kienet qed tittrasferixxi t-telf tagħha lill-kumpanija omm tagħha fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ kontroll u ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf li ġie applikat mill-1 ta’ Jannar 2012 (il-“PLTA”, “profit and loss transfer agreement”, jew il-“ftehim ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf”).

(41)

Il-PLTA ġie konkluż fil-25 ta’ Ottubru 2012 bejn DB Cargo (dak iż-żmien bl-isem ta’ DB Schenker Rail Deutschland AG) u l-kumpanija omm tagħha (dak iż-żmien DB ML, hija stess 100 % proprjetà ta’ DB AG) bħala parti minn kuntratt li kien indikat bħala ftehim għall-kontroll u t-trasferiment tal-profitti (Beherrschungs- und Gewinnabführungsvertrag) (15). Skont il-PLTA, il-kumpanija omm ta’ DB Cargo (sal-2016 DB ML, u, mill-akkwiżizzjoni ta’ din tal-aħħar fl-2016, DB AG) impenjat ruħha li awtomatikament tkopri t-telf ta’ DB Cargo fi tmiem kull sena finanzjarja. Min-naħa tagħha, jekk DB Cargo tagħmel profitti fi tmiem sena finanzjarja, DB Cargo timpenja ruħha li awtomatikament tittrasferixxi dawk il-profitti lill-kumpanija omm tagħha.

(42)

Peress li l-PLTA kien iddisinjat bħala Beherrschungs- und Gewinnabführungsvertrag għandu wkoll implikazzjonijiet għall-ġestjoni tas-sussidjarja li kienet ikkontrollata (“beherrscht”) mill-kumpanija omm skont il-ftehim. Skont il-PLTA, DB Cargo poġġiet il-ġestjoni tal-affarijiet kummerċjali tal-kumpanija tagħha taħt il-kontroll ta’ DB ML. Għaldaqstant, il-Bord tad-Diretturi ta’ DB ML kien intitolat li jagħti struzzjonijiet lill-Bord tad-Diretturi ta’ DB Cargo dwar il-ġestjoni tal-affarijiet kummerċjali tal-kumpanija. Madankollu, il-ġestjoni u r-rappreżentanza tan-negozju baqgħu f’idejn il-Bord tad-Diretturi ta’ DB Cargo. Barra minn hekk, id-dritt ta’ DB ML li tagħti struzzjonijiet lill-Bord tad-Diretturi ta’ DB Cargo eskluda l-possibbiltà li l-Bord tad-Diretturi ta’ DB Cargo jingħata struzzjonijiet dwar l-emendar, iż-żamma jew it-terminazzjoni tal-PLTA.

(43)

Il-PLTA stabbilixxa wkoll unità fiskali bejn DB Cargo u DB AG. Dan jinkludi kemm unità fiskali għall-finijiet tat-taxxa fuq l-introjtu kif ukoll unità fiskali għall-finijiet tal-VAT. L-unità tat-taxxa fuq l-introjtu marbuta mal-PLTA tippermetti li l-profitti u t-telf ta’ kumpaniji differenti tal-grupp jiġu paċuti kontra xulxin minflok ma jitħallsu t-taxxi fuq l-introjtu għal kull sussidjarja individwali. L-unità fiskali għal skopijiet tal-VAT ġejja mill-PLTA li jistabbilixxi l-kontroll ta’ DB ML (u aktar tard DB AG) fuq DB Cargo. L-unità fiskali għal skopijiet tal-VAT tirriżulta fi flussi interni li ma jkunux soġġetti għall-VAT.

(44)

Il-PLTA ġie ffirmat bejn DB ML bħala kumpanija omm u DB Cargo fil-25 ta’ Ottubru 2012 (16). Il-PLTA ġie approvat mill-Assembleji Ġenerali rispettivi ta’ DB ML u DB Cargo fis-26 ta’ Ottubru 2012. Il-ftehim ippreveda l-applikazzjoni retroattiva tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2012 (17).

(45)

Fiż-żmien meta ġie ffirmat il-PLTA bejn DB ML u DB Cargo, kien hemm ukoll fis-seħħ ftehim ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf bejn DB AG u DB ML (18). Skont dak il-ftehim, DB AG impenjat ruħha li awtomatikament tkopri t-telf ta’ DB ML fi tmiem kull sena finanzjarja sakemm il-ftehim kien fis-seħħ. Min-naħa tagħha, DB ML impenjat ruħha li awtomatikament tittrasferixxi l-profitti tagħha lil DB AG fi tmiem kull sena finanzjarja. Għalhekk, kwalunkwe impatt fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ DB ML minħabba l-PLTA tal-2012 bejn DB ML u DB Cargo jista’ jkollu impatt dirett fuq il-baġit ta’ DB AG. Dan il-ftehim ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf bejn DB AG u DB ML baqa’ fis-seħħ sal-fużjoni bejn iż-żewġ kumpaniji fl-2016.

(46)

Fis-26 ta’ Awwissu 2016, bħala parti mill-fużjoni bejn DB AG u DB ML, il-PLTA konkluż bejn DB ML u DB Cargo ġie ttrasferit lil DB AG. DB AG, bħala l-kumpanija omm il-ġdida, daħlet fid-drittijiet u l-obbligi ta’ DB ML fir-rigward ta’ DB Cargo. Fl-istess ħin, il-ftehim ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf konkluż fl-2003 bejn DB AG u DB ML ma għadx għandu skop.

(47)

Il-Ġermanja ssostni li katina ta’ PLTAs (b’livelli differenti ta’ sottoparteċipazzjonijiet) dejjem kienet fis-seħħ fil-perjodu bejn il-31 ta’ Diċembru 1999 u t-trasferiment tal-PLTA fl-2016 minn DB ML għal DB AG, li kellu lil DB Cargo bħala s-sussidjarja affettwata aħħarija u lil DB AG bħala l-kumpanija omm affettwata aħħarija. Bejn l-1 ta’ Ġunju 1999 u l-31 ta’ Diċembru 1999, kien hemm fis-seħħ PLTA dirett bejn DB AG u DB Cargo.

(48)

Skont it-termini tiegħu, il-PLTA kellu durata inizjali ta’ 5 snin (jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2016), li matulha seta’ jiġi tterminat biss għal raġunijiet importanti (“wichtige Gründe”). Il-PLTA jipprevedi li DB ML hija b’mod partikolari intitolata li titterminah għal raġunijiet importanti f’każ li ma tibqax iżżomm il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot f’DB Cargo.

(49)

Il-Ġermanja tispjega wkoll li l-awtoritajiet tat-taxxa Ġermaniżi huma tal-fehma li ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna biss jistgħu jiġġustifikaw terminazzjoni straordinarja ta’ PLTA matul il-perjodu minimu ta’ 5 snin. F’dan ir-rigward, il-Ġermanja tirreferi għal-linji gwida dwar it-taxxa korporattiva tal-awtoritajiet tat-taxxa Ġermaniżi (“Körperschaftsteuerrichtlinien” - KStR), li jiddikjaraw li jekk PLTA, li jkun għadu ma daħalx fis-seħħ għal 5 snin konsekuttivi, jiġi tterminat b’avviż ta’ terminazzjoni jew bi ftehim reċiproku, il-ftehim jibqa’ effettiv għas-snin li għalihom ikun ġie implimentat għal skopijiet ta’ taxxa jekk it-terminazzjoni tkun ibbażata fuq raġunijiet importanti. Raġunijiet importanti jistgħu jitqiesu li jeżistu b’mod partikolari fil-każ ta’ bejgħ jew kontribuzzjoni tal-parteċipazzjoni mill-kumpanija prinċipali, fużjoni, defużjoni jew likwidazzjoni tal-kumpanija prinċipali jew tal-kumpanija sussidjarja. Jekk kien diġà ċar fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim li l-PLTA jiġi tterminat qabel it-tmiem tal-ewwel 5 snin, ma għandhomx jiġu preżunti raġunijiet importanti. Jekk ma jeżistux raġunijiet importanti, il-PLTA għandu jitqies bħala ineffettiv skont il-liġi tat-taxxa mill-bidu nett (19).

(50)

Skont il-Ġermanja, abbażi tal-linji gwida tal-awtoritajiet tat-taxxa Ġermaniżi, tranżazzjonijiet bħal dawn biss, li huma komparabbli ma’ bejgħ jew kwalunkwe miżura fundamentali oħra ta’ ristrutturar li twassal għal bidla fis-sjieda u/jew fil-kontroll, kienu jiġġustifikaw terminazzjoni bikrija. Ma kien hemm l-ebda avveniment skattatur komparabbli matul il-perjodu minimu inizjali ta’ 5 snin, li kien jiġġustifika t-terminazzjoni tal-PLTA. L-uniċi bidliet fl-istruttura korporattiva li seħħew matul il-perjodu mill-1999 sal-lum kienu jinvolvu biss miżuri interni ta’ riorganizzazzjoni u b’mod ċar ma kinux jikkwalifikaw bħala raġunijiet importanti.

(51)

Il-PLTA jipprovdi wkoll li, wara t-tul inizjali ta’ 5 snin, dan jiġi estiż awtomatikament fi tmiem kull sena finanzjarja għal sena addizzjonali, sakemm waħda miż-żewġ partijiet ma tiddeċidix li titterminah. Għat-terminazzjoni tal-PLTA, il-parti rispettiva trid tagħti avviż ta’ 3 xhur, jiġifieri, biex it-terminazzjoni tidħol fis-seħħ fis-sena finanzjarja ta’ wara ta’ DB Cargo, il-parti trid tagħti avviż tat-terminazzjoni tal-PLTA mill-inqas 3 xhur qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja attwali ta’ DB Cargo.

(52)

Fil-mument tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-PLTA kien għadu fis-seħħ u t-terminazzjoni tiegħu ma kinitx prevista. Madankollu, matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li l-PLTA bejn DB AG u DB Cargo ġie tterminat b’effett minn tmiem l-2024.

(53)

Minn meta daħal fis-seħħ il-PLTA attwali, ma ġie ttrasferit l-ebda profitt minn DB Cargo għal DB AG (jew qabel l-2016, għal DB ML). Abbażi tal-PLTA konkluż fl-2012, it-telf ta’ DB Cargo ġie kopert mill-kumpanija omm tagħha (DB ML u sussegwentement DB AG). Peress li t-telf kollu ġġenerat ġie ttrasferit, DB Cargo ġiet protetta milli jkollha t-telf tagħha li jaffettwa l-karta bilanċjali tagħha, u għalhekk minn kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv tat-telf akkumulat. Tabella 4 turi l-iżvilupp tal-kapital sottoskritt u tal-ekwità totali ta’ DB Cargo u t-telf annwali ġġenerat tagħha, skont id-dikjarazzjoni finanzjarja annwali ta’ DB Cargo (20), sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Tabella 4

L-ekwità u t-telf annwali ta’ DB Cargo (EBT) koperti mill-kumpanija omm abbażi tal-PLTA tal-2012 sal-31 ta’ Diċembru 2023

(f’miljuni ta’ EUR)

 

2012

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

2021

2022

2023

Kapital sottoskritt

256

256

256

256

256

256

256

256

256

256

256

256

Ekwità totali

540

540

540

540

540

561  (21)

666  (22)

666

666

666

666

666

Telf annwali

31

69

128

242

229

257

341

488

867

351

858

583

Sors:

Ir-rapporti finanzjarji ta’ DB Cargo mill-2012 sal-2023.

(54)

Il-bażi għall-ġestjoni korporattiva ta’ DB Cargo hija l-pjanijiet strateġiċi ta’ nofs it-terminu ta’ DB Cargo (“pjanijiet ta’ nofs it-terminu”). Kull sena, dawk il-pjanijiet ta’ nofs it-terminu jiġu ffinalizzati f’Ottubru u ppreżentati lill-Bord Superviżorju ta’ DB Cargo għall-approvazzjoni madwar Novembru/Diċembru. Il-pjanijiet ta’ nofs it-terminu ta’ DB Cargo huma kkoordinati kull sena ma’ DB AG u jsiru parti mill-ippjanar ta’ nofs it-terminu għall-grupp kollu. Barra minn hekk, il-miżuri u l-kunċetti inklużi fil-pjanijiet ta’ nofs it-terminu huma inklużi wkoll fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ DB AG (sakemm l-istrateġiji ma jkunux diġà ġew ikkoordinati separatament ma’ DB AG).

(55)

Skont il-Ġermanja, it-tħejjija tal-pjanijiet annwali ta’ nofs it-terminu ta’ DB Cargo hija soġġetta għal proċess estensiv li jdum diversi xhur li fih huma involuti d-dipartimenti tal-istrateġija u tal-kontroll ta’ DB Cargo u ta’ DB AG. L-ippjanar tal-volumi u tal-prezzijiet huwa bbażat fuq analiżi minn statistika uffiċjali u istituti tat-tbassir ekonomiku stabbiliti (eż. Oxford Economics, Eurostat, Uffiċċji Nazzjonali tal-Istatistika) tal-iżviluppi ekonomiċi tas-suq u kompetittivi. Tali statistika tittieħed flimkien ma’ data interna; id-data prodotta mill-istatistika uffiċjali u mill-istituti tat-tbassir ekonomiku hija kkompilata mid-dipartimenti tal-istrateġija ta’ DB Cargo u ta’ DB AG biex jipproduċu previżjonijiet tas-suq tat-trasport għat-trasport tal-merkanzija. Is-suppożizzjonijiet għall-iżvilupp tal-kostijiet ta’ entitajiet domestiċi huma rregolati ċentralment għall-unitajiet tan-negozju kollha ta’ DB AG u huma bbażati fuq is-sorsi ta’ data indipendenti msemmija hawn fuq. Il-kategoriji ewlenin tal-kostijiet jinkludu, pereżempju, il-pagi/is-salarji, il-fjuwil/l-enerġija u t-tariffi tal-aċċess għall-binarji. Barra minn hekk, jitqiesu l-effetti mill-programmi ta’ strateġija u ta’ effiċjenza li għaddejjin bħalissa. Barra minn hekk, l-ippjanar dettaljat tal-investiment u tal-proġett jitwettaq mill-ġestjoni tal-assi ta’ DB Cargo sabiex tkun tista’ tissodisfa l-ippjanar tal-volumi b’mod operazzjonali.

(56)

Il-pjanijiet ta’ nofs it-terminu jikkonċernaw orizzont ta’ ppjanar ta’ 5 snin, pereżempju l-pjan ta’ nofs it-terminu ppreżentat lill-Bord Superviżorju ta’ DB Cargo fid-9 ta’ Diċembru 2016 kien jikkonċerna l-perjodu ta’ ppjanar mill-2017 sal-2021. Il-pjanijiet ta’ nofs it-terminu huma ta’ madwar 40 paġna sa 159 paġna (il-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2015 li jinkludi taqsima pjuttost komprensiva dwar il-proġett “Zukunft Bahn”). Għal kull sena, il-pjanijiet ta’ nofs it-terminu jinkludu (fost l-oħrajn) il-previżjonijiet finanzjarji u tal-prestazzjoni għall-5 snin ta’ wara. Għal DB Cargo Group, kif ukoll għal DB Cargo, dawk il-pjanijiet fihom ir-rapport tal-introjtu u d-data tal-karta tal-bilanċ. Għal sussidjarji oħra, huma inklużi indikaturi magħżula. L-indikaturi ewlenin tal-profittabbiltà użati huma l-Marġni tal-Qligħ Qabel l-Imgħax u t-Taxxa (EBIT, Earnings Before Interest and Tax) u r-Redditu fuq il-Kapital Impjegat (ROCE, Return on Capital Employed) li għalih huma stabbiliti wkoll il-livelli fil-mira (23). Il-pjanijiet kollha ta’ nofs it-terminu prodotti matul il-perjodu taħt investigazzjoni jbassru l-profitti qabel it-taxxa fi tmiem il-perjodu ta’ ppjanar bħala minimu. Tabella 5 turi l-Introjtu operattiv wara l-imgħax (24), il-marġni tal-EBIT, u l-ROCE għall-pjanijiet kollha ta’ nofs it-terminu (25) prodotti bejn l-2011 u l-2021. Iċ-ċifri murija fit-Tabella 5 jikkonċernaw lil DB Cargo AG.

Tabella 5

Pjanijiet ta’ nofs it-terminu mill-2011 sal-2021

(EBT f’miljuni ta’ EUR)

 

L-ewwel sena ta’ ppjanar

It-tieni sena ta’ ppjanar

It-tielet sena ta’ ppjanar

Ir-raba’ sena ta’ ppjanar

Il-ħames sena ta’ ppjanar

2011

Introjtu operatorju wara l-imgħax (26)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBIT (27)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

ROCE (28)

-

-

-

-

-

Mira tal-ROCE

-

-

-

-

-

2012

Introjtu operatorju wara l-imgħax (29)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

ROCE

-

-

-

-

-

Mira tal-ROCE

-

-

-

-

-

2013

Introjtu operatorju wara l-imgħax

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

ROCE

-

-

-

-

-

Mira tal-ROCE

-

-

-

-

-

2014

Introjtu operatorju wara l-imgħax

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-marġni tal-EBIT

 

 

 

 

 

ROCE

-

-

-

-

-

Mira tal-ROCE

-

-

-

-

-

2015

Introjtu operatorju wara l-imgħax

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-marġni tal-EBIT

-

-

-

-

[…]

ROCE

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-ROCE

-

-

-

-

13,0 %

2016

Introjtu operatorju wara l-imgħax

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

ROCE (30)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-ROCE

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

2017

Introjtu operatorju wara l-imgħax

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

ROCE (30)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-ROCE

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

2018

Introjtu operatorju wara l-imgħax

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-marġni tal-EBIT

-

-

-

-

-

ROCE

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-ROCE

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

2019

Introjtu operatorju wara l-imgħax

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-marġni tal-EBIT

-

-

-

-

-

ROCE

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-ROCE

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

2020

EBT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

ROCE (30)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-ROCE

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

2021

EBT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBIT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-marġni tal-EBIT

-

-

-

-

-

ROCE (30)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Mira tal-ROCE

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Il-pjanijiet ta’ nofs it-terminu ta’ DB Cargo ppreżentati mill-Ġermanja.

(57)

Minbarra l-ippjanar finanzjarju, il-pjanijiet ta’ nofs it-terminu jinkludu analiżijiet estensivi tal-iżviluppi attwali u previsti tas-suq inkluż l-impatt tagħhom fuq il-prestazzjoni, u, mill-2016 ’il quddiem, deskrizzjoni u valutazzjoni tal-istrateġiji u l-miżuri meħuda biex tittejjeb il-prestazzjoni ta’ DB Cargo, inkluż deskrizzjoni u valutazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu fi ħdan DB Cargo fil-kuntest ta’ inizjattivi ta’ ristrutturar għall-grupp DB kollu bħal “Zukunft Bahn” jew “Starke Schiene” (ferrovija b’saħħitha, bi “Starke Cargo” – Strong Cargo bħala l-inizjattiva komplementari speċifika għal DB Cargo). Barra minn hekk, il-paraguni tal-pjanijiet preċedenti ta’ nofs it-terminu ma’ spjegazzjonijiet għal devjazzjonijiet mill-ippjanar preċedenti huma inklużi wkoll fil-pjanijiet.

(58)

Barra minn hekk, mill-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2015, il-pjanijiet jinkludu wkoll previżjoni ta’ riskji u opportunitajiet, li jista’ jkollhom impatt fuq l-EBIT u li għandhom probabbiltà ta’ materjalizzazzjoni ta’ aktar minn 40 %, iżda li mhumiex inklużi fix-xenarju ta’ referenza tal-ippjanar. Fil-pjanijiet tas-snin 2017, 2019 u 2020 kienu ġew identifikati biss riskji addizzjonali f’dik il-kategorija. Ma ġewx identifikati opportunitajiet addizzjonali. Dawk ir-riskji addizzjonali jistgħu jkunu sinifikanti kif jidher ċar fil-pjan tal-2020 għall-perjodu mill-2021 sal-2025, kif muri f’Illustrazzjoni 3: Risks and opportunities mid-term plan for 2021-2025 (31).

Illustrazzjoni 3

Pjan ta’ nofs it-terminu dwar ir-riskji u l-opportunitajiet għall-2021-2025

Image 5

Sors:

Pjan ta’ nofs it-terminu għall-2020 ippreżentat mill-Ġermanja (32).

(59)

Minbarra l-pjanijiet ta’ nofs it-terminu, dokumenti relatati ma’ okkażjoni dwar strateġiji tan-negozju, jiġu prodotti wkoll fuq bażi mhux regolari pereżempju għal laqgħat straordinarji tal-Bord Superviżorju ta’ DB Cargo, bħal-laqgħa ta’ Jannar 2017 dwar il-proġett Zukunft Bahn u l-istrateġiji ta’ DB Cargo diskussi fih (33). Għal analiżijiet ad hoc speċjalizzati u rapporti tas-suq fis-suq tat-trasport tal-merkanzija, jintużaw fornituri esterni speċjalizzati bħal SCI Verkehr. Ir-rapporti dettaljati tat-traffiku jitħejjew mid-dipartimenti interni.

(60)

Skont il-Ġermanja, fil-perjodu mill-2012 sa madwar l-2019, is-segment tat-tagħbija fuq vagun wieħed (SWL) kien il-mutur prinċipali tat-telf ta’ DB Cargo. Mill-2019/2020 ’il quddiem, ma huwiex iktar possibbli li tiġi identifikata separazzjoni ċara ta’ dawk l-effetti, kuntrarjament għal dak li kien il-każ fil-perjodu preċedenti. It-Tabella 6 turi li l-ebda wieħed mis-segmenti (SWL, tren blokka (BT, block-train), trasport ikkombinat (CT, combined transport)) ma seta’ jikseb profittabbiltà f’dak il-perjodu li kien ikkaratterizzat mill-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, it-telf fis-segment tal-SWL, li għamel madwar 30 % tal-fatturat ta’ DB Cargo fil-perjodu 2020-2022, kien jammonta għal aktar minn nofs it-telf kollu fl-istess perjodu.

Tabella 6

Segmentazzjoni tal-EBIT 2012-2022

(miljuni ta’ EUR)

 

2012

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

2021

2022

SWL

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

BT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

CT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tad-9 ta’ Novembru 2023.

(61)

Fl-2019, DB AG ikkummissjonat studju minn Oliver Wyman, SCI Verkehr u CK Rail&Logistics dwar is-settur tal-SWL (Studie “Strategischer Review des Einzelwagenverkehrs” – Rieżami strateġiku tat-Tagħbija fuq Vagun Wieħed; “l-istudju SWL”). L-istudju SWL kien datat Ottubru 2019 u ġie kemxejn emendat f’Jannar 2020 mingħajr ebda impatt fuq il-konklużjoni tal-istudju. Dan kien jinkludi deskrizzjoni u valutazzjoni tas-suq tal-SWL kollu kemm hu fil-Ġermanja u fl-Ewropa, deskrizzjoni u valutazzjoni tas-segment tal-SWL ta’ DB Cargo, kif ukoll modi possibbli ’l quddiem għas-segment tal-SWL ta’ DB Cargo.

(62)

It-toroq ’il quddiem alternattivi identifikati fl-istudju SWL kienu dawn li ġejjin:

(1)

Żvilupp ulterjuri tas-segment b’għajnuna addizzjonali u għajnuna mill-Istat: Is-segment tal-SWL jiġi żviluppat aktar b’ottimizzazzjoni mmirata tal-mudell tan-negozju u programm ta’ tkabbir u innovazzjoni. Il-prestazzjoni tat-trasport u l-kopertura tal-erja jiżdiedu. It-tħaddim tal-SWL jeħtieġ li jkun appoġġat minn għajnuna mmirata. L-investimenti fil-modernizzazzjoni u għalhekk fiż-żieda fit-tul fl-effiċjenza jiġu promossi.

(2)

Żvilupp ulterjuri mingħajr għajnuna addizzjonali mill-Istat: Is-segment tal-SWL jiġi żviluppat b’tali mod li jappoġġa l-bidla tat-traffiku tal-merkanzija mit-triq għall-ferrovija. Ottimizzazzjoni simili tal-mudell tan-negozju (bħal fl-iżvilupp ulterjuri bl-għażla ta’ appoġġ u għajnuna mill-Istat) kif ukoll programm ta’ tkabbir u innovazzjoni jiġu implimentati. Madankollu, minħabba kapaċità limitata ta’ investiment minħabba nuqqas ta’ appoġġ mill-gvern, l-investimenti fl-innovazzjonijiet u t-tkabbir jiġu indirizzati b’mod selettiv u differiti.

(3)

Enfasi fuq il-klijenti ewlenin: F’dan ix-xenarju, is-segment tal-SWL jitnaqqas biex jiffoka fuq il-qalba ekonomika. L-għan tal-approċċ iffukat kien li l-offerta tiġi allinjata għal “klijenti ewlenin” (34) bi traffiku kbir u stabbli. L-istazzjonijiet tat-trasport tal-merkanzija li ma setgħux jitħaddmu b’mod kosteffettiv (“eigenwirtschaftlich”) jiġu rieżaminati flimkien mal-klijenti, bl-għan li jinkiseb ipprezzar li jkopri l-kostijiet. Jekk ma tkunx tista’ tinstab soluzzjoni li tkopri l-kostijiet mal-klijenti, is-servizz lill-istazzjon tat-trasport tal-merkanzija jitwaqqaf. L-istazzjonijiet tat-trasport tal-merkanzija b’volum ta’ vagun wieħed jew aktar għal kull jum tax-xogħol biss jiġu servuti regolarment mingħajr ħlas żejjed.

(4)

L-għeluq tas-segment: dan ix-xenarju jikkonċerna ħruġ ordnat mill-SWL.

(63)

L-istudju SWL ikkunsidra l-kontribuzzjonijiet li ġejjin tas-segment tal-SWL għall-qligħ ta’ DB Cargo fl-2023 u fl-2030 taħt l-erba’ xenarji kkunsidrati:

Tabella 7

Kontribuzzjoni ta’ kull xenarju għall-qligħ ta’ DB Cargo fl-2023 u fl-2030

(miljuni ta’ EUR)

 

Żvilupp b’għajnuna mill-Istat

Żvilupp mingħajr għajnuna mill-Istat

Fokus

Ħruġ

Sena 2023

[…]

[…]

[…]

[…]

Sena 2030

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Studju SWL kif ippreżentat mill-Ġermanja.

(64)

L-erba’ xenarji ġew ivvalutati bl-użu ta’ sitt kriterji:

(1)

Il-benefiċċji għall-ekonomija nazzjonali (“volkswirtschaftlicher Nutzen”): jivvaluta l-impatt fuq il-Ġermanja bħala post industrijali;

(2)

Il-benefiċċji ekoloġiċi (“ökologischer Nutzen”): jivvaluta l-impatt fuq is-sostenibbiltà tat-trasport tal-merkanzija fil-Ġermanja;

(3)

Il-pożizzjonament strateġiku ta’ DB Cargo (“Strategische Positionierung DB Cargo”): jivvaluta l-impatt fuq il-mudell kummerċjali ta’ DB Cargo;

(4)

Il-finanzi ta’ DB Cargo (“Finanzen DB Cargo”): jivvaluta l-impatt fuq il-finanzi ta’ DB Cargo bl-użu ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni. L-enfasi hija fuq l-effett tal-qligħ tas-segment tal-SWL għal DB Cargo u l-punt sa fejn id-differenza fil-qligħ tista’ tingħalaq;

(5)

Il-persunal ta’ DB Cargo (“Personal DB Cargo”): jivvaluta l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-impjiegi. Dan iqis “responsabbiltà speċjali”, bħala kumpanija tal-Istat, għal aktar minn 17 000 impjegat fil-Ġermanja fl-2018;

(6)

Is-sistema ferrovjarja domestika u Ewropea (“Nationales & Europäisches Bahnsystem”): Indikatur għall-valutazzjoni tal-impatt fuq is-sistema ferrovjarja Ewropea huwa s-sehem tat-trasport transfruntier fis-segment tal-SWL. Barra minn hekk, huwa vvalutat kemm jista’ jiġi skalat b’mod flessibbli n-network li jirriżulta fil-Ġermanja u fl-Ewropa sabiex jirreaġixxi għad-dinamika tas-suq li qed tinbidel.

(65)

Skont dawk il-kriterji, l-istudju SWL ikklassifika x-xenarju ta’ żvilupp ulterjuri tas-segment tal-SWL b’għajnuna addizzjonali u għajnuna mill-Istat bħala l-aktar xenarju vantaġġuż b’mod ġenerali, filwaqt li l-fokus fuq il-klijenti ewlenin ikollu l-akbar effett pożittiv fuq il-finanzi ta’ DB Cargo. Illustrazzjoni 4 turi l-matriċi tal-konklużjoni kif murija fl-istudju SWL.

Illustrazzjoni 4

Il-valutazzjoni ta’ konklużjoni tax-xenarji tal-SWL

Image 6

Sors:

Studju SWL kif ippreżentat mill-Ġermanja (35).

(66)

Fl-2020, DB Cargo ħatret tim ta’ maniġment ġdid kif ukoll implimentat strateġija kummerċjali ġdida (“Strong Cargo” – “Starke Cargo” ). Il-konklużjonijiet tal-istudju SWL ma ġewx implimentati direttament fl-istrateġija kummerċjali ġenerali ta’ DB Cargo iżda ffurmaw bażi importanti għall-ħolqien tal-istrateġija “Starke Cargo”. L-istrateġija l-ġdida tan-negozju kienet essenzjalment strateġija ta’ tkabbir u pprevediet strateġija għas-segment tal-SWL li kellha paralleliżmu mal-“iżvilupp ulterjuri tas-segment b’għajnuna addizzjonali u għajnuna mill-Istat” tal-istudju SWL. Dan kien ibbażat fuq żewġ raġunijiet: (i) l-aspettattiva ta’ għajnuna mill-Istat minħabba r-rieda politika li tkompli tissaħħaħ il-bidla modali mit-triq għall-ferrovija, (ii) ir-riskji ta’ effetti negattivi tan-network f’xenarju ta’ tnaqqis fid-daqs tqiesu għoljin. Skont il-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020, is-segment tal-SWL xorta jibqa’ jagħmel telf b’mod operazzjonali (f’termini ta’ EBIT) fit-tul (ara Illustrazzjoni 5).

Illustrazzjoni 5

Pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020 tal-indikaturi ta’ DB Cargo skont is-segment tan-negozju

Image 7

Sors:

Pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020 kif ippreżentat mill-Ġermanja (36).

(67)

Fiż-żmien tal-implimentazzjoni tal-istrateġija “Starke Cargo”, l-għajnuna mill-Istat “Trassenkostenentlastung” (tnaqqis tat-tariffi għall-aċċess għall-binarji) b’volum ta’ EUR 350 miljun fis-sena għas-settur kollu kienet diġà fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2023 (aktar tard, ġiet estiża aktar lil hinn mill-2023) (37). Barra minn hekk, mill-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020, DB Cargo antiċipat ukoll l-għajnuna mill-Istat “Anlagenpreisförderung” (appoġġ għall-kompożizzjoni tal-ferroviji) b’volum ta’ total ta’ EUR 200 miljun mill-2021 sal-2025 (introduzzjoni attwali fl-2020 mill-Ministeru Federali għad-Diġitali u t-Trasport) (38).

(68)

Bl-istess mod bħall-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020, il-pjanijiet ta’ nofs it-terminu tal-2021 u tal-2022 jinkludu wkoll għajnuna mill-Istat lis-segment tal-SWL ta’ DB Cargo kif muri f’Illustrazzjoni 6: mid-term plan 2020 SWL State support.

(69)

Madankollu, il-pjanijiet tal-2021 u tal-2022 ma jinkludux biss appoġġ għall-kompożizzjoni tal-ferrovija (“Anlagenpreisförderung” – APS) iżda appoġġ addizzjonali għall-SWL. F’dak ir-rigward, il-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2022 isemmi l-ħtieġa għal EUR 198 miljun addizzjonali lil hinn mill-EUR 102 miljun inklużi fil-baġit federali.

Illustrazzjoni 6

Pjan ta’ nofs it-terminu għall-għajnuna mill-Istat tal-SWL għall-2020

Image 8

Sors:

Pjan ta’ nofs it-terminu ta’ DB Cargo għall-2020 kif ippreżentat mill-Ġermanja (39).

Illustrazzjoni 7

Pjan ta’ nofs it-terminu għall-għajnuna mill-Istat tal-SWL għall-2021

Image 9

Sors:

Pjan ta’ nofs it-terminu ta’ DB Cargo għall-2021 kif ippreżentat mill-Ġermanja (40).

Illustrazzjoni 8

Pjan ta’ nofs it-terminu għall-għajnuna mill-Istat tal-SWL għall-2022

Image 10

Sors:

Pjan ta’ nofs it-terminu ta’ DB Cargo għall-2022 kif ippreżentat mill-Ġermanja (41).

2.3.2.   L-ipprezzar tas-servizzi intragrupp (“Miżura 2”)

(70)

DB AG tipprovdi diversi servizzi u funzjonijiet ta’ appoġġ lill-kumpaniji tal-grupp DB, inkluż DB Cargo, abbażi ta’ ftehimiet intragrupp.

(71)

Il-Kummissjoni identifikat is-servizzi intragrupp li ġejjin ipprovduti lil DB Cargo: (i) analitika (analiżi tal-big data, previżjonijiet, mudelli tat-traffiku), (ii) kontabbiltà, (iii) proprjetà immobbli, (iv) servizzi tal-IT, (v) servizz tal-persunal, (vi) taħriġ (il-premessa 26 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ).

(72)

Il-kostijiet tas-servizzi intragrupp jiġu ddebitati lil DB Cargo abbażi ta’ ftehimiet intragrupp. Madankollu, il-fehim tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ kien li s-servizzi intragrupp ipprovduti lil DB Cargo jistgħu ma jkunux limitati għas-servizzi intragrupp identifikati fil-premessa 71: skont l-informazzjoni ppubblikata minn DB AG (ara pereżempju r-rapport integrat ta’ DB AG tal-2016 (42)), il-kost għal xi wħud minn dawk is-servizzi, bħall-kummerċjalizzazzjoni, ir-riżorsi umani, is-servizzi ta’ komunikazzjoni u affarijiet legali, ma ġewx ittrasferiti lil DB Cargo iżda ġġarrbu minn DB AG (il-premessi 27 u 28 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ).

2.3.3.   Kundizzjonijiet ta’ finanzjament vantaġġużi ta’ self minn DB Treasury (“Miżura 3”)

(73)

DB Cargo tingħata self b’terminu qasir u twil minn DB Treasury. DB Treasury hija l-unità fi ħdan DB AG responsabbli għall-ġestjoni tal-flus kontanti u l-finanzjament tal-grupp.

(74)

Is-self intragrupp favur sussidjarji bi sjieda ta’ 100 % ta’ DB AG, bħal DB Cargo, mhuwiex kollateralizzat, peress li DB AG, bħala l-uniku azzjonist ta’ DB Cargo, topera kemm bħala fornitur ta’ ekwità kif ukoll bħala sellief. Konsegwentement, DB Cargo setgħet tiffirma self mingħajr ma tuża l-assi tagħha bħala kollateral.

(75)

Il-Ġermanja rrikonoxxiet ukoll l-eżistenza ta’ self għal żmien qasir, u kkonfermat li, mill-2013, is-self fit-tul pendenti li ġej kien ingħata lil DB Cargo minn DB Treasury:

Tabella 8

Self b’terminu twil pendenti (is-sitwazzjoni fl-24 ta’ Ġunju 2020)

 

Volum nominali (EUR)

Valur residwu fl-20.3.2020 (EUR)

Iffirmar

Data

Data tal-bidu

Data tat-tmiem

Rata tal-imgħax

1

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

2

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

3

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

4

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

5

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

6

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

7

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

8

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Deċiżjoni tal-Ftuħ.

2.3.4.   Kopertura parzjali mill-BEV tar-remunerazzjoni tal-impjegati taċ-ċivil impjegati minn DB Cargo (“Miżura 4”)

(76)

Il-Miżura 4 tikkonċerna l-kopertura parzjali mill-Istat tar-remunerazzjoni tal-uffiċjali ferrovjarji (jiġifieri, uffiċjali pubbliċi li qabel kienu jaħdmu għall-kumpanija ferrovjarja nazzjonali, Deutsche Bundesbahn, qabel ma ġiet ikkonvertita f’kumpanija kummerċjali u saret DB AG) li huma pprovduti lill-forza tax-xogħol ta’ DB Cargo mill-BEV.

(77)

Bħala parti mill-proċess ta’ liberalizzazzjoni tas-settur ferrovjarju Ġermaniż (43), li kien jinvolvi t-trasformazzjoni tal-ferroviji nazzjonali Ġermaniżi f’kumpanija inkorporata bħala Aktiengesellschaften mill-1994 (ara l-premessi 11 u 15), il-Ġermanja waqqfet u ffinanzjat mir-riżorsi proprji tagħha Fond Federali tal-Ferroviji (Bundeseisenbahnvermögen, “BEV”). Wieħed mill-għanijiet tal-Fond kien li jieħu f’idejh l-uffiċjali ferrovjarji li qabel kienu impjegati minn Deutsche Bundesbahn u li jappoġġa l-allokazzjoni tagħhom lill-persunal ta’ DB AG (u, in fine, lis-sussidjarji tal-grupp DB bħal DB Cargo), sa fejn dawn ma kinux assenjati xi mkien ieħor. Il-BEV huwa impjegatur formali ta’ uffiċjali ferrovjarji, huwa responsabbli wkoll għall-ġestjoni tal-pensjonijiet tal-uffiċjali rtirati u jimmaniġġja l-fond tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-uffiċjali ferrovjarji. Peress li, bħala kwistjoni ta’ liġi, uffiċjali tal-Istat ma jistgħux jiġu assenjati biex jaħdmu f’impriża privata mingħajr bażi legali speċifika, l-allokazzjoni ta’ uffiċjali ferrovjarji mill-BEV kienet permessa bl-introduzzjoni, lill-Grundgesetz für die Bundesrepublik Deutschland (il-Liġi Fundamentali għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja), tal-Artikolu 143(a)(1), li ħoloq bażi legali għas-sistema ta’ assenjazzjoni. Huwa stabbilit ukoll li l-BEV kien qed jassenja uffiċjali ferrovjarji lil impriżi privati, bħall-kompetituri ta’ DB AG, u lil xi aġenziji tal-Istat. Dawn l-assenjazzjonijiet, ta’ skala limitata, huma bbażati esklużivament fuq § 29 tal-Bundesbeamtengesetz (l-Att Federali dwar l-Impjegati taċ-Ċivil, “BBG”) (44) li jeħtieġ il-kunsens tal-uffiċjal rilevanti.

(78)

Il-proċess ta’ trasformazzjoni tal-ferroviji Ġermaniżi ġie organizzat permezz ta’ att dwar it-twaqqif ta’ Deutsche Bahn AG (Deutsche Bahn Gründungsgesetz“DBGrG”) li, fost kwistjonijiet oħra, jistabbilixxi r-relazzjonijiet bejn il-BEV u DB AG. Ir-regola tal-allokazzjoni ta’ uffiċjali ferrovjarji mill-BEV għal DB AG hija stabbilita f’§ 12 tad-DBGrG. Skont § 12(2) u (3) tad-DBGrG, l-uffiċjali ferrovjarji assenjati lil DB AG iżommu l-istatus legali tagħhom ta’ impjegati taċ-ċivil. § 12 tad-DBGrG hija ssupplimentata minn §§ 21 u 23 tad-DBGrG li joħolqu obbligu għal DB AG li jirrimborża lill-BEV il-kostijiet tal-ħaddiema allokati skont l-“als-ob-Kosten-Prinzip” (“kostijiet, daqslikieku prinċipju”). F’konformità ma’ § 21(1) tad-DBGrG, DB AG “tagħmel pagamenti lill-BEV għall-uffiċjali assenjati lilha skont § 12(2) u (3) tad-DBGrG f’ammont ugwali għan-nefqa li ġġarrab jew li hija meħtieġa tħallas għax-xogħol ta’ ħaddiema komparabbli li għandhom jiġu impjegati ġodda mill-kumpanija, inkluż l-ishma tal-impjegaturi fis-servizzi statutorji tas-sigurtà soċjali u tal-pensjoni okkupazzjonali addizzjonali” (45).

(79)

Ftehim konkluż bejn il-BEV u DB AG abbażi ta’ § 21(8) tad-DBGrG jirregola d-dettalji tas-sistema ta’ rimborżi. Il-kostijiet li għandhom jiġu rimborżati jiġu kkalkulati separatament għal kull uffiċjal individwali, jingħaddu flimkien u jiġu rimborżati lill-BEV fuq bażi ta’ kull xahar. DB AG jħallas ukoll il-kostijiet tal-amministrazzjoni tal-persunal tal-BEV pro rata. Skont § 13 tad-DBGrG, il-BEV għandu s-setgħa li jivverifika l-korrettezza tal-klassifikazzjoni tal-uffiċjali ferrovjarji assenjati fil-grupp ta’ paga rilevanti li tiddetermina bil-kbir il-kostijiet tal-persunal li għandhom jiġu rimborżati. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni annwali għar-rimborż tal-kostijiet tal-persunal titfassal u tiġi ċċertifikata minn awditur indipendenti.

(80)

L-allokazzjoni ssir lil DB AG bħala grupp u mhux lil waħda mis-sussidjarji tagħha. Għaldaqstant, ir-rimborż tal-kostijiet tal-persunal għall-uffiċjali assenjati lil DB AG isir minn DB AG lill-BEV. Ma hemm l-ebda pagament dirett tal-kostijiet tal-persunal minn DB Cargo għall-BEV.

(81)

F’sitwazzjonijiet fejn il-BEV jassenja uffiċjali ferrovjarji lil impriżi privati għajr DB AG, il-BEV jikkonkludi ftehim mal-impriża ferrovjarja rilevanti għar-rimborż tal-kostijiet tar-reklutaġġ tal-persunal. Id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehimiet jikkorrispondu għad-dispożizzjonijiet ta’ § 21 tad-DBGrG, li jistabbilixxu l-prinċipju “als-ob-Kosten”.

(82)

Il-Miżura 4 tikkonċerna biss il-grupp ta’ uffiċjali ferrovjarji eżistenti fiż-żmien tat-trasformazzjoni tad-Deutsche Bundesbahn fl-1994; l-ebda uffiċjal ferrovjarju ġdid ma ġie impjegat mill-1993. Il-Miżura 4 għalhekk tikkonċerna grupp ta’ uffiċjali li qed jonqos b’mod kostanti, li jonqos malajr minħabba l-istruttura tal-età ta’ dak il-grupp (aktar minn 60 % tal-ħaddiema kkonċernati se jirtiraw qabel l-2032). Mill-2023, il-miżura kienet tikkonċerna biss madwar 8 % tal-forza tax-xogħol totali ta’ DB Cargo.

2.4.   Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura

(83)

Skont il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni ppreżentata fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-erba’ miżuri investigati kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(84)

Fir-rigward tal-PLTA, meta jitqies it-tul tiegħu u l-assenza ta’ kwalunkwe limitu massimu fir-rigward tal-kopertura tat-telf ta’ dak il-ftehim u t-telf kontinwu sa mill-konklużjoni tal-PLTA, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk il-kopertura kontinwa minn DB ML u DB AG tat-telf ripetut ta’ DB Cargo, mingħajr ma vvalutat jekk il-PLTA għandux jiġi tterminat sabiex isalva l-parti li jifdal tal-kapital, setgħetx tinvolvi vantaġġ indebitu u selettiv għal DB Cargo fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Minħabba dak id-dubju, il-Kummissjoni fittxet kjarifika ulterjuri tal-iffissar legali u l-istruttura korporattiva, kif ukoll l-arranġamenti kuntrattwali fi ħdan il-grupp DB AG li permezz tagħhom il-kumpanija omm tassorbi t-telf ta’ DB Cargo matul is-snin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-PLTA kien imputabbli għall-Istat Ġermaniż prinċipalment abbażi tas-sjieda sħiħa ta’ DB Cargo u l-kumpanija omm tagħha DB AG mill-Istat Ġermaniż, li tinvolvi l-possibbiltà li jinħatru membri tal-Bordijiet Superviżorji ta’ dawk l-entitajiet, kif ukoll abbażi tar-rekwiżit statutorju ta’ approvazzjoni formali ta’ ftehim ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf mill-azzjonist. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li DB AG u DB Cargo huma inkorporati bħala Aktiengesellschaften skont id-dritt privat li jfisser li l-Assembleji Ġenerali ta’ dawk il-kumpaniji fil-prinċipju ma jistgħux joħorġu struzzjonijiet lill-Bord tad-Diretturi tagħhom. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet ukoll li l-Bord Superviżorju ta’ DB AG ma kienx magħmul minn maġġoranza ta’ rappreżentanti tal-gvern. Madankollu, fil-kuntest ta’ dan il-każ, fid-dawl tal-importanza strateġika tan-negozju tal-merkanzija bil-ferrovija għall-politika tal-gvern Federali fil-qasam tat-trasport, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li l-Istat, permezz tal-preżenza tiegħu fil-Bord Superviżorju ta’ DB AG, seta’ jinfluwenza indirettament id-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi.

(85)

Fir-rigward tal-ipprezzar tas-servizzi intragrupp, il-Kummissjoni nnotat b’mod partikolari li, skont l-informazzjoni ppubblikata minn DB AG, is-servizzi intragrupp lil DB Cargo kienu pprovduti mingħajr ħlas jew bi prezzijiet orħos mill-prezzijiet tas-suq u li l-Ġermanja ma kienet ipprovdiet l-ebda analiżi jew data biex issostni l-affermazzjoni tagħha li dawk is-servizzi kienu pprovduti fuq bażi ta’ distakkament. Il-Kummissjoni osservat li, fin-nuqqas ta’ elementi suffiċjenti li juru li s-servizzi intragrupp ipprovduti lil DB Cargo abbażi ta’ ftehimiet ma’ DB AG kienu konformi mal-kundizzjonijiet normali tas-suq, ma setax jiġi eskluż li dawk is-servizzi kienu sors ta’ vantaġġ għal DB Cargo fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-Kummissjoni stiednet lill-Ġermanja biex tipprovdi aktar informazzjoni u evidenza dwar is-servizzi intragrupp ipprovduti lil DB Cargo, b’mod partikolari fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehimiet li jipprovdu servizzi lil DB Cargo, il-bażi tal-kost tagħhom u informazzjoni oħra relatata mal-prezz tas-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li l-Miżura 2 kienet imputabbli għall-Istat Ġermaniż. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni qieset is-sjieda sħiħa ta’ DB Cargo u l-kumpanija omm tagħha DB AG mill-Istat Ġermaniż li tinvolvi l-possibbiltà li jittieħdu d-deċiżjonijiet kollha fl-Assemblea Ġenerali ta’ DB AG waħedha u l-fatt li d-deċiżjoni ta’ DB AG li tipprovdi servizzi intragrupp lis-sussidjarji tagħha jista’ jkollha impatt konsiderevoli fuq il-baġit ta’ DB AG u għalhekk fuq l-interessi tal-azzjonist.

(86)

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament ta’ self mogħti minn DB Treasury, il-Kummissjoni nnotat b’mod partikolari li l-Ġermanja ma kinitx ipprovdiet evidenza biex tappoġġa l-affermazzjoni tagħha li dawk il-kundizzjonijiet kienu konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq u kienu konformi mal-prinċipju ta’ distakkament. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-affermazzjoni tal-Ġermanja ma qisitx il-fatt li DB Cargo gawdiet minn klassifikazzjonijiet tal-kreditu aħjar minħabba l-eżistenza tal-PLTA fis-seħħ, filwaqt li, f’konformità mal-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti tal-Unjoni, is-self bejn l-entitajiet legali ta’ impriża integrata vertikalment jista’ jingħata biss b’kont meħud tal-profil tar-riskju individwali tal-entità kkonċernata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset in-nuqqas ta’ kwalunkwe kollateral ipprovdut minn DB Cargo għas-self b’terminu twil pendenti kollu.

(87)

Abbażi ta’ dawk l-elementi, il-Kummissjoni sabet li ma setax jiġi eskluż li DB Cargo potenzjalment irċeviet vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE fil-forma ta’ kundizzjonijiet ta’ finanzjament minn DB Treasury li ma kinux konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. Il-Kummissjoni stiednet lill-Ġermanja u lill-partijiet interessati biex jipprovdu aktar informazzjoni u evidenza biex jistabbilixxu jekk is-self mogħti minn DB Treasury lil DB Cargo huwiex konformi mat-termini tas-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li l-Miżura 3 kienet imputabbli għall-Istat Ġermaniż. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset is-sjieda sħiħa ta’ DB Cargo u tal-kumpanija omm tagħha DB AG mill-Istat Ġermaniż. Il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod preliminari li l-organizzazzjoni tas-servizzi tat-teżor u l-kundizzjonijiet tal-ipprezzar jista’ jkollhom impatt konsiderevoli fuq il-baġit ta’ DB AG. Għalhekk, ma setax jiġi eskluż li d-deċiżjoni dwar kif għandu jiġi pprovdut finanzjament lis-sussidjarji, u taħt liema kundizzjonijiet, kienet ta’ importanza fundamentali għall-ogħla livell ta’ tmexxija tal-grupp DB, kif ukoll għall-azzjonist tiegħu, l-Istat Ġermaniż.

(88)

Fir-rigward tal-kopertura parzjali tar-remunerazzjoni tal-impjegati taċ-ċivil mill-BEV, il-Kummissjoni nnotat li l-Ġermanja ma pprovdietx evidenza li turi li l-kostijiet għall-impjieg tal-impjegati taċ-ċivil imġarrba minn DB Cargo fil-fatt kienu jikkorrispondu għall-prezzijiet tas-suq għall-persunal ikkwalifikat b’mod simili. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi l-possibbiltà li l-fatt li l-BEV jkopri ċerti kostijiet għall-persunal impjegat minn DB Cargo jikkostitwixxi vantaġġ għal DB Cargo. Il-Kummissjoni stiednet lill-Ġermanja u lill-partijiet interessati biex jipprovdu aktar informazzjoni u evidenza dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv fir-rigward tal-Miżura 4. Barra minn hekk, fir-rigward tal-imputabbiltà tal-Miżura 4 lill-Istat, il-Kummissjoni osservat li d-deċiżjoni dwar l-entità li ġġarrab il-kostijiet għar-remunerazzjoni tal-impjegati taċ-ċivil li huma assenjati lil DB AG kienet ibbażata fuq dispożizzjoni statutorja tad-DBGrG, li l-Parlament Federali approva, u għalhekk kienet imputabbli għall-Istat.

(89)

Skont il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni, l-erba’ miżuri li qed jiġu eżaminati kienu jinvolvu r-riżorsi tal-Ġermanja minħabba s-sjieda sħiħa tagħha ta’ DB Cargo, permezz ta’ DB AG u minħabba l-finanzjament pubbliku tal-BEV. Il-Kummissjoni qieset ukoll b’mod preliminari li l-miżuri kollha kkonċernati setgħu jtejbu l-pożizzjoni kompetittiva ta’ DB Cargo u għalhekk jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(90)

Fir-rigward tal-kompatibbiltà mas-suq intern, il-Kummissjoni ma kienet identifikat l-ebda bażi għall-kompatibbiltà tal-miżuri kkonċernati u nnotat li l-Ġermanja ma kienet ressqet l-ebda argument biex issostni sejba ta’ kompatibbiltà għalihom. Il-Kummissjoni stiednet lill-Ġermanja u lill-partijiet interessati biex jipprovdu fehmiet u evidenza dwar il-kompatibbiltà possibbli tal-miżuri kkonċernati.

3.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

3.1.   ERFA

(91)

Fis-sottomissjoni tagħha tad-19 ta’ Settembru 2022, l-ERFA tispjega li t-trasport Ewropew tal-merkanzija bil-ferrovija huwa kompetittiv ħafna u li, f’dawn l-aħħar snin, il-kompetituri privati żiedu b’mod kostanti s-sehem mis-suq tagħhom fl-Ewropa għal 48 % fl-2020. Skont l-ERFA, x’aktarx li se jiżviluppawh aktar fil-futur. L-ERFA ssostni li hija tappoġġa lill-Kummissjoni fl-għan tagħha li tiżgura li l-kompetizzjoni fis-suq tal-merkanzija bil-ferrovija ma tiġix imfixkla mill-għajnuna mill-Istat. F’dan ir-rigward, l-ERFA ssostni li t-telf li jittieħed awtomatikament minn kumpaniji azzjonarji jenħtieġ li jikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. L-ERFA tenfasizza l-importanza ta’ struttura ta’ governanza ċara tal-impriżi ferrovjarji tal-Istat u ssostni li t-telf fit-tul ta’ DB Cargo matul dawn l-aħħar snin, li ġie kopert sistematikament minn DB AG, jagħti l-impressjoni li l-istruttura ta’ governanza f’dan il-każ mhijiex ċara. Skont l-ERFA, kwalunkwe inċertezza f’dan ir-rigward tneħħi l-ħtieġa li l-impriżi ferrovjarji tal-Istat joperaw f’kundizzjonijiet normali tas-suq, u b’hekk tfixkel il-kompetizzjoni. Barra minn hekk, l-ERFA titlob trasparenza tal-kostijiet tas-servizzi f’każijiet meta impriża ferrovjarja tal-Istat tirċievi servizzi intrakumpanija mill-kumpanija azzjonarja jew mill-kumpanija oħt jew meta tirċievi kwalunkwe finanzjament minn kumpanija azzjonarja. L-ERFA essenzjalment issostni li kwalunkwe finanzjament ipprovdut għandu jirrifletti l-kundizzjonijiet normali tas-suq għall-aċċess għall-finanzjament biex jiġi evitat sussidju inkroċjat, li jiddiskrimina kontra l-kompetituri.

(92)

L-ERFA ssostni wkoll li l-għajnuna leġittima, bħall-għajnuna għat-traffiku tal-SWL jew għat-trasport intermodali, ma tridx tintuża bħala mezz ta’ finanzjament ta’ kumpaniji tal-Istat li jinsabu f’diffikultà. L-ERFA ssostni wkoll li tali għajnuna mill-Istat maħsuba biex tagħti spinta lil bidla modali għandha tirrifletti l-kostijiet operattivi reali tas-servizz u għandha tkun limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha sabiex ma tkunx f’kompetizzjoni diretta ma’ segmenti oħra tas-suq bħat-traffiku tat-tren blokka. L-ERFA ssostni li tali għajnuna mill-Istat lanqas ma trid tintuża biex jitwaqqa’ l-prezz sabiex jittieħed is-suq ta’ parteċipanti ġodda. L-ERFA ssostni li jenħtieġ li l-kumpaniji tal-Istat li jirċievu appoġġ pubbliku għal ċerti operazzjonijiet, bħall-SWL, jiżguraw is-separazzjoni tal-kontijiet u l-organizzazzjoni minn operazzjonijiet oħra – speċjalment dawk li joperaw b’mod kompetittiv ma’ operaturi privati u indipendenti. L-ERFA ssostni li għajnuna mill-Istat eċċessiva għal operazzjonijiet li jiddominaw l-impriżi ferrovjarji tal-Istat, bħall-SWL, tfixkel il-kompetizzjoni.

3.2.   L-ilmentatur

(93)

Fis-sottomissjoni tiegħu tad-19 ta’ Settembru 2022, l-ilmentatur jilqa’ l-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li l-erba’ miżuri kkonċernati jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u li jkun hemm dubju dwar il-kompatibbiltà tagħhom. L-ilmentatur jiddispjaċih li l-Ġermanja ma ssospendietx b’mod effettiv l-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri kif meħtieġ mill-ġurisprudenza stabbilita.

(94)

L-ilmentatur isostni li l-miżuri kollha kkonċernati, elenkati fil-premessa 14 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ huma għajnuna mill-Istat.

(95)

L-ewwel nett, l-ilmentatur isostni li l-miżuri kollha kkonċernati jinvolvu riżorsi tal-Istat. B’mod partikolari, l-ilment isostni, fir-rigward tal-Miżuri 1, 2 u 3, li l-Ġermanja hija l-unika proprjetarja ta’ DB AG u tikkontrolla l-voti marbuta mal-ishma u għalhekk DB AG għandha titqies bħala impriża pubblika fis-sens tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE (46). Bħala l-uniku azzjonist, il-Ġermanja hija kapaċi tidderieġi l-użu tar-riżorsi ta’ DB AG, li huwa biżżejjed biex tikkwalifikahom bħala riżorsi tal-Istat. Barra minn hekk, l-ilmentatur isostni li l-fatt li dawn il-miżuri jkunu ffinanzjati minn profitti tan-negozju ġġenerati fi ħdan il-grupp DB, kif allegat mill-Ġermanja mhuwiex ippruvat u, fi kwalunkwe każ, huwa irrilevanti. Fir-rigward tal-Miżura 4, l-ilmentatur isostni li dik il-miżura hija ffinanzjata mill-BEV li hija entità tal-Istat u li r-riżorsi tagħha huma riżorsi tal-Istat.

(96)

It-tieni, l-ilmentatur isostni li l-miżuri kkonċernati huma imputabbli għall-Istat Ġermaniż. L-ilmentatur jinnota li DB AG hija impriża pubblika u li miżura hija imputabbli għall-Istat fejn l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jitqiesu li kienu involuti, b’xi mod jew ieħor, fl-adozzjoni tal-miżura. L-ilmentatur ifakkar li l-imputabbiltà ta’ miżura partikolari tista’ tiġi dedotta minn sett ta’ indikaturi li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tal-każ u l-kuntest li fih ittieħdet il-miżura, inkluż indikaturi li juru li huwa improbabbli li l-awtoritajiet pubbliċi ma kinux involuti fl-adozzjoni tal-miżura. L-ilmentatur jissottometti wkoll:

(a)

fir-rigward tal-Miżura 1, li l-Istat Ġermaniż ħeġġeġ speċifikament lil DB AG biex tadotta l-PLTA kif kien approvah, fil-kapaċità tiegħu bħala azzjonist uniku ta’ DB AG. Hemm evidenza diretta tal-involviment tal-Istat f’dik id-deċiżjoni. Il-PLTA ma setax jidħol fis-seħħ mingħajr l-approvazzjoni tal-azzjonist ta’ DB AG. Il-fatt li, kif argumentat il-Ġermanja, l-approvazzjoni tagħha tkun sempliċiment formali mhuwiex rilevanti fid-dawl tal-ġurisprudenza (47). Irrispettivament minn kif tista’ tiġi eżerċitata s-setgħa tal-Istat bħala azzjonist, il-gvern Ġermaniż seta’ jimblokka l-adozzjoni tal-PLTA kieku ma kienx adattat għalih. Barra minn hekk, it-trasferiment tal-profitt u t-telf iseħħ fuq bażi annwali u huwa approvat mill-Bord Superviżorju ta’ DB AG, li jirrappreżenta għall-maġġoranza tiegħu l-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Istat;

(b)

fir-rigward tal-Miżuri 2 u 3, l-ilmentatur josserva li, filwaqt li dawk il-miżuri ma ġewx adottati direttament mill-Istat, kif kien il-PLTA, hemm sett ta’ indikaturi li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tal-każ u l-kuntest li fih ittieħdu dawk il-miżuri, li juru l-involviment tal-Istat jew l-improbabbiltà li ma kienx involut. Dawk l-indikaturi, li huma rilevanti wkoll għall-valutazzjoni tal-imputabbiltà tal-Miżura 1, huma dawn li ġejjin:

(1)

għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet tagħha, il-Ġermanja tikkontrolla lil DB Cargo u kumpaniji oħra li jappartjenu għall-grupp DB. Dan il-kontroll jirriżulta mis-sjieda totali ta’ DB Cargo u huwa msaħħaħ mill-ftehim ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf fis-seħħ bejn DB Cargo u DB AG, fejn l-ewwel waħda tissubordina l-ġestjoni tal-kumpanija tagħha lil din tal-aħħar. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-obbligu statutorju tal-Istat Ġermaniż li jeżerċita grad xieraq ta’ influwenza fuq il-kumpaniji li fihom ikollu ishma, inkluż indirettament, jekk is-sehem ikun ta’ sinifikat politiku jew finanzjarju partikolari għall-Ġermanja (48);

(2)

għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet tagħha, il-Ġermanja tikkontrolla l-attivitajiet ta’ DB AG, peress li l-Istat jaħtar nofs il-membri tal-Bord Superviżorju ta’ DB AG li min-naħa tiegħu jaħtar il-Bord tad-Diretturi, u joħloq katina ta’ influwenza li tirrifletti l-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ 100 % tal-Istat u l-influwenza dominanti tiegħu. Il-membri tal-Bord Superviżorju huma eżentati mid-dmir ġenerali ta’ kunfidenzjalità, applikabbli fil-korporazzjonijiet tal-ishma, fir-rapporti li jissottomettu lill-Istat (49) u jridu jqisu l-interessi speċjali tal-Ġermanja fid-dmirijiet tagħhom (50);

(3)

L-allegazzjonijiet tal-Ġermanja li l-Miżuri 2 u 3 huma deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tan-negozju, li ma jinvolvux l-azzjonist ta’ DB AG (la direttament permezz tal-Assemblea Ġenerali u lanqas permezz tal-Bord Superviżorju) mhumiex kredibbli, minħabba l-impatt finanzjarju potenzjali tagħhom fuq il-baġit ta’ DB AG. Tabilħaqq, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-PCGK (51) it-tranżazzjonjiet ta’ importanza fundamentali u deċiżjonijiet oħra tal-Bord tat-Tmexxija b’impatt kbir fuq l-operazzjonijiet tan-negozju u fuq l-assi, fuq is-sitwazzjoni finanzjarja jew fuq l-introjtu tal-kumpanija jeħtieġu l-awtorizzazzjoni tal-Bord Superviżorju;

(4)

l-interess tal-Istat Ġermaniż li jirċievi dividendi mill-grupp DB jindika li l-Istat kellu jkun involut fil-Miżuri 2 u 3;

(5)

għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet tal-Ġermanja, DB AG mhijiex biss kumpanija rregolata mid-dritt privat li tibbenefika mill-ogħla livell ta’ libertà u indipendenza mill-azzjonisti tagħha. Għall-kuntrarju, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-BHO u tal-PCGK l-Istat għandu d-dmir li jeżerċita b’mod attiv l-influwenza tiegħu fuq DB AG biex jiżgura l-interess pubbliku. Barra minn hekk, il-PCGK ipoġġi diversi obbligi speċifiċi fuq kumpaniji li fihom l-Istat Ġermaniż għandu parteċipazzjoni li jmorru lil hinn minn dak li jista’ jkun mistenni minn kumpanija privata (inkluż li taġixxi b’mod responsabbli u etikament sod, billi tuża r-riżorsi tal-kumpanija ekonomikament u b’mod sostenibbli, filwaqt li tirrispetta d-dritt tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat). Fl-aħħar nett, DB AG tibbenefika minn appoġġ kontinwu u mingħajr kundizzjonijiet mill-Istat u għalhekk ma teżerċitax l-attivitajiet tagħha f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati, li hija indikazzjoni addizzjonali tal-influwenza tal-Istat.

(c)

Fir-rigward tal-Miżura 4, l-ilmentatur isostni li din tirriżulta mid-dispożizzjonijiet statutorji tad-DBGrG u għalhekk hija imputabbli għall-Istat.

(97)

It-tielet, l-ilmentatur isostni li l-miżuri kkonċernati jagħtu vantaġġ ekonomiku lil DB Cargo. L-ilmentatur jissottometti b’mod partikolari:

(a)

fir-rigward tal-Miżura 1, li l-Ġermanja ma pprovdiet l-ebda informazzjoni jew evidenza rilevanti li turi li aġixxiet fil-kapaċità tagħha bħala azzjonista ta’ DB AG minflok fil-kapaċità tagħha bħala awtorità pubblika u li, b’konsegwenza ta’ dan, it-test tal-operatur f’ekonomija tas-suq (“MEO”, market economy operator) mhuwiex applikabbli. Jekk il-Kummissjoni ssib li t-test huwa applikabbli, l-ilmentatur isostni li ma hemmx biżżejjed elementi li juru li operatur privat, f’sitwazzjoni kemm jista’ jkun qrib ta’ DB AG, effettivament jidħol f’PLTA ma’ sussidjarja bħal DB Cargo u skont il-kundizzjonijiet applikabbli. F’dak ir-rigward, l-ilmentatur jindika t-telf kontinwu mġarrab minn DB Cargo skont il-PLTA fis-seħħ bejn l-1999 u l-2012 u għall-fatt li, minkejja dak it-telf, il-PLTA l-ġdid li kien ftehim inkundizzjonat mhux limitat fil-kamp ta’ applikazzjoni u lanqas fl-ammont ġie konkluż fl-2012 u mbagħad imġedded awtomatikament fl-2016 u fl-2018. L-ilmentatur jinnota wkoll li, abbażi tad-data tas-suq disponibbli fl-2012 u minħabba l-kopertura tat-telf annwali, ma kien hemm l-ebda perspettiva li jsir profitt. Fl-aħħar nett, l-ilmentatur jindika l-fatt li l-PLTA ġie adottat u miżmum fis-seħħ għalkemm il-Ġermanja kellha l-marġni ta’ diskrezzjoni meħtieġ biex l-ewwel nett ma tidħolx f’tali ftehim u biex titterminah fi kwalunkwe ħin. Barra minn hekk, l-ilmentatur jinnota li, billi ddikjarat, fil-kuntest tal-Miżura 3, li DB AG u DB Cargo għandhom l-istess klassifikazzjoni tal-kreditu bis-saħħa tal-eżistenza tal-PLTA, il-Ġermanja rrikonoxxiet l-effett pożittiv tal-PLTA fuq il-klassifikazzjoni ta’ DB Cargo u b’hekk irrikonoxxiet li l-PLTA jagħti vantaġġ lil DB Cargo;

(b)

fir-rigward tal-Miżura 2, l-affermazzjoni tal-Ġermanja li s-servizzi intragrupp huma pprovduti b’mod distakkat ma hija sostnuta minn ebda analiżi ekonomika u fil-fatt hija kontradetta minn informazzjoni ppubblikata uffiċjalment;

(c)

fir-rigward tal-Miżura 3, il-pretensjoni tal-Ġermanja li s-self mogħti minn DB Treasury lil DB Cargo huwa bbażat fuq kundizzjonijiet normali tas-suq ma hija sostnuta minn ebda evidenza. Fil-fatt, dik l-affermazzjoni hija kontradetta minn rapporti integrati ta’ DB AG disponibbli għall-pubbliku li minnhom jirriżulta li s-self ikkonċernat ma kienx intiż li jrendi profitt lil DB AG. Barra minn hekk, grazzi għall-eżistenza tal-PLTA, DB Cargo hija assenjata għall-istess gruppi ta’ kwalità tal-kreditu mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni u b’hekk tibbenefika minn klassifikazzjoni tal-kreditu eċċessiva;

(d)

fir-rigward tal-Miżura 4, li l-kostijiet addizzjonali għal DB Cargo biex timpjega impjegati taċ-ċivil meta mqabbla mal-kostijiet tal-impjegati tas-settur privat ma jikkostitwixxux imposta anormali fuq DB Cargo li tista’ tiġi kkumpensata mill-Istat mingħajr ma tammonta għal għajnuna mill-Istat. Tali kostijiet addizzjonali ma jikkostitwixxux il-kumpens tal-kostijiet ta’ deroga preċedenti mis-sistema ġenerali (deroga doppja) u l-miżura lanqas ma tammonta għall-kumpens ta’ SGEI f’konformità mal-kriterji ta’ Altmark. Għalhekk, l-interventi tal-BEV jagħtu vantaġġ lil DB Cargo.

4.   KUMMENTI MILL-ĠERMANJA

4.1.   Osservazzjonijiet preliminari ġenerali

(98)

Il-Ġermanja ssostni li l-Kummissjoni ma ssodisfatx l-oneru tal-prova tagħha relatat mad-dimostrazzjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna u ma identifikatx b’mod ċar dubji dwar il-kompatibbiltà tal-erba’ miżuri kkonċernati mas-suq intern.

(99)

Il-Ġermanja tindika wkoll li d-dinamika kompetittiva fis-suq Ġermaniż tal-merkanzija bil-ferrovija hija biżżejjed biex tinvalida l-affermazzjoni tal-ilmentatur li s-suq huwa kkaratterizzat minn distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw minn allegat intervent mill-Istat favur DB Cargo. Il-Ġermanja tindika b’mod partikolari l-fatt li l-kompetituri ta’ DB Cargo żiedu b’mod kostanti s-sehem mis-suq tagħhom fil-Ġermanja minn 29 % fl-2012 għal 57 % fl-2022. B’kuntrast ma’ dan, fi Stati Membri oħra, is-sehem mis-suq ta’ kompetituri huwa ħafna aktar baxx: 54 % fl-Italja, 51 % fl-Iżvezja, 50 % fil-Polonja, 32 % fl-Awstrija, 31 % fl-Iżvizzera u 30 % fil-Belġju (52).

(100)

Il-Ġermanja tindika li tfittex li żżid is-sehem mis-suq tal-ferroviji fit-trasport globali tal-merkanzija, b’mod partikolari bil-ħsieb tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport. F’dan ir-rigward, ġew stabbiliti diversi miżuri ta’ appoġġ orizzontali għall-impriżi tal-merkanzija bil-ferrovija. Skont il-Ġermanja, il-ftuħ tal-proċedimenti formali joħloq inċertezza għas-settur kollu tal-merkanzija bil-ferrovija li jimmina l-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika.

4.1.1.   Osservazzjonijiet dwar il-miżuri kkonċernati

(101)

Il-Ġermanja ssostni li l-ebda waħda mill-miżuri elenkati fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ma tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(102)

Fir-rigward tal-Miżuri 1 sa 3, il-Ġermanja ssostni li l-valutazzjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ mhijiex konformi mal-kunċett ta’ unità ekonomika waħda.

(103)

Il-Ġermanja targumenta li l-kumpaniji kollha li jappartjenu għal grupp għandhom jiġu ttrattati bħala impriża waħda għal skopijiet tal-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE (53). Meta kumpanija omm (f’dan il-każ DB AG) teżerċita kontroll fuq is-sussidjarji totalment proprjetà tagħha (f’dan il-każ, DB Cargo) (54), il-grupp kollu għandu jiġi kklassifikat bħala unità ekonomika u għalhekk bħala impriża waħda fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (55). F’dan ir-rigward, il-Ġermanja tirreferi wkoll għall-eżenzjoni ta’ ftehimiet li jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn kumpaniji omm u sussidjarji mill-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE (56). Barra minn hekk, il-Ġermanja tirreferi għad-definizzjoni ta’ impriżi marbuta fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (57) u l-Artikolu 2(2) u l-premessa 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (58).

(104)

Barra minn hekk, il-Ġermanja targumenta li l-ebda preċedent ma jappoġġa l-approċċ tal-Kummissjoni biex teżamina tranżazzjonijiet purament intragrupp skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat u li sussidjar reċiproku illegali fi ħdan impriżi ferrovjarji integrati huwa effettivament eskluż mir-rekwiżiti regolatorji settorjali tal-Unjoni (b’mod partikolari d-Direttivi 2012/34/UE (59) u (UE) 2016/2370 (60)) u t-traspożizzjoni tagħhom fil-liġi nazzjonali.

(105)

Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li l-argument tal-Kummissjoni jmur kontra l-prinċipju ta’ newtralità stabbilit fl-Artikolu 345 tat-TFUE. Dan għaliex l-impriżi privati huma liberi li jfasslu r-relazzjonijiet ta’ prestazzjoni intragrupp tagħhom u ma għandhomx għalfejn jirrispettaw il-limiti stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Jekk, fil-futur, il-Kummissjoni kellha tivvaluta l-ftehimiet u t-tranżazzjonijiet intragrupp kollha (biss) fil-każ ta’ impriżi pubbliċi fid-dawl tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat u – kif ġara f’dan il-każ – soġġett għal suspett ġenerali u obbligu ta’ ġustifikazzjoni, dan ikun jikkostitwixxi żvantaġġ serju għall-impriżi fi sjieda pubblika.

4.1.1.1.   Kumpens għat-telf annwali ta’ DB Cargo skont il-ftehim ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf (Miżura 1)

(106)

Il-Ġermanja ssostni li l-ebda riżorsa tal-Istat ma hija involuta fil-Miżura 1, peress li t-telf ta’ DB Cargo huwa kopert minn profitti tan-negozju ġġenerati fi ħdan il-grupp DB. Sabiex il-fondi privati, bħall-profitti tan-negozju tal-grupp DB, jiġu kkwalifikati bħala riżorsi tal-Istat, huwa meħtieġ li jintwera li dawn il-fondi huma kontinwament taħt il-kontroll pubbliku u għalhekk għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (61). F’dan ir-rigward, il-Ġermanja rreferiet ukoll għas-sentenza tal-Qorti (62) dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1208 (63).

(107)

Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li d-deċiżjoni li jiġi kopert it-telf ta’ DB Cargo mhijiex imputabbli għall-Istat, għalkemm l-Istat ħa sehem fil-konklużjoni tal-PLTA permezz tal-voti rispettivi fl-Assemblea Ġenerali li ppermettew il-konklużjoni tal-PLTA. Skont il-Ġermanja, il-kriterji użati għad-determinazzjoni tal-imputabbiltà mhumiex issodisfati f’dan il-każ. F’dan ir-rigward, il-Ġermanja tkompli telabora dwar l-argumenti tagħha deskritti fil-premessa 65 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ:

(a)

DB AG hija inkorporata taħt id-dritt privat fil-forma ta’ korporazzjoni b’ishma konġunti (“Aktiengesellschaft”), forma ta’ organizzazzjoni tan-negozju li tagħti lill-maniġment (u l-Bord Superviżorju) il-libertà u l-indipendenza mill-istruzzjonijiet tal-azzjonisti (l-Assemblea Ġenerali ma għandhiex il-possibbiltà li toħroġ struzzjonijiet lill-membri tal-Bord tad-Diretturi jew lill-membri tal-Bord Superviżorju). Għaldaqstant, l-Istat ma jikkontrollax id-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni ta’ DB AG, li jittieħdu mill-Bord tad-Diretturi. Il-Bord tad-Diretturi ma jinkludi l-ebda rappreżentant tal-gvern. Barra minn hekk, il-Bord Superviżorju jgħodd biss ftit rappreżentanti tal-gvern fost l-20 membru tiegħu (tliet membri kemm bħalissa kif ukoll fiż-żmien tal-iffirmar tal-PLTA). Barra minn hekk, lanqas ma kien hemm rappreżentanti tal-gvern fil-Bord tad-Diretturi ta’ DB Cargo, u żewġ rappreżentanti tal-gvern biss (wieħed mill-Ministeru Federali għad-Diġitali u t-Trasport u wieħed mill-Ministeru Federali għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Azzjoni Klimatika) fil-Bord Superviżorju ta’ DB Cargo. L-uniku azzjonist ta’ DB Cargo fl-Assemblea Ġenerali kien DB AG.

(b)

Il-konklużjoni ta’ tali ftehimiet, irregolata mill-Aktiengesetz, hija prattika komuni fi gruppi ta’ kumpaniji inkorporati taħt id-dritt privat. DB AG segwiet prattika standard għall-korporazzjonijiet.

(c)

Filwaqt li l-Ġermanja taċċetta li r-rappreżentant tal-Gvern Federali fl-Assemblea Ġenerali ta’ DB AG ta l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-PLTA ma’ DB Cargo, il-Ġermanja ssostni li dan ma jiġġustifikax l-imputazzjoni tad-deċiżjoni lill-Istat. Bl-approvazzjoni tal-konklużjoni tal-PLTA fl-assemblea ġenerali, ir-rappreżentant tal-Gvern Federali aġixxa biss fir-rwol ta’ azzjonist taħt l-AktG, bl-istess mod kif japplika għal korporazzjonijiet privati (§ 293 AktG). Barra minn hekk, il-kunsens tal-Istat għal miżura ma jistax minnu nnifsu jagħti lok għal imputabbiltà. Inkella, kwalunkwe approvazzjoni mill-Istat ta’ tranżazzjoni legali tagħmilha miżura “Statali”. L-imputabbiltà tista’ tiġi stabbilita biss jekk l-awtoritajiet pubbliċi kienu involuti b’mod proattiv fl-adozzjoni ta’ dik il-miżura jew imponewha.

(d)

Skont il-Ġermanja, il-fehma li mhux il-miżuri kollha meħuda minn impriża pubblika favur sussidjarja huma imputabbli għall-Istat ġiet ikkonfermata mill-Kummissjoni fil-każ li jikkonċerna l-Empresa de Manutenção de Equipamento Ferroviário (EMEF) (64). Dak il-każ kien jikkonċerna, inter alia, injezzjonijiet ta’ kapital, garanziji, self intragrupp u kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi bejn il-ferrovija tal-Istat Portugiż Comboios de Portugal (CP) u s-sussidjarja totalment proprjetà tagħha EMEF.

(e)

Barra minn hekk, l-imputabbiltà lill-Istat abbażi tar-riżoluzzjoni tal-assemblea ġenerali tkun teħtieġ li l-Istat ikun seta’ jipprevjeni l-miżura minħabba nuqqas ta’ approvazzjoni (65), li mhuwiex il-każ. Anki fin-nuqqas ta’ PLTA, DB AG setgħet tittrasferixxi profitti u telf. Il-profitti jistgħu jiġu ttrasferiti lil DB AG abbażi ta’ deċiżjoni sempliċi tal-azzjonisti minn DB Cargo. It-telf ta’ DB Cargo jista’, fi kwalunkwe ħin, jiġi kkumpensat minn DB AG b’aktar injezzjonijiet ta’ ekwità, pereżempju billi jikkontribwixxi għar-riżerva kapitali. Tali miżuri minn DB AG ma jinvolvux l-Istat iżda jkunu miżuri purament intragrupp. Dan japplika a fortiori għal kumpensi ta’ telf individwali fuq il-bażi tal-PLTA. Dan għaliex seħħew mingħajr ebda involviment tal-Istat. Dawn twettqu awtomatikament f’konformità mar-rekwiżiti legali ta’ § 302 AktG u indipendentement minn kwalunkwe deċiżjoni individwali.

(f)

L-obbligu legali stabbilit f’§ 65(2), flimkien ma’ § 65 (3), tal-Kodiċi tal-Baġit Federali (“Bundeshaushaltsordnung” – BHO) (ara l-premessa […]), li abbażi tiegħu l-Istat kellu jaqbel mal-konklużjoni tal-PLTA lanqas ma huwa indikazzjoni ta’ imputabbiltà, peress li d-dispożizzjonijiet fil-BHO jikkonċernaw “bidla fl-influwenza tal-Gvern Federali” (“Änderung des Einflusses des Bundes”) u għalhekk biss il-parti ta’ kontroll tal-ftehim u mhux il-parti li tikkonċerna t-trasferiment awtomatiku tal-profitti u t-telf. F’dak il-kuntest, il-Ġermanja tispjega wkoll li, filwaqt li spiss jiġu kkombinati fi ftehim wieħed, bħal fil-każ ta’ DB Cargo, il-ftehimiet ta’ kontroll u l-ftehimiet ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf huma żewġ tipi differenti ta’ ftehimiet. Fi kwalunkwe każ, ir-rekwiżit mhuwiex rekwiżit ta’ approvazzjoni tal-Istat indipendenti legalment vinkolanti għall-impriża tal-Istat, f’dan il-każ DB AG.

(g)

Il-mod kif DB AG hija ssorveljata mill-Istat ma jammontax għal grad ta’ superviżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi fuq DB AG li jkun rilevanti bħala indikatur tal-imputabbiltà. L-ebda waħda mill-awtoritajiet pubbliċi ma għandha superviżjoni amministrattiva fuq il-ġestjoni ta’ DB AG u s-sussidjarji tagħha, b’mod partikolari:

(a)

L-attività tal-Uffiċċju Federali tal-Ferroviji (“Eisenbahn-Bundesamt” - EBA) hija relatata ma’ kompiti speċifiċi tal-approvazzjoni tal-ippjanar, l-approvazzjoni tal-vetturi u l-kompiti relatati mas-sikurezza. Barra minn hekk, l-attivitajiet tal-EBA jkopru wkoll kumpaniji ferrovjarji privati.

(b)

L-attività tal-Aġenzija Federali tan-Networks (“Bundesnetzagentur” - BNetzA), bħala l-awtorità regolatorja kompetenti, timmonitorja l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji ferrovjarji kemm mill-kumpaniji federali kif ukoll minn dawk mhux federali tal-infrastruttura ferrovjarja.

(c)

L-attivitajiet tal-Qorti Federali tal-Awdituri (“Bundesrechnungshof”) huma relatati mal-Gvern Federali u mal-ġestjoni baġitarja u ekonomika tiegħu (inkluż l-azzjonijiet tiegħu fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji miżmuma mill-Gvern Federali f’kumpaniji stabbiliti skont id-dritt privat).

(d)

Il-Ministeru Federali għad-Diġitali u t-Trasport ma jeżerċitax superviżjoni amministrattiva fuq il-“governanza tan-negozju” ta’ DB AG u s-sussidjarji tagħha. Il-Ministeru jmexxi u huwa responsabbli għax-xogħol tad-dipartiment speċjalizzat responsabbli għall-politika tat-trasport fi ħdan il-Gvern Federali. Il-Gvern Federali jaġixxi fil-kapaċità tiegħu bħala azzjonist permezz tal-ġestjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji fil-Ministeru Federali għad-Diġitali u t-Trasport. Dan jinkludi l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi bħala azzjonist (privat).

(e)

Il-Bundestag, bħala korp leġiżlattiv, ma jeżerċitax superviżjoni amministrattiva fuq DB AG. Il-monitoraġġ tiegħu huwa relatat mal-azzjonijiet tal-Gvern Federali, kif ukoll il-ħidma tal-kumitati tiegħu.

(108)

Barra minn hekk, l-“importanza strateġika” tan-negozju tal-merkanzija bil-ferrovija għall-“politika tat-trasport” ma tiġġustifikax sejba ta’ imputabbiltà, peress li l-konklużjoni tal-PLTA ma servietx biex jiġu implimentati objettivi ta’ politika jew biex tiġi implimentata liġi. Lanqas l-importanza ekonomika tal-PLTA ma tista’ tiġġustifika tali sejba.

(109)

Fl-aħħar nett, il-fatt li DB AG bħala kumpanija tal-Istat ma titħalliex tuża strument li l-kumpaniji privati wkoll jużaw b’mod wiesa’ jiddiskrimina kontra kumpaniji bi sjieda pubblika meta mqabbla ma’ kumpaniji bi sjieda privata, u jmur kontra l-prinċipju tan-newtralità kif minqux fl-Artikolu 345 tat-TFUE.

(110)

Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li ma hemm l-ebda vantaġġ ekonomiku preżenti fil-PLTA.

(111)

Il-PLTAs huma element strutturali komuni fil-gruppi. Il-konklużjoni tal-PLTAs u l-implimentazzjoni tagħhom jikkostitwixxu mġiba normali fis-suq. Il-PLTAs huma mezz komuni ta’ disinn minn gruppi ta’ kumpaniji, b’mod partikolari kumpaniji privati, fil-Ġermanja biex jistabbilixxu Vertragskonzern (66). Skont il-Ġermanja, il-PLTAs jintużaw regolarment mill-kumpaniji rrappreżentati fl-indiċi tal-borża Ġermaniż (Deutscher Aktienindex DAX). L-istatistika uffiċjali dwar it-taxxa korporattiva turi wkoll li l-PLTAs huma komuni u użati ħafna fil-Ġermanja. Skont l-istatistika uffiċjali, il-gruppi (67) kienu jirrappreżentaw kważi 50 % tad-dħul totali mit-taxxa korporattiva għall-perjodu tat-taxxa tal-2017. Barra minn hekk, il-Ġermanja tindika l-effetti tat-taxxa tal-PLTAs (ara l-premessa 43).

(112)

Barra minn hekk, il-Ġermanja ttenni li l-effetti ekonomiċi tal-PLTA jistgħu jinkisbu wkoll, jiġifieri t-trasferiment tal-profitti u t-telf, mingħajr il-PLTA.

(113)

Barra minn hekk, il-Ġermanja tirreferi għall-ippjanar finanzjarju annwali (il-pjanijiet ta’ nofs it-terminu huma parti minn dak l-ippjanar) fi ħdan il-grupp DB. Ir-riżultati mistennija ta’ DB AG għall-kumpaniji tal-grupp huma definiti bħala parti miċ-ċikli tal-ippjanar. L-aspettattivi speċifiċi ta’ profittabbiltà ta’ DB AG fir-rigward tal-kumpaniji tal-grupp – u għalhekk ukoll fir-rigward ta’ DB Cargo – jistgħu jitqiesu, pereżempju, kif ġej:

(a)

DB AG tistabbilixxi mira ta’ redditu għall-investimenti ġodda kollha mill-kumpaniji tal-grupp li jaqbżu l-kostijiet kapitali tas-suq.

(b)

Il-livell ta’ remunerazzjoni tal-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpaniji tal-grupp jiddependi fuq ir-riżultati tal-kumpanija inkwistjoni. Dawk ir-riżultati jinkludu kemm prestazzjoni fuq terminu qasir kif ukoll prestazzjoni fuq terminu twil.

(c)

Jekk il-kumpaniji tal-grupp ma jilħqux il-miri ta’ profittabbiltà mistennija minn DB AG, DB AG tista’ tuża wkoll il-possibbiltà li tissostitwixxi lil dawk f’pożizzjonijiet maniġerjali superjuri.

(d)

L-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija hija possibbli preċiżament permezz tal-element ta’ kontroll tal-PLTA.

(114)

Il-Ġermanja tafferma wkoll li kwalunkwe nuqqas allegat biex jiġi tterminat il-PLTA ma jikkostitwixxix għajnuna peress li nuqqas ta’ terminazzjoni ma jikkostitwixxix azzjoni u għalhekk ma hemm l-ebda “miżura effettivament implimentata” (68). Għal dik ir-raġuni, il-valutazzjoni tan-natura tal-għajnuna tal-PLTA trid tkun ibbażata fuq il-konklużjoni tal-PLTA.

(115)

Fid-dawl tal-aspettattivi ta’ titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni tal-qligħ, il-Ġermanja targumenta li azzjonist privat li jaġixxi fl-interess fuq terminu twil tiegħu kien ukoll jaċċetta telf interim minn DB Cargo. Il-Ġermanja tindika każ preċedenti fejn il-Kummissjoni ma rat l-ebda vantaġġ ekonomiku għall-kumpanija kkonċernata f’każ ta’ kumpens għal telf pluriennali mill-kumpanija omm tagħha abbażi ta’ PLTA (69).

(116)

Barra minn hekk, għandu jitqies il-fatt li l-grupp DB fil-passat kien injetta kapital f’DB Cargo jew irċieva profitti minn DB Cargo. Azzjonist privat li jkun diġà investa f’kumpanija se jagħmel il-valutazzjoni tar-riskju tiegħu b’mod differenti minn investitur mingħajr parteċipazzjoni azzjonarja eżistenti. Il-fatt li l-kumpanija omm kienet preċedentement involuta ekonomikament f’DB Cargo għandu għalhekk jitqies fl-applikazzjoni tat-test tal-operatur f’ekonomija tas-suq.

(117)

Barra minn hekk, skont il-Ġermanja, operatur privat kien jikkumpensa wkoll it-telf imġarrab minn DB Cargo. Dan minħabba li l-previżjonijiet tar-riżultati li jinsabu fl-ippjanar ta’ nofs it-terminu f’kull każ għamluha possibbli li DB Cargo tistenna li terġa’ lura għall-profittabbiltà fuq terminu medju sa twil (ara l-premessa 55). Il-previżjonijiet huma dejjem ibbażati fuq valutazzjonijiet validi u b’bażi soda tal-iżviluppi tas-suq u tan-negozju (ara l-premessa 55). Barra minn hekk, DB Cargo kienet għamlet profitti ta’ aktar minn nofs biljun euro fl-2006, fl-2007 u fl-2008 biss u ttrasferithom lil DB AG.

(118)

Skont il-Ġermanja, hemm diversi raġunijiet għaliex is-sitwazzjoni ekonomika għadha ma tjibitx kif mistenni, fost l-oħrajn:

(a)

Mill-2010, it-tkabbir tas-suq fis-suq tal-merkanzija bil-ferrovija kien ferm aktar baxx milli kien fid-deċennju preċedenti, għall-kuntrarju tal-aspettattivi inizjali ta’ DB Cargo u ta’ esperti esterni.

(b)

Fl-istess ħin, l-iżviluppi tas-suq kienu aktar volatili b’mod sinifikanti.

(c)

Fis-snin 2010, l-effett tal-istruttura tal-merkanzija kompla jaċċellera. B’riżultat ta’ dan, il-klijenti mill-industriji li tradizzjonalment kienu sors ta’ profitt għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija (faħam, minerali, żejt minerali, azzar) ammontaw għal sehem gradwalment iżgħar tat-taħlita tal-prodott.

(d)

Peress li l-kostijiet tal-fatturi ta’ DB Cargo żdiedu b’mod sinifikanti matul l-istess perjodu, mhux l-inqas minħabba domandi qawwija għall-pagi mit-trade unions.

(e)

Minbarra telf fil-volum ikkawżat b’mod kompetittiv, DB Cargo wkoll tilfet jew naqset milli tikseb kwantitajiet minħabba li l-kwalità tal-produzzjoni ma kinitx biżżejjed.

(119)

Barra minn hekk, DB Cargo bdiet diversi programmi f’dawn l-aħħar snin biex tikseb titjib sostenibbli fil-profittabbiltà (xi wħud minn dawk il-programmi huma msemmija fil-premessa 57).

(120)

Il-Ġermanja ssostni wkoll li l-fatt li l-aspettattivi tal-profitt tal-pjanijiet ta’ nofs it-terminu ma mmaterjalizzawx fil-perjodu jew fl-ambitu mistenni huwa, fil-prinċipju, irrilevanti, peress li l-uniku fattur deċiżiv għat-test huwa valutazzjoni ex ante abbażi tal-informazzjoni disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli fiż-żmien meta ġiet adottata l-miżura inkwistjoni.

(121)

Fir-rigward tal-analiżi tal-profittabbiltà ex ante, il-Ġermanja ssostni li mhuwiex normali li titħejja analiżi tal-profittabbiltà jew pjan ta’ direzzjoni tan-negozju fir-rigward tal-PLTAs. Minflok, il-proċessi ta’ koordinazzjoni kontinwi bejn DB AG u DB Cargo għandhom l-għan li jiżguraw negozju profittabbli.

(122)

Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li l-ebda rekwiżit għal analiżijiet tal-profittabbiltà jew pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju ma jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-EDF, peress li (i) il-każ ta’ EDF kien relatat ma’ injezzjoni ta’ kapital, u (ii) jikkonċerna l-kwistjoni dwar jekk il-miżura implimentata għandhiex tiġi attribwita lill-Istat li jaġixxi bħala azzjonist (70).

(123)

Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni formali, il-Ġermanja pprovdiet żewġ rapporti ekonomiċi dwar il-konformità tal-PLTA mal-aġir ta’ operatur tas-suq privat. Ir-rapporti, sottomessi fit-8 ta’ Ġunju 2023 (“l-ewwel rapport ta’ E.CA”) u fit-28 ta’ Awwissu 2023 (“it-tieni rapport ta’ E.CA”) ġew prodotti minn konsulent ekonomiku indipendenti, E.CA Economics. Iż-żewġ rapporti ħadu perspettiva ex ante, minkejja li tħejjew għall-finijiet tal-proċedimenti wara l-perjodu ta’ żmien taħt investigazzjoni.

(124)

L-ewwel rapport ta’ E.CA jikkonsisti f’valutazzjoni kwalitattiva tal-evidenza pprovduta mill-Ġermanja matul l-investigazzjoni. Dan jiddeskrivi (i) l-ubikwità tal-PLTAs, (ii) il-vantaġġ ta’ tali ftehimiet (kontroll, unità fiskali), (iii) l-eżistenza ta’ ppjanar finanzjarju għall-grupp kollu inkluż miri ta’ prestazzjoni għal DB Cargo, (iv) il-pjanijiet ta’ nofs it-terminu bħala għodda ta’ ppjanar li turi aspettattivi ta’ profitt (inkluż deskrizzjoni dettaljata tal-kontenut tal-pjanijiet), (v) eżempji ta’ raġunijiet għal devjazzjonijiet bejn il-profitti ppjanati u t-telf reali mġarrab, u (vi) referenza għal telf potenzjali f’xenarju kontrofattwali (issir referenza għat-telf tal-ħruġ meta jitwaqqaf in-negozju tal-SWL). B’mod ġenerali, ir-rapport jikkonkludi li l-evidenza pprovduta mill-Ġermanja matul l-investigazzjoni wriet li DB Cargo aġixxiet kif jaġixxi operatur f’ekonomija tas-suq.

(125)

It-tieni rapport ta’ E.CA fih:

(a)

Valutazzjoni kwantitattiva ex post għall-perjodu mill-2017 sal-pandemija tal-COVID-19. Il-valutazzjoni hija bbażata fuq tqabbil kontrofattwali minn perspettiva ex ante mill-2017; it-tqabbil tat-tbassir ta’ nofs it-terminu ta’ DB Cargo (2018 - 2022) ma’ xenarju alternattiv għall-għeluq tas-segment tal-SWL li kien qed jagħmel telf. Is-suppożizzjonijiet rigward ix-xenarju alternattiv huma bbażati fuq l-istudju SWL. Għat-test, id-data finanzjarja tal-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2017 u x-xenarju ta’ ħruġ immudellati fl-istudju SWL ġew ikkonvertiti fi flussi ta’ flus.

(b)

Għall-perjodu mis-sena tal-pandemija 2020 sal-iżvilupp tal-pjan ta’ trasformazzjoni (ara l-premessi 175 et seq.), analiżi kwalitattiva tal-konformità tal-imġiba ta’ DB AG u DB Cargo (fil-kuntest tal-kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu) ma’ dik ta’ operatur tas-suq privat f’sitwazzjoni komparabbli.

(126)

Għat-tqabbil tax-xenarju ta’ referenza (il-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2017) u l-kontrofattwali (ħruġ mis-segment tal-SWL), intużaw Flussi ta’ Flus Liberi lid-Ditta (FCFF, Free Cash Flows to the Firm) għal DB AG wara t-taxxa. L-effetti tat-taxxa rikonoxxuti huma bbażati fuq ir-riżultat tal-EBT, f’konformità mal-IFRS u huma soġġetti għas-suppożizzjoni li telf ta’ 50 % jista’ jiġi rikonoxxut bħala riport ta’ telf b’rata tat-taxxa ta’ 30 %, u riżultati pożittivi minħabba r-riport tat-telf b’rata tat-taxxa effettiva ta’ madwar 12 % fis-sena finanzjarja rispettiva. Fir-rigward tal-kontrofattwali bbażat fuq l-istudju SWL, peress li l-istudju kien ikkummissjonat fl-2019, ix-xenarju kellu jitressaq ’il quddiem b’sentejn, jiġifieri għall-2017. Barra minn hekk, peress li l-istudju SWL kien ibbażat fuq il-qligħ nett, l-impatt finanzjarju ġie ttrasformat f’FCFF.

(127)

Sabiex jitqabblu ż-żewġ xenarji, il-flussi tal-flus ġew skontati għall-2017 bl-użu ta’ rata tal-WACC ta’ 6,0 % wara t-taxxa (kif muri fir-rapport annwali konsolidat tal-2017 ta’ DB) bħala Tabella 9: ritratti ta’ tqabbil.

Tabella 9

Tqabbil tar-riżultati finanzjarji tax-xenarju ta’ referenza u x-xenarji alternattivi (f’FCFF)

(miljuni ta’ EUR)

 

2018–2022

Mill-2023

Mill-2018

Xenarju ta’ referenza

[…]

[…]

[…]

Xenarju alternattiv

[…]

[…]

[…]

Delta

[…]

[…]

[…]

WACC

[…]

 

 

Rata ta’ tkabbir

[…]

 

 

Sors:

It-tieni rapport ta’ E.CA kif sottomess mill-Ġermanja.

(128)

Abbażi tar-riżultat tat-tqabbil, ir-rapport jikkonkludi li l-imġiba ta’ DB AG u DB Cargo fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-SWL skont l-ippjanar ta’ nofs it-terminu u skont is-suppożizzjonijiet tax-xenarju alternattiv tista’ tiġi kklassifikata bħala konformi ma’ dik ta’ operatur tas-suq privat li jinsab f’sitwazzjoni komparabbli. Ir-rapport jinkludi wkoll erba’ sensittivitajiet (i) varjazzjoni taż-żmien tat-treġġigħ lura tax-xejra fix-xenarju ta’ referenza, (ii) tnaqqis tal-ekonomiji tal-ambitu bejn l-SWL u segmenti oħra, (iii) tnaqqis taż-żidiet antiċipati fil-prezzijiet, u (iv) varjazzjoni fil-perjodu ta’ kollokament tal-persunal li għandu jingħata s-sensja. Fl-ebda wieħed mix-xenarji ta’ sensittività x-xenarju alternattiv ma jkun ekonomikament aktar vantaġġuż mill-każ bażi.

(129)

Fir-rigward tal-valutazzjoni kwalitattiva tal-perjodu ta’ wara l-pandemija tal-COVID-19 (jiġifieri li jibda bis-sena 2020), ir-rapport ifakkar fil-bidliet fil-ġestjoni u l-istrateġija ta’ DB Cargo fl-2020 (l-istrateġija ta’ tkabbir ta’ “Strong Cargo”). Ifakkar ukoll fil-falliment tal-istrateġija. Barra minn hekk, ir-rapport jispjega li, filwaqt li fil-pjan ta’ nofs it-terminu tagħha tal-2021 DB Cargo diġà assumiet probabbiltà ta’ aktar minn 70 % għar-riskji ewlenin li ġejjin ta’ (i) tnaqqis fid-domanda assoċjat biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ puntwalità, (ii) tnaqqis fid-domanda minħabba nuqqas akbar ta’ semikondutturi relatat mal-pandemija, u (iii) effetti fit-tul tal-istrajks fuq il-lealtà tal-klijenti li se jseħħu, inizjalment ma saret l-ebda bidla strateġika serja fid-direzzjoni fl-2021. Madankollu, ir-rapport jargumenta li din l-imġiba kienet konformi ma’ dak li kien jagħmel operatur tas-suq privat li jinsab f’sitwazzjoni komparabbli, minħabba l-grad għoli ta’ inċertezza fl-ippjanar bil-maniġment jirreaġixxi fuq l-iżvilupp negattiv tan-negozju fl-2022 billi jikkummissjona l-pjan ta’ trasformazzjoni.

(130)

Il-Ġermanja ssottomettiet ukoll argumenti dwar ir-raġunijiet għaliex DB Cargo ma naqqsitx is-segment tal-SWL iżda kienet qed isserraħ fuq aktar għajnuna mill-Istat għall-operazzjonijiet tal-SWL. Skont il-Ġermanja, il-ftehim ta’ koalizzjoni tal-Gvern Ġermaniż (“Koalitionsvertrag”) mill-2018 iddikjara b’mod espliċitu l-ambizzjonijiet li tissaħħaħ b’mod ġenerali l-kompetittività tal-merkanzija bil-ferrovija meta mqabbla mat-trasport bit-triq u li titrawwem il-vijabbiltà tat-traffiku b’tagħbija fuq vagun wieħed. Barra minn hekk, l-iżvilupp fattwali juri li l-aspettattiva ta’ żieda fl-għajnuna mill-Istat għall-SWL kienet ġustifikata, peress li fl-2023 il-Ġermanja ddeċidiet li tintroduċi skema ta’ għajnuna mill-Istat speċifika għall-SWL (71).

4.1.1.2.   L-ipprezzar tas-servizzi intragrupp (“Miżura 2”)

(131)

Il-Ġermanja tirrimarka li l-Miżura 2 mhijiex definita b’mod ċar peress li t-terminu “servizzi intragrupp” huwa ambigwu peress li jista’ jinkludi s-servizzi intragrupp kollha pprovduti fi ħdan il-grupp DB, inkluż lil u minn kumpaniji oħra għajr DB Cargo.

(132)

Għall-istess raġunijiet kif stabbilit fil-premessa 106, il-Ġermanja tafferma li ma hemm l-ebda riżorsa tal-Istat involuta, peress li l-forniment ta’ servizzi intragrupp huwa proċess intern fi ħdan DB AG u huwa ffinanzjat bir-riżorsi tan-negozju proprji ta’ DB AG.

(133)

Barra minn hekk, id-deċiżjoni li jiġu stabbiliti u eżegwiti s-servizzi mhijiex imputabbli għall-Istat. L-ebda rappreżentant tal-Istat ma kien involut fit-twaqqif tas-servizzi, peress li kien att organizzattiv mill-Bord tad-Diretturi ta’ DB AG, li kien purament intern għall-kumpanija.

(134)

Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li l-ebda rappreżentant tal-Istat ma huwa involut fid-deċiżjonijiet konkreti dwar it-twettiq tas-servizzi intragrupp. F’dan ir-rigward, għandha ssir distinzjoni wkoll bejn il-funzjonijiet ta’ servizz u l-funzjonijiet tal-grupp:

(a)

Fil-grupp DB, skont il-volum finanzjarju tal-ftehim inkwistjoni, id-deċiżjonijiet jittieħdu biss mil-livelli ġerarkiċi kompetenti fil-kumpaniji rispettivi (inkluż id-definizzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet). Għalhekk, il-ftehimiet ta’ servizzi intragrupp huma bbażati fuq deċiżjonijiet tal-maniġment. L-azzjonist ta’ DB AG ma jipparteċipax f’dawk id-deċiżjonijiet, la direttament permezz tal-assemblea ġenerali u lanqas permezz tal-Bord Superviżorju.

(b)

Fir-rigward tat-twettiq tal-funzjonijiet tal-grupp, ma hemm l-ebda ftehim dwar il-livell ta’ servizz mill-bidu nett. Għalhekk, lanqas ma hemm fattur ta’ konnessjoni speċifiku għall-involviment tar-rappreżentanti tal-Istat fi kwalunkwe deċiżjoni tal-kumpanija dwar it-twettiq ta’ funzjonijiet tal-grupp. In-nuqqas ta’ ftehimiet korrispondenti dwar il-livell ta’ servizz jiċċara n-natura tal-funzjonijiet tal-grupp. Dawn huma primarjament għall-ġestjoni tal-grupp, iżda mhux għall-kumpaniji tal-grupp.

(135)

Barra minn hekk, il-Ġermanja tindika l-argumenti stabbiliti fil-premessa 107 dwar l-imputabbiltà tal-Miżura 1 lill-Istat biex tkompli targumenta li l-Miżura 2 mhijiex imputabbli għall-Istat.

(136)

Il-Ġermanja ssostni wkoll li l-forniment tas-servizzi intragrupp ma jiffavorixxix ekonomikament lil DB Cargo. Peress li l-Ġermanja tiddistingwi bejn funzjonijiet ta’ servizz u funzjonijiet tal-grupp, il-Ġermanja tipprovdi wkoll argumenti separati dwar in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku. Madankollu, bħala kumment preliminari, il-Ġermanja tispjega li l-istabbiliment u l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet ta’ servizz u tal-grupp huma mġiba normali tas-suq. Iċ-ċentralizzazzjoni ta’ dawk il-funzjonijiet fil-livell ta’ parteċipazzjoni toħloq sinerġiji sinifikanti, ittejjeb il-kwalità tal-proċess, u tappoġġa governanza korporattiva unifikata.

(137)

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-funzjonijiet ta’ servizz u tal-grupp fi ħdan il-grupp DB għal DB Cargo, il-Ġermanja tissottometti:

(a)

Il-funzjonijiet ta’ servizz jiġu fatturati lill-kumpaniji tal-grupp abbażi ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz skont it-termini tas-suq. Fir-rigward tal-funzjonijiet ta’ servizz, il-grupp DB jimpenja ruħu b’mod espliċitu li jaġixxi f’konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq (il-prinċipju ta’ distakkament) fir-Rapport Integrat tiegħu. Fir-rapport integrat ta’ DB ma hemm l-ebda indikazzjoni li DB AG tipprovdi servizzi għajr skont it-termini tas-suq. Barra minn hekk, minħabba l-għadd kbir ta’ tranżazzjonijiet, ftit li xejn ikun possibbli, jew tal-inqas sproporzjonat fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza ta’ pprezzar mhux tas-suq, li tiġi spjegata fid-dettall il-konformità mas-suq tar-relazzjonijiet tas-servizzi intragrupp individwali kollha.

(b)

Għall-funzjonijiet tal-grupp, il-Ġermanja tispjega li jenħtieġ li ssir distinzjoni, peress li fil-biċċa l-kbira, il-funzjonijiet tal-grupp iservu biss lill-grupp. Għal dak l-għan, il-funzjonijiet tal-grupp ma jipprovdu l-ebda servizz lill-kumpaniji tal-grupp. Sa fejn xi wħud mill-funzjonijiet tal-grupp iservu wkoll lill-kumpaniji tal-grupp, il-grupp, madankollu, ma jimponix ipprezzar separat fil-konfront tal-kumpaniji tal-grupp. Madankollu, kwalunkwe ffrankar tal-kostijiet tal-kumpaniji tal-grupp huwa inkluż fl-aspettattivi tal-profitt tal-grupp għal kull kumpanija.

4.1.1.3.   Kundizzjonijiet ta’ finanzjament vantaġġużi ta’ self minn DB Treasury (“Miżura 3”)

(138)

Fir-rigward tal-Miżura 3, il-Ġermanja ssostni li għall-istess raġunijiet kif stabbiliti fil-premessa 85, l-ebda riżorsa tal-Istat ma hija involuta fl-għoti ta’ self mit-Teżor ta’ DB AG lil DB Cargo.

(139)

Barra minn hekk, skont il-Ġermanja, id-deċiżjoni li jiġi stabbilit it-Teżor ta’ DB AG u d-deċiżjonijiet individwali dwar l-għoti tas-self individwali mhumiex imputabbli għall-Istat, peress li:

(a)

L-ebda rappreżentant tal-Istat ma kien involut fl-istabbiliment tat-Teżor ta’ DB AG. Għall-kuntrarju, dan kien att organizzattiv mill-Bord tad-Diretturi ta’ DB AG, li kien purament intern għall-kumpanija. L-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ teżor ċentrali huwa kompitu maniġerjali.

(b)

L-uffiċjali tal-Istat lanqas ma huma involuti fid-deċiżjonijiet individwali dwar self mogħti mit-Teżor ta’ DB AG. Skont ir-regoli tal-grupp DB, il-Kap tal-Finanzi u t-Teżor fid-dipartiment finanzjarju ta’ DB AG biss jiddeċiedi dwar is-self intragrupp.

(140)

Barra minn hekk, il-Ġermanja tindika l-argumenti stabbiliti fil-premessa 107 dwar l-imputabbiltà tal-Miżura 1 lill-Istat biex tkompli targumenta li la l-istabbiliment tat-Teżor ta’ DB AG, u lanqas id-deċiżjonijiet dwar is-self individwali ma huma imputabbli għall-Istat.

(141)

Il-Ġermanja targumenta wkoll li l-għoti ta’ self individwali mit-Teżor ta’ DB AG lil DB Cargo ma jipprovdix vantaġġ ekonomiku lil DB Cargo għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

Li jkun hemm ċentru tat-teżor jikkorrispondi għal imġiba normali tas-suq fi gruppi. Iċ-ċentri tat-teżor, pereżempju, jintużaw minn kważi l-kumpaniji kollha mill-industrija u l-kummerċ irrappreżentati fl-indiċi tal-borża Ġermaniż DAX. Id-disinn speċifiku tat-Teżor ta’ DB AG huwa wkoll normali għas-suq. Gruppi oħra wkoll jippuljaw f’ċentru tat-teżor ċentrali, pereżempju, il-possibbiltajiet ta’ linji ta’ kreditu fuq terminu qasir li jistgħu jintużaw bħala parti mill-cash pooling u/jew is-self fiss għal żmien qasir, kif ukoll l-għoti ta’ self fuq terminu twil lill-kumpaniji tal-grupp.

(b)

It-termini speċifiċi tas-self tal-ftehimiet ta’ self konklużi bejn DB AG u DB Cargo huma stabbiliti b’mod distakkat skont is-suq, il-maturità, u r-riskju. B’mod partikolari:

(1)

Dipendenti fuq is-suq tfisser li r-rati tal-imgħax ikkuntrattati fis-suq kapitali fiż-żmien rilevanti huma l-bażi għall-kalkolu tar-rati tal-imgħax. Ir-rati tal-imgħax attwali jinkisbu minn fornituri tas-servizzi tal-informazzjoni bħal Refinitiv jew Bloomberg.

(2)

Dipendenti fuq il-maturità tfisser li bl-għajnuna ta’ kurva tar-rendiment (eż. kurva tal-iswaps tal-EUR), kull ħlas lura jiġi inkluż fil-kalkolu tar-rata tal-imgħax medja ponderata bir-rata tal-imgħax tat-terminu rispettiv tagħha.

(3)

Dipendenti fuq ir-riskju tfisser li l-primjums fuq ir-rati tal-imgħax tal-kurva tar-rendiment huma differenzjati skont l-affidabbiltà kreditizja. Il-primjums huma ġeneralment stabbiliti kull xahar u wara movimenti kbar fis-suq u huma derivati mill-“kurvi ta’ kreditu” (jiġifieri l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament ta’ kumpaniji bi klassifikazzjonijiet identiċi) tal-fornituri tas-servizzi tal-informazzjoni.

(142)

Fir-rigward tal-primjum tar-riskju, il-primjum tal-affidabbiltà kreditizja għall-kumpaniji tal-infrastruttura tal-grupp DB jikkorrispondi essenzjalment għall-marġnijiet ta’ kreditu ta’ DB AG fis-suq tal-flus u tal-kapital (jiġifieri anki meta titqies is-sjieda tal-Gvern Federali). Il-marġnijiet ta’ kreditu għal korporattivi mhux infrastrutturali huma ogħla, u jirriflettu valutazzjoni tal-kreditu bbażata fuq il-proporzjonijiet u l-marġnijiet ta’ kreditu kkwotati fis-suq kapitali. Pereżempju, is-settur tal-infrastruttura biss jibbenefika mit-titjib fil-klassifikazzjoni mis-sjieda tal-Istat (l-hekk imsejjaħ Uplift tal-Gvern).

(143)

DB Cargo ma tibbenefikax minn dak it-titjib fil-klassifikazzjoni tal-kreditu. Hija tiġi pprezzata l-aħjar bil-“Profil ta’ Kreditu awtonomu” (“SACP”, stand-alone Credit Profile, Standard & Poor’s) jew bil-“valutazzjoni tal-kreditu tal-linja bażi” (“BCA”, baseline credit assessment, Moody’s) tagħha fejn l-istruttura tas-sjieda hija irrilevanti. Kif jiġri s-soltu fil-gruppi, il-kumpaniji huma miġbura fi klassijiet ta’ affidabbiltà kreditizja. Jekk ikun hemm PLTA fis-seħħ, huma jiġu assenjati fil-klassi tal-affidabbiltà kreditizja tal-SACP jew tal-BCA tal-grupp. Il-bank ukoll iqis l-affidabbiltà kreditizja tal-kumpanija omm fil-valutazzjoni tal-kreditu tiegħu fil-każ ta’ PLTA eżistenti.

(144)

Huwa konformi mal-prattika normali tas-suq fi gruppi li s-self ta’ DB Cargo mhuwiex kollateralizzat. Bħala azzjonista, DB AG hawnhekk topera kemm bħala fornitur ta’ ekwità kif ukoll bħala sellief. Il-kollateralizzazzjoni tas-self tipprovdi biss lil DB AG b’sigurtà materjali formali, iżda mhux addizzjonali. Kwalunkwe bejgħ sinifikanti ta’ assi jkun jeħtieġ l-approvazzjoni minn qabel ta’ DB AG.

(145)

Aspett ieħor li jitkellem kontra l-kollateralizzazzjoni fi ħdan il-gruppi jikkonċerna l-pożizzjoni tas-self mill-azzjonisti fil-każ ta’ insolvenza peress li s-self mill-azzjonisti huwa subordinat għall-kategoriji l-oħra kollha ta’ pretensjonijiet, jiġifieri l-klassifikazzjoni l-aktar baxxa anki fil-grupp ta’ pretensjonijiet subordinati.

(146)

Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għandha tqis il-fatt li s-self huwa tranżazzjoni bejn żewġ kumpaniji li jappartjenu għall-istess grupp u li għalhekk hemm kunsiderazzjonijiet strateġiċi u effetti ta’ sinerġija partikolari.

4.1.1.4.   Kopertura parzjali mill-BEV tar-remunerazzjoni tal-impjegati taċ-ċivil impjegati minn DB Cargo (“Miżura 4”)

(147)

Fir-rigward tal-Miżura 4, is-sottomissjonijiet tal-Ġermanja jiffukaw fuq il-kundizzjoni tal-vantaġġ selettiv.

(148)

Il-Ġermanja ssostni li, mill-bidu nett, l-għan tal-Miżura 4 kien li teħles lil DB AG, kumpanija privata, mill-piż tal-ispejjeż tal-persunal li jirriżultaw mill-istruttura speċifika u mil-livell ta’ remunerazzjoni tal-impjegati taċ-ċivil. Il-Ġermanja ssostni wkoll li, bħala riżultat tal-prinċipju “als-ob-Kosten” stabbilit f’§ 21(1) u § 23 tad-DBGrG, DB AG tħallas lill-BEV kostijiet ugwali għall-kostijiet li DB AG iġġarrab kieku kellha tirrekluta l-impjegati tagħha fis-suq tax-xogħol minflok l-uffiċjali assenjati. Il-Ġermanja ssostni li DB Cargo għamlet il-pagamenti kollha lil DB AG għall-ħaddiema allokati lilha fil-ħin (72) u tipprovdi diversi eżempji tal-implimentazzjoni prattika tal-prinċipju “als-ob-Kosten” fi ħdan DB Cargo, kif ukoll rapporti tal-awditur indipendenti dwar in-nefqa mġarrba minn DB AG li juru li l-livell ta’ nefqa fuq ħaddiem kuntrattwali f’sitwazzjoni professjonali konkreta (età, kwalifiki, grupp ta’ paga) jikkorrispondi għal-livell tal-kostijiet li għandhom jiġu rimborżati lill-BEV għall-uffiċjali assenjati f’sitwazzjoni professjonali simili (73).

(149)

Il-Ġermanja ssostni wkoll li l-miżura hija limitata kemm fiż-żmien kif ukoll fil-kamp ta’ applikazzjoni u tapplika għal popolazzjoni li qed tonqos b’mod kostanti tal-forza tax-xogħol tal-ħaddiema u tikkonkludi li l-miżura mhijiex għajnuna mill-Istat, minħabba li ma teħlisx lil DB Cargo minn imposti li impriża normalment ikollha ġġarrab. Għall-kuntrarju, il-miżura teħles lil DB Cargo minn kostijiet eżorbitanti li impriżi ferrovjarji privati oħra ma jkollhomx għalfejn iġarrbu. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li l-uffiċjali impjegati mill-BEV huma assenjati mhux biss ma’ DB AG iżda wkoll ma’ impriżi oħra li jikkompetu ma’ sussidjarji ta’ DB AG. F’sitwazzjoni bħal din, il-BEV jieħu f’idejh il-kostijiet ogħla mill-prezz tas-suq tal-uffiċjali stazzjonati abbażi ta’ ftehim individwali li jinkorpora l-prinċipju “als-ob-Kosten”.

(150)

Fl-aħħar nett, il-Ġermanja ssostni li r-reġim tal-persunal adottat mill-Ġermanja wara t-trasformazzjoni tal-ferroviji Ġermaniżi huwa wkoll konformi mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Il-Gvern Federali aġixxa bl-istess mod li kien jaġixxi operatur f’ekonomija tas-suq billi stabbilixxa skema li fiha l-uffiċjali mħarrġa taċ-ċivil tal-ferroviji li ġew iddikjarati żejda ġew mikrija fis-suq għal prezz tas-suq. L-iskema ppermettiet lill-Istat jaqsam il-piż tar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ dawk il-ħaddiema bi kwalifiki għoljin u jillimita l-pressjoni fuq l-assi tal-Istat (f’dan il-każ, il-baġit Federali).

(151)

Sussidjarjament, il-Ġermanja ssostni li l-Miżura 4 hija għajnuna eżistenti u li, fi kwalunkwe każ, hija kompatibbli mas-suq intern.

4.1.1.5.   Miżuri kkonċernati bħala għajnuna eżistenti

(152)

Permezz tal-ittri tas-17 ta’ Mejju u tas-26 ta’ Settembru 2023, il-Ġermanja tissottometti argumentazzjoni alternattiva li skontha, jekk il-miżuri msemmija fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ kellhom finalment jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li dawn jiġu kkwalifikati bħala għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1, il-punt (b), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (74) (“ir-Regolament Proċedurali”).

(153)

Il-Ġermanja tinsisti li dan japplika b’mod partikolari għall-PLTA. Għall-applikazzjoni tal-kunċett ta’ “emenda għal għajnuna eżistenti” fil-kuntest tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Proċedurali, jenħtieġ li jiġi applikat il-prinċipju tas-sustanza fuq il-forma, li jfisser li bidliet estensivi biss għall-kontenut ta’ miżura eżistenti jistgħu jirriżultaw f’rikwalifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna ġdida. F’dan ir-rigward, il-Ġermanja tirreferi għall-prattika tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (75) u tal-Kummissjoni (76) u ssostni li, mill-1999, kien hemm katina mhux interrotta ta’ ftehimiet identiċi ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf li jorbtu lil DB AG ma’ DB Cargo direttament jew indirettament – permezz ta’ sussidjarja waħda jew tnejn addizzjonali (DB ML u Railion (77)). Il-Ġermanja żżid li l-prinċipji ta’ allokazzjoni tal-profitti u tat-telf simili għal dawk li fuqhom huwa bbażat il-PLTA kienu diġà applikabbli matul il-perjodu mill-1994, jiġifieri mill-ħolqien ta’ DB AG, sal-1999, meta unitajiet kummerċjali differenti ta’ DB AG ġew inkorporati f’sussidjarji separati u marbuta mal-kumpanija omm mal-ftehimiet li jipprevedu trasferiment tal-profitti u t-telf.

(154)

Skont il-Ġermanja, l-aġġustamenti tekniċi magħmula fil-PLTA fl-2012 u fl-2016 fil-kuntest tar-riorganizzazzjoni tal-grupp DB ma influwenzawx il-kontenut ta’ dak il-ftehim u għalhekk huma irrilevanti skont l-Artikolu 108(1) tat-TFUE. Dan huwa aktar u aktar minnu minħabba li l-kumpaniji kollha involuti fir-riorganizzazzjoni kienu 100 % ikkontrollati minn DB AG u għalhekk kienu parti mill-istess impriża.

(155)

Il-Ġermanja ssostni wkoll li l-eċċezzjoni prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Proċedurali (78) ma hijiex applikabbli f’dan il-każ għal żewġ raġunijiet. L-ewwel, l-element prinċipali tal-PLTA, jiġifieri l-assorbiment tat-telf ta’ DB Cargo mill-kumpanija omm kien jeżisti l-aktar kmieni sa mill-1994, filwaqt li huwa aċċettat li din l-eċċezzjoni ma tapplikax b’mod retroattiv għal sitwazzjonijiet eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-regolament fl-1999 (79). It-tieni, il-Ġermanja ssostni li dik l-eċċezzjoni ma tistax tmur lil hinn mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 108 tat-TFUE u toħloq kategoriji addizzjonali ta’ każijiet għal “għajnuna ġdida”. F’dan is-sens, huwa dubjuż li l-Artikolu 1(b)(v), it-tieni sentenza tar-Regolament Proċedurali huwa b’xi mod kompatibbli mal-liġi primarja. Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li l-ġurisprudenza tirrestrinġi dik l-eċċezzjoni biss għal każijiet fejn kien prevedibbli li, ladarba s-suq jiġi liberalizzat, il-miżura ssir għajnuna. Barra minn hekk, dik id-dispożizzjoni tapplika biss f’każijiet fejn attività tinfetaħ għall-kompetizzjoni mid-dritt tal-Unjoni f’data limitu speċifika li tista’ tiġi ddeterminata minn qabel. Għalhekk ma tkunx applikabbli fil-każ tal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-merkanzija fejn għadd kbir ta’ miżuri differenti fil-livell nazzjonali u Ewropew ikkontribwew għall-ftuħ tas-suq fuq perjodu twil ta’ żmien (mill-2003 sal-2007).

(156)

Skont il-Ġermanja, il-kwalifika tal-PLTA bħala għajnuna eżistenti jkollha l-konsegwenza li l-Kummissjoni jkun jenħtiġilha tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Tabilħaqq, peress li l-PLTA huwa għajnuna individwali u mhux skema, il-Kummissjoni ma tkunx f’pożizzjoni li tipproponi u tinforza miżuri xierqa skont il-Kapitolu VI tar-Regolament Proċedurali li jirregola l-proċedura rigward l-iskemi ta’ għajnuna eżistenti.

4.1.2.   Osservazzjonijiet dwar il-kummenti tal-partijiet interessati

4.1.2.1.   L-osservazzjonijiet tal-Ġermanja dwar il-kummenti tal-ERFA

(157)

Il-Ġermanja ssostni li l-osservazzjonijiet tal-ERFA jikkonfermaw li s-settur Ġermaniż tal-merkanzija bil-ferrovija huwa kompetittiv ħafna u li, f’dawn l-aħħar snin, kompetituri privati kabbru b’mod kostanti l-ishma mis-suq tagħhom. Dawn l-osservazzjonijiet jinvalidaw l-allegazzjonijiet tal-ilmentatur dwar l-effetti antikompetittivi tal-miżuri kkonċernati. Il-Ġermanja żżid li mill-Artikolu 345 tat-TFUE, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni kontra l-impriżi abbażi tal-kriterju tas-sjieda (pubbliku kontra privat), jirriżulta li l-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma tistax tirriżulta fi projbizzjoni de facto fuq strumenti ta’ organizzazzjoni ta’ relazzjonijiet intragrupp (ftehimiet ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf, forniment ta’ servizzi jew self intragrupp) li jkunu japplikaw biss għal impriżi pubbliċi.

4.1.2.2.   L-osservazzjoni tal-Ġermanja dwar il-kummenti tal-ilmentatur

(158)

Il-Ġermanja ssegwi l-istruttura tal-osservazzjonijiet tal-ilmentatur u tissottometti, fir-rigward tal-kundizzjoni tal-użu tar-riżorsi tal-Istat, li l-Miżuri 1 sa 3 jinvolvu l-użu tad-dħul tan-negozju tal-grupp DB li mhuwiex riżorsi tal-Istat. Il-kwalifika tad-dħul tan-negozju ta’ impriża kummerċjali stabbilita skont id-dritt privat bħala riżorsi tal-Istat ma tistax tkun ibbażata biss fuq il-pożizzjoni tal-Istat bħala azzjonist. Dak li għandu jintwera huwa li l-Istat, billi jeżerċita l-influwenza dominanti tiegħu, huwa f’pożizzjoni li jikkontrolla l-użu tal-fondi (80). Il-Ġermanja ttenni l-argument tagħha bbażat fuq l-Artikolu 345 tat-TFUE (ara l-premessa 105).

(159)

Fir-rigward tal-imputabbiltà, il-Ġermanja tirrikonoxxi li t-twaqqif tal-PLTA ġie approvat minn rappreżentant tal-Gvern Federali fl-assemblea ġenerali ta’ DB AG. Madankollu, il-kunsens tal-Istat għal miżura mhuwiex biżżejjed biex tiġi stabbilita l-imputabbiltà skont l-Artikolu 107 tat-TFUE (81), peress li l-ġurisprudenza tirrikjedi li jintwera li l-awtoritajiet pubbliċi kienu involuti b’mod attiv fl-adozzjoni tal-miżura jew li imponew il-miżura fuq l-impriża jew tawha struzzjonijiet biex taġixxi b’mod speċifiku (82). Barra minn hekk, l-imputabbiltà ma tistax tiġi stabbilita abbażi tal-approvazzjoni tad-dikjarazzjonijiet annwali u kkonsolidati annwali ta’ DB AG mill-Bord Superviżorju, peress li (i) tali approvazzjoni ma tinvolvi l-ebda ftehim biex jiġi kkumpensat it-telf u (ii) ir-rappreżentanza tal-gvern fil-Bord Superviżorju hija żgħira wisq biex tinfluwenza b’mod effettiv id-deċiżjonijiet ta’ dak il-korp.

(160)

Fir-rigward tal-Miżuri 2 u 3, il-Ġermanja ttenni li l-imputabbiltà ta’ dawk il-miżuri lill-Istat ma tistax tkun ibbażata biss fuq il-fatt li l-Istat għandu 100 % parteċipazzjoni azzjonarja f’DB AG. Il-Ġermanja ssostni li l-ebda rappreżentant tal-Istat ma kien involut fl-adozzjoni ta’ dawk il-miżuri. B’mod partikolari, skont l-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ DB AG u r-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord Superviżorju ta’ DB AG, miżuri bħall-Miżuri 2 u 3 ma għandhomx għalfejn jiġu approvati u, fil-fatt, ma ġewx approvati mill-Bord Superviżorju.

(161)

Il-Ġermanja żżid li l-imputabbiltà tal-Miżuri 2 u 3 ma tistax tiġi dedotta mill-fatturi enumerati mill-ilmentatur. L-ewwel nett, l-allegat interess purament finanzjarju tal-Istat Ġermaniż li jirċievi dividendi mill-grupp DB ma jindikax l-involviment tal-Istat fiż-żewġ Miżuri. L-interess finanzjarju tal-azzjonist qatt ma deher fil-ġurisprudenza bħala kriterju rilevanti għall-imputabbiltà u ġustament, peress li dan ikun ifisser li kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-korpi korporattivi tkun imputabbli għall-Istat minħabba li kwalunkwe deċiżjoni jista’ jkollha impatt fuq l-interess finanzjarju tal-azzjonist.

(162)

Il-Ġermanja ssostni wkoll li l-imputabbiltà tal-Miżuri 2 u 3 lanqas ma tista’ tiġi dedotta mid-dispożizzjonijiet ta’ § 65 tal-BHO jew minn dawk tal-PCGK, peress li dawk l-atti sempliċiment jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet statutorji relatati mal-ġestjoni u s-superviżjoni ta’ kumpaniji b’parteċipazzjoni azzjonarja federali u ma joħolqu l-ebda rekwiżit għall-approvazzjoni ta’ operazzjonijiet li jmorru lil hinn mir-regoli komuni tal-liġi tal-kumpaniji.

(163)

Fl-aħħar nett, il-Ġermanja tqis li fatturi oħra ta’ imputabbiltà invokati mill-ilmentatur huma irrilevanti jew inkomprensibbli.

(164)

Fir-rigward tal-kundizzjoni tal-vantaġġ, il-Ġermanja ssostni li l-Kummissjoni għandha l-oneru li tipprova jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq ġewx issodisfati jew le. Jekk il-Kummissjoni ma għandhiex l-elementi neċessarji sabiex tivverifika jekk investitur privat kienx jieħu l-miżuri inkwistjoni, dan ma jistax ikun għad-detriment tal-Istat Membru (83). Huwa biss f’każijiet fejn l-applikabbiltà tal-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq hija kkontestata li l-Istat Membru għandu jistabbilixxi abbażi ta’ provi oġġettivi u verifikabbli li huwa ħa l-miżura inkwistjoni fil-kapaċità tiegħu bħala azzjonist u mhux bħala awtorità pubblika.

(165)

Barra minn hekk, il-Ġermanja tallega li l-ilmentatur qed jirreferi għall-ġurisprudenza dwar l-injezzjonijiet ta’ kapital, li huma operazzjonijiet li għalihom xi kultant jitwettqu wkoll analiżijiet tal-profittabbiltà jew pjanijiet ta’ negozju fis-settur privat. Għall-kuntrarju, l-analiżi a priori tal-profittabbiltà ma ssirx, u ma tagħmilx sens, fil-każ ta’ strumenti bħall-PLTA, li huma element strutturali newtrali tal-grupp. In-nuqqas ta’ analiżi tal-profittabbiltà li saret qabel l-adozzjoni tal-PLTA huwa għalhekk irrilevanti fil-valutazzjoni ta’ jekk l-imġiba tal-Istat kinitx konformi mal-imġiba ta’ operatur tas-suq privat. Fl-aħħar nett, il-Ġermanja tinnota li pprovdiet lill-Kummissjoni l-pjanijiet rilevanti ta’ nofs it-terminu li huma kontemporanji għall-fatti li qed jiġu eżaminati, u li jinkludu analiżi fil-fond tal-iżviluppi tal-profittabbiltà ta’ DB Cargo fis-snin li ġejjin.

(166)

B’mod aktar speċifiku fir-rigward tal-Miżura 1, il-Ġermanja tqis li l-ilmentatur jiffoka b’mod żbaljat il-kummenti tiegħu fuq il-fatt li l-PLTA ġie mġedded fl-2012 minkejja t-telf kostanti u l-allegat nuqqas ta’ prospett ta’ profitti. B’dan il-mod, l-ilmentatur jonqos milli jqis li (i) mill-2006 sal-2008 DB Cargo ttrasferiet lil DB AG profitti li jmorru lil hinn minn EUR 500 miljun; (ii) it-telf fl-2009 kien riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u fis-snin ta’ wara DB Cargo rnexxielha tillimitah (2010: EUR -148 miljun, 2011: EUR -100 miljun, 2012: EUR -31 miljun); (iii) il-PLTA tal-2012 ġie konkluż fl-aspettattiva tar-ritorn għall-profitti, li kienu mistennija wkoll fil-pjanijiet ta’ nofs it-terminu; (iv) il-PLTA ma jridx jitqies waħdu iżda bħala strument li jippermetti l-istabbiliment ta’ unità fiskali li biha t-telf ta’ sussidjarja waħda jista’ jiġi kkumpensat fil-livell tal-grupp kollu.

(167)

Fir-rigward tal-Miżura 2, il-Ġermanja tirreferi għall-osservazzjonijiet tagħha relatati mal-ambigwità tal-kunċett ta’ “servizzi intragrupp” u ttenni l-argumenti tagħha magħmula fl-osservazzjonijiet tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ relatati mad-distinzjonijiet bejn il-funzjonijiet ta’ servizz u l-funzjonijiet tal-grupp u l-ipprezzar tagħhom.

(168)

Fir-rigward tal-Miżura 3, il-Ġermanja ssostni li l-allegazzjonijiet tal-ilmentatur mhumiex korretti. Il-Ġermanja ssostni li l-ftehimiet ta’ self bejn DB AG u DB Cargo ġew konklużi fuq termini tas-suq u ttenni f’dak ir-rigward l-argumenti tagħha magħmula fl-osservazzjonijiet tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li l-fatt li DB Cargo hija proprjetà tal-Istat ma jinfluwenzax it-termini tas-self li DB Cargo kkuntrattat.

(169)

Fir-rigward tal-Miżura 4, il-Ġermanja ttenni l-argumenti relatati mal-implimentazzjoni tal-prinċipju “als-ob-Kosten” li għamlet fl-osservazzjonijiet tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li dan il-każ huwa differenti mill-Kawża C-211/15 P Orange/France Télécom vs Il-Kummissjoni. B’mod partikolari, kuntrarjament għal DB AG f’dan il-każ, France Télécom kienet qed tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali inqas minn dawk tal-kompetituri tagħha.

(170)

Il-Ġermanja tikkontesta wkoll l-argumenti tal-ilmentatur relatati ma’ kwistjonijiet proċedurali. Il-Ġermanja ssostni li ma hemmx bżonn li jiġu sospiżi l-erba’ miżuri kkontestati peress li dawn ma jinvolvux għajnuna mill-Istat. Sussidjarjament, il-Ġermanja ssostni li l-miżuri huma għajnuna eżistenti u ttenni l-argumenti ppreżentati f’dak ir-rigward fl-ittri tagħha tas-17 ta’ Mejju u tas-26 ta’ Settembru 2023.

4.1.3.   Kompatibbiltà mas-suq intern

(171)

Il-Ġermanja ssostni li l-miżuri kkonċernati ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat u għalhekk ma tqumx il-kwistjoni tal-kompatibbiltà tagħhom. Sussidjarjament, il-Ġermanja targumenta li l-erba’ miżuri kkontestati huma għajnuna eżistenti u li jenħtieġ li kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompatibbiltà tagħhom tiġi eżaminata fil-qafas stabbilit fil-Kapitolu VI tar-Regolament Proċedurali.

(172)

Bħala argument sussidjarju, il-Ġermanja u DB AG/DB Cargo ddeċidew li jissoġġettaw lil DB Cargo għal pjan ta’ trasformazzjoni ekonomika li fl-istess ħin, fil-fehma tal-Ġermanja, jissodisfa r-rekwiżiti ta’ pjan ta’ ristrutturar skont it-tifsira tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar (84) (il-“Linji Gwida R &R”).

4.1.4.   Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ DB Cargo

4.1.4.1.   Deskrizzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u l-għajnuna ta’ sostenn għar-ristrutturar

(173)

F’Lulju 2022, il-Bord tat-Tmexxija ta’ DB Cargo AG u l-Bord tat-Tmexxija ta’ DB AG ħadu d-deċiżjoni li jniedu l-proċess li eventwalment intemm fil-pjan ta’ trasformazzjoni billi impjegaw kumpanija ta’ konsulenza biex tiżviluppa strateġija ta’ trasformazzjoni għat-tliet segmenti tan-negozju ta’ DB Cargo (it-trasport bit-tren blokka, it-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed u t-trasport ikkombinat) biex il-kumpanija titqiegħed fuq bażi ekonomika soda għal perjodu ta’ tliet snin. F’Settembru 2022, Roland Berger intgħażlu bħala konsulenti biex jiżviluppaw l-istrateġija ta’ trasformazzjoni mill-Bord tat-Tmexxija ta’ DB Cargo AG u l-Bord tat-Tmexxija ta’ DB AG. It-tnedija minn DB Cargo tal-Pjan ta’ Trasformazzjoni kienet rispons meħtieġ għall-isfidi sinifikanti li qed tiffaċċja l-kumpanija.

(174)

Fit-30 ta’ Ottubru 2023, u sussegwentement permezz ta’ diversi aġġornamenti, il-Ġermanja diġà ssottomettiet dak il-pjan lill-Kummissjoni matul l-implimentazzjoni fil-kuntest ta’ din il-proċedura sabiex jiġi vvalutat bħala pjan ta’ ristrutturar skont it-tifsira tal-Linji Gwida R&R.

4.1.4.1.1.   Il-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo

4.1.4.1.1.1.   Ħarsa ġenerali lejn il-Pjan ta’ Trasformazzjoni ta’ DB Cargo

(175)

Il-Ġermanja tispjega li l-Pjan ta’ Trasformazzjoni ta’ DB Cargo għandu l-għan li jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ DB Cargo fit-tul sabiex tkun tista’ tagħti l-kontribut meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet korporattivi ta’ DB AG. Il-pjan ta’ azzjoni huwa mfassal f’konformità mas-slogan “L-Ewropa teħtieġ fornitur tal-loġistika ferrovjarja b’saħħtu. Għall-klima u għal ekonomija sostenibbli.” B’dak il-mod, il-Ġermanja tistenna li DB Cargo tikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex jiżdied is-sehem modali tal-ferroviji fis-suq tat-trasport Ġermaniż u Ewropew, filwaqt li ttejjeb ukoll is-sostenibbiltà ekonomika tagħha stess.

(176)

Sabiex jinkisbu l-profittabbiltà u l-kompetittività, il-Ġermanja tispjega li DB Cargo se tittrasforma l-mudell tan-negozju tagħha. It-trasformazzjoni hija meħtieġa peress li s-sistema ta’ produzzjoni konġunta kumplessa ħafna ma setgħetx tirrispondi b’mod flessibbli għar-rekwiżiti tal-klijenti fil-qafas tal-infrastruttura attwali. Ir-riżultat huwa tnaqqis fil-produttività u piżijiet finanzjarji addizzjonali kbar, li għandhom impatt drastiku fuq il-profitti. Il-Ġermanja ssostni wkoll li DB Cargo għandha tittrasforma ruħha sabiex terġa’ ssir profittabbli u kompetittiva. Sabiex DB Cargo tkun tista’ twieġeb aktar malajr għal dawk l-isfidi u t-talbiet tal-klijenti, il-Ġermanja tispjega li DB Cargo se tadatta l-mudell tan-negozju tagħha sabiex jitfaċċaw oqsma kummerċjali iżgħar u aktar iffukati. Dak l-adattament huwa bbażat fuq setturi tan-negozju/gruppi ta’ klijenti. F’dak il-kuntest, is-segment tat-tagħbija fuq vagun wieħed se jkompli jwettaq skambju mill-qrib ta’ servizzi mas-setturi tan-negozju/gruppi ta’ klijenti kollha bħal dawn.

(177)

Il-Ġermanja tindika li dawk l-oqsma ta’ negozju aktar iffukati se jirċievu awtonomija komprensiva, responsabbiltà u r-riżorsi kollha għan-negozju tagħhom. Dak il-mod ta’ operat huwa mistenni li jnaqqas drastikament il-kumplessità tal-mudell ta’ produzzjoni, li jenħtieġ li jnaqqas b’mod sinifikanti l-kostijiet u jtejjeb il-kompetittività.

(178)

Fil-qasam tal-loġistika ferrovjarja, biex issaħħaħ il-preżenza tagħha fis-suq bħala fornitur ta’ servizz loġistiku ferrovjarju, il-Ġermanja tindika li DB Cargo issa toffri b’mod sistematiku lill-klijenti tagħha servizzi speċifiċi għall-industrija fil-ktajjen tal-provvista tal-klijenti tagħha. Dawn huma soluzzjonijiet loġistiċi li essenzjalment jinkludu servizz ferrovjarju u jissupplimentawh b’moduli addizzjonali (pereżempju t-trasport bit-triq, il-ħżin u servizzi loġistiċi individwali oħra).

(179)

Il-qasam tat-trasport fuq vagun wieħed, li huwa komponent ewlieni tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tal-lum fil-Ġermanja u fl-Ewropa, ma jistax jiġi operat fuq bażi purament kummerċjali bħala network ta’ kopertura sħiħa minħabba l-qafas ġenerali attwali. B’riżultat ta’ dan, u bl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Trasformazzjoni ta’DB Cargo, il-Ġermanja tistenna li t-trasport fuq vagun wieħed jiġi żviluppat aktar f’network orjentat lejn il-provvista, standardizzat u reżiljenti ta’ għażliet flessibbli tal-merkanzija, filwaqt li jitqies il-finanzjament previst fil-baġit federali tal-2024, u huwa mistenni li jiġi organizzat b’mod ferm aktar kosteffiċjenti. Il-Ġermanja ssostni wkoll li, fit-terminu medju u fit-tul, l-effiċjenza tas-sistema se tiżdied ukoll b’teknoloġiji ġodda bħall-akkoppjament awtomatiku diġitali (DAC, digital automatic coupling).

(180)

Il-Ġermanja tispjega wkoll li t-trasport ikkombinat huwa s-suq tal-futur fit-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Sabiex tkun tista’ toffri servizz kompetittiv, il-Ġermanja tindika li DB Cargo biħsiebha wkoll timplimenta miżuri strutturali fil-futur.

(181)

Barra minn hekk, bħala parti mill-Pjan ta’ Trasformazzjoni tagħha, il-Ġermanja tispjega li DB Cargo se tinvesti f’lokomottivi moderni b’diversi sistemi u f’teknoloġiji ġodda tal-karozzi. Minħabba l-progress li sar fid-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni, il-Ġermanja tistenna li DB Cargo se tkun tista’ twettaq ukoll proċessi fit-trasport ferrovjarju, jiġifieri, il-formazzjoni tal-ferroviji, it-trattament u l-manutenzjoni tal-karozzi, b’mod ħafna aktar effettiv u rapidu, u b’hekk iżżid il-kompetittività tagħha.

(182)

Il-Ġermanja tindika li, bis-saħħa tat-tagħmir tat-trasport modern li jissodisfa r-rekwiżiti tal-klijenti, DB Cargo għandha l-għan li tkun tista’ tintegra lilha nnifisha aktar fil-fond fil-ktajjen loġistiċi tal-klijenti. Il-Ġermanja tispjega li DB Cargo għalhekk qed tavvanza b’mod intensiv l-iżvilupp tal-karozzi tal-merkanzija tagħha.

(183)

Il-Ġermanja tispjega li billi tiffoka fuq id-diġitalizzazzjoni, l-ottimizzazzjoni tal-kostijiet u s-sostenibbiltà, DB Cargo tfittex kemm li tirkupra mid-diffikultajiet attwali tagħha kif ukoll li tiżgura l-futur tagħha bħala attur ewlieni fis-suq Ewropew tal-merkanzija bil-ferrovija. Il-Ġermanja għalhekk issostni li l-inizjattivi strateġiċi deskritti fil-Pjan ta’ Trasformazzjoni jipprovdu triq ċara lejn ritorn għall-vijabbiltà permezz ta’ stabbiltà u tkabbir fit-tul.

4.1.4.1.1.2.   Il-miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo

(184)

Il-Ġermanja tispjega li DB Cargo bdiet Pjan ta’ Ristrutturar ikkaratterizzat minn bidliet radikali fis-sistema tal-produzzjoni, ix-xoljiment tal-interkonnessjonijiet bejn is-segmenti, il-miżuri ta’ ottimizzazzjoni tal-portafoll, il-kooperazzjoni tas-sħab minflok l-operazzjonijiet interni, u r-rekwiżiti tar-riżorsi aġġustati b’mod fundamentali.

(185)

Il-Ġermanja tindika wkoll li l-miżuri individwali tal-Pjan ta’ Ristrutturar ġew żviluppati fuq bażi speċifika għas-segment fuq vagun wieħed, it-tren blokka u d-diviżjonijiet marittimi, kontinentali u tat-trasportaturi rispettivi tas-segment tat-trasport ikkombinat. Barra minn hekk, tfasslu miżuri addizzjonali ta’ ristrutturar ġenerali biex jimmiraw il-kumpaniji sussidjarji Ewropej kif ukoll l-istrutturi amministrattivi u relatati mal-produzzjoni u t-Torri ta’ Kontroll (85).

(186)

F’dak il-kuntest, il-Ġermanja tispjega li DB Cargo lestiet in-negozjati legalment meħtieġa għal rikonċiljazzjoni tal-interessi mar-rappreżentanti tal-ħaddiema fir-rigward tat-tnaqqis fil-kostijiet tal-persunal, li xorta jammontaw għal aktar minn EUR 100 miljun fis-sena wara żidiet fil-pagi li sadanittant daħlu fis-seħħ. Fit-2 ta’ Ottubru 2024, il-kumitat ta’ rikonċiljazzjoni kiseb riżultat konġunt u qabel dwar tnaqqis fil-forza tax-xogħol ta’ 4 582 impjegat full-time (madwar 25 % tal-forza tax-xogħol) sal-31 ta’ Diċembru 2026 meta mqabbel ma’ Diċembru 2023, u tnaqqis addizzjonali ta’ 361 impjegat full-time sa Diċembru 2029, li rriżulta fi tnaqqis totali ta’ 4 943 impjegat full-time (madwar 27 % tal-forza tax-xogħol). Il-Ġermanja tindika wkoll li DB Cargo poġġiet l-enfasi inizjali fuq it-trasport ikkombinat, l-amministrazzjoni u l-kostijiet ġenerali relatati mal-produzzjoni u t-Torri ta’ Kontroll u tispjega li DB Cargo se tiffoka aktar, f’konformità mal-miżuri deskritti tal-Pjan ta’ Ristrutturar tagħha fit-taqsimiet li ġejjin, speċjalment fuq it-trasport fuq vagun wieħed u bit-tren blokka inkluż b’implikazzjonijiet ta’ tnaqqis tal-forza tax-xogħol.

Tabella 10

Riżultati tal-Kumitat ta’ Rikonċiljazzjoni, 2 ta’ Ottubru 2024: Tnaqqis ta’ FTE DB Cargo AG

FTE

YE 2023

YE 2024

YE 2025

YE 2026

YE 2027

YE 2028

YE 2029

Persunal operazzjonali (Xufiera tal-ferroviji, Skaċċaturi, eċċ.)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Manutenzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kostijiet ġenerali relatati mal-produzzjoni inkluż it-Torri ta’ Kontroll

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kostijiet ġenerali tal-Amministrazzjoni (inkluż l-IT)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

DB Cargo AG

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tat-22 ta’ Novembru 2024 (il-Pjan Finali ta’ Ristrutturar), paġna 29.

4.1.4.1.1.3.   Miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar fis-segment ta’ vagun wieħed

(187)

Il-Ġermanja tispjega li t-trasport fuq vagun wieħed ta’ DB Cargo jinvolvi l-ġbir u l-konsenja nazzjonali ta’ vaguni u gruppi ta’ vaguni individwali minn konsenjaturi differenti. Wara l-ġbir, il-vaguni jinġabru f’ferroviji għal distanzi twal f’diversi stadji. Sussegwentement, il-ferroviji għal distanzi twal iridu jintbagħtu lura lejn vaguni uniċi jew ferroviji alimentatriċi qabel il-kunsinna finali. Il-proċess ta’ raggruppament kumpless ħafna jeħtieġ riżorsi infrastrutturali estensivi kif ukoll operazzjonijiet manwali u kapaċità ta’ ġestjoni għall-ippjanar u d-dispaċċ.

(188)

Il-Ġermanja tindika wkoll li t-trasport fuq vagun wieħed jitqies bħala alternattiva aktar sostenibbli għall-kompetizzjoni diretta tagħha għal vjeġġi żgħar u ta’ daqs medju permezz tat-trasport bit-triq bit-trakkijiet. Ir-ristrutturar tal-mudell tal-produzzjoni u tan-negozju tagħha huwa meħtieġ, flimkien ma’ skemi ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħeleb l-iżvantaġġ sistemiku tal-operazzjonijiet tat-trasport fuq vagun wieħed meta mqabbel mat-trasport bit-trakkijiet u jiġi żgurat trasport aktar ekoloġiku permezz tal-ferroviji minflok bit-triq. Il-Ġermanja ssostni, għalhekk, li l-miżuri ppjanati tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo fit-trasport fuq vagun wieħed għandhom l-għan li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-vijabbiltà fit-tul u jżidu l-kompetittività tat-trasport fuq vagun wieħed.

4.1.4.1.1.3.1.   Miżura 1 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Ottimizzazzjoni tan-network tas-segment ta’ Vagun Wieħed permezz ta’ rieżami tad-disinn

(189)

Il-Ġermanja tispjega li l-objettiv ġenerali tat-tfassil mill-ġdid tan-network ta’ vagun wieħed huwa (a) is-simplifikazzjoni u t-titjib radikali tar-robustezza tal-produzzjoni u (b) l-istandardizzazzjoni konsegwenti tal-offerta kummerċjali.

(190)

Għall-mudell ta’ produzzjoni futur, il-Ġermanja ssostni li l-persunal u t-tagħmir se jkunu ddedikati għas-segment ta’ vagun wieħed, li jikkostitwixxi bidla radikali meta mqabbel mal-produzzjoni integrata tal-lum ta’ vagun wieħed, it-treni blokka u t-trasport ikkombinat. Il-Ġermanja tistenna li din il-miżura ta’ ristrutturar tirriżulta f’robustezza/reżiljenza ogħla, iżżid il-kwalità u tippermetti ffrankar tal-kostijiet li jisboq is-sinerġiji ta’ produzzjoni integrata, jiġifieri, tnaqqas it-tariffi ta’ kanċellazzjoni u żżid l-effiċjenza fir-riżorsi (eż., għadd aktar baxx ta’ lokomottivi meħtieġa). Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li d-disinn futur tan-network ta’ DB Cargo se jiffoka fuq iż-żieda fil-frekwenzi fuq perjodi twal, jikkonsolida konnessjonijiet iqsar u jippermetti aktar flessibbiltà fir-rotot tal-vaguni, jiġifieri distribuzzjoni aħjar tal-kost fiss u tnaqqis fl-għadd ta’ destinazzjonijiet.

(191)

Il-Ġermanja tindika wkoll li l-offerta kummerċjali se tkun dejjem aktar standardizzata, u se timminimizza t-talbiet individwali speċifiċi għall-klijent. Il-Ġermanja ssostni wkoll li l-eliminazzjoni tal-ħtieġa għal prijoritizzazzjoni speċifika għall-klijent hija mistennija żżid il-volum ta’ faċilitajiet ta’ manuvra kif ukoll tnaqqas drastikament il-kumplessità tal-ippjanar u tad-dispaċċ, jiġifieri, iżżid l-effiċjenza fil-kostijiet ġenerali.

(192)

Il-Ġermanja tindika li l-intensifikazzjoni tan-network rivedut hija mistennija li tibda mill-2025.

4.1.4.1.1.3.2.   Miżura 2 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Miżuri ġenerali ta’ ottimizzazzjoni tal-produzzjoni tas-segment ta’ Vagun Wieħed

(193)

Il-Ġermanja tindika li, flimkien mad-disinn tan-network ta’ DB Cargo, il-Pjan ta’ Ristrutturar jipprevedi żewġ miżuri ġenerali ta’ ottimizzazzjoni tal-produzzjoni biex jittejjeb il-kost tal-operazzjonijiet ta’ vagun wieħed:

(a)

Reviżjoni tas-servizzi ta’ alimentazzjoni u distribuzzjoni attwali għal vaguni uniċi, jiġifieri, servizzi li bħalissa mhumiex ekonomiċi se jiġu rranġati mill-ġdid, imnaqqsa fl-iskala jew eliminati. Il-Ġermanja tindika li l-miżura diġà qed tiġi implimentata bl-ewwel effetti mistennija immedjatament.

(b)

Iffrankar fil-kostijiet tal-enerġija bl-użu ta’ lokomottivi b’żewġ modalitajiet minflok alternattivi li jaħdmu bid-diżil li huma inqas effiċjenti fl-użu tal-fjuwil. Il-Ġermanja tindika li l-effetti pożittivi minn dik il-miżura huma mistennija li jitwettqu mill-2026 ’il quddiem.

4.1.4.1.1.3.3.   Miżura 3 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Titjib fil-kwalità tas-segment ta’ Vagun Wieħed u miżuri ta’ aġġustament tal-prezz bażi

(194)

Il-Ġermanja tindika li dak it-titjib fil-mudell tal-produzzjoni se jwassal għal titjib fil-kwalità fis-servizz għall-klijent (eż., żieda fir-robustezza/reżiljenza). B’mod konsistenti ma’ dak it-titjib fil-kwalità, il-Ġermanja tispjega li l-aġġustamenti fil-prezzijiet huma nnegozjati minn DB Cargo bl-għan li (i) tiġi koperta aħjar iż-żieda attwali tal-kostijiet tat-trasport, u (ii) tiġi koperta aħjar ir-rieda tal-klijenti li jħallsu għal servizzi ta’ vagun wieħed. Il-Ġermanja tispeċifika li l-aġġustamenti tal-prezzijiet rispettivi se jkunu żidiet reali fil-prezz bażi minbarra l-kumpensi tal-kost tal-fatturi u se jkunu daħlu fis-seħħ diġà fl-2024.

4.1.4.1.1.3.4.   L-effetti tal-miżuri tas-segment tal-Vagun Wieħed tal-Pjan ta’ Ristrutturar fuq il-projezzjonijiet tal-EBIT ta’ DB Cargo

4.1.4.1.1.4.   Miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar fis-segment tat-Tren Blokka

(195)

Il-Ġermanja tispjega li t-trasport tat-tren blokka huwa kkaratterizzat minn konnessjoni diretta tal-volumi minn punti ta’ siding/tagħbija ferrovjarji għal punti ta’ siding/ħatt ferrovjarji mingħajr ma tinbidel il-kompożizzjoni tal-ferrovija. Konsegwentement, il-mutur ewlieni tal-prestazzjoni għat-treni blokka huwa l-użu suffiċjenti tal-kapaċità fit-trasport fuq distanzi twal. Fis-segment tat-tren blokka, il-Ġermanja tindika li DB Cargo tiffoka fuq kopertura wiesgħa tan-network b’forom differenti ta’ trasport inkluż soluzzjonijiet loġistiċi aktar kumplessi. Il-miżuri ewlenin tal-Pjan ta’ Ristrutturar għas-segment tat-tren blokka huma deskritti hawn taħt u jiffukaw fuq it-tranżizzjoni lejn l-operat bħala fornitur tal-loġistika intelliġenti.

4.1.4.1.1.4.1.   Miżura 4 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Soluzzjonijiet loġistiċi tas-segment tat-Tren Blokka u l-ottimizzazzjoni tal-portafoll

(196)

Il-Ġermanja ssostni li l-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo se jiffoka fuq soluzzjonijiet loġistiċi intelliġenti fir-rigward tat-trasport bit-tren blokka (eż. soluzzjonijiet personalizzati jew traffiku kumpless/transfruntier) u se jwettaq rieżami strutturat tal-portafoll fuq żewġ elementi ewlenin:

(a)

Bidliet fil-kunċetti tal-produzzjoni biex jiżdiedu kemm l-effiċjenza kif ukoll il-kwalità fejn DB Cargo tista’ toffri punt tal-bejgħ uniku.

(b)

Differenzjazzjoni fil-prezzijiet bi prezzijiet aġġustati għall-klijenti b’rieda ogħla li jħallsu u dipendenza qawwija fuq is-servizzi ferrovjarji. F’dak il-kuntest, jistgħu jitwaqqfu ċerti rotot magħżula u klijenti bi ħtiġijiet aktar sempliċi (eż. traffiku minn punt għal punt) sabiex jintużaw ir-riżorsi li jiġu lliberati għal soluzzjonijiet loġistiċi aktar kumplessi/intelliġenti (potenzjalment ma’ sħab) li jirriżultaw f’negozju b’marġni ogħla. Il-Ġermanja ssostni li, b’mod ġenerali, huwa biss it-traffiku b’perspettiva mistennija ta’ żvilupp ekonomiku pożittiv li se jitkompla minn DB Cargo. Il-Ġermanja tindika wkoll li l-ottimizzazzjoni tal-portafoll se tiġi implimentata immedjatament b’effetti li jibdew fl-2024.

4.1.4.1.1.4.2.   Miżura 5 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Żieda fir-robustezza tal-produzzjoni tas-segment tat-Tren Blokka

(197)

Il-Ġermanja tispjega li, bħalissa, it-treni blokka ta’ DB Cargo huma prodotti minn sistema ta’ produzzjoni integrata ma’ treni blokka oħra, trasport ikkombinat u traffiku fuq vagun wieħed. Il-Ġermanja tindika wkoll li s-sinerġiji potenzjali minn produzzjoni integrata f’DB Cargo spiss ma jiġux realizzati (eż., minħabba inċidenti imprevedibbli bħal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-infrastruttura fi żmien qasir, kwistjonijiet tekniċi, disponibbiltà tar-riżorsi) u għalhekk iwasslu għal kostijiet reali tal-produzzjoni ogħla.

(198)

Il-Ġermanja tispjega li din il-miżura tal-Pjan ta’ Ristrutturar tipprevedi t-tħaddim futur ta’ treni blokka li għandhom jiġu inkapsulati b’allokazzjonijiet ta’ riżorsi ddedikati (simili għall-miżura korrispondenti fil-qasam ta’ vagun wieħed) biex jiġu minimizzati d-dipendenzi u tiżdied il-kwalità tal-produzzjoni. Bl-istess mod, il-Ġermanja tindika li sjieda ċara u konsistenti għall-industriji, il-klijenti u l-prodotti se tiġi stabbilita bħala parti mill-miżura attwali tal-Pjan ta’ Ristrutturar.

(199)

Il-Ġermanja tispjega wkoll li r-robustezza akbar (86) fil-produzzjoni se tiġi aċċellerata aktar permezz tal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ġodda ta’ negozjar kollettiv biex tiżdied il-flessibbiltà fil-mudelli tax-xifts. Fiċ-ċiklu ta’ negozjar kollettiv tal-2023, DB AG u DB Cargo kisbu kontribut kbir mit-trade union EVG biex jappoġġaw it-trasformazzjoni ta’ DB Cargo peress li dik it-trade union stabbiliet għażla ta’ mudelli estiżi tax-xifts tax-xufiera tal-lokomottivi, u b’hekk żiedet il-flessibbiltà għal DB Cargo (f’dawk il-mudelli, ix-xufiera tal-lokomottivi huma skedati (volontarjament) li jaħdmu f’ċikli ta’ xogħol ta’ diversi jiem b’diversi perjodi ta’ mistrieħ mhux id-dar (inċentivati fi flus) u perjodi itwal ta’ mistrieħ id-dar. Il-Ġermanja tindika li dan iwassal għal żieda fil-produttività minħabba tnaqqis fil-persunal kif ukoll il-possibbiltà li jiġu skjerati xufiera tal-ferroviji indipendentement mill-post oriġinali. Il-Ġermanja tipprevedi li ż-żieda fis-sistema riveduta tal-produzzjoni ta’ DB Cargo tibda mhux aktar tard mill-2025.

4.1.4.1.1.4.3.   Miżura 6 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Titjib fil-kwalità tas-segment tat-Tren Blokka u aġġustamenti tal-prezz bażi relatati

(200)

Il-Ġermanja ssostni li t-titjib fil-kwalità tas-servizzi għall-klijenti ta’ DB Cargo (eż., żieda fir-robustezza) se jiġġustifika aġġustamenti fil-prezzijiet li huma nnegozjati bl-għan li (i) jiġu koperti aħjar iż-żidiet attwali fil-kostijiet tat-trasport, u (ii) tiġi koperta aħjar ir-rieda tal-klijenti li jħallsu għal servizzi tat-tren blokka aktar kwalitattivi. Il-Ġermanja tispjega li l-aġġustamenti rispettivi fil-prezzijiet ta’ DB Cargo se jkunu żidiet reali fil-prezz bażi minbarra l-kumpensi tal-kostijiet tal-fatturi u se jkunu daħlu fis-seħħ diġà fl-2024.

4.1.4.1.1.4.4.   L-effetti tal-miżuri tas-segment tat-Tren Blokka tal-Pjan ta’ Ristrutturar fuq il-projezzjonijiet tal-EBIT ta’ DB Cargo

Tabella 12

L-effetti tal-miżuri tas-segment tat-Tren Blokka tal-Pjan ta’ Ristrutturar fuq il-projezzjonijiet tal-EBIT ta’ DB Cargo

 

 

Effetti tal-EBIT (f’miljuni ta’ EUR)

Tip ta’ segment

Miżura ta’ trasformazzjoni

2024

2025

2026

2027

2028ff

Tren Blokka

Soluzzjonijiet loġistiċi u ottimizzazzjoni tal-portafoll

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Żieda fir-robustezza fil-produzzjoni (inkluż ftehimiet ġodda ta’ negozjar kollettiv)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Titjib fil-kwalità u aġġustament tal-prezz bażi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tat-22 ta’ Novembru 2024 (Pjan Finali ta’ Ristrutturar), paġna 31.

4.1.4.1.1.5.   Miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar fis-segment tat-Trasport Ikkombinat

(201)

Il-Ġermanja tispjega li t-trasport ikkombinat huwa kkaratterizzat minn trasport multimodali, bl-użu ta’ trakkijiet għall-ewwel u l-aħħar mil lejn terminals jew portijiet filwaqt li jintużaw il-ferroviji fis-segmenti b’distanzi twal bejniethom. Is-segment huwa maqsum fi tliet subsegmenti: (i) it-trasport marittimu kkombinat li jkopri t-trasport ta’ kontejners bejn il-portijiet u l-hinterland rispettiva, (ii) it-trasport ikkombinat kontinentali li jkopri t-trasport ta’ kontejners kbar, semitrejlers u kaxxi skambjabbli minn terminal għal terminal, u (iii) l-bejgħ ta’ trasportaturi, li jkopri servizzi ta’ trazzjoni puri għal trasportaturi ferrovjarji jew burdnara tal-merkanzija ta’ partijiet terzi.

(202)

Fl-ewwel żewġ segmenti, il-Ġermanja tindika li l-atturi jew ikopru element individwali tal-katina tal-valur (it-trazzjoni, l-operazzjonijiet tat-terminal, l-operatur) jew joffru s-servizzi kollha tul il-katina tal-valur bħala operatur integrat. Il-Ġermanja tispjega wkoll li DB Cargo tieħu l-pożizzjoni kemm ta’ operatur fis-segment marittimu mas-sussidjarja tagħha TFG kif ukoll ta’ fornitur tat-trazzjoni (jiġifieri, DB Cargo nnifisha). Fis-segment kontinentali, il-Ġermanja tindika li DB Cargo għal darb’oħra hija fornitur tat-trazzjoni u, barra minn hekk, għandha ishma (iżda ma għandha l-ebda kontroll maġġoritarju) tal-operatur Kombiverkehr GmbH & Co. KG. Fil-bejgħ tat-trasportaturi, il-Ġermanja tindika li DB Cargo toffri trazzjoni pura.

(203)

It-taqsima li ġejja tistabbilixxi l-miżuri ewlenin tal-Pjan ta’ Ristrutturar għal kull wieħed minn dawk it-tliet subsegmenti individwali.

4.1.4.1.1.5.1.   Miżura 7 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Bidla fil-produzzjoni tas-subsegment tat-Trasport Marittimu Ikkombinat

(204)

Il-Ġermanja tispjega li, bħalissa, il-ferroviji tat-trasport ikkombinat huma prodotti minn sistema ta’ produzzjoni integrata b’vagun wieħed u operazzjonijiet tat-tren blokka. Is-sinerġiji minn dik il-produzzjoni integrata huma iżgħar mill-kumplessità li tirriżulta, li jwasslu għal kwistjonijiet ta’ kwalità relatati mat-tfixkil u rekwiżit akbar tar-riżorsi meta mqabbla ma’ dawk ta’ kompetituri diretti (eż., id-difiża jew il-merkanzija tal-faħam tan-negozju tal-ferrovija b’vagun wieħed jew tren blokka bi prijoritizzazzjoni ogħla meta mqabbla mal-merkanzija intermodali li tikkawża dewmien għat-trasport marittimu kkombinat). Il-Ġermanja tindika wkoll li l-Pjan ta’ Ristrutturar għalhekk jinkludi żewġ miżuri li DB Cargo se timplimenta:

(a)

Se jiġu assenjati riżorsi ddedikati (xufiera tal-ferroviji, lokomottivi u vaguni tal-merkanzija) għas-segment tat-trasport marittimu biex tittejjeb il-kwalità tal-produzzjoni u jkunu jistgħu jiġu prodotti ferroviji li qabel kienu ġew ikkanċellati minħabba nuqqas ta’ disponibbiltà fil-produzzjoni.

(b)

Fit-2 ta’ Ottubru 2024, il-Kumitat ta’ Rikonċiljazzjoni laħaq ftehim biex jimmodifika r-regolamenti tax-xogħol eżistenti tal-kumpanija fir-rigward tat-Trasport Marittimu Kkombinat. B’riżultat ta’ dan, se jintlaħaq l-istess ammont ta’ żieda fil-produttività bħal f’għażla ta’ trasformazzjoni alternattiva li tiddependi fuq it-tnaqqis fil-provvista tat-trazzjoni minn DB Cargo u t-trasferiment tal-provvista tat-trazzjoni lill-kumpaniji sussidjarji tat-trazzjoni b’aktar flessibbiltà fil-ftehimiet tax-xogħol tagħhom, li se jwassal għal produttività ogħla tax-xufiera tal-ferroviji (eż., waqfa fl-outstation, kumpens speċjali għall-ħin tal-ivvjaġġar). Il-Ġermanja tispjega wkoll li billi ntlaħaq dan il-ftehim f’Ottubru 2024, DB Cargo issa se tkun tista’ tnaqqas ix-xufiera tal-ferroviji tagħha stess, il-kostijiet ġenerali relatati mal-produzzjoni u l-persunal tat-Torri ta’ Kontroll minħabba r-regolamenti l-ġodda tax-xogħol li se jippermettu żieda fil-produttività. Għalhekk, DB Cargo mhux se jkollha bżonn iċċaqlaq l-operazzjonijiet lejn kumpaniji sussidjarji ta’ trazzjoni.

4.1.4.1.1.5.2.   Miżura 8 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Tfassil mill-ġdid tan-network tas-subsegment tat-Trasport Marittimu Kkombinat

(205)

Il-Ġermanja tispjega li, fil-mudell tan-network attwali ta’ DB Cargo, l-operatur marittimu TFG juża kunċetti ta’ shunting biex jiddistribwixxi t-traffiku bejn il-portijiet marittimi Ġermaniżi u l-hinterland, filwaqt li l-kompetituri jużaw terminals tat-trasport ikkombinat. Il-Ġermanja ssostni li, bħala parti mill-Pjan ta’ Ristrutturar, ir-rotot għal TFG maż-żmien se jinbidlu għal terminals ċentrali tat-trasport ikkombinat kif xieraq, minflok operazzjonijiet ta’ ċentru fejn jinġemgħu l-ferroviji tal-merkanzija, biex jippermettu użu akbar tal-ferroviji, żieda fil-kapaċità fuq il-ferroviji, u trasferiment aktar kosteffiċjenti tal-kontejners. Il-Ġermanja tindika wkoll li DB Cargo qed tippjana t-tnedija tal-mudell ta’ produzzjoni l-ġdid li għandu jiġi implimentat sal-2026 minħabba l-aċċess meħtieġ għat-terminals ċentrali u t-tranżizzjoni tal-iskedi.

4.1.4.1.1.5.3.   Miżura 9 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Integrazzjoni tat-terminals tas-subsegment tat-Trasport Marittimu Kkombinat

(206)

Il-Ġermanja tispjega li t-terminal tal-kontejners huwa parti importanti mill-katina tal-valur fit-trasport ikkombinat u li l-operaturi li jintegraw l-operazzjonijiet tat-terminals fil-katina tat-trazzjoni jistgħu jiksbu profittabbiltà. Il-Ġermanja tindika wkoll li l-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo jinkludi l-estensjoni tal-operazzjonijiet tat-terminal tagħha permezz ta’ kooperazzjoni aħjar mal-fornitur tat-terminal DUSS (Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene Straße) sabiex DB Cargo tkun tista’ toffri firxa ta’ prodotti aktar integrata (eż., inkluż il-ħżin tal-kontejners), tottimizza l-produzzjoni tagħha (eż. allinjament aħjar tal-islots tal-binarji u tat-terminals) u twettaq sinerġiji f’postijiet fejn diġà topera l-imħażen, u DUSS għandu l-operazzjoni terminali tiegħu ħdejn il-faċilitajiet ta’ DB Cargo.

4.1.4.1.1.5.4.   Miżura 10 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Ottimizzazzjoni tal-portafoll tas-subsegment tat-Trasport Marittimu Kkombinat

(207)

Il-Ġermanja tindika li l-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo jipprevedi li l-portafoll tar-rotot tat-traffiku marittimu se jiġi ottimizzat, speċjalment fir-rigward ta’ rotot b’domanda baxxa għalihom u rotot ta’ profittabbiltà baxxa, bl-effett ta’ dik il-miżura jidher fl-2024.

4.1.4.1.1.5.5.   Miżura 11 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Evalwazzjoni tal-għażliet tas-sħubija tas-subsegment tat-Trasport Marittimu Kkombinat

(208)

Il-Ġermanja tindika li, fi ħdan is-segment tas-suq marittimu, it-trasportaturi tat-trasport bil-baħar kif ukoll l-operaturi tat-terminals isegwu strateġiji ta’ integrazzjoni vertikali biex iżidu l-lealtà tal-klijenti tagħhom, jissalvagwardjaw il-kapaċità tat-trasport u jinternalizzaw il-marġnijiet. Il-Ġermanja ssostni wkoll li, għall-operatur marittimu TFG ta’ DB Cargo, tali żviluppi strateġiċi mill-kompetituri tagħha jikkostitwixxu riskju ta’ telf fil-volum f’każ li l-klijenti ewlenin tagħhom, jiġifieri, it-trasportaturi bil-baħar, jirrilokaw il-volum tagħhom lejn il-kompetituri li jinvolvu ruħhom magħhom fil-kuntest ta’, pereżempju, l-integrazzjoni vertikali msemmija hawn fuq. Fl-istess ħin, il-Ġermanja tqis li l-investiment ta’ sieħeb jista’ jippermetti lil TFG tiżgura volumi u tikseb aċċess dirett għall-klijenti finali. Il-Ġermanja tispjega wkoll li, bħala parti mill-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo, bħalissa qed tevalwa l-għażliet ta’ sħubija f’dak ir-rigward.

4.1.4.1.1.5.6.   Miżura 12 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Dimensjonar mill-ġdid tas-subsegment tat-Trasport Ikkombinat Kontinentali ta’ Kombiverkehr

(209)

Il-Ġermanja tindika li DB Cargo għandha ishma (iżda ma għandha l-ebda kontroll maġġoritarju) f’Kombiverkehr GmbH & Co. KG (“KVG”), wieħed miż-żewġ operaturi Ewropej ewlenin (50 % tal-ishma huma proprjetà ta’ DB Cargo u l-50 % li jifdal ta’ aktar minn 200 speditur tal-merkanzija). Il-Ġermanja tqis li l-bidliet fil-mudell kummerċjali attwali, li fih DB Cargo hija biss fornitur għal servizzi ta’ trazzjoni puri, huma meħtieġa sabiex tinkiseb kompetittività fit-tul. Il-Ġermanja tispjega wkoll li d-diskussjonijiet konġunti lejn mudell ta’ negozju ġdid ibbażat fuq is-sħubija biex tinkiseb il-profittabbiltà bdew f’Awwissu 2023 iżda ma wasslux għal riżultat ta’ suċċess.

(210)

F’dak il-kuntest, il-Ġermanja tispjega wkoll li se jkun hemm eliminazzjoni gradwali tar-relazzjonijiet li ma jiġġenerawx il-marġnijiet meħtieġa, sa mhux aktar tard minn Jannar 2025. Mit-tielet trimestru tal-2024, KVG bdiet taqleb partijiet kbar tal-programm ferrovjarju tagħha għal fornituri terzi ta’ servizzi ta’ trazzjoni sabiex l-ispedituri tal-merkanzija li jitolbu servizzi ta’ trasport ikkombinat ikomplu jkollhom aċċess għall-biċċa l-kbira tan-network tar-rotot ta’ KVG fil-futur. Is-servizzi kollha ta’ DB Cargo permezz ta’ KVG li ma jipprovdux perspettiva ekonomikament vijabbli għal DB Cargo sadanittant tneħħew gradwalment biex jitwaqqaf aktar telf.

4.1.4.1.1.5.7.   Miżura 13 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Bidla fil-produzzjoni tas-subsegment tat-Trasport Kontinentali Kkombinat

(211)

Il-Ġermanja tispjega li, bħalissa, il-ferroviji tat-trasport ikkombinat huma prodotti minn sistema ta’ produzzjoni integrata b’vagun wieħed u operazzjonijiet tat-tren blokka iżda li s-sinerġiji minn produzzjoni integrata huma iżgħar mill-kumplessità li tirriżulta li twassal għal kwistjonijiet ta’ kwalità relatati ma’ tfixkil u rekwiżit akbar ta’ riżorsi meta mqabbel ma’ dak tal-kompetituri diretti ta’ DB Cargo. Il-Ġermanja għalhekk issostni li se jiġu implimentati żewġ miżuri bħala parti mill-Pjan ta’ Ristrutturar:

(a)

Se jiġu assenjati riżorsi ddedikati għas-segment tat-trasport kontinentali kkombinat biex tittejjeb il-kwalità tal-produzzjoni u biex jippermettu l-produzzjoni ta’ ferroviji li qabel kienu ġew ikkanċellati minħabba nuqqas ta’ disponibbiltà fil-produzzjoni.

(b)

Fir-rikonċiljazzjoni tal-interess, li tlestiet fit-2 ta’ Ottubru 2024, il-partijiet laħqu ftehim biex jimmodifikaw ir-regolamenti tax-xogħol eżistenti tal-kumpanija fir-rigward tat-trasport ikkombinat kontinentali. B’riżultat ta’ dan, issa nkisbet l-istess żieda fil-produttività bħal fl-alternattiva tal-esternalizzazzjoni tas-servizzi tat-trazzjoni lil kumpaniji sussidjarji b’aktar flessibbiltà fil-ftehimiet tax-xogħol tagħhom u għalhekk produttività ogħla tax-xufiera tal-ferroviji (eż., waqfa fl-outstation, kumpens speċjali għall-ħin tal-ivvjaġġar), li inizjalment kienet imfittxija. Il-Ġermanja tindika wkoll li wara li laħqet dan il-ftehim f’Ottubru 2024, DB Cargo issa se tkun tista’ tnaqqas ix-xufiera tal-ferroviji, il-kostijiet ġenerali relatati mal-produzzjoni u l-persunal tat-Torri ta’ Kontroll minħabba r-regolamenti l-ġodda tax-xogħol li se jippermettu żieda fil-produttività mill-2025 ’il quddiem. Għalhekk, DB Cargo mhux se jkollha bżonn iċċaqlaq l-operazzjonijiet lejn kumpaniji sussidjarji ta’ trazzjoni.

4.1.4.1.1.5.8.   Miżura 14 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Ottimizzazzjoni tal-portafoll tas-subsegment tal-Bejgħ tat-Trasportaturi

(212)

Il-Ġermanja tispjega li l-ottimizzazzjoni tal-portafoll diġà nbdiet bħala parti mill-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo fl-2023 għal dawk l-operazzjonijiet li bħalissa ma jrendux il-marġni meħtieġ u li ma jipprovdux perspettiva ekonomikament vijabbli. It-traffiku b’marġni baxx li ma jistax jissodisfa l-ambizzjoni tal-marġni operatorju meħtieġ u/jew meta l-klijenti ma jaċċettawx l-aġġustamenti meħtieġa fil-prezzijiet se jitneħħa mill-portafoll. Il-Ġermanja tispjega wkoll li r-reazzjonijiet tal-klijenti għall-aġġustamenti fil-prezzijiet bħalissa huma stmati abbażi tal-esperjenza tat-tim tal-bejgħ ta’ DB Cargo u l-adattamenti huma ppjanati skont dan. Il-Ġermanja tistenna li l-volum jitnaqqas b’madwar […]% fl-2024 u b’madwar […]% fl-2025 meta mqabbel mal-volumi tal-2023 u li, fil-każ li aktar klijenti ta’ DB Cargo ma jaċċettawx aġġustamenti fil-prezzijiet, il-grad ta’ tnaqqis jiġi aġġustat.

4.1.4.1.1.5.9.   L-effetti tal-miżuri tas-segment tat-Trasport Ikkombinat tal-Pjan ta’ Ristrutturar fuq il-projezzjonijiet tal-EBIT ta’ DB Cargo

4.1.4.1.1.6.   Miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar fis-Sussidjarji Ewropej ta’ DB Cargo

(213)

Il-Ġermanja tispjega li DB Cargo għandha sussidjarji barranin fi 13-il pajjiż: In-Netherlands, Franza, id-Danimarka, l-Italja, l-Iżvizzera, il-Belġju, ir-Renju Unit, Spanja, il-Polonja u l-erba’ kumpaniji tal-EEC (European Eastern Corridor, il-Kuritur Ewropew tal-Lvant), iċ-Ċekja, il-Bulgarija, ir-Rumanija, u l-Ungerija. Is-sussidjarji joperaw l-aktar bħala ċentri tal-kostijiet tal-produzzjoni li joffru servizzi ferrovjarji bħala estensjoni tal-operazzjonijiet ferrovjarji madwar l-Ewropa. Il-Ġermanja ssostni li l-għan tan-network Ewropew ta’ DB Cargo huwa li joffri soluzzjonijiet loġistiċi transfruntiera minn tarf sa tarf madwar il-kontinent b’oriġini u destinazzjonijiet fil-Ġermanja u barra minnha, u l-Ġermanja bħala pajjiż ta’ tranżitu jew ta’ trasport marittimu/riċeventi.

(214)

Il-Ġermanja tispjega li s-sussidjarji Ewropej ta’ DB Cargo jammontaw għal madwar terz tal-impjegati globali tagħha. Konsegwentement, dawn huma sinifikanti għall-prestazzjoni ekonomika tal-kumpanija. Il-Ġermanja ssostni wkoll li dawk is-sussidjarji huma parti kruċjali mill-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo u ġew investigati għal potenzjal ta’ ffrankar tal-kostijiet. Konsegwentement, il-Ġermanja ssostni li se jiġu implimentati tliet lievi ġenerali għall-ottimizzazzjoni tal-kostijiet.

4.1.4.1.1.6.1.   Miżura 15 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Ottimizzazzjoni tal-portafoll tas-Sussidjarji Ewropej

(215)

L-ewwel nett, se jkun hemm ottimizzazzjoni tal-portafoll permezz tar-rieżami tal-operazzjonijiet tat-trasport għall-profittabbiltà u d-definizzjoni sussegwenti ta’ miżuri ta’ effiċjenza tul it-tliet segmenti tat-trasport b’vagun wieħed, it-trasport bit-tren blokka, u t-trasport ikkombinat. Il-Ġermanja tispjega li t-trasport mhux profittabbli se jiġi ottimizzat permezz ta’ taħlita ta’ aġġustamenti fil-prezzijiet, tnaqqis fil-frekwenza u raggruppament ta’ oriġini u destinazzjonijiet, jew se jitwaqqaf minn DB Cargo. Il-Ġermanja tispjega wkoll li din il-miżura hija allinjata mill-qrib mal-istrateġiji fit-tliet segmenti kollha.

4.1.4.1.1.6.2.   Miżura 16 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Tnaqqis fil-kostijiet tas-Sussidjarji Ewropej

(216)

It-tieni, se jkun hemm tnaqqis fil-kostijiet billi jiġu kkonsolidati l-imħażen, eż., bejn il-Ġermanja u n-Netherlands jew il-Ġermanja u l-Iżvizzera, jew billi jitnaqqas l-ispazju għall-uffiċċji bħala parti mill-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo. Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li l-produzzjoni u l-kostijiet ġenerali amministrattivi ta’ DB Cargo se jitnaqqsu billi, pereżempju, jiġu ċċentralizzati l-kompiti tas-servizzi għall-klijenti fit-Torri ta’ Kontroll jew bit-tnaqqis ta’ impjegati esterni.

4.1.4.1.1.6.3.   Miżura 17 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Effiċjenza operazzjonali tas-Sussidjarji Ewropej

(217)

It-tielet, il-miżuri ta’ żieda fl-effiċjenza operazzjonali se jiġu implimentati bħala parti mill-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo permezz tal-ottimizzazzjoni tal-użu transfruntier tax-xufiera (eż. bejn il-Ġermanja u n-Netherlands jew il-Ġermanja, l-Iżvizzera u l-Italja) u ż-żieda fil-produttività tal-assi kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura tal-IT standardizzata f’DB Cargo.

4.1.4.1.1.6.4.   L-effetti tal-miżuri tas-Sussidjarji Ewropej ta’ DB Cargo tal-Pjan ta’ Ristrutturar fuq il-projezzjonijiet tal-EBIT ta’ DB Cargo

4.1.4.1.1.7.   Miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar fl-amministrazzjoni ta’ DB Cargo

(218)

Il-Ġermanja tispjega li, fil-funzjoni transdiviżjonali ta’ DB Cargo, id-dipartiment tal-amministrazzjoni jipprovdi servizzi importanti għal DB Cargo. Il-Ġermanja ssostni li l-Pjan ta’ Ristrutturar tagħha se jindirizza u jelimina l-ineffiċjenzi li jirriżultaw minn proċessi żejda, kapaċità żejda u servizzi b’valur miżjud limitat.

(219)

Il-Ġermanja tispjega li t-tnaqqis fil-kumplessità fid-diversi unitajiet tan-negozju ta’ DB Cargo huwa mistenni li jnaqqas il-kapaċitajiet amministrattivi meħtieġa u li l-miżuri jenħtieġ li jwasslu għal tnaqqis ġenerali ta’ aktar minn 80 ekwivalenti ta’ impjegati full-time meta mqabbel mal-għadd ta’ impjegati f’Lulju 2023 (madwar 17 % tad-dipartimenti kkunsidrati) u jibda mill-2024.

(220)

Il-Ġermanja tispjega li ċ-ċentri tal-kostijiet ta’ DB Cargo li ġejjin ġew analizzati b’mod dettaljat: Id-dipartiment tal-IT, il-kostijiet tal-bini (tal-kiri), id-dipartiment tas-CEO, id-dipartiment tas-CFO, id-dipartiment tal-ġestjoni tal-offerti, il-kostijiet amministrattivi tas-sussidjarji domestiċi u kostijiet amministrattivi oħra kif ukoll strutturi ta’ ġestjoni.

4.1.4.1.1.7.1.   Miżura 18 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Standardizzazzjoni tal-IT tal-amministrazzjoni

(221)

Il-Ġermanja ssostni li l-kostijiet operazzjonali għoljin jirriżultaw minn legat għoli fix-xenarju tal-IT u tal-akkwist ta’ DB Cargo. Il-Ġermanja tispjega li, bħala parti mill-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo, il-kostijiet operazzjonali se jitnaqqsu bl-ottimizzazzjoni tal-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz, is-soluzzjonijiet tal-cloud u l-modernizzazzjoni tal-applikazzjonijiet attwali kif ukoll l-għeluq ta’ applikazzjonijiet skaduti. Barra minn hekk, il-Ġermanja tindika li l-portafoll tal-proġetti tal-IT se jitnaqqas b’mod sinifikanti u l-persunal permezz ta’ fornitur tas-servizzi estern se jitnaqqas.

4.1.4.1.1.7.2.   Miżura 19 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Tnaqqis tal-ispazju għall-uffiċċju tal-amministrazzjoni

(222)

Il-Ġermanja tispjega li DB Cargo bħalissa tikri ħafna proprjetajiet fil-Ġermanja (madwar 760). Minħabba żieda fix-xogħol mill-bogħod, il-Ġermanja ssostni li DB Cargo se ttemm il-ftehimiet tal-kiri u għalhekk se tiffranka madwar 25 % tal-kostijiet tal-kiri fil-postijiet prinċipali tagħha (Mainz, Duisburg, Mannheim, Munich, Berlin u Leipzig) fl-2024. Mill-2025, il-Ġermanja tindika li DB Cargo se tnaqqas ukoll l-ispazju għall-uffiċċji fil-postijiet l-oħra kollha fil-Ġermanja wara t-tnaqqis tal-persunal relatat mal-produzzjoni fir-Reġjuni kollha tal-Ġestjoni ta’ DB Cargo.

4.1.4.1.1.7.3.   Miżura 20 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Attivitajiet strateġiċi u ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-amministrazzjoni bi tnaqqis ta’ DB AG

(223)

Il-Ġermanja tispjega li, fl-istrateġija u l-oqsma ta’ politika/regolamentazzjoni ta’ DB Cargo, id-duplikazzjoni tal-kompiti se tiġi eliminata u se twassal għal tnaqqis fir-rekwiżiti tar-riżorsi. Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li l-baġit relattivament għoli tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ DB Cargo se jiġi rivedut ’l isfel peress li b’inqas kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni u proġetti, il-ħtieġa ta’ operazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ DB Cargo se tonqos.

4.1.4.1.1.7.4.   Miżura 21 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Diġitalizzazzjoni u awtomatizzazzjoni tal-proċessi manwali tal-finanzi tal-amministrazzjoni

(224)

Il-Ġermanja tispjega li d-dipartiment tas-CFO ta’ DB Cargo jinkludi l-unitajiet organizzattivi prinċipali: Kontabbiltà u Fatturazzjoni, Kontrollar tal-Entità, u Kontrollar tal-Prodotti u Loġika tat-Tmexxija. Il-Ġermanja tispjega li l-għadd attwalment għoli ta’ proċessi amministrattivi manwali fl-oqsma kollha se jiġi diġitalizzat jew awtomatizzat, b’mod partikolari fil-qasam tal-proċessi tal-fatturazzjoni u tar-rapportar, li se jnaqqas b’mod komprensiv il-kostijiet ġenerali amministrattivi.

4.1.4.1.1.7.5.   Miżura 22 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Adattament għad-daqs it-tajjeb tad-dipartimenti tal-ġestjoni tal-offerti u tad-disinn tas-servizzi tal-amministrazzjoni

(225)

Il-Ġermanja tispjega li d-duplikazzjonijiet tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet fid-dipartimenti tal-ġestjoni tal-offerti u tad-disinn tas-servizzi ta’ DB Cargo wasslu għall-iżvilupp ta’ strutturi ta’ daqs eċċessiv b’potenzjal konsiderevoli għall-ottimizzazzjoni. Bħala parti mill-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo, l-għadd ta’ persunal f’dawk l-oqsma se jitnaqqas.

4.1.4.1.1.7.6.   Miżura 23 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Struttura tal-amministrazzjoni u armonizzazzjoni tas-sussidjarji tal-bejgħ domestiku

(226)

Il-Ġermanja tispjega li s-separazzjoni tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet tad-dipartimenti tal-bejgħ intern u tas-sussidjarji tal-bejgħ ta’ DB Cargo mhijiex ċara. Il-Ġermanja ssostni li DB Cargo qed tippjana li tikseb iffrankar fil-kostijiet ġenerali amministrattivi permezz tal-konsolidazzjoni ta’ funzjonijiet doppji.

4.1.4.1.1.7.7.   Miżura 24 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Adattament għad-daqs it-tajjeb tal-istruttura ta’ ġestjoni tal-amministrazzjoni

(227)

Il-Ġermanja ssostni li, minħabba l-iżvilupp storiku ta’ strutturi paralleli fi ħdan DB Cargo, hemm għadd ogħla mill-medja ta’ eżekuttivi, li jwassal għal ineffiċjenzi u kostijiet għoljin tal-persunal, bħad-duplikazzjoni tal-kompiti bejn id-dipartimenti individwali ta’ DB Cargo u s-sussidjarji domestiċi u barranin. Il-Ġermanja ssostni wkoll li l-kumplessità organizzattiva żżid ukoll l-isforz amministrattiv u ta’ ġestjoni. Il-Ġermanja tindika li l-Pjan ta’ Ristrutturar jipprevedi tnaqqis fil-pożizzjonijiet eżekuttivi fid-dipartimenti amministrattivi billi, pereżempju, jingħaqdu timijiet jew jiġu esternalizzati l-attivitajiet.

4.1.4.1.1.7.8.   Miżura 25 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Tnaqqis fil-kostijiet l-oħra tal-amministrazzjoni

(228)

Il-Ġermanja tispjega li kostijiet amministrattivi oħra li għandhom jitnaqqsu bħala parti mill-miżuri ta’ ffrankar tal-kostijiet tal-Pjan ta’ Ristrutturar jinkludu benefiċċji għall-impjegati u offerta ta’ catering ta’ daqs eċċessiv (minħabba ż-żieda fl-użu ta’ xogħol mill-bogħod).

4.1.4.1.1.7.9.   L-effetti tal-Miżuri tal-amministrazzjoni tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo fuq il-projezzjonijiet tal-EBIT ta’ DB Cargo

4.1.4.1.1.8.   Miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar fil-kostijiet ġenerali relatati mal-produzzjoni ta’ DB Cargo u mat-Torri ta’ Kontroll

(229)

Il-Ġermanja tispjega li, fil-kostijiet ġenerali relatati mal-produzzjoni u mat-Torri ta’ Kontroll, il-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo se jiffoka fuq it-tnaqqis tal-kumplessità fl-ippjanar, id-disponibbiltà tar-riżorsi u t-tmexxija, b’mod partikolari t-tnaqqis tal-katalogu tas-servizzi u s-simplifikazzjoni tal-proċessi sabiex titnaqqas ir-riżorsa meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti rispettivi.

(230)

F’dak il-kuntest, il-Ġermanja ssostni li l-miżuri li jissimplifikaw il-mudelli tal-produzzjoni f’kull segment ta’ DB Cargo, eż., il-bidla minn produzzjoni integrata lejn sistemi ta’ produzzjoni ddedikati speċifiċi għas-segment, se jwasslu għal proċessi ssimplifikati fil-kostijiet ġenerali relatati mal-produzzjoni u fit-Torri ta’ Kontroll. Bħala riżultat dirett tan-network aktar robust, il-Ġermanja tispjega li hija meħtieġa inqas kapaċità ta’ DB Cargo għal, pereżempju, l-ippjanar u l-iskedar tal-ferroviji u għat-tmexxija tal-faċilitajiet tal-produzzjoni. Il-Ġermanja ssostni wkoll li effetti simili se jitwettqu permezz ta’ interfaċċi ferm aktar baxxi u ħtiġijiet ta’ allinjament bejn l-ippjanar/id-dispaċċ tas-segmenti differenti ta’ DB Cargo.

(231)

Il-Ġermanja tispjega li DB Cargo tippjana li l-introduzzjoni tas-simplifikazzjoni tal-proċess se twassal għal tnaqqis sinifikanti fil-persunal meħtieġ għall-ippjanar u d-dispaċċ, il-manutenzjoni, fit-Torri ta’ Kontroll u l-inkapsulament tat-trasport ikkombinat. Għall-ippjanar u d-dispaċċ, il-Ġermanja ssostni li l-approċċ prinċipali ta’ DB Cargo huwa li jgħaqqad il-funzjonijiet biex jiżdiedu s-sinerġiji, tiżdied l-awtomatizzazzjoni u jitnaqqsu l-passi tal-proċess mhux essenzjali, li jenħtieġ li jwasslu għal tnaqqis tal-persunal meħtieġ b’aktar minn 50 ekwivalenti ta’ impjegati full-time meta mqabbel ma’ Lulju 2023. Il-miżuri li ġejjin għal dak l-għan huma inklużi fil-Pjan ta’ Ristrutturar.

4.1.4.1.1.8.1.   Miżura 26 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Integrazzjoni relatata mal-produzzjoni u mat-Torri ta’ Kontroll tat-tmexxija tal-assi u l-iskedar tal-persunal

(232)

Il-Ġermanja tispjega li l-integrazzjoni tal-funzjonijiet ta’ DB Cargo tal-ġestjoni tal-assi (l-iskedar taċ-ċentri fejn jinġemgħu l-ferroviji tal-merkanzija tal-ferroviji (ZBA)) u l-iskedar tal-persunal tirriżulta f’sorveljanza unifikata permezz tal-persunal tal-ippjanar. Ir-rwol tal-persunal tal-ippjanar huwa limitat għad-definizzjoni tal-perjodu ta’ żmien immedjat (mill-Ħamis sal-Ħadd tal-ġimgħa ta’ wara). Il-Ġermanja tispjega wkoll li kwalunkwe tibdil li jsir wara l-bidu tal-ippjanar huwa ġestit mill-iskedar ta’ ZBA, li jqis il-konsegwenzi tal-iskedar downstream għall-ġimgħa ta’ wara (bħall-intervalli ta’ mistrieħ tal-impjegati). Il-Ġermanja tqis li din il-kultivazzjoni ta’ kunsiderazzjoni reċiproka fl-aspetti tal-ippjanar u tal-eżekuzzjoni twassal għal rekwiżit imnaqqas għad-dispaċċ tal-persunal ta’ DB Cargo, li konsegwentement jippermetti tnaqqis fil-persunal ta’ DB Cargo.

4.1.4.1.1.8.2.   Miżura 27 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Tnaqqis dettaljat tal-ippjanar relatat mal-produzzjoni u mat-Torri ta’ Kontroll

(233)

Il-Ġermanja tispjega li bis-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-ippjanar ta’ DB Cargo, isir possibbli li jinkiseb tnaqqis notevoli fil-kompiti essenzjali, li jwassal għal tnaqqis fil-forza tax-xogħol meħtieġa għall-ippjanar tal-assi. B’mod aktar partikolari, il-Ġermanja ssostni li, fl-iskedar li jmiss taċ-ċentri fejn jinġemgħu l-ferroviji tal-merkanzija ta’ DB Cargo (ZBA) u tal-istazzjonijiet ta’ skambju (Kbf), l-enfasi se tkun fuq it-twettiq ta’ ppjanar preliminari annwali biss. Dan l-ippjanar se jkun ristrett biex jissodisfa r-rekwiżiti minimi tax-xiftijiet u mhux se jinvolvi modifiki matul is-sena. Barra minn hekk, se jiġi żviluppat ippjanar kollaborattiv għall-persunal fuq l-art ta’ DB Cargo tax-shunters (AB) u tal-wagon masters (TWB).

4.1.4.1.1.8.3.   Miżura 28 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Konsolidazzjoni tal-funzjonijiet tad-dispaċċ tal-ekwipaġġ relatat mal-produzzjoni u mat-Torri ta’ Kontroll

(234)

Il-Ġermanja tispjega li, biex jitnaqqas l-għadd ta’ dispatchers tal-ferroviji reġjonali u maniġers tan-network reġjonali ta’ DB Cargo, fil-futur, il-kontrollur taż-żona ta’ DB Cargo se jassumi wkoll ir-responsabbiltajiet tad-dispatcher taż-żona lokali. Il-Ġermanja ssostni li d-dispaċċ se jseħħ jew miċ-ċentru ċentrali ta’ kontroll jew direttament fuq il-post, u li dan il-proċess se jitwettaq f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-maniġers tan-network stazzjonati fit-torri ta’ kontroll.

4.1.4.1.1.8.4.   Miżura 29 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Ottimizzazzjoni tal-proċess tal-ippjanar tax-xiftijiet fuq distanzi twal relatat mal-produzzjoni u mat-Torri ta’ Kontroll

(235)

Il-Ġermanja tispjega li, permezz tal-implimentazzjoni tas-sistema tal-IPS (integrated planning and steering, ippjanar u tmexxija integrati), il-proċess ta’ ppjanar tal-bidla fuq distanzi twal ta’ DB Cargo huwa ppreparat għall-ottimizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni, li jwassal għal effiċjenzi sostanzjali fil-kapaċità. Il-Ġermanja tispjega wkoll li, fl-istat previst ta’ VT (jiem ta’ operazzjoni), l-amalgamazzjoni ta’ VT, KT (jiem kalendarji), u l-ippjanar bir-reqqa tax-xiftijiet se jiġu orkestrati permezz tal-IPS, li tinkludi kemm il-konsolidazzjoni kif ukoll l-awtomatizzazzjoni. Il-Ġermanja ssostni li dan l-approċċ unifikat jassumi responsabbiltà proċedurali u reġjonali għall-assenjazzjonijiet kollha tar-rotot ta’ DB Cargo. Il-Ġermanja ssostni li l-eżitu huwa informazzjoni unika u ġenerali dwar ix-xiftijiet, li tinkludi persunal operattiv kemm fuq distanzi twal kif ukoll fuq distanzi qosra. Il-Ġermanja tqis li dan it-titjib tal-proċess għandu l-potenzjal li jiġġenera ffrankar notevoli tal-kapaċità fl-ippjanar għal DB Cargo.

4.1.4.1.1.8.5.   Miżura 30 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Diġitalizzazzjoni tal-manutenzjoni relatata mal-produzzjoni u t-Torri ta’ Kontroll

(236)

Il-Ġermanja tispjega li se jiġu implimentati soluzzjonijiet diġitali tal-manutenzjoni biex jitnaqqas il-persunal meħtieġ u jiġu ffrankati l-kostijiet ta’ DB Cargo sal-2027 billi, pereżempju, jitnaqqas b’mod sostanzjali r-rwol superviżorju tal-MöB (persunal tal-ikkummissjonar lokali) fuq il-faċilitajiet permezz tal-integrazzjoni bla xkiel tal-Assi u l-Manutenzjoni u l-ingranaġġ ta’ soluzzjonijiet diġitali bħal BISON (detezzjoni ta’ malware ibbażat fuq l-immaġnijiet) u WMS (sistema ta’ ġestjoni tal-workshops). Il-Ġermanja tispjega wkoll li bidla bħal din timplika li mhux kull azzjoni supplimentari teħtieġ approvazzjoni espliċita, peress li l-faċilitajiet se joperaw b’mod proattiv taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess. Aktar milli jiddependu ħafna fuq sorveljanza stretta, il-miżuri ta’ kontroll futuri se jxaqilbu lejn strateġiji kosteffettivi u evalwazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni. Il-Ġermanja tqis li dawn il-miżuri jenħtieġ li jrażżnu l-attivitajiet ta’ manutenzjoni eċċessivi fuq il-karozzi tal-merkanzija ta’ DB Cargo. Barra minn hekk, l-adozzjoni li jmiss taċ-ċentralizzazzjoni (virtwali), iffaċilitata mid-detezzjoni bil-kamera, twiegħed ġestjoni aktar simplifikata tat-tagħbijiet massimi ta’ xogħol. Konsegwentement, il-Ġermanja tikkonkludi li din il-miżura tal-Pjan ta’ Ristrutturar għandha l-potenzjal li l-MöB ta’ DB Cargo jalloka mill-ġdid il-kapaċitajiet, filwaqt li juża qafas operazzjonali aktar effiċjenti.

4.1.4.1.1.8.6.   Miżura 31 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Titjib fl-effiċjenza relatat mal-Produzzjoni u t-Torri ta’ Kontroll

(237)

Il-Ġermanja tispjega li t-Torri ta’ Kontroll ta’ DB Cargo huwa ċentru ċentrali għall-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet mal-klijenti. Ir-rwol prinċipali tiegħu huwa li jissorvelja l-vjeġġi madwar l-Ewropa, bl-involviment tas-sħab kollha mill-bidu sal-aħħar. Dan jgħaqqad il-perspettiva tal-klijent mal-fattibbiltà tal-produzzjoni biex jiġu ottimizzati s-soluzzjonijiet għall-klijenti, filwaqt li jiffoka fuq l-effiċjenza u r-riżultati għal DB Cargo. It-Torri ta’ Kontroll jimmaniġġja aktar minn 650 000 ferrovija u aktar minn 7 miljun vjeġġ fis-sena madwar l-Ewropa. Ġie stabbilit fl-2022, u joriġina minn dak li qabel kien iċ-Ċentru tas-Servizzi għall-Klijenti u tal-Operazzjonijiet ta’ DB Cargo.

(238)

Il-Ġermanja tispjega li l-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo jinkludi diversi inizjattivi biex tiżdied l-effiċjenza tat-Torri ta’ Kontroll. Minn naħa waħda, dawk l-inizjattivi jiffukaw fuq l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ aktar proċessi/applikazzjonijiet tal-IT, li se jagħmluha possibbli li jitnaqqsu b’mod sinifikanti x-xogħlijiet manwali. Min-naħa l-oħra, dawk l-inizjattivi jiffukaw fuq l-implimentazzjoni ulterjuri tal-ġestjoni integrata tal-prestazzjoni u t-tfassil mill-ġdid tal-interfaċċa tal-klijenti – l-introduzzjoni ta’ standards li se jissostitwixxu l-għadd kbir attwali ta’ soluzzjonijiet individwali filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-klijenti rispettivi. Il-Ġermanja tqis li inizjattivi bħal dawn se jirriżultaw fi tnaqqis tal-persunal meħtieġ ta’ DB Cargo b’aktar minn 200 ekwivalenti ta’ impjegati full-time meta mqabbel mal-għadd ta’ tali impjegati f’Lulju 2023 (madwar 18 % tad-dipartimenti kkunsidrati eskluż is-sehem għat-trasport ikkombinat).

(239)

Il-Ġermanja tispjega wkoll li l-istrateġija l-ġdida għal kull subsegment ta’ DB Cargo fit-trasport ikkombinat twassal għal aktar tnaqqis fil-kostijiet ġenerali relatati mal-produzzjoni u mat-Torri ta’ Kontroll. Il-Ġermanja tqis li, b’mod ġenerali, jenħtieġ li jkun mistenni tnaqqis ta’ madwar 130 ekwivalenti full-time fil-kostijiet ġenerali tal-produzzjoni ta’ DB Cargo u madwar 155 ekwivalenti full-time fit-Torri ta’ Kontroll (iż-żewġ ċifri huma addizzjonali għaċ-ċifri enfasizzati qabel fit-taqsimiet preċedenti). Madwar 50 % ta’ dan it-tnaqqis tal-persunal f’DB Cargo se jsir fil-livell tas-sussidjarji. Fuq dik il-bażi, il-Ġermanja tqis li jista’ jsir iffrankar sinifikanti tal-kostijiet billi jitnaqqsu l-kostijiet ġenerali u jiġu ssimplifikati l-proċessi.

Tabella 16

Effetti tal-miżuri ġenerali relatati mal-Produzzjoni u t-Torri ta’ Kontroll tal-Pjan ta’ Ristrutturar fuq il-projezzjonijiet tal-EBIT ta’ DB Cargo

 

 

Effetti tal-EBIT (f’miljuni ta’ EUR)

Tip ta’ segment

Miżura ta’ trasformazzjoni

2024

2025

2026

2027

2028ff

Miżuri ġenerali relatati mal-produzzjoni u mat-Torri ta’ Kontroll

Ippjanar u dispaċċ

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Manutenzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Torri ta’ Kontroll

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Inkapsulament tat-trasport ikkombinat

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tat-22 ta’ Novembru 2024 (Pjan Finali ta’ Ristrutturar), paġna 38.

4.1.4.1.1.9.   Miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar b’reazzjoni għal riskji materjalizzati addizzjonali

(240)

Il-Ġermanja tispjega li għadd ta’ riskji mmaterjalizzaw bejn l-2023 u l-2024, li huma indirizzati b’kontromiżuri ta’ mitigazzjoni bħala parti minn pjan estiż ta’ trasformazzjoni u ristrutturar. Uħud mir-riskji li mmaterjalizzaw u li huma indirizzati huma t-tnaqqis fil-baġits federali għall-iskemi ta’ appoġġ għall-merkanzija bil-ferrovija, l-istrajk ta’ twissija tax-xufiera tal-ferroviji, l-iżviluppi negattivi fil-volum, iż-żidiet fil-kostijiet tal-persunal u tal-fatturi u d-dewmien fiż-żieda fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ trasformazzjoni.

4.1.4.1.1.9.1.   Miżura 32 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Tnaqqis sostanzjali fl-għadd ta’ persunal b’reazzjoni għal xejriet negattivi fil-volum

(241)

Il-Ġermanja tispjega li d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Rikonċiljazzjoni li ttieħdet fit-2 ta’ Ottubru 2024 (il-premessa 186) tippermetti lil DB Cargo tpaċi ż-żidiet fil-kostijiet tal-persunal li jirriżultaw mill-ftehimiet ta’ negozjar kollettiv il-ġodda. L-għadd ta’ impjegati full-time maqbul jirrifletti (i) id-deċiżjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar multipli tal-pjan ta’ trasformazzjoni u, barra minn hekk, (ii) it-tnaqqis tal-volumi tat-trasport, u (iii) programm ta’ tnaqqis tal-għadd ta’ persunal amministrattiv magħruf bħala “Flimkien b’Saħħitna” (“Together Strong”), mibdi minn DB AG biex jitnaqqsu l-pożizzjonijiet amministrattivi fil-finanzi, fl-IT u fl-HR (liema programm qed jiġi eżegwit minn DB Cargo minbarra l-miżuri għat-tnaqqis tal-għadd ta’ impjegati diġà riflessi fil-pjan ta’ trasformazzjoni).

4.1.4.1.1.9.2.   Miżura 33 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Tnaqqis fil-kost tal-fatturi b’reazzjoni għal xejriet negattivi fil-volum

(242)

Il-Ġermanja tispjega li DB Cargo se timplimenta diversi kontromiżuri b’impatt dirett fuq il-kostijiet materjali. Dawn jinkludu (i) l-adattament tal-iskedi ta’ manutenzjoni kif ukoll iċ-ċikli ta’ żamma għall-volumi mnaqqsa tat-trasport, (ii) il-kanċellazzjoni tal-proġetti kollha ta’ riċerka u żvilupp għad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi u tal-assi b’perjodi ta’ amortizzament ta’ aktar minn 3 snin u (iii) l-aċċellerazzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-portafoll fit-trasport ikkombinat kontinentali u t-trasport bit-tren blokka.

4.1.4.1.1.9.3.   Miżura 34 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Effetti ta’ darba fuq l-introjtu nett fl-2024 b’reazzjoni għal xejriet negattivi fil-volum

(243)

Il-Ġermanja tispjega li xi effetti pożittivi ta’ darba fuq l-introjtu operatorju u nett ġew realizzati fl-2024. Dawn jinkludu (i) il-bejgħ ta’ kontejners li ma għadhomx jistgħu jintużaw min-negozju tterminat ta’ DB Cargo fir-Russja, (ii) it-tnaqqis ta’ servizzi ta’ konsulenza u servizzi oħra u (iii) l-iskrappjar ta’ […] vaguni tal-merkanzija fis-segment tat-trasport intermodali. Barra minn hekk, DB Cargo kienet responsabbli wkoll għal tnaqqis ta’ darba ta’ EUR 51 miljun fi prezzijiet attwali għall-enerġija tat-trazzjoni minn DB Energie fl-2024.

4.1.4.1.1.9.4.   Miżura 35 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Żieda produttiva tal-manutenzjoni ta’ DB Cargo

(244)

Il-Ġermanja tispjega li DB Cargo qed timplimenta programm ta’ żieda fil-produttività ffukat fuq il-manutenzjoni interna tagħha tal-lokomottivi u tal-vaguni. Il-programm huwa pjan għat-tnaqqis tal-kostijiet immirat lejn l-infrastruttura tal-manutenzjoni kif ukoll l-effiċjenza tal-materjali u tal-persunal u huwa mistenni li jwassal għal tnaqqis fil-kostijiet ta’ EUR 25 miljun sal-2026 u EUR 100 miljun ta’ tnaqqis fil-kostijiet sal-2030.

4.1.4.1.1.9.5.   Miżura 36 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Servizzi interni tal-grupp DB u tnaqqis fil-kostijiet tal-enerġija tat-trazzjoni

(245)

Il-Ġermanja tispjega li minħabba tnaqqis ġenerali fil-kostijiet tal-enerġija fil-Ġermanja, il-fornitur tal-enerġija tal-grupp DB, DB Energie, jista’ jbaxxi l-prezzijiet tal-bejgħ tas-suq tiegħu għall-enerġija tat-trazzjoni matul il-perjodu mill-2025 sal-2030. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-fornitur intern tas-servizzi tal-IT ta’ DB AG (DB Systel) se jitnaqqsu. L-użu tal-intelliġenza artifiċjali fil-ħolqien ta’ servizzi diġitali huwa mistenni li jirriżulta f’żieda sostanzjali fil-produttività.

4.1.4.1.1.9.6.   Miżura 37 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Deprezzament u tnaqqis fl-investiment

(246)

DB Cargo rrieżaminat il-baġits ta’ investiment għas-snin sal-2030 u naqqsithom għall-minimu. It-tnaqqis fin-nefqa fuq l-investiment se jirriżulta fi tnaqqis fl-imposti ta’ deprezzament ta’ DB Cargo. Is-suppożizzjonijiet tal-ħajja utli għal-lokomottivi u l-vaguni se jiġu aġġustati fir-rigward tad-deprezzament tal-ħajja utli attwali tal-flotta tal-vetturi.

4.1.4.1.1.9.7.   Miżura 38 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Bejgħ u kiri b’lura ta’ lokomottivi

(247)

Il-Ġermanja tispjega li DB Cargo se tbigħ u tikri b’lura […]ta’ lokomottivi li se jiġġeneraw madwar EUR […] f’riżervi moħbija għal kull lokomottiva.

4.1.4.1.1.9.8.   Miżura 39 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Konverżjoni tal-lokomittivi għal lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri

(248)

Il-Ġermanja ssostni li minflok ma tagħmel xiri dirett ta’ […] lokomottivi, DB Cargo se tikrihom sabiex tiffranka l-flus bil-quddiem u tagħmel il-mudell tan-negozju aktar flessibbli billi tifrex il-kostijiet tal-kiri ta’ tali lokomottivi maż-żmien.

4.1.4.1.1.9.9.   Miżura 40 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Titjib fil-kapital operatorju

(249)

Il-Ġermanja tispjega li DB Cargo se tbigħ EUR […] f’riċevibbli sa tmiem l-2024 biex iżżid il-flus kontanti totali u tillimita d-dejn.

4.1.4.1.1.9.10.   Miżura 41 tal-Pjan ta’ Ristrutturar: Żidiet fil-prezz tas-segment ta’ vagun wieħed

(250)

Il-Ġermanja tispjega li DB Cargo se tiżviluppa rieda addizzjonali li jħallsu fost il-klijenti tagħha fis-segment tal-vagun wieħed mill-2026. Se tgħaddi wkoll l-effetti tat-tnaqqis tal-aċċess għall-binarji u s-sussidji tas-sistema tax-shunting li jaffettwaw is-settur kollu tal-merkanzija bil-ferrovija fil-Ġermanja mill-2027.

4.1.4.1.1.10.   Effett ġenerali tal-miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar fuq il-projezzjonijiet tal-EBIT ta’ DB Cargo

(251)

It-Tabella 17 turi l-effetti finanzjarji mistennija tal-miżuri ewlenin stabbiliti fil-Pjan ta’ Trasformazzjoni fuq il-projezzjonijiet tal-EBIT ta’ DB Cargo għall-perjodi indikati.

Tabella 17

Effett ġenerali tal-miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar fuq il-projezzjonijiet tal-EBIT ta’ DB Cargo

 

 

Effetti tal-EBIT (f’miljuni ta’ EUR)

Tip ta’ segment

Miżura ta’ trasformazzjoni

2024

2025

2026

2027

2028ff

Vagun Wieħed

Ottimizzazzjoni tan-network permezz ta’ rieżami tad-disinn

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Miżuri ġenerali ta’ ottimizzazzjoni tal-produzzjoni b’effetti fuq it-trasport b’vagun wieħed

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Titjib fil-kwalità u aġġustament tal-prezz bażi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

Tren Blokka

Soluzzjonijiet loġistiċi u ottimizzazzjoni tal-portafoll

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Żieda fir-robustezza fil-produzzjoni (inkluż ftehimiet kollettivi ġodda ta’ xogħlijiet)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Titjib fil-kwalità u aġġustament tal-prezz bażi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

Trasport Ikkombinat Marittimu

Mudell tal-Produzzjoni/Ċentru tat-terminal ta’ Maschen

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Produzzjoni inkapsulata u tfassil mill-ġdid tan-network

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Tnaqqis tal-kostijiet ġenerali amministrattivi fil-kumpaniji marittimi kollha ta’ CT (DB Cargo AG, TFG, DBIS)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Ottimizzazzjoni tal-portafoll u żieda fil-prezz

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

Trasport Ikkombinat Kontinentali

Produzzjoni inkapsulata

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

u l-Bejgħ tat-Trasportaturi

Tnaqqis tal-kostijiet ġenerali amministrattivi fis-CT Kontinentali

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Dimensjonar mill-ġdid tan-network ta’ Kombiverkehr (ottimizzazzjoni tal-portafoll) u żieda fil-prezz

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

Sussidjarji Ewropej

Ottimizzazzjoni tal-portafoll

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Tnaqqis fil-kost

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Effiċjenza operazzjonali

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

Kostijiet Ġenerali tal-Amministrazzjoni

Rieżami tax-xenarju tal-IT lejn aktar standardizzazzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Tnaqqis ta’ spazji għall-uffiċċji b’kostijiet anċillari komparattivament għoljin

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Tnaqqis fil-kummerċjalizzazzjoni u fl-attivitajiet strateġiċi ma’ DB AG

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Diġitalizzazzjoni u awtomatizzazzjoni tal-proċessi ta’ finanzjament manwali

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Adattament għad-daqs it-tajjeb tad-dipartimenti tal-ġestjoni tal-offerti u tad-disinn tas-servizzi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Armonizzazzjoni tal-istrutturi ta’ DB Cargo u sussidjarji tal-bejgħ domestiku

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Adattament għad-daqs it-tajjeb ta’ strutturi ta’ ġestjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Tnaqqis ta’ kostijiet amministrattivi oħra

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

Kostijiet ġenerali tal-Produzzjoni

Ippjanar u dispaċċ

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Manutenzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Torri ta’ Kontroll

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Inkapsulament tat-trasport ikkombinat

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tat-22 ta’ Novembru 2024 (Pjan Finali ta’ Ristrutturar), paġni 38 u 39.

(252)

It-tabella li ġejja turi l-effetti finanzjarji mistennija tal-miżuri ulterjuri taħt evalwazzjoni għal DB Cargo minħabba riskji li mmaterjalizzaw fl-2023 u fl-2024 (ara l-premessa 240).

Tabella 18

Effett ġenerali tal-kontromiżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar fuq il-projezzjonijiet tal-EBIT tax-Xenarju ta’ Referenza ta’ DB Cargo

Effett fuq l-EBIT tal-kontromiżuri inklużi fix-xenarju ta’ referenza

2025

2026

2027

2028

2029

2030

 

Każ ta’ Bażi tal-EBIT 2023

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Δ Riskji totali mmaterjalizzati

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Total ta’ kontromiżuri

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

1)

Kontromiżuri għax-xejra negattiva fil-volum

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

—

Għadd ta’ impjegati taħt il-każ bażi preċedenti

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

—

Kostijiet materjali ta’ kontromiżuri

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

—

Żieda fil-produttività tal-manutenzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

—

Aktar ottimizzazzjoni tal-kostijiet tan-network ta’ vagun wieħed li tibda fl-2029

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

—

Tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-Grupp, prezzijiet għall-enerġija tat-trazzjoni u prezzijiet għas-servizzi tal-IT

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

2)

Tnaqqis tad-deprezzament permezz ta’ tnaqqis tal-investimenti u kunsiderazzjoni tal-ħajja utli reali tal-locos u l-vaguni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

 

3)

Żieda speċifika fil-prezz tat-trasport b’vagun wieħed fl-2026 u t-trasferiment tal-effett tal-prezz jew tnaqqis fil-baġits federali għal skemi ta’ appoġġ li jibdew mill-2027

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

4)

Żieda fis-sehem tas-sottokuntrattar fit-trasport bit-tren blokka inkluż il-bejgħ ta’ […] lokomottivi fl-2025/2026

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

 

5)

Bejgħ kiri b’lura ta’ […] lokomottivi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

6)

Konverżjoni minn xiri għal lokazzjoni għal […] lokomottivi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

7)

Titjib fil-kapital operatorju

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tat-22 ta’ Novembru 2024 (Pjan Finali ta’ Ristrutturar), paġna 44.

4.1.4.2.   Finanzjament tal-pjan ta’ ristrutturar

(253)

Il-finanzjament tal-Pjan ta’ Ristrutturar, u l-kostijiet assoċjati tiegħu, jikkonsisti primarjament f’finanzjament li jirriżulta minn sorsi privati (kontribuzzjoni proprja) u parzjalment biss minn finanzjament li jirriżulta minn għajnuna mill-Istat.

(254)

Il-kostijiet tar-ristrutturar u s-sorsi ta’ finanzjament tagħhom imsemmija hawn fuq huma deskritti fit-taqsimiet li ġejjin.

4.1.4.2.1.   Kostijiet tar-ristrutturar

(255)

Il-kostijiet tar-ristrutturar ta’ DB Cargo jammontaw għal total ta’ EUR 4 187 miljun, miġbura fil-qosor fit-Tabella 19, li jikkonsistu f’dan li ġej:

(a)

Telf operatorju: Il-Ġermanja tindika li t-telf operatorju ta’ DB Cargo bejn l-2022 u l-2024 ta’ EUR 858 miljun fl-2022, EUR 584 miljun fl-2023 u EUR 472 miljun mistennija fl-2024 (87) jikkostitwixxu madwar nofs il-kostijiet tar-ristrutturar.

(b)

Kostijiet tar-ristrutturar oħra: matul il-perjodu ta’ ristrutturar, DB Cargo se ġġarrab ukoll kostijiet oħra relatati mal-kostijiet tar-ristrutturar jew operatorji li mhux se jkunu koperti mid-dħul mistenni matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u li huma meħtieġa għat-tlestija b’suċċess tiegħu, bħal:

(a)

il-kostijiet tal-konsulenti, il-pagamenti lavorattivi u relatati mal-persunal tas-sussidjarji ta’ DB Cargo, u l-kostijiet relatati mat-trasferiment tan-negozju għas-sussidjarji ta’ DB Cargo, kif ukoll

(b)

spejjeż kapitali oħra fil-pjan ta’ investiment minkejja t-tnaqqis ippjanat fl-ammont, il-kapital operatorju, il-kostijiet ta’ rifinanzjament għas-self li jimmatura u l-kostijiet operatorji.

4.1.4.2.2.   Sorsi ta’ finanzjament tal-miżuri ta’ ristrutturar

4.1.4.2.2.1.   Għajnuna għar-ristrutturar

(256)

Il-Ġermanja tidentifika l-ammonti pprovduti lil DB Cargo skont il-PLTA biex tkopri t-telf operatorju tagħha tal-2022, l-2023 u l-2024 bħala s-sorsi ta’ għajnuna għall-finanzjament tal-kostijiet tar-ristrutturar, jiġifieri EUR 858 miljun fl-2022, EUR 584 miljun fl-2023 u EUR 472 miljun mistennija fl-2024 (88) għal total ta’ EUR 1 914 miljun.

4.1.4.2.2.2.   Kontribuzzjoni proprja mill-benefiċjarju

(257)

Il-Ġermanja tidentifika s-sorsi prinċipali li ġejjin tal-kontribuzzjoni ta’ DB Cargo għall-kostijiet tar-ristrutturar u tindika li l-istrumenti finanzjarji użati bħala sorsi ta’ finanzjament intragrupp tal-kostijiet tar-ristrutturar huma kollha mistennija li jinħarġu skont it-termini tas-suq lil DB Cargo AG, u se jiġu pprovduti kollha fil-perjodu ta’ ristrutturar sabiex jikkontribwixxu għall-finanzjament effettiv tal-pjan ta’ ristrutturar (89):

(a)

EUR 842 miljun ta’ self konvertibbli subordinat disponibbli mill-15 ta’ Novembru 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2026 inkluż (90), li jikkonsisti minn:

(a)

Fil-15 ta’ Novembru 2024, self konvertibbli subordinat għal total ta’ EUR 218 miljun sal-31 ta’ Diċembru 2031,

(b)

Fl-1 ta’ April 2025, self konvertibbli subordinat għal total ta’ EUR 110 miljun sal-31 ta’ Diċembru 2031,

(c)

Fl-2025, self konvertibbli subordinat għal total ta’ EUR 83 miljun sal-31 ta’ Diċembru 2031,

(d)

Fl-1 ta’ Diċembru 2026, self konvertibbli subordinat għal total ta’ EUR 315 miljun sal-31 ta’ Diċembru 2031,

(e)

Fl-2026, self konvertibbli subordinat għal total ta’ EUR 116 miljun sal-31 ta’ Diċembru 2031.

Dak is-self jista’ jintuża esklużivament għall-finanzjament mill-ġdid ta’ ftehimiet ta’ self eżistenti bejn il-partijiet kontraenti (91).

Ir-rata tal-imgħax għall-porzjonijiet żborżati għandha tkun ugwali għal (92): (i) ir-rata ta’ swap f’EUR għal 5 snin (2,275 % minn nofs Novembru 2024) (93); (ii) flimkien mal-firxa ddeterminata skont il-kundizzjonijiet tas-suq għar-rifinanzjament tas-sellief (f’Settembru 2024, il-firxa kienet ta’ […]% fis-sena għall-prelevamenti f’EUR) u l-affidabbiltà kreditizja determinata tal-mutwatarju (il-mutwatarju bħalissa huwa kklassifikat bħala “[…]” mis-sellief). Il-klassifikazzjonijiet normalment jiġu rieżaminati u aġġustati kull sena; u (iii) flimkien ma’ marġni ta’ […]% fis-sena biex tiġi riflessa s-subordinazzjoni tas-self. Tali marġni kien derivat mit-tqabbil tal-valutazzjoni tas-suq tal-bond subordinat tal-grupp DB dovut fl-2029 mat-tqabbil tal-maturità tal-bonds tal-flus superjuri tal-grupp DB. Konsegwentement, ir-rata tal-imgħax applikabbli bħalissa tammonta għal […]% fuq bażi annwali.

Barra minn hekk, is-self jista’ jintuża biss minn DB Cargo jekk l-eżekuzzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar tiġi rispettata fiż-żmien tat-talba. Dan ifisser, b’mod partikolari, li DB Cargo tikseb il-proporzjonijiet finanzjarji li ġejjin (94):

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Skont dawk il-ftehimiet ta’ self, is-sellief (DB AG) huwa intitolat, fi kwalunkwe ħin, li jikkonverti segment wieħed jew aktar pendenti jew ammonti ta’ segmenti pendenti f’ekwità permezz tal-allokazzjoni tar-riżerva kapitali ta’ DB Cargo, dment li DB Cargo tkun iġġenerat surplus annwali pożittiv għal mill-inqas sentejn kalendarji konsekuttivi, sad-doppju tas-surplus annwali akkumulat mill-1 ta’ Jannar 2025, li minnhom iridu jitnaqqsu l-ammonti diġà kkonvertiti f’ekwità (95).

Fl-aħħar nett, il-mutwatarju mhuwiex intitolat li jipprovdi kreditu jew servizzi finanzjarji oħra lil partijiet terzi (bl-eċċezzjoni tas-sellief u Deutsche Bahn Finance GmbH) (96).

(f)

EUR 325 miljun ta’ faċilità tal-linja ta’ kreditu diġà pprovduta u ffirmata minn DB AG disponibbli mill-1 ta’ Awwissu 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2026 inklużi (97). Ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ġbid ta’ kreditu individwali hija kkalkulata abbażi tar-rata tas-self interbankarju (pereżempju Euribor 6 xhur ta’ 2,743 % minn nofs Novembru 2024, fuq bażi annwali) (98) applikabbli għall-perjodu tal-imgħax miftiehem fiż-żmien tal-applikazzjoni għas-self (id-data tas-suq ta’ Reuters) flimkien ma’ marġni ddeterminat skont il-kundizzjonijiet tas-suq (attwalment ta’ […]% fis-sena għall-prelevamenti f’EUR) għall-finanzjament mill-ġdid tas-sellief u l-affidabbiltà kreditizja determinata tal-mutwatarju. Il-mutwatarju bħalissa huwa kklassifikat bħala “[…]” mis-sellief. Il-klassifikazzjonijiet normalment jiġu riveduti u aġġustati fuq bażi annwali. Konsegwentement, ir-rata tal-imgħax applikabbli għal, pereżempju, perjodu ta’ 6 xhur tammonta għal […]% fuq bażi annwali fil-preżent.

Skont dak il-kuntratt ta’ self, DB Cargo ma hijiex intitolata li tipprovdi kreditu jew servizzi finanzjarji oħra lil partijiet terzi (bl-eċċezzjoni tas-sellief u Deutsche Bahn Finance GmbH) (99).

Barra minn hekk, DB Cargo timpenja ruħha li tikseb l-approvazzjoni minn qabel tal-kumitati ta’ kreditu ta’ DB AG għad-deċiżjonijiet ta’ politika kummerċjali li ġejjin (100):

(a)

dment li DB Cargo tkun għamlet użu mil-linja ta’ kreditu ta’ EUR 250 miljun jew inqas fiż-żmien rilevanti: (i) proġetti ta’ investiment u ta’ żvestiment, li mhumiex parti mill-ippjanar tan-negozju attwali fuq terminu medju, li jammontaw għal aktar minn EUR 10 miljun għal kull proġett, u (ii) id-dħul f’impenji futuri oħra, li mhumiex parti mill-ippjanar tan-negozju attwali fuq terminu medju, li jammontaw għal aktar minn EUR 10 miljun għal kull proġett.

(b)

dment li DB Cargo tkun għamlet użu mil-linja ta’ kreditu ta’ aktar minn EUR 250 miljun fiż-żmien rilevanti: (i) proġetti ta’ investiment u ta’ żvestiment b’volum totali ta’ aktar minn EUR 5 miljun għal kull proġett, u (ii) id-dħul f’impenji futuri oħra li jaqbżu l-EUR 5 miljun għal kull proġett.

(c)

fil-każ ta’ Proġetti ta’ Bejgħ u Kiri b’Lura, DB Cargo timpenja ruħha li jkollha l-kundizzjonijiet tas-suq ivverifikati mis-sellief.

Fl-aħħar nett, il-forniment tal-faċilità tal-linja ta’ kreditu huwa soġġett għall-impenn ta’ DB Cargo biex jiġi żgurat li l-proporzjonijiet finanzjarji li ġejjin jiġu rrispettati u, jekk ikun meħtieġ, biex tittieħed azzjoni ta’ rimedju biex jiġi evitat li l-proporzjon jinqabeż. Jekk il-proporzjon jinqabeż, il-kreditur għandu d-dritt li jittermina l-kuntratt ta’ kreditu (101).

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(b)

EUR 434 miljun ta’ linja ta’ kreditu temporanja diġà pprovduta u ffirmata minn DB AG disponibbli mill-1 ta’ Awwissu 2024 sal-31 ta’ Marzu 2025 inklużi (102) skont it-termini tas-suq. Ir-rata tal-imgħax applikabbli tiġi kkalkulata fuq il-bażi tar-rata tal-imgħax interbankarja applikabbli għall-perjodu tal-imgħax miftiehem (pereżempju Euribor 6 xhur ta’ 2,743 % minn nofs Novembru 2024, fuq bażi annwali) (103) fiż-żmien tal-applikazzjoni għas-self (abbażi tad-data tas-suq f’ħin reali minn Reuters) flimkien ma’ marġni ddeterminat skont il-kundizzjonijiet tas-suq (attwalment ta’ […]% fis-sena għall-prelevamenti f’EUR) għall-finanzjament mill-ġdid tas-sellief u l-affidabbiltà kreditizja determinata tal-mutwatarju (104). Il-mutwatarju bħalissa huwa kklassifikat bħala “[…]”. Il-klassifikazzjonijiet normalment jiġu riveduti u aġġustati fuq bażi annwali. Konsegwentement, ir-rata tal-imgħax applikabbli għal, pereżempju, perjodu ta’ 6 xhur tammonta għal […]% fuq bażi annwali fiż-żmien tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Sakemm isir il-ħlas lura sħiħ tal-ammonti kollha ta’ kreditu pendenti taħt dawk il-linji ta’ kreditu, DB Cargo timpenja ruħha li ma tipprovdi l-ebda garanzija lil kredituri oħra, b’mod partikolari fil-forma ta’ aggravar fir-rigward tal-assi preżenti jew futuri tagħha, sakemm is-sellief ma jkunx ta l-kunsens tiegħu bil-miktub minn qabel għall-għoti ta’ tali garanziji (105).

(c)

EUR [460-560] miljun ta’ żvestimenti li għandhom jiġu eżegwiti sal-2026 (kif deskritt fil-premessi 305(a) u 318), li jikkonsistu fi:

(a)

il-bejgħ mistenni tal-assi (lokomottivi) minħabba sehem akbar ta’ sottokuntrattar fit-trasport bit-tren blokka għal madwar EUR […] miljun fl-2025 sal-2026,

(b)

il-bejgħ ippjanat ta’ lokomottivi żejda fit-trasport ikkombinat għal madwar EUR […] miljun fl-2025 sal-2026,

(c)

il-bejgħ ippjanat ta’ lokomottivi żejda mill-kuritur Ġermaniż-Franċiż għal madwar EUR […] miljun fl-2025 sal-2026,

(d)

iċ-ċessjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji f’sussidjarji magħżula ([…]) għal madwar EUR […] miljun fl-2025 u;

(e)

il-bejgħ mistenni ta’ sehem sostanzjali f’DB Cargo […] fl-2025 sal-2026.

(f)

Fatturament b’[…] EUR [100-140] miljun ta’ riċevibbli miżmuma minn DB Cargo, li għandhom profil ta’ kreditu vantaġġuż u konsegwentement kostijiet ta’ finanzjament aktar baxxi.

(g)

L-akkwiżizzjoni minn DB JobService GmbH ta’ pagamenti ta’ pagi u sensji għall-impjegati ta’ DB Cargo li jammontaw għal EUR [100-140] miljun li huma skattati mill-pjan ta’ ristrutturar, b’applikazzjoni tal-ftehimiet kollettivi tax-xogħol u r-regolamenti tal-grupp DB AG applikati fi ħdanhom. DB JobService GmbH taġixxi bħala l-aġenzija għall-impjiegi u l-kollokament tal-grupp, li DB AG għandha interess li tiċċentralizza f’suq tax-xogħol “intern”, minħabba s-sinerġiji u l-iffrankar tal-kostijiet f’termini ta’ tqabbil tal-ħiliet jew l-ammont ta’ pagamenti ta’ terminazzjoni tal-impjieg meta mqabbla mal-esternalizzazzjoni tal-aġenzija lil fornituri terzi.

(258)

Il-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju għall-kostijiet tar-ristrutturar li jirriżultaw mid-diversi sorsi ta’ finanzjament imressqa mill-awtoritajiet Ġermaniżi kif miġbura fil-qosor fit-Tabella 19 tammonta għal total ta’ EUR 2 291 miljun, 54 % tal-kostijiet tar-ristrutturar ta’ EUR 4 205 miljun, kif jirriżulta mill-istima.

Tabella 19

Sommarju tal-kostijiet tar-ristrutturar u s-sorsi tal-finanzjament tagħhom

(miljuni ta’ EUR)

KOSTIJIET TAR-RISTRUTTURAR

MEUR

SORSI TA’ FINANZJAMENT

MEUR

Telf operatorju reali (mill-2022 sal-2023)

1 442

Kontribuzzjoni proprja, li minnha

2 291

Telf operatorju mistenni (2024)

472

Self konvertibbli subordinat DB AG

842

Telf operatorju mistenni (2025)

[…]

Faċilità tal-linja ta’ kreditu DB AG

325

Spejjeż relatati mal-persunal (JobService GmbH)

[…]

Linja ta’ kreditu temporanja DB AG

434

Kostijiet oħra tat-trasferiment tan-negozju lil sussidjarji ta’ DB Cargo

[…]

Ċessjoni

4 […]

Rifinanzjament ta’ self li jimmatura, nefqa kapitali, nefqa operatorja, kapital operatorju

2 020

Fatturament tar-riċevibbli

[…]

 

 

Kontribuzzjoni minn JobService GmbH

[…]

Kostijiet Totali tar-Ristrutturar

4 205

 

 

 

 

Għajnuna għar-ristrutturar, li minnha

1 914

 

 

Kopertura reali tal-PLTA (2022-2023)

1 442

 

 

Kopertura mistennija tal-PLTA (2024)

472

 

 

 

 

4.1.4.2.3.   Projezzjonijiet finanzjarji fix-xenarju ta’ referenza u f’xenarju pessimistiku

(259)

Il-Ġermanja tispjega li s-suppożizzjonijiet li taħthom DB Cargo bħalissa timplimenta Pjan ta’ Ristrutturar komprensiv kollha għandhom l-għan li jiksbu mill-ġdid il-profittabbiltà għall-kumpanija. DB Cargo żviluppat il-Pjan ta’ Ristrutturar tagħha f’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ konsulenti esterni bħala konsulenti. Il-Ġermanja tindika li l-Pjan ta’ Ristrutturar diġà qed jiġi implimentat u li nbdew il-konsultazzjonijiet legalment meħtieġa mar-rappreżentanti tal-ħaddiema ta’ DB Cargo fir-rigward tal-miżuri tal-persunal.

(260)

Il-Ġermanja tispjega li s-suppożizzjonijiet tal-kostijiet sottostanti bejn l-2025 u l-2029 huma bbażati fuq il-projezzjonijiet tal-grupp DB, ħlief għall-iżvilupp tal-kostijiet għal-lokomottivi u l-vaguni tal-merkanzija, li huma soġġetti għall-aspettattivi ġenerali tal-iżvilupp tal-inflazzjoni. Bejn l-2025 u l-2029 l-iżvilupp ipprojettat tal-kostijiet huwa kif ġej:

Tabella 20

Suppożizzjonijiet tal-kostijiet 2025-2029

Kategoriji tal-kostijiet

(Żvilupp sena wara sena)

2025

2026

2027

2028

2029

CAGR

2025-2029

Enerġija

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Rotta

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Faċilitajiet tan-network DB

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Xiri ta’ servizzi int.

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Xiri ta’ servizzi nat.

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Skambju ta’ servizzi int.

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Skambju ta’ servizzi nat.

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Persunal operazzjonali

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Persunal ġenerali

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kostijiet Oħra

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tat-22 ta’ Novembru 2024 (Pjan Finali ta’ Ristrutturar), paġna 57.

(261)

Il-Ġermanja ssostni li s-suppożizzjonijiet tax-xenarju ta’ referenza tal-Pjan ta’ Ristrutturar jaffettwaw is-segmenti tan-negozju kollha ta’ DB Cargo (trasport b’vagun wieħed, trasport bit-tren blokka, trasport ikkombinat) u joqogħdu fuq erba’ pilastri prinċipali.

(262)

L-ewwel nett, qed tiġi proposta bidla radikali fis-sistema tal-produzzjoni, li xxolji l-interkonnessjonijiet bejn is-segmenti tan-negozju u ssaħħaħ l-inċentivi tal-ġestjoni għal linji tan-negozju separati. Din il-bidla se tnaqqas il-kumplessità tal-operazzjonijiet u, għalhekk, iżżid ir-robustezza u l-kwalità tal-produzzjoni tal-output ta’ DB Cargo fis-segmenti kollha. Il-bidla fis-sistema tal-produzzjoni se tippermetti wkoll it-tnaqqis tal-kostijiet ġenerali.

(263)

It-tieni, billi tipprijoritizza l-profittabbiltà fuq it-tkabbir, DB Cargo tiffoka fuq dawk is-segmenti u l-klijenti li għalihom DB Cargo għandha, jew se tikseb wara l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ristrutturar, pożizzjoni kompetittiva fis-suq, jiġifieri, fejn tista’ tipproduċi bl-aktar kostijiet baxxi jew toffri portafoll uniku ta’ prodotti.

(264)

It-tielet, DB Cargo hija miftuħa għal u tesplora b’mod attiv opportunitajiet biex in-negozju jkun flessibbli u biex tingħaqad ma’ sħab terzi sabiex jiġu implimentati ftehimiet ta’ sottokuntrattar jew biex jinħolqu impriżi konġunti fi swieq b’opportunitajiet ta’ tkabbir futuri jekk u meta tali opportunitajiet jimmaterjalizzaw fil-futur.

(265)

Fl-aħħar nett, il-Pjan ta’ Ristrutturar jinvolvi bidla sostanzjali fil-mod kif jiġi organizzat it-trasport b’vagun wieħed. Il-Ġermanja ssostni li, flimkien ma’ skema ta’ finanzjament pubbliku għat-trasport b’vagun wieħed, jenħtieġ li din il-miżura tippermetti li dan is-segment strutturalment żvantaġġat jerġa’ jsir profittabbli.

(266)

Bħala riżultat tal-Pjan ta’ Ristrutturar, il-Ġermanja tindika li, skont ix-xenarju ta’ referenza, DB Cargo hija mistennija li tikseb profittabbiltà fl-2026 u żżomm il-profittabbiltà fuq bażi dejjiema (b’mira pożittiva tal-EBIT ta’ EUR 251 miljun fl-2028 u EUR 268 miljun fl-2030). Dan jimplika marġni tal-EBIT ta’ 6,3 % fl-2028 kif ukoll fl-2030, li l-Ġermanja tindika li jkun konformi mal-parametri referenzjarji attwali tal-industrija.

(267)

Ix-xenarju ta’ referenza jqis il-fatt li, filwaqt li l-pożizzjoni ġenerali fis-suq ta’ DB Cargo fis-settur Ġermaniż tal-merkanzija bil-ferrovija, bħal fis-snin ta’ qabel, x’aktarx se tkompli tonqos, DB Cargo tistenna output tal-produzzjoni assolut relattivament stabbli fis-snin li ġejjin għat-trasoprt b’vagun wieħed u bit-tren blokka (għall-kuntrarju ta’ tnaqqis fit-trasport ikkombinat), u b’hekk tikkontribwixxi għall-kompetittività tal-merkanzija bil-ferrovija u, għalhekk, sehem modali akbar tal-ferroviji.

(268)

Il-Ġermanja ssostni wkoll li l-Pjan ta’ Ristrutturar jassumi kontribuzzjonijiet sinifikanti mill-forza tax-xogħol ta’ DB Cargo fir-rigward ta’ aktar flessibbiltà u l-implimentazzjoni ta’ mudelli ta’ xiftijiet ġodda fakultattivi (iżda ppremjati) b’ħinijiet operattivi itwal għax-xufiera tal-ferroviji. Fit-2 ta’ Ottubru 2024, il-Kumitat ta’ Rikonċiljazzjoni ta’ DB Cargo qabel dwar tnaqqis fil-forza tax-xogħol ta’ 4 582 impjegat full-time sal-aħħar ta’ Diċembru 2026 (madwar 25 % tal-forza tax-xogħol meta mqabbla ma’ Diċembru 2023) li se jiżdied għal 4 943 impjegat full-time (madwar 27 % tal-forza tax-xogħol) sal-aħħar ta’ Diċembru 2029.

(269)

Minħabba l-ambjent ekonomiku attwali, ikkaratterizzat minn nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa, id-domanda dejjem tikber tas-settur privat għal modi sostenibbli ta’ trasport u l-appoġġ finanzjarju tas-segment ta’ vagun wieħed, il-Ġermanja tqis li l-Pjan ta’ Ristrutturar se jibbenefika minn kundizzjonijiet esterni pożittivi u li r-ritorn għall-vijabbiltà se jinkiseb fil-perjodu ta’ ristrutturar.

(270)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Ġermanja ssostni li x-xenarju ta’ referenza tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo se jippermetti lill-kumpanija terġa’ lura għall-vijabbiltà sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar (31 ta’ Diċembru 2026) meta hija mistennija turi introjtu nett pożittiv ta’ EUR 95 miljun.

(271)

Il-Ġermanja tispjega li tali prestazzjoni finanzjarja hija mistennija li titwassal bis-saħħa tal-ġenerazzjoni ta’ EBIT pożittiv diġà sal-2026 (b’EUR 188 miljun) li jirriżulta minn tkabbir moderat tad-dħul ([…]) meta mqabbel mal-bażi tal-kost, li huwa mistenni li jibqa’ essenzjalment fiss matul il-perjodu ta’ ristrutturar ([…]) flimkien ma’ ristrutturar sostanzjali tal-forza tax-xogħol ([…]) u żieda fil-produttività billi n-negozju jsir aktar flessibbli (kostijiet tal-materjali u kostijiet operatorji oħra […]).

(272)

Il-Ġermanja ssostni li t-tkabbir moderat tad-dħul fix-xenarju ta’ referenza jirriżulta essenzjalment mid-diversi miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar deskritti hawn fuq fit-Taqsima 4.1.4. (4.1.4.1.1.2.) u b’mod partikolari dawn li ġejjin:

(a)

Segment tat-tagħbija fuq vagun wieħed: it-titjib fil-kwalità tal-prodott li jirriżulta se jippermetti aġġustamenti fil-prezz bażi u s-sussidju federali mistenni għat-trasport fuq vagun wieħed huwa mistenni li jikkontribwixxi biex is-segment tat-tagħbija fuq vagun wieħed ikun operazzjonalment pożittiv fl-2026 u jerġa’ lura għal profittabbiltà raġonevoli fuq livell ta’ introjtu nett mill-2027 ’il quddiem. L-iżvilupp tal-prezzijiet jirrifletti trasferiment taż-żidiet fil-kostijiet tal-fatturi. B’riżultat ta’ dan, bejn l-2025 u l-2030, is-segment ta’ vagun wieħed huwa projettat li jesperjenza żieda moderata fil-volum b’rata ta’ tkabbir annwali komposta (“CAGR”, compounded annual growth rate) ta’ […]% filwaqt li l-prezzijiet huma mistennija li jiżdiedu b’mod kostanti b’CAGR ta’ […]%. Il-Ġermanja madankollu tenfasizza li, mingħajr l-appoġġ federali għall-vaguni uniċi u minkejja l-miżuri applikabbli tal-Pjan ta’ Ristrutturar, dan is-segment ikompli jagħmel it-telf.

(a)

Segment tat-tren blokka: abbażi ta’ kisbiet fil-produttività u fil-kwalità, DB Cargo tistenna li tkun tista’ żżid b’mod moderat il-prezzijiet b’rata ta’ tkabbir annwali komposta projettata (CAGR) (106) ta’ madwar […]% fis-suq. Barra minn hekk, huwa mistenni potenzjal ta’ dħul addizzjonali mill-effett tal-istruttura tal-merkanzija minħabba s-sitwazzjoni politika globali mibdula (eż., li tiffavorixxi l-enerġija u d-difiża). B’riżultat ta’ dan, bejn l-2025 u l-2030, is-segment tat-tren blokka huwa pprojettat li jesperjenza żieda marġinali fil-volum b’CAGR ta’ […]% filwaqt li l-prezzijiet huma mistennija li jiżdiedu b’mod kostanti b’CAGR ta’ […]%. L-iżvilupp tal-prezzijiet jirrifletti trasferiment taż-żidiet fil-kostijiet tal-fatturi.

(b)

Segment tat-trasport ikkombinat: l-għażliet ta’ sħubija huma esplorati f’segmenti tas-suq b’opportunitajiet futuri ta’ tkabbir, jiġifieri fis-segment tat-trasport marittimu kkombinat. Bejn l-2025 u l-2030, is-segment tat-trasport marittimu kkombinat huwa projettat li jesperjenza żieda moderata fil-volum b’CAGR ta’ […]% filwaqt li l-prezzijiet huma mistennija li jiżdiedu b’mod kostanti b’CAGR ta’ […]%. L-iżvilupp tal-prezzijiet jirrifletti trasferiment taż-żidiet fil-kostijiet tal-fatturi.

(273)

Min-naħa l-oħra, il-Ġermanja tispjega li t-tnaqqis tal-kostijiet fix-xenarju ta’ referenza jirriżulta primarjament mid-diversi miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar deskritti hawn fuq fit-Taqsima 4.1.4 (4.1.4.1.1.2) u b’mod partikolari dawn li ġejjin:

(a)

Segment tat-tagħbija fuq vagun wieħed: il-bidla radikali tas-sistema tal-produzzjoni (inkapsulament) u r-reviżjoni fundamentali u t-tfassil mill-ġdid tan-network ta’ vagun wieħed ta’ DB Cargo permezz, fost l-oħrajn, taż-żieda fil-frekwenzi tal-ivvjaġġar fuq perjodi twal, ir-reviżjoni tas-servizzi ta’ alimentazzjoni u d-distribuzzjoni kif ukoll l-istandardizzazzjoni tal-offerta kummerċjali.

(b)

Segment tat-tren blokka: it-tranżizzjoni lejn fornitur tal-loġistika intelliġenti permezz ta’ (i) l-ottimizzazzjoni tal-portafoll tal-klijenti lejn soluzzjonijiet tat-trasport ferrovjarju kumplessi u innovattivi u l-implimentazzjoni ta’ servizzi shuttle ddedikati għal klijenti importanti, u (ii) iż-żieda fir-robustezza u fil-kwalità tal-produzzjoni, fost l-oħrajn billi l-produzzjoni tat-tren blokka tiġi sseparata mit-trasport fuq vagun wieħed u l-gwadann fil-produttività permezz ta’ ftehimiet tax-xogħol aktar flessibbli b’ħinijiet operattivi itwal għax-xufiera tal-ferroviji (fuq bażi volontarja) u l-użu ta’ fornituri esterni tas-servizzi.

(c)

Segment tat-trasport ikkombinat: l-inkapsulament tal-produzzjoni u l-bini ta’ negozji awtonomi b’riżorsi ddedikati, li DB Cargo tistenna li se jsaħħu l-inċentivi ta’ ġestjoni (abbażi tas-sjieda minn tarf sa tarf) u, għalhekk, l-effiċjenza. Il-miżuri ewlenin huma l-ottimizzazzjoni tal-portafoll bit-tneħħija gradwali tat-trasport mhux profittabbli (eż. it-tnaqqis ta’ madwar […]% tal-volum fil-bejgħ tat-trasportaturi), it-tibdil tan-network offrut għat-trasport kontinentali kkombinat u l-implimentazzjoni ta’ mudell ta’ produzzjoni rivedut li gradwalment jelimina l-mudell attwali ta’ shunting tal-vaguni marittimi kollha f’hub wieħed f’Maschen (qrib il-port ta’ Hamburg). Barra minn hekk, il-proċessi se jiġu ssimplifikati għall-ħtiġijiet speċifiċi tan-negozju. Apparti dan, il-Kumitat ta’ Rikonċiljazzjoni qabel, fit-2 ta’ Ottubru 2024, li jimmodifika r-regolamenti tax-xogħol eżistenti ta’ DB Cargo fir-rigward tat-trasport ikkombinat. Il-Ġermanja tispjega li dan iwassal għal simplifikazzjoni sostanzjali tal-mudell kummerċjali ta’ DB Cargo għat-trasport ikkombinat li se jwassal għall-istess ammont ta’ żieda fil-produttività kif kien ipprovdut mill-proposta li saret qabel ta’ dispożizzjoni ta’ trazzjoni dejjem tonqos minn DB Cargo u t-trasferiment ta’ dan lil kumpaniji sussidjarji b’aktar flessibbiltà fil-ftehimiet tax-xogħol tagħhom u għalhekk produttività ogħla tax-xufiera tal-ferroviji (eż. waqfa fl-outstation, kumpens speċjali għall-ħin tal-ivvjaġġar). Il-Ġermanja tispjega wkoll li b’dan il-ftehim li ntlaħaq f’Ottubru 2024, DB Cargo se tkun tista’ tnaqqas ix-xufiera tal-ferroviji tagħha stess, il-kostijiet ġenerali relatati mal-produzzjoni u l-persunal tat-Torri ta’ Kontroll minħabba r-regolamenti l-ġodda tax-xogħol li jippermettu żieda fil-produttività. Għalhekk, DB Cargo mhux se jkollha bżonn iċċaqlaq l-operazzjonijiet lejn kumpaniji sussidjarji ta’ trazzjoni. Il-miżuri jwasslu għal tnaqqis ta’ madwar 330 xufier tal-ferroviji ekwivalenti għall-full-time, madwar 130 ekwivalenti għall-full-time mill-persunal ġenerali involut fl-ippjanar tal-produzzjoni u t-tmexxija, kif ukoll madwar 155 pożizzjoni ekwivalenti għall-full-time fit-Torri ta’ Kontroll meta mqabbla mal-għadd reali ta’ tali pożizzjonijiet f’Lulju 2023. Fuq dik il-bażi, il-Ġermanja tqis li jista’ jsir iffrankar sinifikanti tal-kostijiet minn DB Cargo f’dak is-segment ukoll.

(274)

Barra minn hekk, il-Ġermanja żżid li l-Pjan ta’ Ristrutturar jinkludi miżuri li jindirizzaw il-kostijiet ġenerali amministrattivi u tal-produzzjoni. Minn naħa waħda, il-Ġermanja tistenna li l-prinċipju tat-tkabbir eċċessiv u l-ottimizzazzjoni tal-portafoll se jippermettu tnaqqis tal-kostijiet ġenerali, eż. f’termini ta’ persunal u l-kostijiet kollha relatati mal-persunal bħall-kostijiet tal-kiri tal-ispazju tal-uffiċċji. Min-naħa l-oħra, il-Ġermanja tispjega li l-Pjan ta’ Ristrutturar se jimplimenta diversi miżuri ta’ effiċjenza, inkluż l-istandardizzazzjoni estensiva tal-istrutturi tal-IT, it-tnaqqis ta’ strutturi organizzattivi duplikati kif ukoll proċeduri riveduti ta’ ppjanar, dispaċċ u tat-Torri ta’ Kontroll u li tali miżuri jenħtieġ li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-kostijiet u jipprovdu l-kapaċità li jiġu offruti servizzi profittabbli bi prezz kompetittiv. Dawn il-miżuri se jammontaw għal tnaqqis ta’ aktar minn 400 ekwivalenti full-time meta mqabbel man-numru attwali ta’ tali pożizzjonijiet f’Lulju 2023 (minbarra l-miżuri għat-trasport ikkombinat, diġà deskritti hawn fuq).

(275)

Il-Ġermanja tenfasizza wkoll li l-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo huwa differenti mill-isforzi tal-passat biex jiżdiedu l-effiċjenza u l-profittabbiltà tal-kumpanija. B’mod partikolari, il-Ġermanja tispjega li tmur lil hinn mill-miżuri aktar gradwali biex ittejjeb l-effiċjenza operazzjonali billi tibdel b’mod fundamentali l-proċessi tal-produzzjoni ta’ DB Cargo, kif ukoll l-istruttura organizzazzjonali u l-istrateġija korporattiva tagħha.

(276)

Il-Ġermanja żżid li l-kundizzjonijiet esterni għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-Pjan ta’ Ristrutturar ikunu aktar favorevoli milli fil-passat, għar-raġunijiet li ġejjin.

(a)

Minbarra t-tkabbir sottostanti tal-industriji ewlenin, l-appoġġ politiku (bħal skemi ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet) u l-investimenti fl-infrastruttura ferrovjarja huma mistennija li jixprunaw it-tkabbir tas-suq tal-merkanzija bil-ferrovija. Tabilħaqq, filwaqt li s-sehem modali tal-merkanzija bil-ferrovija staġna fil-passat, il-Ġermanja targumenta li issa hemm impenn qawwi kemm mill-gvern Ġermaniż kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea biex jiżdied is-sehem modali tal-merkanzija bil-ferrovija, u li l-prijorità ogħla li jassenjaw għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport fil-kuntest tal-politiki dwar il-protezzjoni tal-klima se tirriżulta f’investimenti infrastrutturali ogħla fil-merkanzija bil-ferrovija u f’appoġġ finanzjarju dirett biex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi strutturali eżistenti fin-networks ta’ vagun wieħed meta mqabbla mat-trasport bit-trakkijiet.

(b)

Barra minn hekk, il-Ġermanja tqis li, id f’id mas-settur pubbliku, id-domanda tas-settur privat għal modi tat-trasport newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju qed tiżdied u li dan jenħtieġ li jwassal għal rieda akbar li jkun lest li jħallas għal soluzzjonijiet tal-merkanzija bil-ferrovija minn klijenti eżistenti u futuri, li, min-naħa tagħha, il-Ġermanja tistenna li se jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-ferroviji fil-kompetizzjoni intermodali mat-trasport bit-triq.

(c)

Fl-aħħar nett, il-Ġermanja ssostni li d-demografija bħalissa qed tinbidel malajr fi ħdan DB Cargo u, għaldaqstant, tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ristrutturar peress li l-impjegati li daħlu fil-kumpanija fil-programmi l-kbar ta’ reklutaġġ matul is-snin 1980, issa qed jibdew jirtiraw mill-kumpanija, li jwassal għal rati ta’ attrizzjoni minħabba l-irtirar ta’ aktar minn 3,5 % fis-sena – proċess li se jdum sal-aħħar tas-snin 2020. Il-Ġermanja targumenta li dan il-proċess jappoġġa l-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo, peress li l-għoti tas-sensji mhux se jirriżulta fi ħtieġa kbira għal sensji.

(277)

B’riżultat ta’ dan ta’ hawn fuq, filwaqt li ċirkostanzi esterni bħal kunflitti kummerċjali u l-pandemija tal-COVID-19 wasslu għal tnaqqis fl-attività ekonomika u għalhekk, domanda kemxejn aktar baxxa għall-merkanzija bil-ferrovija fil-passat reċenti (żvilupp simili għal segmenti oħra tat-trasport tal-merkanzija), fis-snin li ġejjin, is-suq tal-merkanzija bil-ferrovija huwa mistenni li jerġa’ jikber, b’CAGR ta’ 1,6 % mill-2022 sal-2027.

Image 11

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tal-31 ta’ Ottubru 2023, p. 2024, 58, data mill-kumpanija ta’ konsulenza SCI/Verkehr.

(278)

Meta tikkunsidra kull segment tan-negozju separat individwalment, il-Ġermanja tissottometti l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin fir-rigward tat-tkabbir tal-volum:

(a)

Vagun wieħed / Tren blokka: Il-Ġermanja tispjega li varjetà wiesgħa ta’ merkanzija tiġi ttrasportata f’vaguni uniċi jew treni blokka. Uħud mill-aktar tipi ta’ merkanzija rilevanti huma l-minerali, l-azzar, iż-żejt mhux maħdum, il-faħam, is-sustanzi kimiċi, il-karozzi, l-iskart u l-prodotti għall-konsumatur. Simili għat-trasport ikkombinat, it-trasport bit-tren blokka u fuq vagun wieħed intlaqtu minn tfixkil makroekonomiku f’dawn l-aħħar ftit snin, li wassal għal tnaqqis ta’ 7 % fl-2020 b’irkupru rapidu fis-sena ta’ wara (2021: 8,6 %).

(b)

Għas-snin mill-2022 sal-2027, huwa mistenni tkabbir kumplessiv moderat fil-volum tal-merkanzija bil-ferrovija b’CAGR ta’ 0,8 % fis-sena. Il-Ġermanja ssostni li dan it-tkabbir huwa xprunat mill-iżvilupp tal-industriji sottostanti. Xprunata minn bidla ekonomika lejn il-produzzjoni ta’ prodotti nofshom lesti jew ix-xejra lejn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, id-domanda għal xi materja prima (speċjalment il-minerali u l-faħam) mhijiex qed tikber madwar l-Ewropa. B’konsegwenza ta’ dan, id-domanda għat-trasport fuq tren blokka u fuq vagun wieħed hija mistennija li tibqa’ stabbli jew tonqos f’dawn l-industriji. Tipi oħra ta’ prodotti (eż. l-azzar, is-sustanzi kimiċi, il-karozzi, il-prodotti għall-konsumatur) huma mistennija li jiġġeneraw domanda addizzjonali għal trasport fuq tren blokka jew fuq vagun wieħed. Pereżempju, huwa mistenni tkabbir qawwi fl-industrija tal-karozzi (CAGR ta’ 8,6 % bejn l-2022 u l-2027), hekk kif tirkupra mill-isfidi tal-passat eż., tfixkil fil-katina tal-provvista. Fl-istess ħin, qed jiżviluppaw swieq ġodda li huma mistennija joffru aktar potenzjal ta’ tkabbir għall-merkanzija bil-ferrovija. Il-Ġermanja tispjega li eżempji ta’ dawk l-opportunitajiet ta’ negozju jinkludu soluzzjonijiet ta’ pipelines ferrovjarji għall-idroġenu ekoloġiku li jeħtieġu konnessjonijiet ferrovjarji biex jimlew il-lakuni fin-networks eżistenti tal-pipelines, kunċetti loġistiċi għall-produzzjoni tal-batteriji tal-karozzi kif ukoll id-dekarbonizzazzjoni tal-industrija tal-azzar fl-Ewropa li se jwasslu għal soluzzjonijiet ġodda tal-ekonomija ċirkolari b’metalli skrappjati li għandhom rwol ħafna akbar fil-produzzjoni tal-azzar fis-snin li ġejjin. Il-volumi ta’ trasport meħtieġa jistgħu jwasslu għal qawmien mill-ġdid tal-merkanzija bil-ferrovija bħala riżultat ta’ dawk l-iżviluppi.

(c)

Trasport ikkombinat: Il-Ġermanja tindika li t-trasport ikkombinat jammonta għal terz tas-suq Ewropew tal-merkanzija bil-ferrovija u qed jixpruna wkoll tkabbir b’rati li storikament kienu ogħla mill-medja, u dan juri rkupru qawwi wara l-pandemija tal-COVID-19 b’rata ta’ 8,6 % fl-2021 u 3,2 % fl-2022, li jirriżulta f’CAGR ta’ 4,2 % kull sena bejn l-2017 u l-2022. Għas-snin li ġejjin, il-Ġermanja tispjega li t-tkabbir huwa mistenni li jibqa’ għoli b’CAGR ta’ 2,6 % (2022–2027) prinċipalment xprunat mit-tkabbir tal-PDG. Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li t-trasport ikkombinat se jibbenefika minħabba żieda fil-volumi speċjalment ta’ merkanzija lesta, żieda fit-traffiku marittimu f’portijiet Ewropej ewlenin, żieda fil-kontejners u teknoloġiji ġodda ta’ mmaniġġjar għas-semitrejlers. Fl-istess ħin, it-trasport ikkombinat qed isir aktar aċċessibbli minħabba l-investimenti fl-infrastruttura (speċjalment fit-terminals) li jippermettu li tiżdied il-kapaċità f’konformità mat-tkabbir fid-domanda.

(279)

Meta jitqiesu l-aspettattivi tat-tkabbir tas-suq imsemmija hawn fuq, il-Ġermanja ssostni li s-suppożizzjonijiet tat-tkabbir tal-volum ta’ DB Cargo huma konservattivi u li fuq terminu qasir u medju DB Cargo mhux qed tiddependi fuq it-tkabbir xprunat mis-suq fit-trasport fuq vagun wieħed. Il-Ġermanja tqis li, fis-segmenti tat trasport bi tren blokka u tat-trasport ikkombinat, l-ippjanar ta’ DB Cargo huwa taħt ir-rata ta’ tkabbir tas-suq.

(280)

Fl-aħħar nett, il-Ġermanja ssostni li l-kunsiderazzjonijiet tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ hawn fuq għandhom jiġu vvalutati fl-isfond mhux biss ta’ kompetizzjoni intermodali qawwija mat-trasport bit-triq, iżda wkoll ta’ suq tal-merkanzija bil-ferrovija kompetittiv ħafna minn perspettiva intramodali. F’dak il-kuntest, il-Ġermanja tispjega li l-operaturi għajr DB Cargo għandhom sehem ikkombinat ta’ 57 % tal-volum tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fil-Ġermanja (f’tunnellati-kilometri fl-2022), li huwa sehem sinifikanti meta mqabbel ma’ Stati Membri oħra fl-Ewropa. F’dak ir-rigward il-Ġermanja tindika li, minkejja li kienet l-operatur preeżistenti preċedenti, is-sehem ta’ DB Cargo fil-volum tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fil-Ġermanja huwa t-tieni l-aktar sehem baxx ta’ kwalunkwe operatur preeżistenti fil-pajjiż domestiku rispettiv tagħhom tal-Istati Membri kollha li fihom hija attiva DB Cargo. Il-Ġermanja tindika wkoll li, pereżempju, LINEAS għandha sehem ta’ 57 % fil-Belġju, Groupe SNCF għandu sehem ta’ 67 % fi Franza u CD Cargo għandha sehem ta’ 65 % fiċ-Ċekja. Fl-istess ħin, is-sehem ta’ DB Cargo fil-volum tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija Ġermaniż naqas bi 11-il punt perċentwali mill-2016.

4.1.4.2.3.1.   Qagħda finanzjarja fix-xenarju ta’ referenza

(281)

Abbażi tas-suppożizzjonijiet ta’ hawn fuq użati għall-projezzjonijiet finanzjarji tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo, il-Ġermanja tispjega li x-xenarju ta’ referenza tal-Pjan ta’ Ristrutturar iqis għadd ta’ żviluppi li seħħew fl-2023 u fil-bidu tal-2024 bħal strajks tax-xufiera tal-ferroviji (bejn Jannar u April tal-2024), it-tnaqqis fil-baġits federali għall-iskemi ta’ appoġġ, ix-xejra negattiva tal-volum (mingħajr strajk u inkluż it-telf tal-volumi tat-trasport minħabba t-trasferiment tal-prezzijiet) minħabba tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, l-inflazzjoni u ż-żidiet fil-pagi tal-persunal, iż-żieda fil-kompetizzjoni fil-prezzijiet u d-dewmien f’xi miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo. Il-Ġermanja tindika li, f’dak il-kuntest, ix-xenarju ta’ referenza jinkludi wkoll kontromiżuri (il-premessa 242) immirati biex jindirizzaw l-effetti negattivi ta’ dawk l-iżviluppi sabiex DB Cargo tikseb ir-ritorn għall-vijabbiltà fil-perjodu ta’ ristrutturar.

(282)

It-Tabella 21 turi l-effett kwantifikat tax-xenarju ta’ referenza fil-forma tar-rapport tal-introjtu projettat ta’ DB Cargo matul il-perjodu ta’ ristrutturar (mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2026).

Tabella 21

Dikjarazzjoni tal-Introjtu tax-Xenarju ta’ Referenza ta’ DB Cargo

(miljuni ta’ EUR)

 

Effettiv

2021

Effettiv

2022

Effettiv

2023

Previst

2024

Pjan

2025

Pjan

2026

Pjan

2027

Pjan

2028

Pjan

2029

Pjan

2030

Dħul …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Introjtu operatorju ieħor …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Prestazzjoni totali …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kost tal-materjali …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Spejjeż tal-persunal …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Spejjeż operatorji oħra …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Servizzi interkumpanija …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBITDA …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Deprezzament …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBIT …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBIT …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Imgħax nett …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Introjtu mill-investimenti …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Introjtu finanzjarju ieħor …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Introjtu straordinarju …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBT …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Taxxi …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EAT …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Trasferiment tal-profitt u t-telf …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Introjtu nett …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tat-22 ta’ Novembru 2024 (Pjan Finali ta’ Ristrutturar), paġna 16.

(283)

Kif jidher mit-Tabella 21, il-Ġermanja tistenna li DB Cargo xorta tirrapporta telf ta’ EUR 348 miljun fl-2024 fil-livell tal-EBIT filwaqt li, mill-2026, ix-xenarju ta’ referenza tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo jindika ċifri pożittivi tal-EBIT, li jibdew b’EUR […] miljun sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar (tmiem l-2026) bis-saħħa, b’mod ġenerali, ta’ kunċetti ġodda ta’ produzzjoni li jippermettu żidiet fil-produttività u tnaqqis fil-kostijiet tal-persunal b’reazzjoni għat-telf fil-volum.

(284)

Minkejja li għadu ppjanat li jkun negattiv sal-2025 (b’EUR […]), l-Introjtu Nett huwa ppjanat ukoll li jsir pożittiv sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar (b’EUR […]), li juri żieda kostanti minn hemm ’il quddiem.

(285)

Fir-rigward tal-metriċi tal-karta tal-bilanċ projettata ta’ DB Cargo, kif jidher mit-Tabella 22, il-Ġermanja tistenna li DB Cargo żżomm pożizzjoni ta’ ekwità pożittiva matul il-perjodu ta’ ristrutturar (mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2026) u lil hinn.

Tabella 22

Karta tal-Bilanċ tax-Xenarju ta’ Referenza ta’ DB Cargo

(f’miljuni ta’ EUR)

 

Effettiv

2021

Effettiv

2022

Effettiv

2023

Previst

2024

Pjan

2025

Pjan

2026

Pjan

2027

Pjan

2028

Pjan

2029

Pjan

2030

Assi totali …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Assi mhux kurrenti …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Proprjetà, impjanti u tagħmir …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Assi intanġibbli …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Assi finanzjarji …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Assi kurrenti …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Inventarji …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Riċevibbli tan-negozju …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Riċevibbli u assi oħrajn …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Riċevibbli finanzjarji …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Flus kontanti u ekwivalenti ta’ flus kontanti …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Obbligazzjonijiet totali …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Ekwità …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Obbligazzjonijiet …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Provvedimenti …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Obbligazzjonijiet finanzjarji …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kontijiet kummerċjali pagabbli …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Obbligazzjonijiet oħra …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tat-22 ta’ Novembru 2024 (Pjan Finali ta’ Ristrutturar), paġna 17.

(286)

Abbażi tar-rapporti finanzjarji projettati ta’ DB Cargo, il-Ġermanja tindika li l-proporzjonijiet prinċipali tal-prestazzjoni finanzjarja ta’ DB Cargo huma mistennija li jevolvu matul il-perjodu ta’ ristrutturar kif miġbur fil-qosor fit-Tabella 23:

Tabella 23

Xenarju ta’ Referenza tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo

Proporzjonijiet tal-Prestazzjoni Finanzjarja matul il-Perjodu ta’ Ristrutturar u Lil Hinn

(f’miljuni ta’ EUR)

KPIs

Effettiv

2023

Previst

2024

Pjan

2025

Pjan

2026

Pjan

2027

Pjan

2028

Pjan

2029

Pjan

2030

Kapital Użat

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Pożizzjoni ta’ ekwità (fi tmiem is-sena)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Obbligazzjonijiet ta’ dejn

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Pożizzjoni ta’ flus kontanti (fi tmiem is-sena)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBITDA (%)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBIT (%)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

RoE (%) (eskluż it-Trasferiment tal-Profitt u t-Telf) (107)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

RoCE (%) (108)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tat-22 ta’ Novembru 2024 (Pjan Finali ta’ Ristrutturar), paġna 19.

(287)

Kif jidher mit-Tabella 23 ta’ hawn fuq, il-Ġermanja ssostni li x-Xenarju ta’ Referenza tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo se jirriżulta fit-titjib tal-proporzjonijiet tal-prestazzjoni finanzjarja ta’ DB Cargo matul il-perjodu ta’ ristrutturar u li l-ROCE ta’ DB Cargo huwa ppjanat li jaqbeż id-WACC (109) ta’ DB Cargo sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar.

(288)

It-Tabella 24 hawn taħt turi l-aktar data reċenti (jiġifieri, tal-2021 u tal-2023) dwar il-profittabbiltà ta’ xi wħud mill-kompetituri ta’ DB Cargo fl-Unjoni Ewropea. Dan it-tqabbil jinkludi tliet gruppi differenti li jistgħu jiġu distinti fir-rigward tal-kopertura tas-suq relatata mal-prodotti u li kull wieħed juri profil ta’ profittabbiltà differenti: (i) integraturi b’negozju ta’ vagun wieħed u mingħajru, (ii) fornituri tat-trazzjoni, u (iii) operaturi integrati tat-trasport ikkombinat.

(289)

Skont id-data pprovduta mill-Ġermanja, il-marġni tal-EBIT fil-grupp ta’ pari, li huwa magħmul minn taħlita ta’ operaturi Ewropej tal-merkanzija bil-ferrovija, kien bħala medja ta’ 2 % fil-perjodu 2021-2023 (b’valur medjan ta’ 2 % wkoll). Abbażi taċ-ċifri mbassra għall-2025, il-marġni tal-EBIT ta’ DB Cargo ta’ […]% huwa mistenni li jkun kemxejn taħt il-medja tal-industrija. Madankollu, DB Cargo tistenna li ttejjeb il-marġni tal-EBIT tagħha għal […]% sa tmiem il-perjodu ta’ trasformazzjoni (tmiem Diċembru 2026). Livell bħal dan jitqabbel b’mod favorevoli mas-sottogrupp ta’ integraturi mingħajr negozju ta’ vagun wieħed li bħala medja kiseb marġni tal-EBIT ta’ 5 %.

Tabella 24

Indikaturi Ewlenin tal-Grupp ta’ Pari 2021/2023

Isem

Pajjiż

Segment tan-Negozju

Dħul

2023

(f’miljuni ta’ EUR) (110)

Marġni tal-EBIT

Ø 2021–2023

ČD Cargo

Ir-Repubblika Ċeka

Integratur (BT, CT)

613

6  %

Rail Cargo Austria

L-Awstrija

Integratur (SW, BT, CT)

,

1  %

ZSSK Merkanzija

Is-Slovakkja

Integratur (SW, BT, CT)

304

2  %

PKP Merkanzija

Il-Polonja

Integratur (SW, BT, CT)

,

2  %

TX Logistik

Il-Ġermanja

Integratur (BT, CT)

250  (110)

4  %2 )

LINEAS

Il-Belġju

Integratur (SW, BT, CT)

463

-24  %

Green Cargo AB

L-Iżvezja

Integratur (SW, BT, CT)

426

3  %

Fret SNCF

Franza

Integratur (SW, BT, CT)

730

-3  %

RheinCargo

Il-Ġermanja

TOC

175  (110)

2  % (111)

Lokomotion

Il-Ġermanja

TOC

112  (110)

3  % (111)

Hector Rail Germany

Il-Ġermanja

TOC

34

-2  %

HHLA Intermodal (Metrans) (112)

 

 

621

16  %

Ir-Repubblika Ċeka

Operatur CT Integrat

 

 

PCC Intermodal

Il-Polonja

Operatur CT Integrat

136

6  %

boxXpress

Il-Ġermanja

Operatur CT Integrat

129

2  %

Loconi

Il-Polonja

Operatur CT Integrat

49  (110)

5  % (111)

Hupac

L-Iżvizzera

Operatur CT Integrat

740

1  %

Naviland Cargo

Franza

Operatur CT Integrat

167  (110)

6  %

Medja aritmetika

 

 

508

2  %

Medjan

 

 

426

2  %

Medja aritmetika - Integraturi mingħajr Vagun Wieħed

 

 

432

5  %

Nota:

SW = Vagun Wieħed; BT = Tren Blokka; CT = Trasport Ikkombinat; TOC = Kumpanija li Tħaddem il-Ferroviji

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tat-22 ta’ Novembru 2024 (il-Pjan Finali ta’ Ristrutturar), paġna 27.

4.1.4.2.3.2.   Qagħda finanzjarja f’xenarju pessimist

(290)

Il-Ġermanja tispjega li x-xenarju pessimist tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo huwa bbażat fuq ix-xenarju ta’ referenza aġġustat għal żviluppi avversi speċifiċi possibbli.

(291)

Tali żviluppi avversi possibbli huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 25.

Tabella 25

Riskji inklużi fix-Xenarju Pessimistiku ta’ DB Cargo

 

Riskji inklużi fix-xenarju pessimistiku tal-2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

 

1)

Riskju nett ta’ tnaqqis tal-baġits federali għall-iskemi ta’ appoġġ għall-merkanzija bil-ferrovija

 

 

 

 

 

 

 

 

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

2)

Tnaqqis tal-iskema ta’ finanzjament għal vagun wieħed

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

3)

Kostijiet operatorji ogħla minħabba l-posponiment tal-implimentazzjoni tas-sistema TAF/TSI ta’ DB InfraGO

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4)

Żieda fil-volum aktar baxxa milli oriġinarjament ippjanata minħabba t-trasferiment ta’ ħlasijiet akbar għall-aċċess għall-binarji u l-faċilitajiet ta’ shunting lill-klijenti kif ukoll minħabba dgħufija ekonomika fit-tul fl-industrija tal-azzar fil-Ġermanja (effett fuq l-EBIT wara l-eliminazzjoni tal-kostijiet varjabbli biss, b’mod partikolari l-aċċess għall-binarji u l-kostijiet tal-enerġija)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Δ Riskji totali mmaterjalizzati

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tat-22 ta’ Novembru 2024 (Pjan Finali ta’ Ristrutturar), paġna 53.

(292)

Kif jista’ jidher mit-Tabella 25, il-Ġermanja tqis li x-Xenarju pessimistiku jenħtieġ li jirrifletti riskji bħal, fost l-oħrajn, aktar tnaqqis fl-iskemi ta’ appoġġ federali u żieda fil-volum aktar baxxa minn dik preżunta fix-xenarju ta’ referenza minħabba dgħufija ekonomika fit-tul fl-industrija tal-azzar fil-Ġermanja flimkien ma’ dawk diġà inklużi fix-Xenarju ta’ referenza.

(293)

Il-Ġermanja tindika wkoll li ġew identifikati kontromiżuri li jistgħu jiġu implimentati f’każ li jseħħ ix-Xenarju pessimistiku. Tali kontromiżuri (primarjament aktar tnaqqis fil-kostijiet u l-persunal u operazzjonijiet ta’ lokomottivi ta’ bejgħ u kiri b’lura) huma mistennija li jtaffu r-riskji addizzjonali elenkati hawn fuq inklużi fix-Xenarju pessimistiku kif indikat fit-tabella li ġejja.

Tabella 26

Kontromiżuri inklużi fix-Xenarju Pessimistiku ta’ DB Cargo

 

Kontromiżuri inklużi f’xenarju pessimistiku

2025

2026

2027

2028

2029

2030

 

Każ ta’ Bażi tal-EBIT 2024

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Δ Riskji totali mmaterjalizzati

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

1)

Kontromiżuri operazzjonali

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

2)

Bejgħ u kiri b’lura ta’ lokomottivi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

Każ Pessimistiku tal-EBIT 2024

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tat-22 ta’ Novembru 2024 (Pjan Finali ta’ Ristrutturar), paġna 55.

(294)

Jenħtieġ li tali kontromiżuri jippermettu lil DB Cargo tagħmel profitt fl-2026 (b’EBIT ippjanat ta’ EUR […]) u lil hinn minkejja livelli negattivi tal-EBIT ta’ EUR […] fl-2025 kif ikkonfermat fir-Rapport tal-Introjtu tax-Xenarju pessimistiku projettat ta’ DB Cargo hawn taħt:

Tabella 27

Rapport tal-Introjtu tax-Xenarju Pessimistiku ta’ DB Cargo

(f’miljuni ta’ EUR)

 

Effettiv

2021

Effettiv

2022

Effettiv

2023

Previst

2024

Pjan

2025

Pjan

2026

Pjan

2027

Pjan

2028

Pjan

2029

Pjan

2030

Dħul …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Introjtu operatorju ieħor …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Prestazzjoni totali …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kost tal-materjali …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Spejjeż tal-persunal …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Spejjeż operatorji oħra …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Servizzi interkumpanija …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBITDA …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Deprezzament …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBIT …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBIT …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Imgħax nett …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Introjtu mill-investimenti …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Introjtu finanzjarju ieħor …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Introjtu straordinarju …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EBT …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Taxxi …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

EAT …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Trasferiment tal-profitt u t-telf …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Introjtu nett …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tat-22 ta’ Novembru 2024 (Pjan Finali ta’ Ristrutturar), paġna 49.

(295)

Minkejja li baqa’ negattiv b’mod sinifikanti sal-2025 (b’EUR […]), il-Ġermanja tistenna li l-introjtu nett ta’ DB Cargo taħt ix-xenarju pessimistiku wkoll isir pożittiv sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar (b’EUR […]), li juri żieda kostanti minn hemm ’il quddiem.

(296)

Fir-rigward tal-metriċi projettati tal-karta tal-bilanċ ta’ DB Cargo fix-xenarju pessimistiku, kif jidher mit-Tabella 28, il-Ġermanja tistenna li DB Cargo żżomm pożizzjoni ta’ ekwità pożittiva matul il-perjodu ta’ ristrutturar u lil hinn.

Tabella 28

Karta tal-Bilanċ tax-Xenarju Pessimistiku ta’ DB Cargo

(f’miljuni ta’ EUR)

 

Effettiv

2021

Effettiv

2022

Effettiv

2023

Previst

2024

Pjan

2025

Pjan

2026

Pjan

2027

Pjan

2028

Pjan

2029

Pjan

2030

Assi totali …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Assi mhux kurrenti …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Proprjetà, impjanti u tagħmir …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Assi intanġibbli …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Assi finanzjarji …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Assi kurrenti …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Inventarji …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Riċevibbli tan-negozju …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Riċevibbli u assi oħrajn …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Riċevibbli finanzjarji …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Flus kontanti u ekwivalenti ta’ flus kontanti …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Obbligazzjonijiet totali …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Ekwità …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Obbligazzjonijiet …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Provvedimenti …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Obbligazzjonijiet finanzjarji …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kontijiet kummerċjali pagabbli …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Obbligazzjonijiet oħra …

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tal-31 ta’ Ottubru 2024, paġni 49 u 50.

(297)

Abbażi tar-rapporti finanzjarji projettati hawn fuq ta’ DB Cargo, il-Ġermanja tindika li l-proporzjonijiet prinċipali tal-prestazzjoni finanzjarja ta’ DB Cargo huma ppjanati li jevolvu matul il-perjodu ta’ ristrutturar kif miġbur fil-qosor fit-tabella li ġejja:

Tabella 29

Xenarju Pessimistiku tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo

Proporzjonijiet tal-Prestazzjoni Finanzjarja matul il-Perjodu ta’ Ristrutturar

KPIs (f’miljuni ta’ EUR)

Effettiv

2023

Previst

2024

Pjan

2025

Pjan

2026

Pjan

2027

Pjan

2028

Pjan

2029

Pjan

2030

Kapital Użat

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Pożizzjoni ta’ ekwità (fi tmiem is-sena)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Obbligazzjonijiet ta’ dejn

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Pożizzjoni ta’ flus kontanti (fi tmiem is-sena)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBITDA (%)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Marġni tal-EBIT (%)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

RoE (%) (eskluż it-Trasferiment tal-Profitt u t-Telf) (113)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

RoCE (%) (114)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tal-31 ta’ Ottubru 2024, paġna 50.

(298)

Kif jidher mit-Tabella 29 ta’ hawn fuq, il-Ġermanja ssostni li x-Xenarju ta’ Referenza tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo se jirriżulta fit-titjib tal-proporzjonijiet tal-prestazzjoni finanzjarja ta’ DB Cargo matul il-perjodu ta’ ristrutturar u li l-ROCE ta’ DB Cargo huwa ppjanat li jaqbeż id-WACC ta’ DB Cargo sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar.

4.1.5.   Miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ

(299)

Wara bosta diskussjonijiet mal-Kummissjoni, sabiex jittaffew l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ li jirriżultaw mill-għajnuna għar-ristrutturar, il-Ġermanja pproponiet miżuri li ġew miżjuda u li jakkumpanjaw il-Pjan ta’ Trasformazzjoni, u li se jkunu fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2026, kif ġej:

4.1.5.1.   Impenji ġenerali dwar il-politika kummerċjali

(300)

Il-Ġermanja timpenja ruħha li tiżgura, fil-possibbiltajiet li għandha skont il-liġi tal-kumpaniji tagħha, li DB Cargo ssegwi politika kummerċjali prudenti, soda u sostenibbli matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ trasformazzjoni bl-għan li tirrestawra u żżomm il-vijabbiltà fit-tul f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-pjan ta’ trasformazzjoni.

(301)

Il-Ġermanja timpenja ruħha wkoll li tiżgura li DB Cargo mhux se tippromwovi l-għoti tal-għajnuna inkwistjoni f’dan il-każ jew kwalunkwe vantaġġ derivat minnha.

4.1.5.1.1.   Projbizzjoni tal-akkwist

(302)

Il-Ġermanja tiżgura, fil-limiti tal-possibbiltajiet tagħha skont § 65 tal-BHO, li DB Cargo ma takkwista l-ebda sehem sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Dan japplika mutatis mutandis għall-akkwist ta’ kumpaniji permezz ta’ trasferiment ta’ assi.

(303)

L-iżvestimenti intragrupp u r-ristrutturar mhumiex koperti minn din il-projbizzjoni fuq l-akkwisti.

(304)

DB Cargo tista’ takkwista ishma f’kumpanija f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fejn dan ikun meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul ta’ DB Cargo jew għal raġunijiet prevalenti oħra bħall-interessi tas-sigurtà tal-Istat, bħal xiri relatat mat-trasport mill-Bundeswehr. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 346 tat-TFUE.

4.1.5.1.2.   Bejgħ ta’ ishma

(305)

Il-Ġermanja timpenja ruħha li tiżgura, fil-limiti tal-possibbiltajiet previsti f’§ 65 tal-BHO, li DB Cargo tbigħ l-ishma deskritti hawn taħt lil xerrej indipendenti […]. It-termini “bejgħ”, “żvestiment” u “disponiment” jinkludu mhux biss it-trasferiment ta’ ishma fil-kumpanija iżda wkoll it-trasferiment tal-assi ta’ kumpanija.

(a)

Disponiment ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji fiż-żona tat-terminal li ġejja:

(a)

[…]

(b)

[…]

(c)

[…]

(d)

[…]

(e)

[…]

(f)

[…]

(b)

Żvestiment ta’ sehem minoritarju sostanzjali fit-trasport marittimu kkombinat […] (inkluż l-iżvestiment ta’ […] lokomottivi).

(c)

Żvestiment ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji f’sussidjarji tal-loġistika:

(a)

[…]

(b)

[…]

(c)

[…]

(306)

L-iżvestimenti jitwettqu fuq bażi mhux diskriminatorja f’konformità mal-prinċipji ekonomiċi u mal-garanziji tal-bejjiegħa bbażati fuq is-suq (“rappreżentazzjonijiet u garanziji”).

(307)

L-iżvestimenti se jsiru malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn […]. Il-bejgħ jitqies li jkun sar fid-data li fiha jiġi ffirmat kuntratt ta’ xiri legalment vinkolanti (“kuntratt ta’ bejgħ”). Fil-każ ta’ bejgħ ta’ partijiet lil diversi xerrejja, id-data rilevanti tkun id-data tal-konklużjoni tal-aħħar kuntratt ta’ bejgħ.

(308)

Madankollu, l-obbligu li wieħed jiddisponi mill-ishma fil-kumpaniji japplika biss jekk dan isir f’kundizzjonijiet ekonomikament vijabbli u għalhekk ma jipperikolax is-suċċess tal-pjan ta’ ristrutturar. Dan ifisser li:

(a)

[…]

(b)

[…]

(c)

[…]

(309)

Fil-kuntest tal-proċedura stabbilita f’§ 65 tal-BHO u sa fejn ikun possibbli, il-Ġermanja tiżgura li DB Cargo tibda proċedura ta’ bejgħ fi stadju bikri sabiex ikunu jistgħu jiġu rrispettati l-iskadenzi rilevanti għall-bejgħ.

(310)

L-akkwirent inkwistjoni għandu:

(a)

ikun indipendenti minn DB AG u DB Cargo;

(b)

ikollu r-riżorsi finanzjarji, l-għarfien espert u l-inċentivi meħtieġa biex iżomm u jiżviluppa in-negozju jew l-assi akkwistati b’mod kompetittiv; u

(c)

abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-akkwist ma jridx prima facie jagħti lok għal tħassib dwar il-kompetizzjoni, u lanqas ma jenħtieġ li jkun hemm riskju ta’ dewmien fl-implimentazzjoni tal-impenji. B’mod partikolari, ix-xerrej għandu jkun raġonevolment mistenni li jikseb l-approvazzjonijiet regolatorji kollha meħtieġa biex jakkwista n-Negozju fi Żvestiment.

(311)

F’każ ta’ dewmien mhux mistenni, il-Kummissjoni tista’, fuq talba, taqbel ma’ estensjoni ta’ perjodu għall-bejgħ. Il-Ġermanja se tippreżenta t-talba fi żmien xieraq, iżda mill-inqas ġimagħtejn qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien inizjali għall-implimentazzjoni.

(312)

Jekk, […], jidher li l-iżvestimenti msemmija hawn fuq, jew partijiet minnhom, ma jkunux possibbli minn […], il-Ġermanja u DB Cargo jistgħu jipproponu miżuri alternattivi biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, ta’ daqs komparabbli, u jippreżentawhom lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

(313)

Sakemm iseħħ it-trasferiment, DB Cargo għandha tiżgura, bid-diliġenza ta’ negozjant ordinarju (“ordentlicher Kaufmann”) li n-negozju li se jiġi żvestit jippreserva l-vijabbiltà ekonomika, il-possibbiltà ta’ bejgħ u l-kompetittività tiegħu u jimminimizza r-riskju li jitlef il-potenzjal kompetittiv tiegħu. DB Cargo b’mod partikolari:

(a)

mhi se tagħmel xejn li jista’ jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq il-valur, il-ġestjoni jew il-kompetittività tan-Negozju fi Żvestiment jew li jbiddel in-natura u l-ambitu tan-negozju, l-istrateġija teknika jew kummerċjali jew il-politika ta’ investiment tiegħu;

(b)

fuq il-bażi ta’ pjanijiet ta’ negozju eżistenti, u ż-żamma magħhom. se talloka jew tirranġa għall-forniment ta’ riżorsi suffiċjenti għall-iżvilupp tal-assi li għandhom jiġu żvestiti;

(c)

se tieħu l-passi raġonevoli kollha u, fost l-oħrajn, toħloq inċentivi xierqa (tas-soltu fl-industrija) biex tiżgura li l-impjegati ma jitilqux min-Negozju fi Żvestiment jew tibda l-passi u l-inċentivi msemmija u ma tirreklutax jew ma tittrasferixxix persunal għan-negozju li jifdal ta’ DB Cargo.

4.1.5.2.   Miżuri biex tissaħħaħ il-kompetizzjoni (xiri ta’ servizzi)

(314)

Il-Ġermanja timpenja ruħha biex tiżgura li DB Cargo tixtri dejjem aktar servizzi domestiċi ta’ trasport bit-tren blokka fuq distanzi twal minn partijiet terzi esterni. Għalhekk, sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, DB Cargo se żżid is-sehem ta’ tren-kilometri ferrovjarji pprovduti permezz ta’ fornituri esterni fuq bażi annwali fil-Ġermanja […], mit-tren-kilometri fuq distanzi twal tat-tren blokka li hija tipprovdi fil-Ġermanja. Fl-2024, DB Cargo hija mistennija topera 27,7 miljun tren- kilometru fil-Ġermanja kollha kemm hi. Minn dawn, DB Cargo hija mistennija tipprovdi 24,4 miljun tren- kilometru bir-riżorsi tal-produzzjoni tagħha stess. Huwa mistenni li 3,3 miljun tren-kilometru jiġu pprovduti minn impriżi ferrovjarji esterni f’isem DB Cargo (xiri ta’ servizzi).

(315)

Il-mira msemmija fil-premessa 314 hija soġġetta għall-kisba tal-volum mistenni ta’ tren-kilometri fis-segment tat-tren blokka f’konformità mal-każ bażi fil-pjan ta’ ristrutturar. Fil-każ ta’ żvilupp tan-negozju negattiv u n-nuqqas li jirriżulta li jinkiseb il-volum mistenni tat-tren-kilometri, il-mira għandha titnaqqas kif ġej: Jekk il-volum mistenni tat-tren-kilometri ma jintlaħaqx b’[…]% (jew […]%, ara l-premessa 314) jew aktar, ma jkun hemm l-ebda obbligu ta’ sottokuntrattar. Bejn wieħed u ieħor, hemm tnaqqis proporzjonali fil-perċentwal tal-impenn għas-sottokuntrattar, eż. jekk […]% biss tat-tren-kilometri mistennija f’sena kalendarja jintlaħaq, mill-inqas […]% iridu jiġu esternalizzati. Dan il-mekkaniżmu jiżgura li, jekk it-tren-kilometri domestiċi annwali fuq distanzi twal fis-segment tat-tren blokka ta’ DB Cargo ma jintlaħqux, tiġi evitata żieda “mingħajr tagħbija” (“Leerlauf”) tal-kapaċità ferrovjarja eżistenti, u b’hekk aktar dgħufija tal-profittabbiltà.

(316)

Dan ix-xiri ta’ servizz huwa implimentat b’mod konformi mas-suq skont il-prinċipji bażiċi li ġejjin:

(a)

L-għażla tal-fornitur tas-servizz għandha tkun ibbażata fuq prinċipji ekonomiċi fuq bażi mhux diskriminatorja. L-għoti ta’ kuntratti ma’ fornituri tas-servizzi huwa bbażat fuq kriterji kummerċjali.

B’mod partikolari, il-fornitur tas-servizz irid jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-kwalità meħtieġa mill-klijenti ta’ DB Cargo.

(b)

DB Cargo biħsiebha tistieden fornituri xierqa minn madwar l-UE għal pakketti akbar ta’ xiri ta’ servizzi u se tagħmel ħilitha biex tikseb mill-inqas żewġ offerti fl-ewwel rawnd jekk ikun hemm aktar minn fornitur wieħed xieraq għas-sottokuntrattar previst. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, l-offerent(i) li ma jintgħażilx/jintgħażlux se jiġi/u infurmat(i) kif xieraq u ċ-ċaħda tal-offerta tiegħu/tagħhom se tkun debitament ġustifikata. L-obbligi deskritti fis-sentenza preċedenti japplikaw biss għall-fornituri li jkunu tefgħu offerta.

(c)

Il-fornitur tas-servizz irid ikun kompetitur indipendenti diġà stabbilit jew potenzjalment effiċjenti, bil-mezzi finanzjarji u l-esperjenza ppruvata biex ikun jista’ jipprovdi servizzi tat-tren blokka domestiċi fuq distanzi twal. Il-konklużjoni tal-kuntratt hija soġġetta għal rekwiżiti normali tas-suq, jiġifieri DB Cargo hija intitolata li tirrifjuta talba għal raġunijiet bħal nuqqas ta’ kompetenza, nuqqas ta’ affidabbiltà, nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji jew kunsiderazzjonijiet ta’ konformità.

(d)

F’każ li l-fornitur tas-servizz jonqos jew ma jkunx għadu f’pożizzjoni li jipprovdi s-servizzi kuntrattwali, DB Cargo taħtar suċċessur għall-bqija tal-perjodu f’konformità mat-termini ta’ dan l-impenn. Jekk dan lanqas ma jkun possibbli, l-eżekuzzjoni kuntrattwali tista’ titwettaq ukoll permezz ta’ awtoforniment għall-bqija tat-terminu.

4.1.5.3.   Limitu tal-volum tal-output

(317)

DB Cargo mhux se taqbeż il-volum domestiku tal-2023 imkejjel f’tunnellati-kilometri fit-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Fl-2022, DB Cargo kkonsenjat 58,9 biljun tunnellata-kilometru fil-Ġermanja bil-produzzjoni tagħha stess. Fl-2023, il-volum tas-servizzi naqas għal 51,2 biljun tunnellata-kilometru.

4.1.5.4.   Bejgħ ta’ lokomottivi

(318)

Il-Ġermanja tiżgura li DB Cargo se tiżvesti parti mil-lokomottivi tagħha lil xerrej indipendenti soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu li jinxtraw is-servizzi (ara t-taqsima 4.1.5.2), DB Cargo se tiżvesti […] lokomottivi mis-settur tat-tren blokka lill-fornitur(i) tas-servizz fuq talba tal-fornitur(i) tas-servizz. Jekk il-mira tax-xiri tal-prestazzjoni titnaqqas minħabba n-nuqqas ta’ kisba tal-volum mistenni tat-tren-kilometri (ara l-premessa 315), l-għadd ta’ lokomottivi li għandhom jinbiegħu jiġi aġġustat kif xieraq.

(b)

Fil-kuntest tal-limitazzjoni tal-volum tat-trasport (ara l-premessa 317), DB Cargo se tiżvesti […] lokomottivi lil xerrejja indipendenti. Dan jippresupponi li t-tnaqqis imwiegħed fit-traffiku fi […] jinsab fit-triq it-tajba.

(c)

Il-lokomottivi għandhom jinbiegħu sa […], iżda biss sal-punt li mill-inqas […] jistgħu jinkisbu taħt kundizzjonijiet normali tas-suq (determinati fuq il-bażi ta’ metodi komuni ta’ valutazzjoni).

(d)

Jekk, matul il-perjodu ta’ ristrutturar, isir evidenti li l-bejgħ tal-lokomottivi msemmija hawn fuq se jkun impossibbli, kompletament jew parzjalment, sa […], il-Ġermanja u DB Cargo jistgħu jipproponu miżuri alternattivi biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, ta’ daqs jew impatt komparabbli u jissottomettuhom lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

4.1.5.5.   Dispożizzjonijiet ġenerali u finali applikabbli għall-impenji

(319)

Il-Ġermanja mhux se timmodifika l-elementi ewlenin tal-pjan ta’ ristrutturar u l-impenji preżenti mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

(320)

Dawn l-impenji jingħataw biss mill-Ġermanja lill-Kummissjoni bħala l-uniku destinatarju u għall-finijiet ta’ din il-proċedura biss (SA.50952). Il-partijiet terzi ma jistgħu jidderivaw minn dawn l-impenji l-ebda dritt għal imġiba speċifika mill-Ġermanja, DB AG u/jew DB Cargo.

(321)

Il-Ġermanja tiżgura, fi ħdan il-possibbiltajiet tal-liġi tal-kumpaniji tagħha, li l-pjan ta’ ristrutturar, inkluż l-impenji kollha skont l-iskeda indikata, jiġi implimentat bis-sħiħ.

(322)

Meta ma tiġi speċifikata l-ebda skadenza għal ċerti impenji, dawn għandhom jiġu implimentati mingħajr dewmien żejjed.

(323)

Il-Kummissjoni tista’, fejn xieraq, fuq talba debitament ġustifikata mill-Ġermanja, tagħti estensjoni tal-iskadenzi stabbiliti fl-impenji jew fil-pjan ta’ ristrutturar jew, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, tirrinunzja, temenda jew tissostitwixxi wieħed jew aktar mill-obbligi u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk l-impenji jew fil-pjan ta’ ristrutturar. Jekk il-Ġermanja titlob estensjoni ta’ skadenza, trid titressaq talba debitament sostanzjata lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar qabel l-iskadenza inkwistjoni.

4.1.5.6.   Stat ta’ avvanz fir-rigward tal-bejgħ ta’ ishma u lokomottivi

(324)

Kif deskritt fil-premessa 305(a), DB Cargo Group qed jippjana li jiddisponi mill-parteċipazzjonijiet azzjonarji li ġejjin f’entitajiet attivi f’oqsma tat-terminals:

(a)

[…];

(b)

[…];

(c)

[…];

(d)

[…];

(e)

[…].

(325)

L-iżvestiment tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji f’oqsma tat-terminals jew fi […] bħalissa jinsab f’diversi stadji ta’ avvanz, ikkomunikat l-aħħar mill-Ġermanja fil-21 ta’ Novembru 2024, b’mod partikolari kif ġej:

(a)

[…].

(b)

Dwar l-iżvestimenti f’oqsma tat-terminals, b’mod partikolari:

(1)

[…];

(2)

[…];

(3)

[…];

(4)

[…];

(5)

[…].

(c)

Dwar is-sussidjarji tal-loġistika, b’mod partikolari:

(1)

[…];

(2)

[…];

(3)

[…] (115), […] (116);

(4)

[…].

(326)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja, in-negozji kkonċernati mill-bejgħ tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ DB Cargo Group f’diversi Stati Membri wrew li bħala medja u maż-żmien huma negozji vijabbli. Tabella 30 turi l-qligħ iġġenerat mill-kumpaniji kkonċernati fl-2021, fl-2022 u fl-2023, li jammonta għal mhux inqas minn EUR […] qabel it-taxxa, fil-biċċa l-kbira bbażati fil-Ġermanja.

Tabella 30

Qligħ iġġenerat mill-kumpaniji individwali

(f’miljuni ta’ EUR (ittondjati))

 

 

2021

2022

2023

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…] (117)

[…]

[…]

[…]

[…]

 

[…]

[…]

[…]

[…]

Sors:

Sottomissjoni mill-Ġermanja.

(327)

Il-[…] lokomottivi li għandhom jiġu żvestiti (il-premessa 318), se jiġu mill-flotta eżistenti ta’ DB Cargo u huma, skont il-Ġermanja moderni, siewja u miżmuma f’konformità mal-linji gwida applikabbli. Il-lokomottivi se jinġabru fi tliet raggruppamenti: (i) lokomottivi elettriċi nazzjonali standard, (ii) lokomottivi elettriċi nazzjonali ta’ prestazzjoni għolja, u (iii) lokomottivi elettriċi interoperabbli moderni.

5.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

(328)

Din it-taqsima tivvaluta jekk il-miżuri investigati jinvolvux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u, jekk iva, jekk jammontawx għal għajnuna ġdida. Din it-taqsima tivvaluta wkoll jekk humiex legali, kif ukoll jekk jistgħux jitqiesu kompatibbli mas-suq intern.

5.1.   Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

(329)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, “[ħ]lief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

(330)

Il-kwalifika ta’ miżura għal impriża bħala għajnuna skont it-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni għalhekk teħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) il-miżura trid tkun imputabbli għall-Istat u ffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat; (ii) trid tagħti vantaġġ lill-impriża benefiċjarja tagħha; (iii) dak il-vantaġġ irid ikun selettiv; u (iv) il-miżura trid tkun waħda li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u trid taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(331)

Fir-rigward tal-argument imqajjem mill-Ġermanja li skontu l-miżuri inkwistjoni jikkonċernaw relazzjonijiet interni fi ħdan l-unità ekonomika unika mmexxija minn DB AG (ara l-premessi 102 sa 104), għandu jitfakkar li, għal skopijiet tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat, it-trasferimenti fi ħdan grupp pubbliku jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat jekk, pereżempju, ir-riżorsi jiġu ttrasferiti mill-kumpanija omm lis-sussidjarja tagħha, anki jekk jikkostitwixxu impriża waħda minn perspettiva ekonomika (118). Il-fatt li ċerti miżuri investigati jikkonċernaw ir-relazzjonijiet interni fi ħdan il-grupp immexxi minn DB AG għalhekk ma jipprekludix il-valutazzjoni ta’ dawn il-miżuri skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(332)

Barra minn hekk, kif innotat fil-premessi 10, 15, 23 sa 38, DB Cargo hija inkorporata bħala kumpanija b’ishma konġunti (Aktiengesellschaft), b’assi, persunal u mezzi biex tipprovdi servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bil-ferrovija bi ħlas fis-swieq ġeografiċi li topera fihom. DB Cargo tamministra l-attivitajiet tagħha b’mod awtonomu fis-sens li tiddeċiedi hija stess dwar il-politika kummerċjali, ta’ kummerċjalizzazzjoni u strateġika tagħha indipendentement mill-attivitajiet ta’ DB AG. DB Cargo għandha l-klijenti tagħha stess, li huma speċifiċi għas-settur tal-merkanzija bil-ferrovija u differenti mix-xerrejja tas-servizzi tal-passiġġieri. Barra minn hekk, id-diffikultajiet ta’ DB Cargo joriġinaw fl-attivitajiet tagħha stess u huma speċifiċi għal dawn l-attivitajiet (ara l-premessa 449 u ta’ wara). F’sitwazzjoni simili, il-Kummissjoni diġà qieset li kumpanija tal-merkanzija bil-ferrovija li tappartjeni għal grupp ferrovjarju akbar kienet impriża separata għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-Linji Gwida R&R (119).

(333)

Minn dan isegwi li DB Cargo hija impriża għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Jekk jinstab li l-miżuri investigati jipprovdu vantaġġ ekonomiku lil DB Cargo, dawn jiffavorixxu impriża li hija l-benefiċjarju tagħha.

5.1.1.   Involviment tar-riżorsi tal-Istat

(334)

Il-vantaġġi mogħtija direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat biss jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (120). Ir-riżorsi tal-Istat jinkludu r-riżorsi kollha tas-settur pubbliku (121), inkluż ir-riżorsi ta’ entitajiet intra-Statali (122) u, f’ċerti ċirkostanzi, ir-riżorsi ta’ korpi privati. Ir-riżorsi ta’ impriżi pubbliċi jikkostitwixxu wkoll riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE minħabba li l-Istat huwa kapaċi jidderieġi l-użu ta’ dawn ir-riżorsi (123) kif ukoll minħabba li defiċit jew profitt magħmul minn impriża pubblika jnaqqas jew iżid ir-riżorsi tal-Istat.

(335)

DB AG hija 100 % proprjetà tal-Istat Ġermaniż (il-premessi 11 sa 13). DB ML kienet 100 % proprjetà ta’ DB AG qabel ma ġiet amalgamata f’din tal-aħħar (il-premessa 14). Għalhekk, ir-riżorsi ta’ DB AG huma, u r-riżorsi ta’ DB ML kienu, ir-riżorsi tal-Istat u l-Miżuri 1, 2 u 3 huma għalhekk iffinanzjati mir-riżorsi tal-Istat. Peress li l-Miżura 4 hija ffinanzjata mir-riżorsi ta’ korp pubbliku – il-BEV – (il-premessa 77) u għalhekk hija ffinanzjata wkoll minn riżorsi tal-Istat.

(336)

Fit-taqsimiet li ġejjin, il-Kummissjoni għalhekk se tivvaluta jekk il-miżuri investigati humiex imputabbli għall-Istat u, jekk iva, jekk jagħtux vantaġġ selettiv lil DB Cargo. Jekk dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk il-miżuri rilevanti jistgħux ifixklu jew jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

5.1.2.   Imputabbiltà għall-Istat

(337)

Bl-għan li tiġi stabbilita l-imputabbiltà ta’ miżura mogħtija permezz ta’ impriżi pubbliċi lill-Istat, huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi jistgħux jitqiesu li kienu involuti, b’xi mod jew ieħor, fl-adozzjoni tal-miżura. L-imputabbiltà lill-Istat ta’ miżura ta’ għajnuna meħuda minn impriża pubblika tista’ tiġi dedotta minn sett ta’ indikaturi li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tal-każ u l-kuntest li fih tkun ittieħdet dik il-miżura (124).

(338)

F’dak ir-rigward, ma jistax jiġi mitlub li l-Kummissjoni turi, fuq il-bażi ta’ struzzjoni preċiża, li l-awtoritajiet pubbliċi ħeġġew speċifikament lill-impriża pubblika sabiex tieħu l-miżura inkwistjoni. Kull indikazzjoni tal-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni ta’ miżura jew tal-improbabbiltà li ma jkunux involuti, fid-dawl ukoll tal-boxxla tal-miżura, tal-kontenut tagħha jew tal-kundizzjonijiet li fiha, jew, min-naħa l-oħra, l-assenza tal-involviment ta’ dawn l-awtoritajiet fl-adozzjoni ta’ din il-miżura, hija rilevanti (125).

(339)

L-elementi li jippermettu li jiġi konkluż li l-miżura hija imputabbli għall-Istat jinkludu, barra minn hekk, il-fatt li l-impriża pubblika inkwistjoni ma setgħetx tieħu d-deċiżjoni kontenzjuża mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi jew tad-direttivi li joriġinaw mill-awtoritajiet pubbliċi, l-integrazzjoni tal-impriża pubblika fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizzju ta’ dawn l-attivitajiet fis-suq f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni mal-operaturi privati, l-istatus legali tal-impriża kif ukoll l-intensità tas-superviżjoni eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi (126).

5.1.2.1.   Kumpens għat-telf annwali ta’ DB Cargo skont il-ftehim ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf (“Miżura 1”)

(340)

Il-Kummissjoni tinnota li DB AG (u, qabel il-fużjoni tagħha f’DB AG, anki DB ML) huma impriżi pubbliċi inkorporati bħala Aktiengesellschaften taħt id-dritt privat. Il-Bord tad-Diretturi f’Aktiengesellschaften huwa indipendenti mill-Bord Superviżorju u mill-Assemblea Ġenerali (127). Dan ifisser li dan tal-aħħar ma jistax fil-prinċipju joħroġ struzzjonijiet lill-Bord tad-Diretturi. Madankollu, kif il-Qorti tal-Unjoni ddeċidiet ripetutament, is-sempliċi fatt li impriża pubblika ġiet ikkostitwita fil-forma ta’ kumpanija b’kapital azzjonarju taħt id-dritt komuni ma jistax, fid-dawl tal-awtonomija li din il-forma ġuridika tista’ tagħtiha, jitqies bħala suffiċjenti sabiex jeskludi l-possibbiltà li miżura ta’ għajnuna meħuda minn tali kumpanija tkun imputabbli għall-Istat. L-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ kontroll u l-possibbiltajiet reali li tiġi eżerċitata influwenza dominanti, li din is-sitwazzjoni tinvolvi fil-prattika, jagħmluha impossibbli li tiġi eskluża mill-bidu kwalunkwe imputabbiltà lill-Istat ta’ miżura meħuda minn tali kumpanija, u għalhekk, ir-riskju ta’ ksur tar-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat, minkejja r-rilevanza, bħala tali, tal-forma ġuridika tal-impriża pubblika bħala indikatur wieħed, fost l-oħrajn, li jippermetti li jiġi ddeterminat f’każ partikolari jekk l-Istat huwiex involut jew le (128). F’dan il-kuntest, ma jistax jiġi eskluż li l-Istat, permezz tal-preżenza tiegħu fil-Bord Superviżorju, li nofs il-membri tiegħu huma nnominati mill-azzjonist, jista’ jinfluwenza indirettament id-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi. Skont il-leġiżlazzjoni Ġermaniża dwar Aktiengesellschaften, il-Bord tad-Diretturi huwa elett mill-Bord Superviżorju, li l-membri tiegħu mhumiex marbuta bl-istruzzjonijiet mill-azzjonisti. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li hemm indikazzjonijiet li xi wħud mill-membri tal-Bord Superviżorju jistgħu jkunu marbuta wkoll bi dmir lejn l-Istat. Dan huwa l-każ meta l-Istat bħala azzjonist jaħtar Membri tal-Parlament jew rappreżentanti tal-gvern (bħas-Segretarji tal-Istat u Diretturi mill-Ministeri involuti) fuq il-Bord Superviżorju. Dawk il-membri tal-Bord Superviżorju għandhom ukoll dmir, jew inċentiv qawwi, li jaġixxu fl-interess tal-gvern f’termini ta’ politika tat-trasport u kwistjonijiet relatati mal-baġit fir-rigward ta’ DB AG (il-premessa 96(b)(2)).

(341)

Barra minn hekk, peress li DB AG hija kompletament proprjetà tal-Istat (il-premessa 11), bħala l-uniku azzjonist, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tista’ tieħu d-deċiżjonijiet kollha fl-Assemblea Ġenerali ta’ DB AG waħedha u b’hekk teżerċita influwenza (esklużiva) fuq l-orjentazzjoni strateġika ta’ DB AG. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, bħala azzjonist ta’ 100 % fl-Assemblea Ġenerali, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tista’ (esklużivament) tinfluwenza l-elezzjoni tal-Bord Superviżorju ta’ DB AG, li min-naħa tiegħu jeleġġi l-Bord tad-Diretturi ta’ DB AG. Il-Ġermanja tista’ għalhekk tinfluwenza indirettament id-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni meħuda mill-Bord tad-Diretturi ta’ DB AG fir-rigward ukoll tas-sussidjarji ta’ DB AG, inkluż DB Cargo u, sal-2016, DB ML, anki jekk il-membri magħżula tal-Bord Superviżorju ma jkunux strettament rappreżentanti tal-gvern.

(342)

Il-Bord Superviżorju ta’ DB AG mhuwiex magħmul minn maġġoranza ta’ rappreżentanti tal-gvern. Madankollu, il-Bord Superviżorju ta’ DB AG għandu tliet rappreżentanti tal-gvern maħtura direttament mit-tliet Ministeri involuti fis-superviżjoni ta’ DB AG (jiġifieri, il-Ministeru tat-Trasport, il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi, il-Ministeru tal-Finanzi) kif ukoll żewġ Membri tal-Parlament Federali.

(343)

Barra minn hekk, skont § 293(2) Aktiengesetz, il-konklużjoni ta’ ftehim dwar il-kontroll u/jew it-trasferiment tal-profitt u t-telf bejn żewġ Aktiengesellschaften teħtieġ l-approvazzjoni ta’ kull Assemblea Ġenerali b’maġġoranza ta’ tliet kwarti. Il-Ġermanja ssostni li f’konformità ma’ din id-dispożizzjoni, l-Istat ta l-qbil tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim dwar it-trasferiment tal-profitt u t-telf bejn DB AG u DB Cargo. F’dak ir-rigward, filwaqt li l-PLTA tal-2012 ma ġiex konkluż direttament bejn DB AG u DB Cargo iżda bejn DB ML u DB Cargo, għandu jiġi nnotat li fil-mument tal-konklużjoni ta’ dak il-PLTA, kien hemm fis-seħħ ftehim ta’ kontroll u trasferiment tal-profitt u t-telf bejn DB AG u DB ML (ara l-premessa 45). F’dak ir-rigward, il-Ġermanja tikkonferma li katina ta’ PLTAs b’livelli differenti ta’ sottoparteċipazzjonijiet miżjuda minn DB AG kienet fis-seħħ sat-trasferiment tal-PLTA fl-2016 minn DB ML għal DB AG li kellu lil DB Cargo bħala s-sussidjarja fl-aħħar mill-aħħar affettwata u lil DB AG bħala l-kumpanija omm fl-aħħar mill-aħħar affettwata (il-premessa 47). L-implikazzjoni tal-uffiċjali tal-Istat fil-konklużjoni tal-PLTA hija wkoll riżultat tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ § 65(2), flimkien ma’ § 65(3) tal-BHO, li teħtieġ l-approvazzjoni ta’ Ministru rilevanti għall-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ kontroll fil-kumpaniji tal-Istat (il-premessa 107). Peress li l-PLTA eżaminat mill-Kummissjoni fih element ta’ kontroll, il-Ministru rilevanti kellu jaqbel mal-konklużjoni ta’ dan il-ftehim.

(344)

Fir-rigward tal-PLTA konkluż fl-2012, il-Kummissjoni tinnota li kellu durata minima inizjali ta’ 5 snin. Wara d-durata inizjali ta’ 5 snin, dan ġie estiż awtomatikament fi tmiem kull sena finanzjarja għal sena addizzjonali waħda, sakemm waħda miż-żewġ partijiet iddeċidiet li titterminah, li ġara fl-2024 (ara l-premessa 51). Il-PLTA ma inkludiex limitu massimu fir-rigward tat-telf li seta’ jiġi kopert mill-kumpanija omm ta’ DB Cargo. Il-PLTA bejn DB ML u DB Cargo għalhekk seta’ jaffettwa l-baġit ta’ DB AG minħabba l-ftehim ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf konkluż bejn DB AG u DB ML. Wara l-fużjoni ta’ DB ML u DB AG, l-esponiment ta’ DB AG għat-telf ta’ DB Cargo sar dirett.

(345)

Il-Kummissjoni tikkonferma s-sejba preliminari fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li d-deċiżjoni li jiġi konkluż il-PLTA hija imputabbli għall-Istat Ġermaniż. Minħabba l-impatt li tali ftehim illimitat jista’ jimplika għall-baġit tal-impriża tal-Istat AB AG, id-deċiżjoni li jiġi konkluż il-PLTA fl-2012 trid titqies bħala strateġika għal DB AG, DB ML u DB Cargo. L-importanza strateġika tal-PLTA eżaminat hija kkonfermata wkoll mir-rekwiżiti formali ta’ approvazzjoni applikabbli għall-ftehimiet ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf inkluż l-aspett tal-kontroll. Huwa improbabbli li l-gvern Ġermaniż ma eżerċitax influwenza fuq il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ DB AG fir-rigward ta’ tali deċiżjonijiet strateġiċi jew li l-gvern ma kienx konxju ta’ u ma pparteċipax f’deċiżjoni li kienet tinvolvi piż finanzjarju potenzjalment sostanzjali ħafna għal DB AG. Din l-influwenza hija eżerċitata b’mod partikolari permezz tal-Bord Superviżorju u l-Assemblea Ġenerali kif ukoll permezz ta’ kuntatti diretti bejn rappreżentanti għolja tal-gvern u l-maniġment ta’ DB AG.

(346)

B’mod partikolari, il-liġi tal-kumpaniji Ġermaniża teżiġi li l-azzjonisti tal-partijiet kontraenti japprovaw il-PLTA. L-eżistenza ta’ PLTA legalment validu bejn DB AG u DB Cargo (u, rispettivament, bejn DB AG u DB ML) ma tistax tiġi spjegata b’mod ieħor ħlief bl-involviment dirett tar-rappreżentant tal-Istat responsabbli għall-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Istat fil-kumpaniji rilevanti. Barra minn hekk, fl-2016, rappreżentant tal-Istat bħala l-uniku azzjonist ta’ DB AG ta approvazzjoni diretta għall-fużjoni bejn DB AG u DB ML, kif meħtieġ mil-liġi tal-kumpaniji Ġermaniża. Bħala riżultat tal-fużjoni bejn DB ML u DB AG, id-drittijiet u l-obbligi kollha, inkluż il-PLTA tal-2012 (bejn DB ML u DB AG) ġew ittrasferiti minn DB ML għal DB AG, biex b’hekk l-esponiment ta’ DB AG kien dirett għat-telf attwali u futur ta’ DB Cargo. Il-fużjoni saret xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ 5 snin tal-PLTA tal-2012, li mbagħad ġie estiż awtomatikament għal żmien indefinit, bil-possibbiltà ta’ kanċellazzjoni annwali minn DB AG jew DB Cargo.

(347)

Skont il-ġurisprudenza, huwa konċepibbli, f’ċerti ċirkostanzi, li l-osservanza tal-erba’ kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE tista’ tiġi vvalutata fi żmien differenti minn dak tad-dħul fis-seħħ ta’ miżura partikolari (129). B’rabta mas-sejbiet tal-Kummissjoni relatati mal-eżistenza tal-vantaġġ ekonomiku (ara l-premessi 393 sa 411), il-kwistjoni dwar jekk l-Istat Ġermaniż kienx involut fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjoni u l-kontinwazzjoni tal-PLTA mill-2012 jew wara biss tista’ titħalla miftuħa. Dak li huwa iktar rilevanti huwa li, meta l-kundizzjonijiet kollha tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE kienu ssodisfatti, il-PLTA kien għadu fis-seħħ permezz ta’ dak li l-Kummissjoni tqis li kien eżerċizzju ta’ influwenza mill-Istat.

(348)

F’dak ir-rigward, l-indikaturi addizzjonali tal-imputabbiltà bdew jidhru maż-żmien. Fir-rigward tal-boxxla tal-miżura, minħabba li l-Ġermanja kienet is-sid sħiħ tal-kumpaniji rispettivi, il-karattru ripetittiv tat-telf kopert skont il-PLTA (ara t-Tabella 5, il-premessa 53), u d-daqs tiegħu ma jistax jitqies li ħarab mill-attenzjoni tal-Ġermanja, b’mod partikolari mill-2019, meta t-telf annwali kważi rdoppja t-telf irreġistrat rispettivament fl-2015, fl-2016 u fl-2017, li żdied biss għal EUR 870 miljun fl-2020. Minħabba r-rikorrenza u d-daqs tat-telf li kellu jiġi kopert taħt il-PLTA, huwa improbabbli li l-Istat Ġermaniż ma kienx involut fid-deċiżjonijiet ta’ tiġdid ta’ dak il-ftehim. Minflok, huwa probabbli li l-Istat Ġermaniż eżerċita l-influwenza dominanti tiegħu fuq DB AG biex jiżgura li l-PLTA jkompli jappoġġa lil DB Cargo minkejja t-telf dejjem jikber li l-PLTA ġġenera għal DB AG. B’mod partikolari, għalkemm l-estensjonijiet annwali tal-PLTA twettqu b’mod taċitu, dawn kienu jimplikaw għażliet konkreti u dejjem aktar sinifikanti biex DB Cargo tkompli tiġi appoġġata minkejja l-akkumulazzjoni tat-telf. Il-Kummissjoni tqis li huwa improbabbli li l-ġestjoni ta’ DB AG kienet tkun libera li twaqqaf dak l-appoġġ, b’mod partikolari minħabba l-volum dejjem jikber ta’ telf li għamel il-PLTA aktar importanti għaż-żamma tal-vijabbiltà finanzjarja ta’ DB Cargo.

(349)

In-nuqqas ta’ involviment tal-Istat Ġermaniż fid-deċiżjoni attwali li jiġġedded il-PLTA huwa l-aktar improbabbli minħabba n-natura tal-attivitajiet ta’ DB Cargo u r-rilevanza tagħhom għall-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li skont il-ġurisprudenza stabbilita, in-natura tal-attivitajiet tal-benefiċjarju hija indikatur tal-imputabbiltà (130).

(350)

Minkejja l-liberalizzazzjoni tas-suq tal-merkanzija bil-ferrovija fl-2007, DB Cargo kompliet taqdi rwol importanti f’dak is-suq, u speċjalment fis-segment tat-tagħbija fuq vagun wieħed tagħha fejn għad għandha sehem ta’ madwar 90 % (il-premessa 33). Kif tirrikonoxxi l-Ġermanja (il-premessa 33), is-segment tal-SWL ilu jagħmel telf b’mod sistematiku għal diversi snin u għalhekk ma kienx attraenti għal parteċipanti ġodda mingħajr sussidji (ara l-premessa 466 u wara fir-rigward tal-importanza tas-segment tal-SWL u l-premessi 587 sa 589 fir-rigward tal-appoġġ pubbliku ppjanat għal dak is-settur).

(351)

F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li n-negozju tal-merkanzija bil-ferrovija huwa ta’ importanza strateġika għall-politika tat-trasport tal-gvern Federali, peress li jikkontribwixxi għall-bidla mit-triq għall-ferrovija u huwa importanti biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista ta’ ħafna oġġetti essenzjali għall-konsumaturi u għall-industrija (131). B’mod partikolari fil-każ tal-Ġermanja, it-trasport fuq vagun wieħed jammonta għal madwar kwart tas-servizzi tal-merkanzija bil-ferrovija. Huwa element importanti tal-ktajjen loġistiċi madwar il-pajjiż u għandu rwol ewlieni fil-konnessjoni ta’ ħafna siti industrijali importanti. Barra minn hekk, it-trasport fuq vagun wieħed għandu funzjoni ta’ appoġġ għall-forom l-oħra ta’ trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, bħat-trasport ikkombinat u t-treni blokka u għalhekk jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kompetittività tal-ferroviji fir-rigward ta’ modi oħra ta’ trasport, li jagħmilha wkoll strumentali għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u l-kisba tal-għanijiet klimatiċi. Dawn il-kunsiderazzjonijiet ġiegħlu lill-Ġermanja tiffinanzja skemi settorjali għas-settur tal-SWL mill-2020 (132).

(352)

Minkejja l-prestazzjoni finanzjarja fqira tiegħu, is-settur tat-tagħbija fuq vagun wieħed huwa għalhekk kruċjali għall-merkanzija bil-ferrovija Ġermaniża, kif ukoll għall-industrija Ġermaniża, u kruċjali għall-bidla modali. Ir-rwol ta’ DB Cargo għall-politiki ekonomiċi u ambjentali Ġermaniżi bħala wieħed mill-muturi prinċipali tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u l-attraenza industrijali tal-pajjiż huwa indikatur addizzjonali tal-imputabbiltà tal-PLTA, peress li huwa improbabbli li l-Istat Ġermaniż ma kienx se jappoġġa l-finanzi tal-kumpanija permezz tal-PLTA, b’mod partikolari mill-mument meta t-telf ta’ DB Cargo – jekk mhux kopert mill-kumpanija omm – kien se jqiegħed lill-kumpanija f’diffikultà u jhedded il-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet tagħha (133).

(353)

F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-dokumenti strateġiċi ta’ DG AB (studju ta’ Oliver Wyman), jirreferu għal “responsabbiltà speċjali” ta’ DB Cargo, bħala kumpanija tal-Istat, għal aktar minn 17 000 impjegat fil-Ġermanja (fl-2018) (ara wkoll il-premessa 397).

(354)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 1, jiġifieri l-kopertura tat-telf ta’ DB Cargo skont il-PLTA, kemm matul it-terminu inizjali tiegħu kif ukoll wara l-estensjonijiet taċiti sat-terminazzjoni tiegħu kif attwalment skedat għall-31 ta’ Diċembru 2024, hija imputabbli għall-Istat Ġermaniż.

5.1.2.2.   Ipprezzar ta’ servizzi intragrupp (“Miżura 2”) u kundizzjonijiet ta’ finanzjament vantaġġużi ta’ self mit-Teżor ta’ DB (“Miżura 3”)

(355)

Abbażi tal-eżami tal-argumenti u tal-evidenza ppreżentata mill-Ġermanja u mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni ma tistax tikkonferma s-sejba preliminari tagħha li l-Miżuri 2 u 3 huma imputabbli għall-Istat.

(356)

Għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet tal-ilmentatur, is-sjieda sħiħa ta’ DB Cargo minn DB AG u, in fine, mill-Istat mhijiex biżżejjed biex turi l-imputabbiltà tal-Miżuri 2 u 3 għall-Istat Ġermaniż.

(357)

DB AG u DB Cargo huma inkorporati bħala Aktiengesellschaften skont id-dritt privat, li jirriżulta f’li l-Bord tad-Diretturi jkun indipendenti mill-Bord Superviżorju u mill-Assemblea Ġenerali. B’kuntrast ma’ deċiżjonijiet strateġiċi, bħall-konklużjoni ta’ ftehim bħall-PLTA, il-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ servizzi intragrupp jew il-forniment ta’ self intragrupp huma tranżazzjonijiet matul in-negozju ordinarju ta’ kuljum. Huwa improbabbli ħafna li tali tranżazzjonijiet jistgħu jiġu segwiti mill-qrib u influwenzati mill-Istat li jaġixxi bħala azzjonist permezz tar-rappreżentanti tiegħu fil-Bord Superviżorju, b’mod partikolari, minħabba r-rappreżentanza attwali limitata tal-Istat fil-korpi maniġerjali ta’ DB AG u DB Cargo.

(358)

Ir-regoli ta’ proċedura għall-Bord tad-Diretturi ta’ DB AG jeskludu espressament it-teħid ta’ self fi ħdan il-grupp mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwistjonijiet li għalihom hija meħtieġa deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi ta’ DB AG jew approvazzjoni mill-Bord Superviżorju ta’ DB AG (il-premessi 17, 20 u 22). Bl-istess mod, skont ir-regoli ta’ proċedura għall-Bord tad-Diretturi ta’ DB Cargo, it-teħid ta’ self għal DB AG u DB Finance B.V. huwa espressament eskluż mil-lista ta’ miżuri li jeħtieġu approvazzjoni tal-Bord tad-Diretturi ta’ DB AG (jiġifieri l-azzjonist). Ir-regoli ta’ proċedura msemmija hawn fuq bl-ebda mod ma jirreferu għal ftehimiet ta’ servizzi intragrupp, li jħallu d-determinazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom f’livell maniġerjali aktar baxx. Għalhekk, għall-kuntrarju tal-iffirmar tal-PLTA, l-iffirmar ta’ arranġamenti korporattivi interni għal servizzi intragrupp jew ftehimiet ta’ self bħal dawk taħt din l-investigazzjoni ma kienx jeħtieġ involviment fil-livell tal-azzjonisti tal-kumpaniji rilevanti, il-Bordijiet Superviżorji jew il-Bordijiet tad-Diretturi.

(359)

L-impatt finanzjarju potenzjali tal-Miżuri 2 u 3 fuq il-baġit ta’ DB AG, li skont l-ilmentatur, huwa indikatur addizzjonali tal-imputabbiltà, irid jittieħed fil-kuntest. L-ewwel nett, fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ servizzi intragrupp, il-Ġermanja ġustament issostni li numru ta’ servizzi ġew ipprovduti fl-interess tal-grupp kollu. It-tieni, minħabba l-allegazzjonijiet tal-ilmentatur, il-Kummissjoni vvalutat l-importanza tas-self li jifforma l-Miżura 3 fir-rigward tal-indikaturi aktar pertinenti ta’ importanza relattiva għas-sellief u għall-mutwatarju bħall-ħtiġijiet ġenerali ta’ rifinanzjament tal-Grupp u għall-fatturat ta’ DB Cargo, filwaqt li twarrab l-ammont ħafna akbar tal-baġit ta’ DB AG, li għalih jirreferi l-ilmentatur. It-tmien selfiet bejn l-2013 u l-2019 b’kollox jammontaw għal madwar EUR 2,1 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2019. Min-naħa tagħhom, l-obbligazzjonijiet ta’ DB Finance ammontaw, fl-2019 biss, għal EUR 23,3 biljun, jiġifieri disa’ darbiet akbar għal sena waħda. Aktar importanti minn hekk għall-importanza mill-perspettiva tal-mutwatarju, il-fatturat aggregat ta’ DB Cargo bejn l-2013 u l-2019 ammonta għal EUR 23,8 biljun, jiġifieri ħdax-il darba aktar mill-ammonti ta’ self, u s-self intern fi ħdan il-grupp DB mhuwiex avveniment okkażjonali jew tat-tip ta’ darba għas-self inkwistjoni u lanqas speċifiku għal DB Cargo fost is-sussidjarji ta’ DB AG.

(360)

Għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet tal-ilmentatur, l-interess finanzjarju tal-Istat Ġermaniż li jirċievi dividendi mill-grupp DB lanqas ma jindika li l-Istat ried ikun involut fil-Miżuri 2 u 3. L-involviment tal-azzjonist fi tranżazzjoni konkreta mwettqa fil-kors normali tan-negozju ma jistax jiġi dedott mill-interess ġenerali ta’ azzjonist li jillimita t-telf ta’ kumpanija bil-ħsieb li jirċievi dividend. Kif tosserva ġustament il-Ġermanja, l-aċċettazzjoni tal-interess finanzjarju ġenerali tal-azzjonist bħala kriterju rilevanti għall-imputabbiltà tkun tfisser li kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-korpi korporattivi tkun imputabbli għall-Istat minħabba li kwalunkwe deċiżjoni jista’ jkollha impatt fuq l-interess finanzjarju tal-azzjonist.

(361)

L-imputabbiltà tal-Miżuri 2 u 3 ma tistax tiġi dedotta la mid-dispożizzjonijiet tat-taqsima § 65 tal-BHO u lanqas mid-dispożizzjonijiet tal-PCGK, għall-kuntrarju ta’ dak li ġie indikat mill-ilmentatur.

(362)

It-taqsima § 65 tal-BHO (134) tistabbilixxi regoli relatati mat-teħid ta’ ishma f’kumpaniji privati mill-Istat Federali Ġermaniż, bħar-rekwiżit ta’ kunsens minn qabel ta’ ministru rilevanti għal tranżazzjonijiet bħall-akkwist jew il-bejgħ ta’ ishma f’kumpanija privata, tranżazzjonijiet li jinvolvu bidliet fil-kapital nominali jew l-għan tal-kumpanija jew, tranżazzjonijiet li jinvolvu bidla fil-kontroll. It-taqsima § 65(1)(3) tal-BHO tipprevedi li l-Istat Federali jrid jingħata influwenza xierqa fuq il-Bordijiet Superviżorji jew f’korp superviżorju ekwivalenti. § 65(6) tipprevedi li jenħtieġ li l-ministeru federali responsabbli juża l-influwenza tiegħu biex jiżgura li l-membri tal-korpi superviżorji tal-intrapriża li jkunu ntgħażlu jew ġew iddelegati fuq talba tal-Federazzjoni jqisu wkoll l-interessi speċjali tal-Istat Federali fl-attivitajiet tagħhom. Id-dispożizzjonijiet tat-taqsima § 65 tal-BHO għalhekk joħolqu obbligi ta’ natura ġenerali u japplikaw biss għal ċerti deċiżjonijiet strateġiċi relatati mal-parteċipazzjonijiet azzjonarji tal-Istat. Ma jistabbilixxu l-ebda regola li tkun teħtieġ l-involviment tal-Istat fl-adozzjoni jew fid-definizzjoni tat-termini ta’ ftehimiet u self intragrupp.

(363)

Il-PCGK jipprovdi indikazzjonijiet relatati mal-governanza responsabbli ta’ kumpaniji li fihom l-Istat Ġermaniż għandu parteċipazzjoni li diversi minnhom mhumiex obbligatorji u huma ġenerali (in-nota 47 f’qiegħ il-paġna). Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni, aħseb u ara evidenza, prodotta matul l-investigazzjoni li l-indikazzjonijiet stabbiliti fil-PCGK intużaw ħażin jew saru vinkolanti fuq DB Cargo jew DB AG fir-rigward tal-Miżuri 2 u 3 taħt investigazzjoni, minħabba azzjoni jew influwenza minn uffiċjali, dipartimenti jew korpi pubbliċi, ma jistgħux iservu bħala indikatur tal-imputabbiltà ta’ tali Miżuri 2 u 3.

(364)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni formali ma tappoġġax l-indikazzjonijiet preliminari stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ u lanqas tistabbilixxi l-imputabbiltà tal-Miżuri 2 u 3 lill-Istat Ġermaniż għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(365)

Minħabba n-natura kumulattiva tal-kundizzjonijiet tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżuri 2 u 3 ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira ta’ dik id-dispożizzjoni.

5.1.2.3.   Kopertura parzjali mill-BEV tar-remunerazzjoni tal-impjegati taċ-ċivil impjegati minn DB Cargo (“Miżura 4”)

(366)

Kif iċċarat mill-Ġermanja, il-kopertura tal-kostijiet soċjali mill-BEV hija relatata mal-uffiċjali ferrovjarji kollha assenjati lil DB AG, u mhux biss il-persunal allokat fi ħdan il-grupp DB AG għal DB Cargo.

(367)

Is-sistema ta’ assenjazzjonijiet hija obbligatorja (135). Id-deċiżjoni dwar l-entità li ġġorr il-kostijiet relatati mal-istatus speċifiku tal-impjegati taċ-ċivil li huma assenjati lill-persunal ta’ DB AG, kif ukoll karatteristiċi oħra tas-sistema ta’ assenjazzjoni, huma ddeterminati mid-dispożizzjonijiet statutorji (“Gesetz”) - id-DBGrG - u mhux minn deċiżjonijiet awtonomi tal-BEV, ta’ DB AG jew ta’ DB Cargo (il-premessa 78) (136). Il-Miżura 4 hija għalhekk imputabbli għall-Istat.

5.1.3.   Vantaġġ selettiv

(368)

Vantaġġ, skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma setgħetx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat (137). L-effett tal-miżura fuq l-impriża biss huwa rilevanti, u mhux il-kawża jew l-objettiv tal-intervent tal-Istat (138). Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ impriża titjieb bħala riżultat ta’ intervent mill-Istat fuq termini li jkunu differenti mill-kundizzjonijiet normali tas-suq, ikun hemm vantaġġ. Biex dan jiġi vvalutat, jenħtieġ li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża wara l-miżura tiġi mqabbla mas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha kieku l-miżura ma tkunx ittieħdet (139). F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li t-terminu “interventi mill-Istat” ma jirreferix biss għal azzjonijiet pożittivi mill-Istat iżda jkopri wkoll il-fatt li l-awtoritajiet ma jiħdux miżuri f’ċerti ċirkostanzi (140).

(369)

Il-Kummissjoni se tivvaluta l-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv biss għall-miżuri li l-Kummissjoni qieset li huma imputabbli għall-Istat, jiġifieri l-Miżura 1 u l-Miżura 4.

5.1.3.1.   Kumpens għat-telf annwali ta’ DB Cargo skont il-ftehim ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf (“Miżura 1”)

(370)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja ssostni li (i) il-konklużjoni tal-PLTA tirrispetta l-prinċipju tal-MEO, (ii) in-nuqqas ta’ terminazzjoni tal-PLTA u għalhekk it-trasferimenti annwali kontinwi tat-telf ta’ DB Cargo lil DB AG ma jikkostitwixxux miżura ta’ intervent mill-Istat peress li ma jikkostitwixxux azzjoni, u għalhekk mhux “miżura effettivament implimentata”, u (iii) fi kwalunkwe każ, in-nuqqas ta’ terminazzjoni u t-trasferiment tat-telf kontinwu jirrispettaw il-prinċipju tal-MEO, b’tali mod li ma taw l-ebda vantaġġ lil DB Cargo, u għalhekk il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (ara l-premessi 110 sa 130).

(371)

Il-Kummissjoni se teżamina jekk il-prinċipju tal-MEO huwiex applikabbli għall-konklużjoni tal-PLTA, kif ukoll għan-nuqqas ta’ terminazzjoni tal-PLTA u t-trasferiment tat-telf li jirriżulta. Jekk il-Kummissjoni tiddetermina li t-test tal-MEO mhuwiex applikabbli, hija ma tistax tapplika dak it-test.

(372)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-Qorti qieset li l-applikabbiltà tat-test tal-MEO fl-aħħar mill-aħħar tiddependi fuq li Stat ikun ta, fil-kapaċità tiegħu bħala operatur ekonomiku u mhux fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità pubblika, vantaġġ ekonomiku lil impriża (141). L-interventi mill-Istat, li huma maħsuba biex jonoraw l-obbligi tiegħu bħala awtorità pubblika ma jistgħux jitqabblu ma’ dawk ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq (142).

(373)

Il-Kummissjoni ma tikkontestax l-applikabbiltà tal-prinċipju tal-MEO għall-konklużjoni tal-PLTA u għan-nuqqas ta’ terminazzjoni tiegħu u għat-trasferimenti tat-telf li jirriżultaw skont il-PLTA. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-PLTA nnifsu huwa strument li huwa soġġett għall-Aktiengesetz u mhux għal-liġi pubblika (ara n-nota 15 f’qiegħ il-paġna). Barra minn hekk, il-PLTAs huma strumenti li jistgħu u jidhru li jintużaw minn gruppi oħra ta’ kumpaniji, b’mod partikolari kumpaniji rappreżentati fl-indiċi tal-borża Ġermaniż (ara l-premessa 111). Il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja ma tikkontestax in-nuqqas ta’ analiżijiet tal-profittabbiltà ex ante qabel il-konklużjoni tal-PLTA (ara l-premessa 121). Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tinnota l-eżistenza ta’ analiżijiet ekonomiċi fil-forma ta’ pjanijiet annwali ta’ nofs it-terminu, li jirrappreżentaw il-bażi għad-deċiżjonijiet strateġiċi ta’ DB AG (ara l-premessa 54). Il-kontinwazzjoni tat-trasferiment tat-telf annwali għandha titqies fil-qafas tal-PLTA. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prinċipju tal-MEO huwa applikabbli kemm għall-konklużjoni tal-PLTA, kif ukoll għan-nuqqas ta’ terminazzjoni tal-PLTA li jirriżulta fi trasferiment kontinwu tat-telf ta’ DB Cargo lil DB AG.

(374)

Fir-rigward tal-argument tal-Ġermanja li n-nuqqas ta’ terminazzjoni tal-PLTA u b’hekk it-trasferiment tat-telf ta’ DB Cargo ma jikkostitwixxix miżura effettivament implimentata (ara l-premessa 114) u għalhekk ma jistax jiġi vvalutat vantaġġ selettiv għat-trasferimenti tat-telf, il-Kummissjoni ma ssib l-ebda bażi ġuridika għal tali argument. Għall-kuntrarju, in-nuqqas li jittieħdu passi, possibbilment gradwali, biex tintemm relazzjoni legali dejjem aktar żvantaġġuża ekonomikament trid titqies bħala għażla, anki jekk implimentata taċitament kemm minn investitur tas-suq kif ukoll minn awtorità pubblika jew minn impriża pubblika bl-istess mod. Dan huwa partikolarment il-każ meta t-terminu inizjali ta’ kuntratt ikun skada u sena wara sena kull parti tista’ jew taċċetta estensjoni taċita tal-kuntratt għas-sena ta’ wara jew tissottometti avviż ta’ terminazzjoni. Dawn huma għażliet speċifiċi li l-partijiet għall-PLTA għamlu kull sena. Il-forma legali ta’ dawk l-għażliet, jiġifieri l-fatt li l-kontinwazzjoni tal-PLTA kienet imfassla biex tkun taċita aktar milli tirrikjedi emenda formali, ma tistax taffettwa dik il-valutazzjoni. Fil-fatt, hija ġurisprudenza stabbilita li l-forma preċiża tal-miżura hija irrilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk din tagħtix vantaġġ ekonomiku lil impriża. Il-kunċett ta’ għajnuna jinkludi mhux biss benefiċċji pożittivi, iżda wkoll miżuri li, taħt forom differenti, inaqqsu l-imposti li normalment jiġu inklużi fil-baġit ta’ impriża u li, għaldaqstant, mingħajr ma jkunu sussidji fis-sens ristrett tal-kelma, ikunu tal-istess natura u jkollhom l-istess effetti (143). Bl-istess mod, mill-ġurisprudenza jirriżulta b’mod ċar li n-nuqqas li tittieħed azzjoni jista’ jitqies bħala intervent li jagħti lok għal vantaġġ f’każijiet fejn operatur privat li jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-Istat, li jaġixxi f’kundizzjonijiet normali tas-suq, kien jieħu azzjoni. Eżempji ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn jinkludu tolleranza kontinwa fir-rigward tan-nuqqas ta’ pagament tad-dejn (144) jew tal-użu ta’ proprjetà pubblika mingħajr il-pagament tal-kera rispettiva (145). Il-Kummissjoni tfakkar li l-istabbiliment ta’ PLTA jfisser l-introduzzjoni ta’ awtomatiżmu li jenħtieġ li jissostitwixxi l-ħtieġa li kull sena jiġi deċiż jekk it-telf jew il-profitti għandhomx jiġu ttrasferiti lill-kumpanija omm. Madankollu, tali awtomatiżmu ma jipprekludix li t-tranżazzjonijiet, jiġifieri t-trasferiment tat-telf/profitti, jistgħu jsiru ta’ żvantaġġ għal parti kontraenti waħda, inkella, ma jkunx hemm bżonn ta’ klawżola ta’ terminazzjoni mhux kondizzjonali. Fil-fatt, operatur prudenti f’ekonomija tas-suq jivvaluta jekk iż-żamma ta’ ftehim fis-seħħ tkunx vantaġġuża, u jekk le, itemm ftehim li jkun sar żvantaġġuż. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li huwa meħtieġ ukoll li jiġi vvalutat ir-raġunament ekonomiku għat-trasferimenti tat-telf għall-perjodi fejn kwalunkwe parti setgħet itterminat il-PLTA.

(375)

Minħabba li t-test tal-MEO huwa applikabbli, il-Kummissjoni issa se tivvaluta jekk il-konklużjoni tal-PLTA fl-2012, u t-trasferiment tat-telf skont il-PLTA jagħtux vantaġġ ekonomiku lil DB Cargo, jiġifieri benefiċċju li DB Cargo ma setgħetx tikseb taħt il-kundizzjonijiet tas-suq. Għalhekk għandha tiddetermina jekk “[…] f’ċirkostanzi simili, investitur privat ta’ daqs komparabbli li jopera f’kundizzjonijiet normali ta’ ekonomija tas-suq setax jiġi mħeġġeġ jagħmel l-investiment inkwistjoni.”  (146) . F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tqis kif xieraq il-fatt li DB AG hija l-azzjonist eżistenti ta’ DB Cargo u mhux investitur ġdid.

(376)

Meta jiġi applikat it-test tal-MEO, huma biss il-benefiċċji u l-obbligi marbuta mar-rwol tal-Istat bħala operatur ekonomiku li huma rilevanti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jevalwaw dawk il-benefiċċji u l-obbligi abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-intervent (jiġifieri fuq bażi ex ante), billi jiddependu fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi komparabbli ma’ dawk li, f’ċirkostanzi simili, iwettaq operatur razzjonali f’ekonomija tas-suq. F’dan il-każ, il-Ġermanja bagħtet lill-Kummissjoni ammont konsiderevoli ta’ data ekonomika u finanzjarja miġbura u eżaminata f’intervalli regolari u li titfa’ dawl fuq l-aspettattivi ta’ profittabbiltà li DB AG setgħet teżamina matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-PLTA.

(377)

Approċċ wieħed biex tiġi vverifikata l-konformità mal-prinċipju tal-MEO huwa li wieħed jibbaża fuq metodoloġiji ta’ valutazzjoni standard aċċettati b’mod ġenerali. Metodoloġija bħal din għandha tkun ibbażata fuq id-data oġġettiva, verifikabbli u affidabbli disponibbli, li jenħtieġ li tkun dettaljata biżżejjed u li jenħtieġ li tirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika fiż-żmien li fih ġiet deċiża t-tranżazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-livell tar-riskju u l-aspettativi futuri. Metodoloġija standard aċċettata b’mod wiesa’ għall-evalwazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ investiment hija li jiġi vvalutat l-investiment f’termini tal-valur preżenti nett (VPN) tiegħu.

(378)

Biex tistma l-valur tal-ekwità ta’ DB Cargo, il-Kummissjoni skontat il-qligħ nett, approssimat mill-introjtu operatorju wara l-imgħax, jew l-EBT jekk disponibbli, inkluż fil-pjanijiet ta’ nofs it-terminu, matul il-perjodu ta’ 5 snin kopert mill-pjan ta’ nofs it-terminu rispettiv (ara Tabella 5), kif ukoll il-valur terminali, billi użat il-kost qabel it-taxxa tal-ekwità msemmi fir-rapporti annwali tal-grupp DB għas-segment tan-negozju tal-merkanzija u tal-loġistika bħala rata ta’ skont. Il-Kummissjoni użat l-approċċ ta’ tkabbir Gordon Shapiro biex tikkalkula l-valur terminali.

(379)

Skont il-metodu ta’ tkabbir Gordon Shapiro, il-valur terminali ta’ kumpanija huwa l-VPN tal-profitti li l-kumpanija se tikseb b’mod perpetwu. Sabiex jiġi kkalkulat dak il-valur preżenti nett, huma meħtieġa s-suppożizzjonijiet li ġejjin: (i) il-profitti se jikbru b’ċerta rata ta’ tkabbir perpetwu (“g”), li jibdew mill-profitt fl-aħħar sena tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u (ii) ir-rata ta’ skont hija jew il-kost tal-ekwità jew id-WACC, skont it-tip ta’ profitt, relatat mat-titolari tal-ekwità jew b’mod aktar wiesa’ mad-ditta. Il-metodu ta’ tkabbir Gordon Shapiro jimplika li aktar ma tkun għolja r-rata ta’ tkabbir perpetwu, aktar ma jkun għoli l-fluss tal-flus ħieles normalizzat u aktar ma tkun baxxa r-rata ta’ skont, aktar ikun għoli l-valur terminali. Il-Kummissjoni użat rata ta’ tkabbir perpetwu ta’ 2,0 %, kif indikat fit-tieni rapport ta’ E.CA (ara t-Tabella 9). Il-Kummissjoni tuża l-istess rata bħat-tieni rapport ta’ E.CA peress li din ir-rata hija suppożizzjoni konservattiva wkoll fid-dawl ta’ dokumenti interni oħra ta’ DB Cargo li jipprovdu rata ta’ tkabbir aktar baxxa (f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota t-test tal-indeboliment fil-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2015 li juża rata ta’ tkabbir perpetwu ta’ 1,0 %).

(380)

Il-Kummissjoni se tivvaluta l-konformità mas-suq tal-PLTA f’punti fiż-żmien differenti. Il-punti fiż-żmien huma (i) l-2012, is-sena tal-iffirmar tal-PLTA, (ii) l-2016, is-sena meta ntemm il-perjodu ta’ nonterminazzjoni, kif ukoll (iii) l-2020, wara li jkunu diġà ġew implimentati miżuri oħra biex jindirizzaw it-telf kontinwu ta’ DB Cargo, jiġifieri bl-ikkummissjonar tal-istudju SWL, l-introduzzjoni tal-programm “Starke Cargo” u s-sostituzzjoni tat-tim maniġerjali (ara l-premessi 61 u 66).

(381)

Fir-rigward tal-bażi tad-data għall-kalkolu tal-VPN, il-Kummissjoni tibbaża fuq il-pjanijiet annwali ta’ nofs it-terminu disponibbli fil-mument rilevanti. Minħabba l-volum u n-natura tal-informazzjoni li tinsab fil-pjanijiet ta’ nofs it-terminu (ara l-premessi 55 u 58), il-Kummissjoni tqis li l-pjanijiet ta’ nofs it-terminu kienu dettaljati biżżejjed biex DB AG tieħu deċiżjonijiet dwar il-PLTA. Kif inhi l-prattika komuni għal organizzazzjonijiet simili, il-pjanijiet ta’ nofs it-terminu tħejjew ex ante abbażi tad-data disponibbli fil-mument rilevanti, u nkisbu mill-grupp DB intern u minn sorsi ta’ data affidabbli esterni (ara l-premessa 55).

5.1.3.1.1.   Iffirmar tal-PLTA fl-2012

(382)

Abbażi tal-metodoloġija deskritta fil-premessi 378 u 379, il-Kummissjoni stmat li l-valur tal-ekwità ta’ DB Cargo f’termini tal-VPN kien ta’ madwar EUR 2 763 miljun abbażi tal-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2011 (li jkopri s-snin 2012-2016) u madwar EUR 2 973 miljun abbażi tal-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2012 (li jkopri s-snin 2013-2017). Il-Kummissjoni tinnota li kull pjan ta’ nofs it-terminu jinkludi mhux biss il-perjodu ta’ ppjanar (pereżempju 2012-2016 fil-każ tal-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2011) iżda wkoll stima għas-sena li fiha jiġi prodott il-pjan u r-riżultati reali tas-sena preċedenti (fil-każ tal-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2011, l-istimi għall-2011 u r-riżultati reali għall-2010).

(383)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota wkoll li, filwaqt li DB Cargo ġġenerat telf fis-snin qabel l-iffirmar tal-PLTA fl-2012, EUR 148 miljun fl-2010 u EUR 100 miljun fl-2011, skont ir-rapport annwali tal-2011 ta’ DB Cargo, DB Cargo kienet iġġenerat profitti ta’ aktar minn EUR 500 miljun bejn l-2006 u l-2008 (ara l-premessa 117). Barra minn hekk, skont ir-rapporti annwali ta’ DB Cargo, saru l-profitti, u għalhekk ġew trasferiti, anki fis-snin 2001 sal-2004 (147). Kif muri fit-Tabella 5, fiż-żewġ pjanijiet ta’ nofs it-terminu DB Cargo kienet prevista li tilħaq il-mira ta’ prestazzjoni tagħha (f’termini ta’ marġni tal-EBIT) mill-inqas fi tmiem il-perjodu ta’ ppjanar.

(384)

F’dan ir-rigward, seta’ kien hemm aspettattiva leġittima li DB Cargo tiġġenera profitti u, minħabba l-VPN pożittiv tar-redditi bbażati fuq il-pjanijiet ta’ nofs it-terminu tal-perjodu inkwistjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iffirmar tal-PLTA fl-2012 ma tax vantaġġ ekonomiku lil DB Cargo.

5.1.3.1.2.   Perjodu sal-aħħar tal-2016

(385)

Il-punt fiż-żmien li jmiss li għalih il-Kummissjoni vvalutat il-konformità mas-suq tal-kopertura tat-telf skont il-PLTA, huwa t-tmiem tad-durata inizjali ta’ 5 snin. Dan għaliex f’dik id-durata inizjali l-PLTA seta’ jiġi tterminat biss għal raġunijiet importanti. L-iskadenza ta’ dik id-durata inizjali hija l-ewwel punt fiż-żmien meta kwalunkwe waħda mill-partijiet kienet libera li ttemm il-PLTA. Il-Kummissjoni tinnota li l-ftehim jipprovdi t-telf tal-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot f’DB Cargo bħala raġuni importanti għat-terminazzjoni (ara l-premessa 48). Dan ma kienx il-każ, kif deskritt ukoll mill-Ġermanja (ara l-premessa 50), u għalhekk din ir-raġuni importanti ma ġietx skattata matul il-perjodu inizjali ta’ 5 snin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota wkoll li skont § 297 tal-AktG teżisti raġuni importanti b’mod partikolari jekk il-parti kontraenti l-oħra x’aktarx li ma tkunx tista’ tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-kuntratt (148). Il-PLTA jipprovdi li DB Cargo trid tittrasferixxi l-profitti u DB ML (u aktar tard DB AG) trid tassorbi t-telf. Billi ġie ttrasferit it-telf, l-ebda parti ma ssodisfatx l-obbligi tagħha.

(386)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tieħu nota tal-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja dwar il-linji gwida dwar it-taxxa korporattiva. Filwaqt li l-paragrafu (6) ta’ R14.5 tal-linji gwida dwar it-taxxa korporattiva jħalli barra l-kwistjoni dwar jekk telf kontinwu jkunx raġuni importanti għat-terminazzjoni tal-PLTA matul il-perjodu inizjali ta’ 5 snin, il-Kummissjoni tifhem mill-punt 4 tal-paragrafu (5) ta’ R14.5 li l-fatt li s-sussidjarja tiġġenera telf b’mod konsistenti ma jippreżentax raġuni li tkun ostaklu għall-eżekuzzjoni tal-PLTA (149). Għalhekk, il-Kummissjoni tifhem li anki f’dan ir-rigward ma kienet teżisti l-ebda raġuni importanti għat-terminazzjoni. Għalhekk, fil-fehim tal-Kummissjoni, ma kienu jeżistu l-ebda raġunijiet importanti li kienu jiġġustifikaw terminazzjoni bikrija tal-PLTA.

(387)

Barra minn hekk, anki jekk kien ikun possibbli għal waħda mill-partijiet li ttemm il-ftehim minħabba raġunijiet importanti, huwa dubjuż li operatur f’ekonomija tas-suq kien itemm il-PLTA fid-durata inizjali tiegħu. Minbarra r-riskju li tali terminazzjoni tkun illegali, it-terminazzjoni tal-PLTA kienet tfisser li l-kumpanija omm li tikkontrolla ċċedi ċerti vantaġġi tal-PLTA, jiġifieri l-vantaġġi fiskali mill-unità fiskali u l-kontroll dirett fuq il-ġestjoni tas-sussidjarja, kontra vantaġġi inċerti li jiġi evitat it-trasferiment ta’ telf potenzjali fil-futur. Huwa dubjuż li kumpanija omm kienet tagħmel dan ftit wara l-iffirmar tal-PLTA. Dan huwa aktar u aktar minnu minħabba li matul id-durata inizjali, il-pjanijiet kollha ta’ nofs it-terminu, u għalhekk il-bażi għad-deċiżjonijiet strateġiċi, urew valur pożittiv għal DB Cargo (ara l-premessa 391).

(388)

Abbażi tal-metodoloġija deskritta fil-premessi 378 u 379, il-Kummissjoni stmat li l-valur tal-ekwità ta’ DB Cargo f’termini tal-VPN kien ta’ madwar EUR 1 000 miljun abbażi tal-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2015 (li jkopri s-snin 2016-2020) u madwar EUR 2 185 miljun, abbażi tal-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2016 (li jkopri s-snin 2017-2021).

(389)

Kif kien il-każ għall-pjanijiet ta’ nofs it-terminu tal-2011 u tal-2012, DB Cargo kienet mistennija wkoll li tilħaq mill-inqas il-mira tal-marġni tal-EBIT fl-aħħar sena tal-perjodu ta’ ppjanar. Barra minn hekk, l-ROCE, bit-twissija li fil-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2016 l-ROCE huwa pprovdut biss għal DB Cargo Group, kien mistenni li ma jkunx ferm taħt il-mira tal-ROCE bi żvilupp pożittiv matul il-perjodu ta’ ppjanar.

(390)

Filwaqt li l-Kummissjoni tinnota li, kif jidher mit-Tabella 4, DB Cargo kellha prestazzjoni insuffiċjenti fil-perjodu inizjali ta’ 5 snin meta mqabbla mat-tbassir preċedenti, peress li DB Cargo ġġenerat biss telf, ma hemm l-ebda evidenza għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni biex turi li s-suppożizzjonijiet sottostanti tal-pjanijiet ta’ nofs it-terminu tal-2015 jew tal-2016 kienu manifestament żbaljati. Barra minn hekk, il-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2015 introduċa miżuri għar-riforma ta’ DB Cargo fi ħdan il-programm “Zukunft Bahn”.

(391)

Filwaqt li l-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mas-suq f’punti strateġiċi fiż-żmien, jiġifieri (i) l-iffirmar tal-PLTA, (ii) it-tmiem tad-durata inizjali ta’ 5 snin tal-PLTA, u (iii) wara l-istudju SWL, is-sostituzzjoni tal-ġestjoni ta’ DB Cargo u l-introduzzjoni tal-programm “Starke Cargo”, il-Kummissjoni stmat ukoll il-valur tal-ekwità ta’ DB Cargo abbażi tal-pjanijiet ta’ nofs it-terminu ta’ snin oħra. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li abbażi tal-pjanijiet ta’ nofs it-terminu tal-2013 u tal-2014, il-VPN kien ikun ta’ EUR 2 075 miljun u EUR 5 555 miljun, rispettivament.

(392)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kopertura tat-telf taħt il-PLTA b’effett minn tmiem l-2016, jiġifieri mal-iskadenza tat-terminu inizjali tiegħu, ma pprovdietx vantaġġ ekonomiku lil DB Cargo.

5.1.3.1.3.   Perjodu mill-2020

(393)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni vvalutat jekk DB AG aġixxietx kif kien jagħmel operatur f’ekonomija tas-suq billi tkopri t-telf wara li tkun diġà implimentat miżuri oħra biex tindirizza t-telf kontinwu ta’ DB Cargo, jiġifieri billi tikkummissjona l-istudju SWL, tintroduċi l-programm “Starke Cargo” u tissostitwixxi t-tim maniġerjali (ara l-premessi 61 u 66). Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat il-konformità mas-suq abbażi tal-pjan ta’ nofs it-terminu tas-sena 2020.

(394)

Il-Kummissjoni vvalutat il-valur tal-ekwità ta’ DB Cargo, skont il-metodoloġija deskritta fil-premessi 378 u 379 u abbażi tad-data inkluża fil-pjanijiet ta’ nofs it-terminu tal-2020 u tal-2021. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-VPN tal-valur tal-ekwità ta’ DB Cargo li jirriżulta mill-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020 u kkalkulat skont il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni huwa negattiv, madwar EUR -441 miljun. Madankollu, dan huwa mingħajr ma jitqies il-benefiċċju potenzjali tat-tassazzjoni (ara l-premessa 43). Bl-użu ta’ approċċ konservattiv għall-istima tat-tarka tat-taxxa bl-użu tar-rata tat-tassazzjoni ta’ 30,5 % (150) indikata fir-rapporti annwali tal-grupp DB tal-2020 u tal-2021 (151), il-Kummissjoni stmat li l-valur tal-ekwità ta’ DB Cargo f’termini tal-VPN kien ta’ madwar EUR -259 miljun abbażi tal-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020 (li jkopri s-snin 2021-2025) (152). Dan ifisser li investitur iġarrab telf għal investiment fil-kumpanija abbażi tal-previżjonijiet tan-negozju inklużi fil-pjanijiet ta’ nofs it-terminu. Il-Kummissjoni tinnota f’dan ir-rigward li l-pandemija tal-COVID-19 żiedet ukoll il-kobor tat-telf ta’ DB Cargo. Madankollu, il-ħsara mill-pandemija tal-COVID-19 mhijiex l-uniku sors tat-telf u l-Kummissjoni tifhem li l-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020 diġà jinkorpora kontromiżuri li jikkumpensaw madwar żewġ terzi tal-ħsara.

(395)

Il-Kummissjoni tfakkar li, kif deskritt fil-premessa 66, fid-dawl taż-żieda fit-telf (ara Tabella 4), DB AG daħħlet maniġment ġdid f’DB Cargo fl-2020, kif ukoll introduċiet programm biex il-kumpanija terġa’ lura għall-vijabbiltà, li diġà kien inkluż fil-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2019 (“Starke Schiene”, rispettivament fir-rigward ta’ DB Cargo: “Starke Cargo”). Dan ifisser li l-azzjonist f’DB Cargo kien diġà ħa diversi passi (u mhux għall-ewwel darba, peress li programmi oħra kienu tnedew qabel, pereżempju “Zukunft Bahn”) biex jibdel lil DB Cargo għalkemm mingħajr suċċess. Huwa għalhekk li l-kumpanija omm setgħet tistenna titjib fil-pożizzjoni finanzjarja ta’ DB Cargo, jew, b’kont meħud tal-impatt negattiv tal-pandemija tal-COVID-19, mill-inqas mhux deterjorament ċar tal-istatus quo. Madankollu, minkejja l-azzjonijiet preċedenti kollha, il-valur ta’ DB Cargo ddeterjora u sar negattiv fil-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020. Huwa ċar ukoll mill-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020 li l-programm “Starke Cargo”, li kien strateġija bbażata fuq it-tkabbir tal-volum, ma setax jinkiseb aktar peress li l-volumi mbassra fil-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020 baqgħu għall-perjodu kollu ta’ ppjanar taħt il-volumi mbassra fil-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2019, li introduċa l-programm “Starke Cargo”.

(396)

Il-Kummissjoni tinnota li l-pjanijiet ta’ nofs it-terminu ta’ DB Cargo mħejjija mill-2015 jinkludu l-identifikazzjoni ta’ riskji u opportunitajiet addizzjonali bi probabbiltà li jimmaterjalizzaw ta’ aktar minn 40 %; dawn mhumiex inklużi fix-xenarju ta’ referenza iżda madankollu huma identifikati minħabba l-plawżibbiltà tal-okkorrenza tagħhom. Il-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020 ma kien jinkludi l-ebda opportunità addizzjonali bħal din. Madankollu, identifika riskji addizzjonali (ara l-premessa 58). Dawk ir-riskji kienu ta’ natura sinifikanti, peress li kienu jfissru impatt negattiv akkumulat fuq l-EBIT ta’ DB Cargo Group għall-perjodu ta’ ppjanar ta’ EUR -417 miljun (ara Illustrazzjoni 3), li jfisser li jekk dawk ir-riskji identifikati jimmaterjalizzaw, l-EBIT negattiv previst għall-perjodu jiżdied b’madwar 65 %. Dak ifisser li kien raġonevoli li wieħed jassumi li kwalunkwe devjazzjoni mill-pjan tkun negattiva u mhux pożittiva. Għalhekk hemm riskju li DB Cargo jerġa’ jkollha prestazzjoni agħar minn dik mistennija, minkejja li diġà kien previst li se tiġġenera redditu negattiv għall-azzjonist. Azzjonist diliġenti jqis ukoll dan ir-riskju ta’ prestazzjoni agħar minn dik mistennija.

(397)

Barra minn hekk, fl-2019, ġie kkummissjonat studju biex jinstabu soluzzjonijiet biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet tas-segment tal-SWL, li ma kienx qed jagħmel telf strutturalment biss, iżda fil-fatt kien l-akbar kontributur għat-telf annwali ta’ DB Cargo (ara Tabella 6), (ara l-premessa 61). Dak l-istudju kien datat Ottubru 2019 u emendat, sa ċertu punt, f’Jannar 2020. Għalhekk, kien disponibbli biex jiġu infurmati d-deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu għas-segment tal-SWL. Il-Kummissjoni tinnota, fir-rigward tas-sejbiet tal-istudju SWL, li erbgħa mis-sitt kriterji użati biex jiġu vvalutati l-għażliet strateġiċi potenzjali kienu relatati mal-kriterji tal-politika pubblika (153). Il-Kummissjoni tqis li azzjonist privat ma kienx iqis la l-benefiċċji għall-ekonomija nazzjonali u lanqas il-benefiċċji ekoloġiċi bħala kriterji deċiżivi għall-analiżi tiegħu. Bl-istess mod, ir-responsabbiltà speċjali għaż-żamma tal-persunal ta’ DB Cargo bħala kumpanija tal-Istat mhijiex kunsiderazzjoni li tkun rilevanti għal azzjonist privat. Barra minn hekk, l-impatt li l-għażla magħżula jkollha fuq is-sistema ferrovjarja (domestika u Ewropea) jidher li huwa wkoll aktar rilevanti għall-Istat peress li jikkonċerna l-infrastruttura iżda wkoll il-qasma modali (pereżempju tivvaluta b’mod pożittiv bidla modali lejn it-trasport ferrovjarju). Minkejja dan jidher li tinkludi wkoll ċerti aspetti importanti għal azzjonist privat, bħall-impatt fuq segmenti oħra, jiġifieri it-treni blokka u t-trasport ikkombinat. Żewġ kriterji biss, jiġifieri l-pożizzjonament strateġiku ta’ DB Cargo u l-finanzi ta’ DB Cargo, kienu jitqiesu bħala kriterji minn investitur privat (ara l-premessa 64). L-aktar importanti minn dawk iż-żewġ kriterji huwa l-impatt fuq il-finanzi ta’ DB Cargo, minħabba li fl-aħħar mill-aħħar dan huwa l-bażi għall-ħolqien tal-valur għall-azzjonist. F’dan ir-rigward, kif muri f’Illustrazzjoni 4, it-tnaqqis fis-segment tan-negozju tal-SWL kien ikun l-għażla bl-aktar impatt pożittiv fuq il-finanzi ta’ DB Cargo.

(398)

Madankollu, intgħażlet strateġija differenti. Dik kienet strateġija li, filwaqt li diġà tinkludi d-dħul mill-għajnuna mill-Istat lis-segment tal-SWL (ara l-premessa 68) xorta tirriżulta f’dak is-segment li jibqa’ jagħmel telf perenni fuq livell operattiv (jiġifieri l-EBIT), kif muri f’Illustrazzjoni 5 (fil-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2021, iċ-ċifra ġiet riveduta għas-segment tal-SWL li jibda jiġġenera EBIT pożittiv fl-2026, madankollu abbażi ta’ appoġġ finanzjarju sinifikanti u kontinwu mill-Istat, ara Illustrazzjoni 7).

(399)

Il-Kummissjoni tifhem li hemm l-argument li din l-għażla saret parzjalment biex ma jinkisrux il-konnessjonijiet tan-network (ara l-premessa 66) biex jiġi evitat li jiġu kkawżati konsegwenzi negattivi fuq in-network (u għalhekk żieda fil-kostijiet), li jidher li huwa tħassib leġittimu. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-pjan ta’ ristrutturar attwali, madankollu wara l-avvenimenti tal-2021, jipprevedi preċiżament bidliet fis-sistema tal-produzzjoni li jxolju l-interkonnessjonijiet bejn is-segmenti tan-negozju (ara l-premessa 262), kif meħtieġ, li jistgħu jixħtu dubji dwar kemm kien raġonevoli li ma ntgħażilx qabel ix-xenarju ta’ fokus.

(400)

Barra minn hekk, il-pjan jidher li ma jinkludix biss għajnuna li tirriżulta mill-iskema li tikkonċerna l-“Anlagenpreisförderung” (appoġġ għall-kompożizzjoni tal-ferroviji) iżda għajnuna addizzjonali għan-negozju tal-SWL, minħabba li l-ammont ta’ EUR 246 miljun f’Illustrazzjoni 6 jaqbeż il-baġit kollu ta’ dik l-iskema ta’ EUR 200 miljun (ara l-premessa 67). L-għajnuna addizzjonali mmaterjalizzat biss fl-2024 (ara n-nota 74 f’qiegħ il-paġna) u għalhekk huwa dubjuż ħafna kemm kienet raġonevoli l-inklużjoni ta’ tali flussi ta’ dħul fl-ippjanar.

(401)

Il-Kummissjoni vvalutat ukoll il-VPN abbażi tal-pjanijiet ta’ nofs it-terminu bejn it-tmiem tad-durata inizjali tal-PLTA u l-2020, jiġifieri l-pjanijiet ta’ nofs it-terminu mill-2017 sal-2019. Il-Kummissjoni tinnota li l-VPN tal-ekwità ta’ DB Cargo, ibbażat fuq il-pjanijiet ta’ nofs it-terminu tal-2017 u tal-2018, kien ikun pożittiv b’madwar EUR 1 888 miljun fl-2017 u madwar EUR 1 883 miljun fl-2018. Madankollu, il-VPN ibbażat fuq il-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2019 mhuwiex konklużiv. Abbażi tal-metodoloġija deskritta fil-premessi 378 u 379, il-VPN kien ikun negattiv b’madwar EUR -108 miljun. Madankollu, kif deskritt fil-premessa 407, abbażi ta’ metodoloġija kemxejn differenti, l-ekwità ta’ DB Cargo bħala VPN kienet tkun kemxejn pożittiva b’madwar EUR 34 miljun. Għalhekk, il-valutazzjoni bbażata fuq il-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2019 hija inkonklużiva, bl-effett li l-Kummissjoni ma tistax tikkonferma li diġà fid-dawl ta’ dak il-pjan ta’ nofs it-terminu, azzjonist privat razzjonali kien itemm il-PLTA. Madankollu, dak il-pjan ta’ nofs it-terminu diġà juri xejra negattiva.

(402)

Abbażi tar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, u fl-isfond tat-telf dejjem jiżdied ta’ DB Cargo, u l-fatt li miżuri oħra bħal bidla fil-maniġment u fl-istrateġija tan-negozju kienu diġà ġew introdotti, operatur prudenti f’ekonomija tas-suq kien itemm il-PLTA biex itemm l-impatt negattiv tat-telf trasferit lill-kumpanija omm kif ukoll bħala mezz biex ikompli jiddixxiplina l-kumpanija billi jwassalha tfittex sorsi differenti ta’ finanzjament (154).

(403)

Għalhekk, minħabba l-perjodu ta’ avviż ta’ 3 xhur qabel tmiem is-sena fiskali (ara l-premessa 51) u ż-żmien tat-tħejjija tal-pjanijiet ta’ nofs it-terminu u l-preżentazzjoni lill-Bord Superviżorju ta’ DB Cargo, u lil DB AG (ara l-premessa 54), id-deċiżjoni dwar it-terminazzjoni tal-PLTA l-aktar kmieni wara t-tħejjija tal-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020 kienet tkun effettiva fi tmiem l-2021, u t-telf imġarrab minn DB Cargo fl-2022 ma kienx jibqa’ kopert awtomatikament.

(404)

Fir-rigward tal-ewwel rapport ta’ E.CA u t-tieni rapport ta’ E.CA, il-Kummissjoni tinnota li t-tieni rapport ta’ E.CA biss jinkludi kwantifikazzjoni tal-profittabbiltà (f’termini tal-Valur Preżenti Nett) għall-azzjonist ta’ DB Cargo. Barra minn hekk, ir-rapporti ġew ikkummissjonati ex post wara li ġie kopert it-telf, b’tali mod li huma provi prodotti wara li l-azzjonist ħa d-deċiżjoni li jkopri t-telf inkwistjoni.

(405)

Il-Kummissjoni tinnota li t-tieni rapport ta’ E.CA juża metodoloġija kemxejn differenti biex jikkalkula l-VPN ta’ DB Cargo billi juża Flussi ta’ Flus Liberi lid-Ditta (FCFF, Free Cash Flows to the Firm), FCFF lil DB AG, f’dan il-każ. Peress li r-rapport ta’ E.CA ma kopriex il-perjodu tal-2019 jew wara fil-valutazzjoni kwantitattiva tiegħu, il-Kummissjoni kkalkulat il-VPN ibbażat ukoll fuq l-FCFF bl-użu tal-istess suppożizzjonijiet dwar il-benefiċċji tat-taxxa u r-rata ta’ skont (WACC wara t-taxxa tas-segment tat-trasport tal-merkanzija u tal-loġistika) bħal fir-rapport ta’ E.CA (ara l-premessi 126 u 127).

(406)

Kif inhu normali meta jiġi ddeterminat il-valur tal-ekwità meta jintuża l-FCFF bħala bażi għall-NPV, il-Kummissjoni kkalkulat id-differenza bejn il-valur tal-intrapriża terminali u d-dejn nett bħala l-valur terminali tal-ekwità ta’ DB Cargo (155).

(407)

Abbażi tal-metodoloġija deskritta fil-premessi 405 u 406, il-valur tal-ekwità ta’ DB Cargo bħala VPN fl-2019 kien ikun ta’ madwar EUR 34 miljun, madwar EUR - 1 852 miljun fl-2020, u madwar EUR - 1 445 miljun fl-2021. Anki jekk wieħed iqis b’mod pożittiv l-evitar ta’ madwar EUR 1,5 biljun f’kostijiet tal-ħruġ għas-segment tal-SWL, kif stmat fit-tieni rapport ta’ E.CA, il-valur tal-ekwità ta’ DB Cargo xorta jibqa’ negattiv. Għalhekk, l-użu ta’ din il-metodoloġija differenti ma jpoġġix f’dubju s-sejbiet li investitur prudenti f’ekonomija tas-suq kien itemm il-PLTA b’effett minn tmiem l-2021.

(408)

Fir-rigward tal-argument tal-Ġermanja li azzjonist eżistenti jaġixxi b’mod differenti minn investitur ġdid (ara l-premessa 116), il-Kummissjoni, b’mod ġenerali, taqbel li dan huwa l-każ. Il-Kummissjoni tqis ukoll il-pożizzjoni tagħha ta’ hawn fuq, minħabba l-fatt li DB Cargo ma kienet ittrasferiet l-ebda profitt lil DB AG mill-2008 u kienet iġġenerat biss telf li kellu jiġi kopert mill-kumpanija omm tagħha (ara Tabella 4). Il-Kummissjoni taqbel ukoll li azzjonist eżistenti kien iqis in-nuqqas kontinwu ta’ DB Cargo li tilħaq il-miri ta’ prestazzjoni tagħha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni tinnota li f’dan ir-rigward DB AG għamlet sforzi li huma disponibbli għal azzjonist eżistenti, jiġifieri introduċiet programmi ta’ ristrutturar jew biddlet il-maniġment ta’ DB Cargo, biex terġa’ tagħmel lil DB Cargo vijabbli. Huwa raġonevoli li jiġi kkunsidrat li azzjonist eżistenti, anki minħabba l-vantaġġi tal-unità fiskali, kien jagħmel ukoll sforzi bħal dawn. Madankollu, ma kienx jagħmel dan b’mod indefinit, b’mod partikolari meta l-isforzi naqsu milli jipprovdu riżultati pożittivi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li diġà abbażi tal-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2019, il-valur tal-ekwità ta’ DB Cargo bħala VPN kien ikun madwar żero u jkompli jiddeterjora, minkejja l-isforzi preċedenti kollha li saru, għal valur negattiv mal-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020. Dan ifisser li l-ebda azzjoni li ttieħdet fil-passat, diġà mill-2015 ’il quddiem bil-programm “Zukunft Bahn”, ma kienet irnexxiet. Għalhekk, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li azzjonist privat razzjonali kien itemm il-PLTA ladarba l-valur tal-investiment tiegħu, anki skont is-suppożizzjonijiet tal-pjan u mingħajr ma jitqiesu r-riżultati storiċi attwali, isir negattiv b’mod ċar.

(409)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument tal-Ġermanja li l-Kummissjoni aċċettat f’każ ieħor kumpens ta’ telf pluriennali bħala li ma jagħtix vantaġġ ekonomiku (ara l-premessa 115, il-Kummissjoni tfakkar li l-valutazzjoni tagħha trid tkun ibbażata biss fuq il-fatti tal-każ speċifiku. Għalhekk, l-argument huwa irrilevanti. Minkejja dan, il-każ imsemmi mill-Ġermanja kien jikkonċerna l-ajruporti ta’ Berlin Schönefeld, Tegel u Tempelhof. F’dak il-każ, il-Kummissjoni nnutat fil-premessa 179 tad-Deċiżjoni tagħha li l-miżuri ma jikkostitwixxux għajnuna li biha “benefiċċji fit-tul – il-ftuħ b’suċċess u l-operat profittabbli ta’ ajruport uniku ġdid għall-agglomerazzjoni ta’ Berlin (flimkien mal-profitti mistennija mill-operazzjonijiet ta’ Schönefeld wara xi snin ta’ implimentazzjoni tal-istrateġija LCC) – jistgħu jkunu mistennija minn FBS li jaqbżu t-telf akkumulat minn Schönefeld qabel il-ftuħ ta’ BER”. F’dan il-kuntest, is-sitwazzjoni ta’ DB Cargo, li ma kellha l-ebda bidla fit-tul sinifikanti mistennija, bħall-ftuħ tal-ajruport Berlin-Brandenburg (BER), ma hija bl-ebda mod komparabbli ma’ dik tal-każ imsemmi mill-Ġermanja.

(410)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li, wara l-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020, investitur f’ekonomija tas-suq kien itemm il-PLTA b’effett minn tmiem l-2021. Dan ifisser li l-kopertura awtomatika tat-telf tas-snin 2022 u ta’ wara tagħti vantaġġ ekonomiku lil DB Cargo li, flimkien mas-sussidjarji tagħha li t-telf jew il-profitti tagħhom DB Cargo tikkonsolida fil-kontijiet korporattivi tagħha, hija l-benefiċjarju ta’ tali vantaġġ.

(411)

Kif iddikjarat il-Qorti, meta tkun involuta għajnuna individwali, l-identifikazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku hija, fil-prinċipju, biżżejjed biex tappoġġa l-preżunzjoni li miżura hija selettiva (156). Dan huwa l-każ irrispettivament minn jekk hemmx operaturi fis-swieq rilevanti li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. Peress li dan il-vantaġġ jingħata biss lil DB Cargo bħala l-uniku benefiċjarju, il-vantaġġ ekonomiku huwa selettiv.

5.1.3.2.   Kopertura parzjali mill-BEV tar-remunerazzjoni tal-impjegati taċ-ċivil impjegati minn DB Cargo (“Miżura 4”)

(412)

L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jinkludi miżuri li, taħt forom differenti, inaqqsu l-piżijiet li normalment għandhom jitħallsu minn impriża u għalhekk ma humiex sussidji fis-sens strett tat-terminu iżda huma simili għalihom fin-natura u fl-effett tagħhom (157). L-Artikolu 107(1) tat-TFUE ma jagħmilx distinzjoni bejn il-miżuri ta’ intervent Statali b’referenza għall-kawżi jew l-għanijiet tagħhom iżda jiddefinihom skont l-effetti tagħhom (158).

(413)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Miżura 4 tirriżulta f’sistema fejn l-uffiċjali ferrovjarji kollha li qabel kienu impjegati minn ferroviji pubbliċi Ġermaniżi ġew ittrasferiti lil entità speċifika tal-Istat li rriżultat minn fużjoni bejn Deutsche Bundesbahn u Deutsche Reichsbahn – BEV – li hija responsabbli għall-ħlas tas-salarji u benefiċċji oħra direttament lill-uffiċjali rilevanti. BEV tamministra wkoll il-fond tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-uffiċjali ferrovjarji u l-pensjonijiet tal-persunal irtirat. Din is-sistema ġiet stabbilita fil-mument tal-ħolqien ta’ DB AG bħala kumpanija ferrovjarja federali ġdida stabbilita skont id-dritt privat fl-1994, jiġifieri 13-il sena qabel il-liberalizzazzjoni sħiħa tas-suq tal-merkanzija bil-ferrovija fl-2007, u minn dak iż-żmien ma ġietx modifikata b’mod sostanzjali (il-premessa 77) (159).

(414)

Abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 143a tal-Kostituzzjoni Federali Ġermaniża u §§ 12, 21 u 23 tad-DBGrG, l-uffiċjali ferrovjarji formalment impjegati minn BEV huma assenjati lil DB AG bi ħlas, li l-ammont tiegħu huwa kkalkulat individwalment u b’mod konkret għal kull ħaddiem assenjat u mħallas kull sena minn DB AG lil BEV. DB AG talloka uffiċjali ferrovjarji assenjati lilha lis-sussidjarji tagħha, inkluż lil DB Cargo. DB Cargo qed tħallas lura l-kostijiet tal-persunal għall-uffiċjali ferrovjarji lil DB AG, li tittrasferixxi dak il-pagament lil BEV.

(415)

Barra minn hekk, l-evidenza ppreżentata mill-Ġermanja turi li BEV kienet qed tassenja wkoll uffiċjali ferrovjarji lil impriżi oħra li huma kompetituri ta’ DB AG. Dawn l-assenjazzjonijiet limitati huma volontarji, fis-sens li ma humiex ibbażati fuq id-dispożizzjonijiet tad-DBGrG iżda esklużivament fuq id-dispożizzjonijiet ta’ § 29 tal-BBG, li jirrikjedi l-kunsens tal-uffiċjal rilevanti (ara l-premessa 77).

(416)

Abbażi ta’ §§ 21(1) u 23 tad-DBGrG, il-pagamenti li għandhom isiru minn DB AG lil BEV għal kull uffiċjal ferrovjarju individwali assenjat għandhom jiġu kkalkulati skont il-prinċipju “als-ob-Kosten” (“kostijiet daqslikieku”), li jfisser li l-ammont tiegħu huwa bbażat fuq il-kostijiet tal-persunal tal-ħaddiema komparabbli ta’ DB AG reklutati fis-suq tax-xogħol, daqslikieku l-uffiċjali assenjati ġew reklutati ġodda minn DB AG. Dawk il-pagamenti jinkludu l-elementi kollha tar-remunerazzjoni ta’ ħaddiem impjegat skont ftehim kollettiv rilevanti, jiġifieri paga bażika u allowances rilevanti u l-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem għal skemi obbligatorji ta’ sigurtà soċjali. Dawk il-kontribuzzjonijiet jikkonċernaw, b’mod partikolari, l-iskemi tal-pensjonijiet, l-assigurazzjoni tas-saħħa, tal-aċċidenti u tal-qgħad, l-imposta għall-kura fit-tul, l-imposta tal-maternità u l-imposta fuq l-insolvenza. Bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-prinċipju, diversi imposti u levies li ġew introdotti wara l-ħolqien ta’ DB AG u li huma parti mill-kostijiet tal-persunal tal-ħaddiema kuntrattwali jiżdiedu wkoll mal-kostijiet li DB AG tirrimborża lil BEV. Min-naħa l-oħra, il-kostijiet li jirriżultaw mid-differenzi strutturali fir-remunerazzjoni u l-karatteristiċi speċjali tal-liġi tas-servizz pubbliku meta mqabbla mal-liġi privata tax-xogħol huma koperti minn BEV. Fl-aħħar nett, il-pagamenti lil BEV jinkludu wkoll kostijiet relatati mal-amministrazzjoni tar-riżorsi umani (il-premessa 79).

(417)

Ir-regoli deskritti fil-premessa 416 japplikaw ukoll għal DB Cargo, li tirrimborża lil DB AG il-kostijiet tal-persunal tal-uffiċjali ferrovjarji allokati lilha. Il-Ġermanja pprovdiet evidenza relatata mal-implimentazzjoni tal-prinċipju “als-ob-Kosten” fil-prattika fi ħdan DB Cargo, fil-forma ta’ tabelli li jqabblu n-nefqa tal-persunal għal ħaddiema kuntrattwali individwali impjegati direttament fis-suq tax-xogħol man-nefqa tal-persunal għall-uffiċjali assenjati minn BEV f’sitwazzjoni professjonali simili (età, funzjonijiet, kwalifiki u grupp ta’ paga simili). L-evidenza pprovduta turi li l-kostijiet tal-persunal tal-ħaddiema kuntrattwali rilevanti u l-kostijiet tal-persunal li DB Cargo – permezz ta’ DB AG – trid tħallas lil BEV bi skambju għall-uffiċjali assenjati huma kkalkulati skont l-istess metodoloġija, jinkludu l-istess elementi, b’mod partikolari l-istess sehem tal-impjegaturi tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali u huma, fl-aħħar mill-aħħar, ta’ ammont simili. Bħala konklużjoni, bħala riżultat tal-implimentazzjoni tal-prinċipju “als-ob-Kosten”, il-kostijiet tal-persunal li DB Cargo trid tirrimborża lil BEV għall-uffiċjali ferrovjarji assenjati jirriflettu l-prezz tas-suq għall-persunal bi kwalifiki rilevanti.

(418)

Barra minn hekk, intwera mill-Ġermanja li BEV kienet qed tassenja uffiċjali ferrovjarji lil aġenziji statali oħra u, l-aktar importanti, lill-kompetituri ta’ DB AG. F’każijiet bħal dawn, bl-istess mod bħal fil-każ ta’ DB AG u DB Cargo, BEV kienet qed tkopri l-parti tal-kostijiet tal-persunal li huma speċifiċi għar-reġim statutorju tal-uffiċjali kkonċernati abbażi ta’ ftehimiet konklużi individwalment li jirriflettu l-prinċipju “als-ob-Kosten” kif stabbilit f’§ 21(1) tad-DBGrG (160). B’konsegwenza ta’ dan, dawk il-kostijiet speċifiċi tal-persunal ma humiex ta’ piż fuq il-baġits tal-impriża rilevanti. Filwaqt li din il-prattika hija limitata, turi li, bħala kwistjoni ta’ prinċipju, l-assenjazzjonijiet ta’ uffiċjali ferrovjarji impjegati minn BEV — kemm jekk lil DB AG kif ukoll lill-kompetituri tagħha – isiru bi prezz tas-suq.

(419)

Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet tal-ilmentatur, il-Miżura 4 hija differenti b’mod sinifikanti mill-miżura vvalutata mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni 2012/540/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 25/08 (ex NN 23/08) — riforma tal-arranġamenti għall-finanzjament tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-impjegati taċ-ċivil li jaħdmu għal France Télécom implimentata mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom (161) (“id-Deċiżjoni Orange”), ikkonfermata mill-Qrati tal-Unjoni (162). L-ewwel nett, il-miżura eżaminata f’din id-deċiżjoni kienet liġi applikabbli biss għal France Télécom (li s-suċċessur tagħha hija Orange) li, bħala dipartiment preċedenti tal-Ministeru tal-Posta, tat-Telegrafi u tat-Telefons, kienet l-unika impjegatur tal-impjegati taċ-ċivil ta’ tali Ministeru li għalih, flimkien ma’ La Poste, l-Istat Franċiż kien obbligat li jiżgura l-ħlas tal-pensjonijiet (163). Il-miżura kienet tikkonsisti f’modifika tal-liġi ad hoc ta’ France Télécom tal-1990 (164) li kienet tipprevedi, fost l-oħrajn, obbligu għal France Télécom li tħallas lura lill-Istat il-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil impjegati minn France Télécom. Il-modifika introdotta fl-1996 ħelset lil France Télécom mill-obbligazzjoni tal-pensjoni għall-piż stmat tas-servizzjar eventwali tal-pensjonijiet, filwaqt li lliberat ukoll il-provvedimenti kontabilistiċi meħtieġa assenjati biex jiffaċċjaw ir-responsabbiltà, u naqqset b’mod sinifikanti l-ammont ta’ dak il-kumpens, u b’hekk poġġiet lil France Télécom f’pożizzjoni aktar favorevoli minn dik li tirriżulta mil-liġi tal-1990. It-tieni nett, il-Kummissjoni osservat li l-miżura eżaminata fid-Deċiżjoni Orange ma kinitx tiżgura li l-imposti soċjali mħallsa minn France Télécom kienu ekwivalenti għal dawk tal-kompetituri tagħha. B’mod partikolari, il-kontribuzzjoni mħallsa minn France Télécom ġiet ikkalkulata abbażi ta’ rata li tinkludi biss il-kontribuzzjonijiet li jikkorrispondu għar-riskji komuni tal-impjegati soġġetti għal-liġi privata komuni tax-xogħol u għall-impjegati taċ-ċivil u, b’riżultat ta’ dan, bl-esklużjoni tal-kontribuzzjonijiet li jikkorrispondu għar-riskji mhux komuni li l-kompetituri — jew France Télécom għall-persunal mhux taċ-ċivil — kellhom jikkontribwixxu għalihom, bħal qgħad jew nuqqas ta’ ħlas ta’ pagi f’każ ta’ insolvenza tal-impjegatur.

(420)

B’kuntrast qawwi, il-Miżura 4 hija parti minn sistema li fiha l-uffiċjali ferrovjarji tal-Istat ġew impjegati mill-bidu tal-proċess ta’ trasformazzjoni ferrovjarja Federali minn entità tal-Istat separata li kienet qed taġixxi bħala aġenzija li timpjegahom bl-istess kundizzjonijiet ta’ DB AG (u fl-aħħar mill-aħħar tas-sussidjarji tagħha) u tal-impriżi oħra. Dik is-sistema kienet applikabbli għal DB AG sa mill-ħolqien tagħha fl-1994 u qatt ma ġiet modifikata b’mod li jtejjeb is-sitwazzjoni ta’ DB AG jew tas-sussidjarji tagħha (165). Barra minn hekk, ir-remunerazzjoni li għandha titħallas bħala korrispettiv għall-forza tax-xogħol ipprovduta minn BEV kemm lil DB AG kif ukoll lill-kompetituri tagħha hija kkalkulata individwalment u b’mod konkret għal kull membru tal-persunal u tirrifletti l-kostijiet tas-suq ta’ persunal ikkwalifikat b’mod simili, peress li tinkludi l-elementi kollha tal-kostijiet li jitħallsu minn impjegatur għal tali persunal impjegat fis-suq. L-aktar importanti, ir-remunerazzjoni li għandha titħallas lil BEV tinkludi kontribuzzjonijiet għall-iskemi tas-sigurtà soċjali li jkopru r-riskji kollha mġarrba mill-impjegati tas-settur privat (ara l-premessa 416).

(421)

Bħala konklużjoni, il-Miżura 4 ma tistax titqies li tirriżulta f’vantaġġ selettiv skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE għal DB AG jew kumpaniji li jappartjenu għal grupp DB bħal DB Cargo.

(422)

Peress li l-eżistenza ta’ vantaġġ, li hija waħda mill-kundizzjonijiet kumulattivi għall-eżistenza ta’ għajnuna, ma tistax tiġi stabbilita, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 4 ma tinvolvix għajnuna mill-Istat.

5.1.4.   Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(423)

Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE ġeneralment tinstab li teżisti meta l-Istat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f’settur liberalizzat fejn ikun hemm, jew jista’ jkun hemm, kompetizzjoni (166). DB Cargo tipprovdi servizzi tal-merkanzija bil-ferrovija fil-Ġermanja u fi Stati Membri oħra, fejn impriżi oħra jipprovdu tali servizzi f’kompetizzjoni ma’ DB Cargo, b’mod partikolari wara l-liberalizzazzjoni tas-servizzi tal-merkanzija bil-ferrovija fis-suq intern (ara n-nota 39 f’qiegħ il-paġna). Minn dan isegwi li l-Miżura 1, sa fejn jinstab li tipprovdi vantaġġ selettiv lil DB Cargo, tista’ twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

5.1.5.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna

(424)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 5.15.1, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 1 tinvolvi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022. B’kuntrast ma’ dan, il-Miżuri 2, 3 u 4, kif ukoll il-Miżura 1 għall-perjodu sa tmiem l-2021, ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

5.2.   Għajnuna ġdida

(425)

Minkejja l-argumenti tal-Ġermanja relatati mal-kwalifika tal-erba’ miżuri investigati bħala għajnuna eżistenti, il-Kummissjoni trid teżamina bis-sħiħ, minn jeddha jekk il-miżura li hija kkwalifikat bħala li tagħti lok għal għajnuna mill-Istat, jiġifieri l-PLTA, hijiex għajnuna ġdida jew eżistenti.

(426)

Skont l-Artikolu 1, il-punt (c), tar-Regolament Proċedurali, għajnuna ġdida tfisser l-għajnuna kollha li ma hijiex għajnuna eżistenti, inkluż alterazzjonijiet għall-għajnuna eżistenti.

(427)

Il-PLTA taħt eżami ġie konkluż għal perjodu inizjali ta’ 5 snin li warajh ġie estiż awtomatikament fi tmiem kull sena finanzjarja għal sena addizzjonali waħda (ara l-premessa 51). L-analiżi tal-konformità mas-suq tal-PLTA wriet li l-PLTA ta vantaġġ selettiv lil DB Cargo li jibda biss mill-2022 (ara l-premessa 393 sa 411) u li huwa biss minn dak il-mument li l-PLTA jista’ jitqies bħala miżura ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(428)

F’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita, l-estensjoni tat-tul ta’ żmien tal-għajnuna eżistenti toħloq għajnuna ġdida li hija distinta mill-għajnuna li ġiet estiża (167), b’mod partikolari meta dik l-estensjoni tkun akkumpanjata minn żieda fil-baġit biex tappoġġaha (168). Għalhekk, fir-rigward tal-argument imressaq mill-Ġermanja li skontu l-PLTA tal-2012 kien sempliċi estensjoni tal-PLTAs preċedenti fis-seħħ mill-1999, il-Kummissjoni tinnota li l-PLTA huwa att legali distint b’mod ċar minn kwalunkwe ftehim simili preċedenti li kien ġie konkluż bejn DB Cargo u l-kumpanija omm tagħha; dan japplika f’perjodu ta’ żmien ġdid u jinvolvi riżorsi ġodda minn dawk mobilizzati taħt kwalunkwe ftehim preċedenti. L-istess japplika għall-estensjonijiet taċiti annwali tal-PLTA wara l-iskadenza tat-terminu inizjali tiegħu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-partijiet għal dak il-ftehim inbidlu wkoll fl-2016, wara l-fużjoni bejn DB AG u AB ML (il-premessi 14, 45 u 46), li tbiddel ukoll l-infurzabbiltà u l-bilanċ tal-interessi għall-partijiet tiegħu meta mqabbla ma’ ftehimiet preċedenti. B’riżultat ta’ dan, l-eżistenza ta’ kwalunkwe PLTA preċedenti li jkopri perjodi ta’ żmien differenti ma twassalx biex il-PLTA inkwistjoni (inkluż l-estensjonijiet taċiti tiegħu) jikkwalifika bħala għajnuna eżistenti.

(429)

Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Proċedurali ma huwiex applikabbli għall-PLTA. Fil-fatt, dik id-dispożizzjoni tapplika għal miżuri li ma kinux jikkostitwixxu għajnuna meta ddaħħlu fis-seħħ, u sussegwentement saru għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq intern, mingħajr ma nbidlu mill-Istat Membru. B’kuntrast ma’ dan, il-kontinwazzjoni tal-PLTA wasslet għal għajnuna mill-Istat mhux minħabba xi evoluzzjoni tas-suq intern iżda minħabba d-diffikultajiet intrinsiċi ta’ DB Cargo, li ssarrfu f’tali telf li l-kontinwazzjoni ta’ dak il-ftehim ma setgħetx tibqa’ titqies bħala konformi mas-suq (ara l-premessi 393 sa 411).

5.3.   Legalità tal-għajnuna

(430)

F’konformità mal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, jenħtieġ li kull pjan li jkun hemm sabiex tingħata għajnuna ġdida jkun mgħarraf lill-Kummissjoni u jenħtieġ li ma jidħolx fis-seħħ qabel jiġi awtorizzat mill-Kummissjoni. L-għajnuna li qed tiġi eżaminata ddaħħlet fis-seħħ permezz tal-ħolqien ta’ dritt infurzabbli għal DB Cargo li l-profitti jew it-telf effettivi tagħha mġarrba mill-2022 jiġu ttrasferiti lil DB AG, qabel l-approvazzjoni tagħha mill-Kummissjoni. L-awtoritajiet Ġermaniżi għalhekk kisru l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Għalhekk, il-Miżura 1, sa fejn tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat mill-2022, tikkostitwixxi għajnuna illegali.

5.4.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern

(431)

L-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE jipprevedi li l-għajnuna biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern meta dik l-għajnuna ma taffettwax b’mod avvers il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni.

(432)

Għalhekk, sabiex tkun tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE, l-għajnuna mill-Istat trid tissodisfa żewġ kundizzjonijiet: (i) trid tkun maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi, u (ii) ma tridx taffettwa b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jmur kontra l-interess komuni.

(433)

Iż-żewġ kundizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għall-fatt li d-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fuq dik il-bażi jridu jiżguraw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni (169).

(434)

Skont l-ewwel kundizzjoni, il-Kummissjoni teżamina jekk l-għajnuna hijiex maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi. Skont it-tieni kundizzjoni, il-Kummissjoni tibbilanċja l-effetti pożittivi tal-għajnuna proposta kontra l-effetti negattivi li l-għajnuna jista’ jkollha fuq is-suq intern (170).

(435)

Fil-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni stabbiliet il-kriterji li hija teżamina meta tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar ta’ kumpanija mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE (171). Fid-dawl tan-natura u l-għanijiet tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk l-għajnuna tikkonformax mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Linji Gwida R&R.

(436)

Meta teżamina jekk l-għajnuna għar-ristrutturar ikollhiex effett negattiv fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni, il-Kummissjoni twettaq test tal-ibbilanċjar skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE u l-Linji Gwida R&R. Meta twettaq dak it-test, jekk il-benefiċjarju jkun eliġibbli li jirċievi għajnuna għar-ristrutturar, il-Kummissjoni tiżen l-effetti pożittivi tal-għajnuna kontra l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri maħluqin mill-impatt tal-għajnuna mill-Istat. Meta tagħmel dik il-valutazzjoni, hija tqis il-ħtieġa għal intervent mill-Istat, l-adegwatezza, il-proporzjonalità, it-trasparenza tal-għajnuna u l-mitigazzjoni tal-effetti negattivi permezz tal-prinċipju “tal-ewwel u tal-aħħar darba” u l-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni stabbiliti fil-Linji Gwida R&R.

(437)

Kif imsemmi fil-premessa 433, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fi kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat iridu jiżguraw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tosserva li mill-investigazzjoni ma jirriżultax li l-għajnuna għar-ristrutturar jew il-kundizzjonijiet marbuta magħha, jew l-attivitajiet ekonomiċi ffaċilitati mill-għajnuna, jistgħu jinvolvu ksur ta’ dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma bdietx proċedura kontra l-Ġermanja dwar ksur possibbli tad-dritt tal-Unjoni li jkollu rabta ma’ dan il-każ u lanqas ma rċeviet ilmenti jew informazzjoni li jistgħu jissuġġerixxu li l-għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet marbuta magħha jew l-attivitajiet ekonomiċi ffaċilitati mill-għajnuna jistgħu jmorru kontra d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, għajr l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE.

5.4.1.   Eliġibbiltà

(438)

Sabiex tkun eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturar, impriża trid tikkwalifika bħala impriża f’diffikultà skont it-taqsima 2.2 tal-Linji Gwida R&R. B’mod partikolari, il-punt 20 tal-Linji Gwida R&R jipprevedi li impriża titqies li tinsab f’diffikultà meta “fin-nuqqas ta’ intervent mill-Istat hija ser tkun kostretta tirrinunzja għall-attività tagħha fi żmien qasir jew medju”. Dan ikun il-każ meta sseħħ mill-inqas waħda miċ-ċirkostanzi deskritti fil-punt 20(a) sa (d) tal-Linji Gwida R&R. Skont il-punt 20(a) tal-Linji Gwida R&R, “fil-każ ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata, meta aktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha jkun għosfor minħabba telf akkumulat. Dan huwa l-każ meta t-tnaqqis tat-telf akkumulat mir-riżervi (u l-elementi l-oħra kollha ġeneralment ikkunsidrati bħala parti mill-fondi proprji tal-kumpanija) jwassal għal ammont kumulat negattiv li jeċċedi nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt”.

(439)

Kif jidher mit-Tabella 4, l-ekwità ta’ DB Cargo qabżet il-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha kull sena mill-2012. Madankollu, ir-raġuni għal dan hija l-eżistenza tat-trasferiment awtomatiku tat-telf skont il-PLTA. Peress li t-telf jiġi ttrasferit lil DB AG mingħajr ma jaffettwa l-karta tal-bilanċ ta’ DB Cargo, dan ma jkollux impatt negattiv fuq il-pożizzjoni tal-ekwità ta’ DB Cargo, li altrimenti jkollha tassorbi t-telf.

(440)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni sabet li t-trasferiment tat-telf taħt il-PLTA (kif estiż kull sena sa tmiem l-2024) li jibda bit-trasferiment tat-telf tas-sena 2022 ta vantaġġ ekonomiku lil DB Cargo u kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (ara l-premessi 410 u 424) mogħtija illegalment mill-Ġermanja (ara l-premessa 430).

(441)

Bħala tali, il-Kummissjoni tqis li t-trasferiment tat-telf tas-sena 2022 ħoloq distorsjoni fis-sitwazzjoni finanzjarja attwali ta’ DB Cargo kif rifless fil-kontijiet attwali tagħha, minħabba li l-pożizzjoni ta’ ekwità b’saħħitha ta’ DB Cargo fil-karta tal-bilanċ tagħha mhijiex dovuta għall-prestazzjoni finanzjarja tagħha stess iżda biss minħabba l-għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment, jiġifieri l-finanzjament mill-Istat li l-kumpanija ma kinitx tkun tista’ tikseb fuq is-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li, sabiex ikun hemm stampa finanzjarja realistika ta’ DB Cargo f’dak il-mument, jenħtieġ li wieħed jeskludi l-effetti ta’ dawn it-trasferimenti u jikkalkula l-ekwità aġġustata ta’ DB Cargo f’sitwazzjoni fejn it-telf kien jaffettwa l-ekwità ta’ DB Cargo. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tenfasizza li l-punt 20 tal-Linji Gwida R&R jikkmanda li wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni tal-benefiċjarju fin-nuqqas tal-għajnuna. L-impriża titqies li tinsab f’diffikultà meta, mingħajr intervent mill-Istat, kważi ċertament tkun ikkundannata li tfalli fi żmien qasir jew medju. Il-fatt li intervent mill-Istat partikolari kien strutturat b’tali mod li jipprevjeni t-telf tal-benefiċjarju milli jkun ta’ piż fuq il-karta tal-bilanċ tiegħu aktar milli biex jindirizza t-telf li kien diġà rikonoxxut f’dik il-karta tal-bilanċ, mhuwiex rilevanti dment li mingħajr dak l-intervent l-impriża kienet kważi ċertament tkun ikkundannata li tfalli.

(442)

Kif jista’ jidher mit-Tabella 4, il-pożizzjoni ta’ ekwità ta’ DB Cargo fi tmiem l-2021 kienet tammonta għal EUR 666 miljun. Peress li l-Kummissjoni tqis biss it-telf trasferit taħt il-Miżura 1 mill-2022 bħala għajnuna mill-Istat, il-pożizzjoni tal-ekwità tal-2021 għadha tirrappreżenta l-pożizzjoni finanzjarja attwali ta’ DB Cargo fin-nuqqas tal-għajnuna. Madankollu, it-telf ta’ DB Cargo tas-sena 2022 ammonta għal EUR 858 miljun. Jekk wieħed jiċċarġja dak it-telf lill-ekwità ta’ DB Cargo, il-pożizzjoni tal-ekwità ssir negattiva għal EUR -192 miljun. Għalhekk, DB Cargo kien ikollha ekwità negattiva. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li t-telf jakkumula matul is-sena, filwaqt li t-trasferiment tat-telf iseħħ biss fil-31 ta’ Diċembru ta’ sena. Għalhekk, DB Cargo kienet titlef aktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha f’xi punt matul l-2022. Għalhekk, fin-nuqqas tal-għajnuna, aktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt ta’ DB Cargo kien jogħsfor bħala riżultat ta’ telf akkumulat sa mhux aktar tard minn tmiem l-2022 u minn hemm ’il quddiem sa issa. DB Cargo għalhekk tikkwalifika bħala impriża f’diffikultà skont il-punt 20(a) tal-Linji Gwida R&R (172). Għalhekk, DB Cargo kważi ċertament tkun ikkundannata, mingħajr il-kontinwazzjoni tal-PLTA imputabbli għall-Ġermanja, li tfalli fi żmien qasir jew medju kif imsemmi fil-punt 20 tal-Linji Gwida R&R.

(443)

Skont il-punt 20(c) tal-Linji Gwida R&R, impriża tikkwalifika bħala impriża f’diffikultà meta tkun soġġetta għal proċedimenti kollettivi ta’ insolvenza jew tissodisfa l-kriterji skont il-liġi domestika tagħha biex titqiegħed fi proċedimenti kollettivi ta’ insolvenza fuq talba tal-kredituri tagħha. DB Cargo ma tinsabx fi proċedimenti kollettivi ta’ insolvenza u lanqas ma tissodisfa l-kriterji biex titqiegħed fi proċedimenti bħal dawn.

(444)

Skont il-punt 20(d) tal-Linji Gwida R&R, impriża tikkwalifika bħala impriża f’diffikultà fil-każ ta’ impriża li ma hijiex SME, meta, għall-aħħar sentejn: i). il-proporzjon ta’ dejn-ekwità kontabilistiku tal-impriża kien akbar minn 7,5 u ii) il-proporzjon ta’ kopertura tal-imgħax tal-EBITDA tal-impriża kien inqas minn 1,0.

(445)

DB Cargo ma hijiex SME. Fl-2022 u l-2021, DB Cargo kellha EBITDA negattiv ta’ madwar EUR -541 miljun fl-2022 u EUR -125 miljun fl-2021, abbażi tar-rapport annwali ppubblikat tagħha tal-2022, u b’hekk il-proporzjon ta’ kopertura tal-imgħax tagħha kien ikun negattiv. Minħabba l-ekwità negattiva mingħajr l-għajnuna fi tmiem l-2022, il-proporzjon ta’ dejn-ekwità ta’ DB Cargo kien ikun negattiv. Madankollu, fl-2021 il-proporzjonta’ dejn-ekwità tagħha, meta jitqies biss is-self, kien ta’ madwar 3,4. Għalhekk, il-punt 20(d) tal-Linji Gwida R&R ma jiġix issodisfat.

(446)

Skont il-punt 21 tal-Linji Gwida R&R, impriża maħluqa ġdida b’inqas minn 3 snin ta’ operat mhijiex eliġibbli għal għajnuna għar-ristrutturar. DB Cargo ilha topera taħt l-isem attwali tagħha u fil-forma korporattiva attwali tagħha mill-2016 (ara l-premessa 12(d)). Meta jitqiesu ismijiet differenti u forom korporattivi differenti, DB Cargo ilha attiva mill-1999 bħala sussidjarja (in)diretta ta’ DB AG (ara l-premessa 47). Għalhekk, DB Cargo ma hijiex impriża maħluqa ġdida.

(447)

Barra minn hekk, skont il-punt 22 tal-Linji Gwida R&R, kumpanija li tappartjeni għal grupp kummerċjali akbar normalment ma tkunx eliġibbli għal għajnuna għar-ristrutturar, ħlief meta jkun jista’ jintwera li d-diffikultajiet tal-kumpanija huma intrinsiċi u mhumiex ir-riżultat ta’ allokazzjoni arbitrarja tal-kostijiet fi ħdan il-grupp, u li d-diffikultajiet huma serji wisq biex jiġu indirizzati mill-grupp innifsu.

(448)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-għan tal-punt 22 tal-Linji Gwida R&R huwa li jiġi evitat li grupp ta’ impriżi jġiegħel lill-Istat iħallas il-kost ta’ pjan għar-ristrutturar ta’ waħda mill-impriżi li jappartjenu għall-grupp, meta dik l-impriża tkun f’diffikultà u l-grupp innifsu jkun ħoloq dawk id-diffikultajiet jew ikollu l-mezzi biex jindirizzahom waħdu. (173)

(449)

Kif deskritt fil-premessi 9 sa 14, DB Cargo hija parti mill-grupp DB u għalhekk parti minn grupp kummerċjali akbar. Madankollu, kif jidher ċar mill-premessa 60 u Tabella 6, it-telf ta’ DB Cargo jirriżulta mill-operat tagħha. B’mod partikolari, is-segment tan-negozju tal-SWL tagħha kien strutturalment jagħmel telf. Minħabba li d-diffikultajiet ta’ DB Cargo huma kkawżati mill-ġenerazzjoni kontinwa ta’ telf minħabba li ma taħdimx b’mod profittabbli, id-diffikultajiet tagħha huma intrinsiċi u mhux ir-riżultat ta’ allokazzjoni arbitrarja tal-kostijiet fi ħdan il-grupp DB, iż-żieda arbitrarja tal-kostijiet ta’ DB Cargo jew it-tnaqqis jew it-trasferiment tal-profitti tagħha lill-kumpaniji omm jew oħt tagħha.

(450)

Filwaqt li l-grupp DB, skont ir-rapporti annwali tiegħu tas-snin 2020 sa 2023, ilu jagħmel telf mill-2020 (EUR -5 707 miljun fl-2020, EUR -911 miljun fl-2021, EUR -227 miljun fl-2022, u EUR -2 351 miljun fl-2023), il-Kummissjoni tinnota li l-grupp fil-fatt indirizza d-diffikultajiet ta’ DB Cargo. Fil-fatt, it-telf kollu ta’ DB Cargo ġie ttrasferit lil DB AG u għalhekk DB Cargo kienet protetta mill-konsegwenzi tal-prestazzjoni negattiva tagħha. Għalkemm il-Kummissjoni tqis it-trasferiment tat-telf li jibda bit-telf tal-2022 bħala għajnuna mill-Istat, dan ma jbiddilx il-fatt li l-grupp kummerċjali akbar għen lil DB Cargo, għalkemm billi kien il-fornitur tal-għajnuna.

(451)

Il-Kummissjoni tfakkar li, kif deskritt fil-premessa 448, l-objettiv tal-punt 22 huwa li jiġi evitat li l-Istat iġarrab il-kostijiet ta’ ristrutturar, meta l-grupp ta’ impriżi li jappartjeni għalih il-benefiċjarju jkollu l-mezzi biex jagħmel dan. Filwaqt li d-diffikultajiet ta’ DB Cargo ġew indirizzati mill-grupp innifsu, il-Kummissjoni tinnota li l-grupp DB taffa d-diffikultajiet ta’ DB Cargo billi pprovda appoġġ li, filwaqt li tqies li ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat qabel l-2022, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat mill-2022. Iċ-ċirkostanzi ta’ DB AG u DB Cargo huma speċifiċi f’dan il-kuntest peress li l-kumpanija omm saret il-konċedent tal-għajnuna mill-Istat fl-2022. Ma hijiex sitwazzjoni, fejn, kif spjegat fil-premessa 448, grupp jittrasferixxi l-kostijiet tar-ristrutturar ta’ impriża li tappartjeni għall-grupp lill-Istat; minflok, għall-kuntrarju, il-grupp sar il-konċedent tal-għajnuna. F’dawn iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-grupp DB li huwa dak li jagħti l-għajnuna, il-grupp ma setax jagħmel aktar biex jindirizza d-diffikultajiet ta’ DB Cargo. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-fatt li DB Cargo tappartjeni għall-grupp DB mhuwiex ostaklu biex DB Cargo tkun eliġibbli għal għajnuna għar-ristrutturar skont il-punt 22 tal-Linji Gwida R&R.

5.4.2.   L-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi

(452)

Skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE, sabiex l-għajnuna mill-Istat titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, hija trid tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi.

(453)

F’dak ir-rigward, biex jintwera li l-għajnuna għar-ristrutturar hija maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ tali attivitajiet jew oqsma, l-Istat Membru li jagħti tali għajnuna jrid juri li l-għajnuna għandha l-għan li tipprevjeni tbatija soċjali jew tindirizza falliment tas-suq (ara t-taqsima 3.1.1 tal-Linji Gwida R&R) billi tirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-impriża (ara t-taqsima 3.1.2 tal-Linji Gwida R&R). Il-Kummissjoni tinnota li, kif rikonoxxut fil-punt 43 tal-Linji Gwida R&R, fil-fatt, il-ħruġ mis-suq huwa importanti għall-proċess usa’ tat-tkabbir tal-produttività, u għalhekk is-sempliċi prevenzjoni ta’ impriża milli toħroġ mis-suq ma tiġġustifikax biżżejjed l-għajnuna mill-Istat. Għall-kuntrarju, l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturar hija fost l-aktar tipi distortivi ta’ għajnuna mill-Istat, peress li din tinterferixxi mal-proċess tal-ħruġ mis-suq.

(454)

Madankollu, f’ċerti sitwazzjonijiet, ir-ristrutturar ta’ impriża f’diffikultà jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ attivitajiet jew żoni ekonomiċi, inkluż lil hinn mill-attivitajiet stess imwettqa mill-benefiċjarju. Dan ikun il-każ meta, fin-nuqqas ta’ tali għajnuna, il-falliment tal-benefiċjarju jwassal għal sitwazzjonijiet ta’ falliment tas-suq jew ta’ tbatija soċjali, u b’hekk jimpedixxi l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi u/jew taż-żoni li jkunu affettwati minn tali sitwazzjonijiet. Lista mhux eżawrjenti ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn hija prevista fil-punt 44 tal-Linji Gwida R&R.

(455)

Il-Kummissjoni l-ewwel se tivvaluta jekk l-għajnuna hijiex maħsuba biex tipprevjeni sitwazzjoni ta’ falliment tas-suq jew ta’ tbatija soċjali (it-taqsima 5.4.2.1) u jekk l-għajnuna għar-ristrutturar hijiex akkumpanjata minn pjan ta’ ristrutturar li jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju (it-taqsima 5.4.2.2).

5.4.2.1.   Prevenzjoni ta’ tbatija soċjali jew falliment tas-suq li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ attività ekonomika jew żona ekonomika

(456)

F’konformità mal-punt 44 tal-Linji Gwida R&R, l-Istati Membri jridu juru li l-falliment tal-benefiċjarju x’aktarx jinvolvi tbatija soċjali serja jew falliment serju tas-suq, b’mod partikolari billi juru waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fil-punt 44 tal-Linji Gwida R&R. Skont il-punt 44 tal-Linji Gwida R&R, il-prevenzjoni tat-tbatija soċjali jew tal-falliment tas-suq tista’ tintwera b’mod partikolari billi jintwera li waħda miċ-ċirkostanzi elenkati mill-punti 44(a) sa (g) hija ssodisfata. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li, b’mod partikolari, iċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt 44(b) tal-Linji Gwida R&R, jiġifieri fejn l-għajnuna tkun maħsuba biex tevita r-riskju li t-tkabbir ekonomiku jiġi mfixkel mit-tfixkil ta’ servizz importanti bħala konsegwenza tal-ħruġ tal-benefiċjarju mis-suq huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna.

5.4.2.2.   L-għajnuna tevita t-tfixkil ta’ servizz importanti

(457)

L-attività ekonomika appoġġata mill-għajnuna hija t-trasport tal-merkanzija tal-oġġetti, li jsir b’mod predominanti u konsistenti bit-triq għal aktar minn żewġ terzi tal-volum totali ta’ merkanzija ttrasportata fil-Ġermanja (Tabella 31).

Tabella 31

Qasma modali għat-trasport tal-merkanzija fil-Ġermanja

(f’%)

 

2018

2019

2020

2021

2022

Trasport bit-triq

72,0

71,7

72,4

71,4

71,3

Trasport ferrovjarju

18,7

18,5

18,2

19,6

19,8

Modi oħra ta’ trasport

9,3

9,8

9,4

9,0

8,9

Sors:

Bundesnetzagentur „Marktuntersuchung 2023 5. Sonderausgabe“ p. 12, fig. 3  () .

(458)

Minkejja s-sehem predominanti tat-trasport bit-triq, il-Kummissjoni tosserva li t-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija joffri benefiċċji sinifikanti fuq it-trasport bit-triq, u jikkontribwixxi kemm għall-iżvilupp sostenibbli kif ukoll għal dak ekonomiku tal-industrija tal-merkanzija. Tabilħaqq, il-merkanzija bil-ferrovija huwa ferm aktar ekoloġiku mit-trasport bit-triq peress li l-ferroviji jipproduċu sa 80 % inqas emissjonijiet tas-CO2 għal kull tunnellata ta’ merkanzija meta mqabbla mat-trakkijiet. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (175) tindika li “biex tinkiseb in-newtralità tal-klima, jeħtieġ li jkun hemm tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet mit-trasport sal-2050 li “bħala kwistjoni ta’ prijorità, parti sostanzjali mill-75 % tal-merkanzija interna li llum tinġarr bit-triq għandha tiġi trasferita għal fuq il-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilma interni”. Bl-istess mod, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur” (176) (l-“Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti”), il-Kummissjoni nnotat il-ħtieġa għal “azzjoni deċiżiva biex tiġi trasferita aktar attività lejn modi ta’ trasport aktar sostenibbli azzjoni deċiżiva biex tiġi trasferita aktar attività lejn modi ta’ trasport aktar sostenibbli”. L-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti rrikonoxxiet ukoll li “peress li l-innovazzjoni se ssawwar il-mobbiltà tal-passiġġieri u l-merkanzija tal-futur, jenħtieġ li jkun hemm qafas u faċilitaturi adatti biex jiffaċilitaw din it-tranżizzjoni li tista’ tagħmel is-sistema tat-trasport ħafna aktar effiċjenti u sostenibbli.”.

(459)

Barra minn hekk, it-trasport ferrovjarju jnaqqas it-tniġġis tal-arja, l-istorbju u l-konġestjoni fit-toroq ikkawżati mit-trasport bit-triq, u b’hekk huwa parti kruċjali mit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. It-trasport ferrovjarju huwa wkoll ħafna aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija mit-trasport bit-triq peress li l-ferroviji jistgħu jċaqilqu volumi kbar ta’ merkanzija fuq distanzi twal bl-użu ta’ inqas fjuwil, u dan inaqqas il-konsum ġenerali tal-enerġija mill-fjuwils fossili. Din l-effiċjenza tissaħħaħ meta n-networks ferrovjarji jitħaddmu bl-elettriku rinnovabbli, u b’hekk it-trasport tal-merkanzija jsir aktar nadif u aktar sostenibbli.

(460)

Barra minn hekk, fuq distanzi twal, il-merkanzija bil-ferrovija tista’ toffri vantaġġi sinifikanti fil-kostijiet, b’mod partikolari meta tiġi ttrasportata merkanzija tqila jew bl-ingrossa peress li l-ferrovija tista’ timmaniġġja kwantitajiet akbar ta’ merkanzija fi vjaġġ wieħed, li jwassal għal kostijiet tat-trasport aktar baxxi għal kull tunnellata meta mqabbla mat-trasport bit-triq. It-tnaqqis fil-konsum tal-fjuwil u l-ħtieġa għal inqas persunal ikomplu jnaqqsu l-ispejjeż operatorji, li jippermettu lill-kumpaniji jottimizzaw il-ktajjen tal-provvista tagħhom ekonomikament.

(461)

It-trasport ferrovjarju jista’ jċaqlaq volumi kbar ta’ merkanzija b’konsistenza akbar u b’inqas dewmien, peress li huwa inqas affettwat mill-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq, mit-temp u mill-inċidenti. Din l-affidabbiltà hija vitali għall-industriji bi skedi stretti ta’ konsenja, peress li tiżgura li l-merkanzija titwassal fil-ħin b’inqas tfixkil. Il-ferroviji joffru wkoll skalabbiltà akbar peress li jistgħu jakkomodaw vjeġġi kbar aktar faċilment min-networks tat-toroq, u b’hekk ikunu ideali għall-merkanzija bl-ingrossa u fil-kontejners.

(462)

Benefiċċju addizzjonali wieħed tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija huwa li biċ-ċaqliq tat-trasport tal-merkanzija għall-ferroviji, titnaqqas il-pressjoni fuq in-networks tat-toroq. Dan jirriżulta f’inqas konġestjoni, inqas inċidenti tat-traffiku, u inqas kostijiet ta’ manutenzjoni tat-toroq. It-tnaqqis fl-użu tat-trasport bit-triq jestendi t-tul tal-ħajja tal-infrastruttura pubblika u jgħin biex jitnaqqas il-piż tal-kostijiet ġenerali fuq il-gvernijiet u l-kontribwenti. Fl-aħħar nett, it-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija jista’ jiġi integrat b’mod effettiv fis-sistemi tat-trasport multimodali, li jikkombinaw it-trasport ferrovjarju mat-trasport bil-baħar, bit-triq u bl-ajru biex jinħolqu ktajjen loġistiċi bla xkiel. Din l-interkonnettività ssaħħaħ ir-rotot kummerċjali globali, filwaqt li tiffaċilita l-moviment effiċjenti tal-merkanzija bejn ir-reġjuni u l-fruntieri. Il-ferrovija hija partikolarment vantaġġuża fil-konnessjoni ta’ portijiet ewlenin ma’ destinazzjonijiet interni, u tippermetti flussi tal-merkanzija bla xkiel u effiċjenti.

(463)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-merkanzija bil-ferrovija għandha rwol kruċjali fl-iżvilupp responsabbli tat-trasport tal-merkanzija b’mod ġenerali billi tindirizza l-ħtieġa urġenti għal soluzzjonijiet loġistiċi sostenibbli. L-impatt ambjentali aktar baxx tagħha, l-effiċjenza enerġetika, u l-kapaċità li jċaqilqu volumi kbar ta’ merkanzija fuq distanzi twal jgħinu lin-negozji jilħqu l-għanijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG, environmental, social, and governance) tagħhom filwaqt li jnaqqsu wkoll il-kostijiet tat-trasport.

(464)

Billi jappoġġaw il-merkanzija bil-ferrovija, in-negozji jikkontribwixxu għal katina tal-provvista globali aktar sostenibbli, jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, u jrawmu tkabbir ekonomiku fit-tul li jallinja mal-objettivi ambjentali. Billi jċaqilqu l-merkanzija mit-triq għall-ferrovija, in-negozji u l-gvernijiet jistgħu għalhekk jaqdu rwol dirett biex jintlaħqu l-miri klimatiċi u jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-loġistika.

(465)

F’dak l-isfond, il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri ta’ ristrutturar għandhom l-għan li jipprevjenu sitwazzjoni li fiha DB Cargo tfalli minħabba d-diffikultajiet finanzjarji li qed tiffaċċja.

(466)

Tabilħaqq, filwaqt li s-settur Ewropew tal-merkanzija bil-ferrovija, b’mod partikolari s-segment tat-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed, għandu rwol kruċjali fin-network loġistiku, speċjalment fil-Ġermanja, madankollu jiffaċċja sfidi strutturali u operazzjonali sinifikanti kif spjegat fid-dettall fil-premessi 60 sa 68. It-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed, li jinvolvi t-trasport ta’ merkanzija fuq vaguni individwali minflok ferroviji sħaħ, joffri flessibbiltà għal vjeġġi iżgħar. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li qed jitħabat biex jikkompeti mal-merkanzija bit-triq, li huwa aktar mgħaġġel u aktar adattabbli għal diversi ħtiġijiet loġistiċi. Is-sopravivenza ta’ dan is-settur hija kruċjali, mhux biss għall-ktajjen tal-provvista industrijali, iżda wkoll biex jintlaħqu l-miri tas-sostenibbiltà tal-Ewropa. Minkejja l-importanza tiegħu, it-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed huwa segment tan-negozju vulnerabbli minħabba għadd kbir ta’ sfidi, inkluż kopertura limitata tan-network ferrovjarju, kostijiet għoljin, u ineffiċjenzi.

(467)

Il-Kummissjoni tosserva li wieħed mill-ostakli prinċipali għat-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed huwa l-kapillarità limitata tan-network ferrovjarju meta mqabbel man-networks tat-toroq. Filwaqt li l-ferroviji huma eċċellenti għat-trasport fuq distanzi twal, spiss ma jkollhomx il-konnettività lokali meħtieġa għal konsenji effiċjenti minn punt sa punt. B’riżultat ta’ dan, it-trasport bit-triq supplimentari spiss ikun meħtieġ għall-aħħar mil, li jikkomplika l-katina loġistika u jtawwal iż-żmien tal-konsenji. Flimkien ma’ din il-kwistjoni, il-veloċità medja tal-ferroviji b’vagun wieħed hija partikolarment baxxa, u tvarja bejn 22 u 25 km/h, ferm aktar bil-mod mit-trasport bit-triq. Dan il-pass kajman, flimkien ma’ trażbordi frekwenti, jimmina l-kapaċità tat-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed li joffri ħinijiet ta’ konsenja kompetittivi f’suq li qed jitlob dejjem aktar veloċità u flessibbiltà.

(468)

Kwistjoni urġenti oħra hija l-vijabbiltà finanzjarja tat-trasport fuq vagun wieħed. Dan il-mudell huwa mgħobbi b’kostijiet fissi għoljin relatati mal-infrastruttura, il-vetturi ferrovjarji u l-operazzjonijiet. Il-profittabbiltà hija fattibbli biss meta volumi kbar jiġu mċaqalqa fuq distanzi twal, iżda t-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed spiss jittratta vjeġġi iżgħar, li jirriżulta f’ineffiċjenzi u kostijiet ogħla. Il-kwistjonijiet tal-interoperabbiltà fin-networks ferrovjarji Ewropej ikomplu jikkumplikaw l-operazzjonijiet. Filwaqt li inizjattivi bħas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS, European Rail Traffic Management System) ikkontribwew għat-tneħħija ta’ kwistjonijiet ta’ interoperabbiltà, id-differenzi regolatorji nazzjonali, il-varjazzjonijiet fil-gauge tal-binarji, u s-sistemi ta’ sinjalar inkompatibbli għadhom iwasslu għal dewmien u kostijiet akbar għall-operazzjonijiet transfruntiera ta’ vagun wieħed.

(469)

L-operaturi tas-segment tat-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed jiffaċċjaw kompetizzjoni intensa, mhux biss mill-merkanzija bit-triq iżda wkoll minn parteċipanti ġodda fis-suq ferrovjarju peress li dawn l-operaturi l-ġodda għandhom it-tendenza li jiffokaw biss fuq segmenti speċjalizzati profittabbli, bħat-treni blokka, li joffru servizzi minn punt sa punt mingħajr waqfiet intermedji u b’hekk jevitaw il-kumplessitajiet u l-ineffiċjenzi operazzjonali assoċjati mat-trasport fuq vagun wieħed li s-sistemi miruta tiegħu, it-tagħmir eqdem, u l-kostijiet fissi għoljin huma ta’ piż għall-operaturi eżistenti, bħal DB Cargo.

(470)

Għalkemm l-isfidi huma konsiderevoli, hemm enfasi mġedda fuq il-valur strateġiku tat-trasport fuq vagun wieħed fit-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn merkanzija sostenibbli. Il-merkanzija bil-ferrovija huwa pedament tal-Patt Ekoloġiku tal-Unjoni (177) u tal-politika “Lesti għall-mira ta’ 55 %” (178), li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju b’55 % sal-2030. L-inkoraġġiment ta’ bidla mit-triq għall-ferrovija, speċjalment għat-trasport fuq vagun wieħed u t-trasport intermodali, hija essenzjali biex jintlaħqu dawn l-għanijiet ambjentali. F’dak il-kuntest, l-avvanzi teknoloġiċi joffru xi tama għat-titjib tal-effiċjenza u l-kompetittività tat-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed. L-investimenti fl-infrastruttura diġitali u l-modernizzazzjoni ta’ networks b’tagħbija fuq vagun wieħed huma mistennija li jtejbu l-affidabbiltà u l-veloċità tas-servizzi, u b’hekk it-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed isir alternattiva aktar vijabbli għat-trasport bit-triq fil-futur.

(471)

F’dak l-isfond, il-Kummissjoni tqis li l-importanza strateġika tat-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed ma tistax tiġi enfasizzata aktar. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li huwa essenzjali għal bosta industriji, inkluż tas-sustanzi kimiċi, tal-karozzi, u tal-manifattura, li jiddependu fuq il-merkanzija bil-ferrovija għal vjeġġi iżgħar u flessibbli li ma jistgħux jimlew ferroviji sħaħ. Il-falliment ta’ DB Cargo u għalhekk dak tal-operazzjonijiet tat-trasport tagħha b’tagħbija fuq vagun wieħed ikollhom riperkussjonijiet severi għal dawn l-industriji, peress li soluzzjonijiet loġistiċi alternattivi, b’mod partikolari l-merkanzija bit-triq, isibuha diffiċli biex iqabblu l-kapaċità u l-benefiċċji ambjentali tal-ferroviji. Tali falliment jista’ jwassal għal żieda fil-kostijiet, tfixkil fil-katina tal-provvista, u saħansitra telf ta’ impjiegi f’setturi ewlenin li jiddependu fuq il-merkanzija bil-ferrovija għat-trasport ta’ oġġetti intermedji u materja prima.

(472)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-impatt soċjetali usa’ ta’ tfixkil fis-servizzi tat-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed ikun sostanzjali. Tabilħaqq, ir-ridirezzjonar tal-merkanzija lejn it-toroq jaggrava l-isfidi ambjentali u infrastrutturali, peress li t-trasport bit-triq jipproduċi emissjonijiet ferm ogħla u jikkontribwixxi għall-konġestjoni. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni tqis li din il-bidla timmina kemm l-għanijiet ta’ sostenibbiltà nazzjonali kif ukoll dawk tal-UE, bħall-Patt Ekoloġiku u l-inizjattivi “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, li jenfasizzaw it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju billi l-merkanzija tiċċaqlaq mit-triq għall-ferrovija. Għalhekk, it-telf ta’ servizzi ta’ tagħbija fuq vagun wieħed jirrappreżenta kemm falliment tas-suq kif ukoll xkiel fl-isforz usa’ biex titnaqqas il-ħsara ambjentali.

(473)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-kumplessità tal-operazzjonijiet tat-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed tagħmilha diffiċli għal operaturi ferrovjarji oħra biex jirreplikaw jew jespandu f’dan is-segment. Għall-kuntrarju tat-treni blokka, li joperaw direttament bejn żewġ punti, it-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed jinvolvi l-assemblaġġ ta’ vaguni individwali minn klijenti differenti f’ferrovija waħda f’ċentri ta’ tqassim. Dan il-proċess li jirrikjedi ħafna ħaddiema jeħtieġ loġistika sofistikata, tagħmir speċjalizzat, u infrastruttura estensiva. Il-marġnijiet huma dojoq, u l-kompetizzjoni mill-merkanzija bit-triq, li toffri servizzi aktar rapidi u aktar flessibbli, tagħmilha diffiċli għal kumpaniji oħra biex jinvestu fi trasport fuq skala kbira b’tagħbija fuq vagun wieħed bħal dak ta’ DB Cargo.

(474)

Bħala l-operatur ewlieni tat-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed fid-Danimarka (b’sehem ta’ […]%) (179), fil-Ġermanja (b’sehem ta’ 90 %) (180), fin-Netherlands (b’sehem ta’ […]%) (181) u fl-Italja (b’sehem ta’ […]%) (182), DB Cargo għandha network vast ta’ ċentri ta’ tqassim, lokomottivi, u persunal imħarreġ, li jipprovdu ekonomiji ta’ skala li parteċipanti ġodda jsibuha diffiċli biex jiksbu f’dawk l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-pożizzjoni ta’ DB Cargo bħala operatur tal-merkanzija bil-ferrovija eżistenti tal-Ġermanja tippermettilha tintegra servizzi tat-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed ma’ soluzzjonijiet usa’ tal-katina tal-provvista, vantaġġ li operaturi iżgħar jew aktar ġodda jista’ ma jkollhomx. Il-Kummissjoni tqis li l-kostijiet fissi għoljin, flimkien mal-isfidi operazzjonali inerenti tat-trasport b’tagħbija fuq vagun wieħed (183), joħolqu ostakli sinifikanti għal parteċipanti potenzjali fis-segment tal-SWL, li jagħmilha improbabbli li oħrajn jistgħu jintervjenu biex jimlew il-lakuna mingħajr tfixkil, f’każ li DB Cargo, u b’mod partikolari s-segment tat-trasport fuq vagun wieħed tagħha, ifalli.

(475)

Il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għar-ristrutturar li tappoġġa l-pjan ta’ ristrutturar tevita l-ħruġ ta’ impriża li kapaċi tipprevjeni t-tfixkil tas-servizz importanti pprovdut minn DB Cargo b’mod partikolari fir-rigward tat-trasport fuq vagun wieħed. Hija tikkonkludi li, billi tevita r-riskju ta’ tfixkil tas-servizzi pprovduti minn DB Cargo, l-għajnuna għar-ristrutturar li tappoġġa l-pjan ta’ ristrutturar tikkontribwixxi għal objettiv definit sew li tiġi evitata t-tbatija soċjali jew il-falliment tas-suq kif previst mill-punt 44(b) tal-Linji Gwida R&R, u għalhekk għall-iżvilupp tal-attività ekonomika tal-forniment ta’ servizzi tat-trasport tal-merkanzija fuq l-art fit-territorju kollu tal-Ġermanja u Stati Membri oħra fejn DB Cargo hija attiva.

5.4.2.3.   Pjan ta’ ristrutturar u r-ritorn lejn il-vijabbiltà fit-tul

(476)

Skont il-punt 46 tal-Linji Gwida R&R, f’każijiet ta’ għajnuna ad hoc, l-għoti ta’ għajnuna għar-ristrutturar irid ikun kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar li jirrestawra l-vijabbiltà tal-benefiċjarju. Ir-rimedjar tal-kawżi li wasslu għad-diffikultà tal-benefiċjarju, billi jiġi faċilitat ir-ritorn tiegħu għall-vijabbiltà fit-tul, huwa kundizzjoni neċessarja sabiex l-għajnuna għar-ristrutturar isservi l-iżvilupp tal-attivitajiet u taż-żoni ekonomiċi fejn jopera l-benefiċjarju.

(477)

Minn dan isegwi li l-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar li kopriet it-telf li DB Cargo ġarrbet matul l-2022 u li kienet tirreġistra sal-31 ta’ Diċembru 2022 fin-nuqqas tal-PLTA jeħtieġ li tiġi vvalutata bħala kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar li l-proċess ta’ tħejjija u tfassil tiegħu beda f’Lulju 2022, anki jekk il-pjan ġie formalment trażmess diġà matul l-implimentazzjoni lill-Kummissjoni minn hemm ’il quddiem (il-premessi 173 u 174). L-okkorrenza tat-telf kopert mill-PLTA li l-pjan għandu l-għan li jrażżan u l-kronoloġija tat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjan fl-2022 huma qrib fiż-żmien f’dan il-każ.

(478)

Għalhekk huwa xieraq li jitqies li l-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar ippjanata sa tmiem l-2025 inkluża, tkun kemm tkun ingħatat b’mod illegali mill-bidu nett, jeħtieġ li tiġi vvalutata b’rabta mal-pjan ta’ ristrutturar u l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti tal-Linji Gwida R&R.

(479)

Skont il-punti 45 sa 48 tal-Linji Gwida R&R, l-għajnuna għar-ristrutturar jenħtieġ li tingħata biss biex tappoġġa pjan ta’ ristrutturar realistiku, koerenti u estensiv, li l-miżuri tiegħu jridu jitfasslu biex jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe għajnuna ulterjuri lil hinn minn dik li tappoġġa l-pjan ta’ ristrutturar tal-benefiċjarju fi żmien raġonevoli, f’perjodu qasir kemm jista’ jkun. Il-pjan ta’ ristrutturar irid jidentifika x’qed jikkawża d-diffikultajiet tal-benefiċjarju u d-dgħufijiet tal-benefiċjarju nnifsu, u juri kif il-miżuri ta’ ristrutturar proposti se jirrimedjaw il-problemi sottostanti tal-benefiċjarju.

(480)

Skont il-punt 49 tal-Linji Gwida R&R, il-pjan ta’ ristrutturar irid jipprovdi informazzjoni dwar il-mudell tan-negozju tal-benefiċjarju, u juri kif il-pjan se jrawwem il-vijabbiltà fit-tul tiegħu. Dan jenħtieġ li jinkludi, b’mod partikolari, informazzjoni dwar l-istruttura organizzazzjonali tal-benefiċjarju, il-finanzjament, il-governanza korporattiva, u l-aspetti rilevanti l-oħra kollha. Jenħtieġ li l-pjan ta’ ristrutturar jivvaluta jekk id-diffikultajiet tal-benefiċjarju setgħux ġew evitati permezz ta’ azzjoni ta’ ġestjoni xierqa u f’waqtha u, fejn dak ikun il-każ, jenħtieġ li juri li jkunu saru l-bidliet neċessarji fil-ġestjoni. Meta d-diffikultajiet tal-benefiċjarju jirriżultaw minn difetti fil-mudell tan-negozju tiegħu jew fis-sistema ta’ governanza korporattiva, se jkunu meħtieġa bidliet xierqa.

(481)

Skont il-punti 50 sa 52 tal-Linji Gwida R&R, ir-riżultati tar-ristrutturar iridu jintwerew f’diversi xenarji, b’mod partikolari billi jiġu identifikati l-parametri tal-prestazzjoni u l-fatturi ta’ riskju prevedibbli prinċipali. Ir-ritorn għall-vijabbiltà tal-benefiċjarju jrid jirriżulta f’redditu xieraq fuq il-kapital investit wara li jiġu koperti l-kostijiet, mingħajr ma jiddependi fuq suppożizzjonijiet ottimisti dwar fatturi esterni bħal varjazzjonijiet fil-prezz jew fid-domanda. Il-vijabbiltà fit-tul tinkiseb meta impriża tkun tista’ tipprovdi redditu projettat xieraq fuq il-kapital wara li tkun kopriet il-kostijiet kollha tagħha inkluż id-deprezzament u l-imposti finanzjarji, u b’hekk tkun tista’ tikkompeti fis-suq fuq il-merti tagħha stess.

(482)

Dawn ir-rekwiżiti huma eżaminati fit-taqsimiet 5.4.2.3.1 sa 5.4.2.3.3.

5.4.2.3.1.   Valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-Pjan ta’ Ristrutturar biex jiġu indirizzati l-kawżi tad-diffikultajiet finanzjarji ta’ DB Cargo

(483)

Id-diffikultajiet finanzjarji ta’ DB Cargo kienu primarjament xprunati mis-segment tal-SWL, li kien sors sinifikanti ta’ telf mill-2013 (dan kien jirrappreżenta, waħdu, 64 % tat-telf tal-kumpanija fl-2022 u 82 % fl-2023), filwaqt li s-segmenti tat-tren blokka u tat-trasport ikkombinat urew prestazzjoni volatili iżda inqas negattiva. Minbarra t-telf tas-segment tal-SWL, il-pandemija tal-COVID-19, it-tfixkil fil-katina tal-provvista globali, u l-kwistjonijiet tal-infrastruttura tas-suq lokali Ġermaniż aggravaw l-isfidi ta’ DB Cargo mill-2019 sal-2022.

(484)

Dawk il-prestazzjonijiet finanzjarji avversi, li ssarrfu f’telf kbir ripetut, jirfdu l-ħtieġa għall-Pjan ta’ Ristrutturar li se jimmodifika b’mod sinifikanti l-mudell operattiv u l-istrateġija ta’ DB Cargo sabiex isaħħaħ il-pedamenti finanzjarji tagħha u jissimplifika l-kostijiet tal-operat tan-negozju tagħha bil-ħsieb li terġa’ lura għall-vijabbiltà sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar.

(485)

F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-Pjan ta’ Ristrutturar jinkludi sett ta’ miżuri serji, numerużi, konsistenti u li jsaħħu lil xulxin (it-taqsimiet 5.4.2.2.1 sa 5.4.2.2.31) li jindirizzaw il-kawżi ewlenin tad-diffikultajiet operazzjonali u finanzjarji ta’ DB Cargo peress li se jikkontribwixxu għat-titjib tal-effiċjenza tal-produzzjoni u l-forniment tas-servizz minn DB Cargo lill-klijenti tagħha kif ukoll għas-simplifikazzjoni tal-bażi tal-kostijiet tagħha b’ħafna modi differenti. B’mod partikolari, it-trasformazzjoni tas-sistema ta’ produzzjoni konġunta kumplessa ħafna tagħha hija mistennija li tippermetti lil DB Cargo tirrispondi b’mod aktar flessibbli għar-rekwiżiti tal-klijenti tagħha. Jenħtieġ li r-ristrutturar f’oqsma kummerċjali iżgħar u aktar iffukati bbażat fuq setturi tan-negozju u/jew gruppi ta’ klijenti jnaqqas b’mod sinifikanti l-kumplessità tal-mudell tal-produzzjoni, li, min-naħa tiegħu, jenħtieġ li jnaqqas drastikament il-kostijiet u jtejjeb il-kompetittività ta’ DB Cargo.

(486)

Pereżempju, il-miżura tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo tal-ottimizzazzjoni tan-network ta’ vagun wieħed tagħha permezz tar-rieżami tad-disinn tiegħu hija mistennija li tissimplifika b’mod radikali u ttejjeb ir-robustezza tal-produzzjoni u l-istandardizzazzjoni tal-offerta kummerċjali ta’ DB Cargo f’dak is-segment. Fil-fatt, id-dedikazzjoni tal-persunal u tat-tagħmir għas-segment ta’ vagun wieħed hija bidla radikali meta mqabbla mal-produzzjoni integrata tal-lum ta’ vagun wieħed, treni blokka u trasport ikkombinat. Jenħtieġ li dan it-titjib fil-mudell tal-produzzjoni jwassal ukoll għal titjib fil-kwalità tas-servizz għall-klijenti u, b’riżultat ta’ dan, huwa mistenni li jippermetti aġġustamenti pożittivi fil-prezzijiet sabiex ikopri aħjar ir-rieda tal-klijenti li jħallsu għal servizzi ta’ vagun wieħed. Bħala tali, il-miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar li jiffukaw fuq is-segment ta’ vagun wieħed ta’ DB Cargo huma mistennija li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija peress li huma mistennija jiġġeneraw aktar minn EUR 100 miljun ta’ EBIT addizzjonali mill-2025 kif muri fit-taqsima 4.1.5.2.

(487)

Bl-istess mod, il-miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar immirati lejn l-ottimizzazzjoni tal-portafoll tas-segment tat-tren blokka ta’ DB Cargo u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet loġistiċi intelliġenti għall-klijenti tagħha huma mistennija li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-titjib tal-EBIT ta’ DB Cargo peress li s-soluzzjonijiet innovattivi tat-trasport ferrovjarju huma mistennija li jippermettu lill-kumpanija tibbenefika aħjar mir-rieda differenzjata tal-klijenti li jħallsu u tidentifika wkoll dawk ir-rotot li jenħtieġ li jitwaqqfu sabiex ir-riżorsi jiġu allokati aħjar għal negozju b’marġni ogħla. Barra minn hekk, simili wkoll għal dak li se jsir fis-segment ta’ vagun wieħed, il-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo jinkludi miżura li se tinkorpora t-tħaddim ta’ treni blokka b’allokazzjoni ta’ riżorsi ddedikata sabiex tiżdied il-kwalità tal-produzzjoni. Jenħtieġ li t-titjib fil-kwalità, deskritt hawn fuq, fis-servizzi għall-klijenti jiġġustifika wkoll aġġustamenti fil-prezzijiet għal servizzi tat-tren blokka aktar kwalitattivi lil hinn mill-kumpensi tal-kostijiet tal-fatturi. Bħala tali, il-miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar iffokati fuq is-segment tat-tren blokka ta’ DB Cargo huma mistennija li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija peress li huma mistennija jiġġeneraw ferm aktar minn EUR 200 miljun ta’ EBIT addizzjonali mill-2025 ’il quddiem kif muri fit-taqsima 4.1.5.2.

(488)

Il-miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar immirati lejn is-segment tat-trasport ikkombinat inkluż, fost l-oħrajn, (i) it-tfassil mill-ġdid tan-network marittimu, l-integrazzjoni tat-terminals tiegħu, l-ottimizzazzjoni tal-portafoll tiegħu, (ii) ir-ridimensjonar kontinentali tat-trasport ikkombinat, it-titjib tal-kwalità tas-sistema ta’ produzzjoni tiegħu, u (iii) l-ottimizzazzjoni tal-portafoll tal-bejgħ tat-trasportaturi, huma kollha mistennija wkoll li jikkontribwixxu għat-titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ DB Cargo peress li huma mistennija jiġġeneraw aktar minn EUR 50 miljun ta’ EBIT addizzjonali mill-2025 (u aktar minn EUR 100 miljun fis-sena minn hemm ’il quddiem) kif muri fit-taqsima 4.1.5.2.

(489)

Fl-aħħar nett, il-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo se jfittex li jelimina l-ineffiċjenzi li jirriżultaw minn proċessi żejda, il-kapaċità żejda u s-servizzi b’valur miżjud limitat permezz tat-tnaqqis fil-kumplessità fid-diversi unitajiet tan-negozju tal-kumpanija u l-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-IT ta’ DB Cargo. It-tnaqqis fl-ispazju għall-uffiċċji u fin-nefqiet tal-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll l-adattament għad-daqs it-tajjeb tal-istruttura ta’ ġestjoni tal-amministrazzjoni ta’ DB Cargo huma kollha mistennija li jikkontribwixxu b’mod simili għat-titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ DB Cargo. Flimkien, dawn il-miżuri huma mistennija jiġġeneraw aktar minn EUR 50 miljun ta’ EBIT addizzjonali mill-2025 (u aktar minn EUR 100 miljun fis-sena minn hemm ’il quddiem) kif muri fit-taqsima 4.1.5.2.

(490)

B’mod ġenerali, meta meħudin flimkien, il-miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo huma mistennija li jikkontribwixxu aktar minn EUR 500 miljun ta’ EBIT addizzjonali mill-2025 u ferm aktar minn hekk wara. L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo hija għalhekk mistennija li tittrasforma l-kumpanija f’fornitur ta’ servizz mingħajr ħela, aktar effiċjenti u ffukat fuq is-soluzzjonijiet għall-klijenti sabiex ir-ritorn tagħha għall-vijabbiltà huwa mistenni mill-2026, l-aħħar sena tal-perjodu ta’ ristrutturar, meta tkun mistennija tiġġenera l-ewwel Introjtu Nett pożittiv tagħha (li għandu jkompli jikber minn hemm ’il quddiem).

(491)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta’ ristrutturar jindirizza b’mod adegwat il-kawżi tad-diffikultajiet finanzjarji ta’ DB Cargo. Il-Kummissjoni tqis ukoll li d-durata tal-Pjan ta’ Ristrutturar, sa tmiem is-sena 2026, mhijiex twila b’mod mhux raġonevoli, minħabba l-għadd u l-firxa tal-miżuri ta’ ristrutturar diskussi hawn fuq kif ukoll it-telf kbir li kien il-punt tat-tluq għal DB Cargo.

(492)

Imbagħad, jeħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-kredibbiltà tas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-Pjan ta’ Ristrutturar tal-benefiċjarju u mbagħad l-evidenza tar-ritorn tal-benefiċjarju għall-vijabbiltà fi tmiem il-Pjan ta’ Ristrutturar.

5.4.2.3.2.   Valutazzjoni tal-kredibbiltà tas-suppożizzjonijiet tal-Pjan ta’ Ristrutturar

(493)

Bħala parti mill-valutazzjoni tagħha tas-suppożizzjoni tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo, il-Kummissjoni rrieżaminat il-projezzjonijiet tad-dħul (kemm fil-prezz kif ukoll fil-volumi) u tal-kostijiet ippreżentati mill-Ġermanja għad-durata tal-perjodu ta’ ristrutturar.

(494)

L-ewwel nett, fir-rigward tal-projezzjonijiet tad-dħul, il-Kummissjoni tosserva li s-suppożizzjoni tal-Ġermanja dwar l-evoluzzjoni tad-dħul ta’ DB Cargo matul id-durata tal-perjodu ta’ ristrutturar tqis li d-dħul ta’ DB Cargo se jibqa’ relattivament fiss (+ 4,9 % matul il-perjodu ta’ ristrutturar meta jitqies l-introjtu operatorju l-ieħor) u attwalment negattiv (– 2 %) meta l-introjtu operatorju l-ieħor jiġi eskluż (184) u jiġi kkunsidrat biss it-tkabbir mistenni tad-dħul ta’ DB Cargo derivat mill-attivitajiet prinċipali tagħha matul il-perjodu ta’ ristrutturar (Tabella 21). Il-Kummissjoni tqis din l-evoluzzjoni bħala raġonevoli sal-punt li hija konformi mat-tnaqqis fil-volum mistenni minn DB Cargo bħala parti mill-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar tagħha f’dak ir-rigward.

(495)

Barra minn hekk, wara analiżi aktar bir-reqqa tal-volumi u l-ipprezzar, il-Kummissjoni tqis li, fir-rigward tal-volumi, l-iżvilupp tal-volum totali ta’ DB Cargo, fuq bażi ta’ tunnellati-kilometru, kif previst mill-Ġermanja jista’ jitqies bħala raġonevoli u realistiku fil-kuntest tas-suq attwali peress li jibqa’ limitat għal żieda fis-CAGR ta’ […]% matul il-perjodu mill-2025 sal-2029. Is-suppożizzjonijiet tat-tkabbir tal-volum ta’ DB Cargo huma tabilħaqq konservattivi peress li l-Ġermanja ma tipprevedi l-ebda effett addizzjonali mit-tkabbir xprunat mis-suq fit-trasport tal-SWL u taħt ir-rata tat-tkabbir tas-suq fis-segmenti tat-tren blokka u tat-trasport ikkombinat.

(496)

Barra minn hekk, filwaqt li l-Ġermanja tipprevedi li l-iżvilupp tad-dħul ta’ DB Cargo għal kull tunnellata-kilometru jiżdied b’CAGR ta’ […]% bejn l-2025 u l-2029, il-Kummissjoni tqis ukoll li tali suppożizzjonijiet huma raġonevoli u realistiċi sal-punt li tali trasferiment tal-biċċa l-kbira taż-żidiet fil-kostijiet huwa bbażat fuq it-titjib tal-produttività u l-kwalità tas-servizz ta’ DB Cargo bħala riżultat tal-implimentazzjoni tad-diversi miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar li jimmiraw preċiżament li tkun tista’ toffri servizzi mtejba għall-klijenti bi skambju għal prezzijiet ogħla.

(497)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tqis li s-suppożizzjonijiet ippreżentati mill-Ġermanja f’termini tal-evoluzzjoni ġenerali tad-dħul huma raġonevoli u kredibbli.

(498)

It-tieni, fir-rigward tal-projezzjonijiet tal-kostijiet, il-Kummissjoni tosserva li t-tliet kategoriji prinċipali tal-kostijiet (materjali, tal-persunal u kostijiet operatorji oħra) ipprojettati tul id-durata tal-perjodu ta’ ristrutturar huma mistennija li jonqsu b’madwar 10 % (2026 vs. 2023) fir-rigward tal-kostijiet tal-materjali u l-kostijiet tal-persunal, li flimkien jirrappreżentaw ferm aktar minn […]% tal-bażi tal-kost totali tal-benefiċjarju (filwaqt li l-ispejjeż operatorji l-oħra ta’ DB Cargo huma mistennija li jitnaqqsu saħansitra aktar). Dak it-tnaqqis fil-kostijiet, li jista’ jidher sinifikanti f’termini assoluti, iżda mhux daqshekk sinifikanti f’termini relattivi huwa meqjus raġonevoli għal dik ir-raġuni partikolari tal-aħħar u l-fatt li huwa bbażat fuq programmi ta’ tnaqqis tal-kostijiet definiti sew u miftiehma u, bħala tali, jappoġġa t-titjib tal-livell tal-EBITDA ta’ DB Cargo u jippermettilu jsir pożittiv (EUR 107 miljun) fl-2025 diġà, jiġifieri sena qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ ristrutturar.

(499)

It-tnaqqis fl-imposti ta’ deprezzament li jirriżulta minn infiq kapitali mnaqqas, li jista’ jiġi osservat fuq il-karta tal-bilanċ ta’ DB Cargo, ikompli jikkontribwixxi għat-titjib tal-EBIT u tal-marġni operatorju ta’ DB Cargo li, fuq dik il-bażi, it-tnejn huma mistennija li jiġu pożittivi (EUR […] u […]% rispettivament) sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fl-2026.

(500)

Abbażi tad-diversi miżuri ta’ ristrutturar stabbiliti minn DB Cargo fil-kuntest tal-Pjan ta’ Ristrutturar tagħha, is-suppożizzjonijiet ippreżentati mill-Ġermanja fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-kostijiet tagħha u li jirfdu r-ritorn ta’ DB Cargo għall-vijabbiltà jistgħu jitqiesu bħala raġonevoli u kredibbli.

(501)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni rrieżaminat bir-reqqa s-suppożizzjonijiet ewlenin sottostanti għall-previżjonijiet finanzjarji tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo ppreżentati mill-Ġermanja u ssib li s-suppożizzjonijiet sottostanti għall-projezzjonijiet finanzjarji huma raġonevoli u kredibbli u għalhekk plawżibbli.

5.4.2.3.3.   Valutazzjoni tal-kredibbiltà tar-ritorn tal-benefiċjarju għall-vijabbiltà

(502)

Wara li stabbiliet il-kredibbiltà tas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-projezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni issa se tivvaluta jekk, abbażi ta’ dawk il-projezzjonijiet, il-benefiċjarju jistax jerġa’ lura għall-vijabbiltà sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni se tivverifika jekk, sa tmiem is-sena finanzjarja 2026 il-benefiċjarju hux qed jistenna li jiġġenera rata suffiċjenti ta’ redditu mill-operat tiegħu u jekk ikunx kapaċi jikkompeti fuq il-merti tiegħu stess.

(503)

Il-marġni tal-EBIT ta’ DB Cargo (tad-dħul eskluż l-introjtu operatorju l-ieħor) huwa mbassar li jkun […]% negattiv fi tmiem l-2024 u […]% pożittiv sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar f’Diċembru 2026. Il-profittabbiltà ta’ DB Cargo, imkejla bħala marġni tal-EBIT, hija konsegwentement mistennija li tiżdied b’mod sinifikanti matul id-durata tal-perjodu ta’ ristrutturar (u tistabbilizza minn hemm ’il quddiem) (185). Dawk il-prestazzjonijiet imtejba ma jippermettux tqabbil xieraq mal-prestazzjonijiet tal-passat sal-punt li dawn kienu essenzjalment negattivi u dan it-titjib sinifikanti huwa mibni fuq l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo

(504)

Barra minn hekk, DB Cargo hija mistennija tiġġenera introjtu nett pożittiv kemm fil-każ tax-xenarju ta’ referenza kif ukoll f’dak pessimistiku. Addizzjonalment, tali żviluppi pożittivi se jikkontribwixxu b’mod pożittiv għall-pożizzjoni tal-ekwità ta’ DB Cargo peress li huma ppjanati li jkomplu lil hinn mill-perjodu ta’ ristrutturar.

(505)

Barra minn hekk, il-qagħda finanzjarja tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo turi li l-indikaturi ta’ redditu tagħha se jitjiebu matul il-perjodu kollu ta’ ristrutturar u se jilħqu ROCE ta’ […]% sa tmiem l-2026, li se jkompli jiżdied wara t-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar għal […]% fl-2030 pereżempju. Skont il-kalkolu tal-Ġermanja, ir-redditu fuq il-kapital ta’ DB Cargo, kif imkejjel mill-ROCE, konsegwentement, minn tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fl-2026 ’il quddiem, ikun kontinwament ogħla mil-livell ta’ […] tagħha (nota 112 f’qiegħ il-paġna). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-livell ta’ ROCE ta’ DB Cargo huwa għoli biżżejjed biex jitqies bħala redditu projettat xieraq fuq il-kapital sal-punt li jippermetti li wara li tkun kopriet il-kostijiet kollha tagħha inkluż id-deprezzament u l-imposti finanzjarji, DB Cargo tikkompeti fis-suq fuq il-merti tagħha stess.

(506)

Il-Kummissjoni tqis li huwa saħansitra aktar il-każ li l-projezzjoni tal-Ġermanja tal-ROCE ta’ DB Cargo tinkludi l-kontribut limitat tas-segment tat-trasport tal-SWL għall-profittabbiltà ġenerali ta’ DB Cargo li, kif spjegat fit-taqsima 5.4.2.1, tiffaċċja bosta sfidi (kostijiet fissi għoljin, kopertura limitata tan-network ferrovjarju, u kompetizzjoni mat-trasport bit-triq aktar rapidu u aktar adattabbli) iżda għandha rwol kritiku fin-network loġistiku tal-Ewropa (b’mod partikolari għal industriji bħas-sustanzi kimiċi, il-karozzi, u l-manifattura, li jiddependu fuq servizzi flessibbli tal-merkanzija bil-ferrovija) u hija essenzjali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u jintlaħaq l-għan klimatiku tal-UE bħala alternattiva aktar sostenibbli u effiċjenti għat-trasport bit-triq.

(507)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-prestazzjoni mistennija ta’ DB Cargo hija ppjanata li tkun aħjar minn dik tal-grupp ta’ pari tagħha. Tabilħaqq, meta tqabbel il-livelli rispettivi tal-marġni tal-EBIT (l-EBIT huwa komponent importanti tal-proporzjon ROCE), il-Kummissjoni tosserva li l-marġni tal-EBIT ta’ DB Cargo huwa ppjanat li jilħaq […]% sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fl-2026 filwaqt li dak tal-pari tagħha kien, bħala medja matul il-perjodu 2021/2023 ta’ 2 % għal attivitajiet komparabbli (u ta’ 5 % meta jitqiesu biss dawk il-pari li ma joperawx negozji tat-trasport tal-SWL). Għalhekk DB Cargo hija mistennija li jkollha prestazzjoni konformi ma’ jew aħjar mill-pari attwali tagħha.

(508)

Fir-rigward tal-indikaturi tas-solvenza tagħha, DB Cargo hija mistennija li żżomm pożizzjoni ta’ ekwità pożittiva u li qed tikber matul id-durata tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ristrutturar tagħha u l-proporzjon ta’ ekwità tagħha (Ekwità/Assi Totali) se jiżdied b’mod kostanti sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar ([…]% f’Diċembru 2026) u wara (sa […]% f’Diċembru 2030). Bl-istess mod, il-Proporzjon ta’ Kopertura tal-Imgħax ta’ DB Cargo (EBIT/Kostijiet tal-Imgħax) huwa mistenni li jevolvi b’mod pożittiv matul id-durata tal-Pjan ta’ Ristrutturar u jilħaq livell ferm aktar minn 1x sa tmiem l-2026 (u aktar minn 1,5x sa Diċembru 2030).

(509)

Bħala alternattiva għax-Xenarju ta’ referenza tal-projezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni tqis li x-Xenarju pessimistiku kif definit fil-Pjan ta’ Ristrutturar huwa wkoll adegwat u kredibbli sal-punt li jassumi għadd ta’ żviluppi avversi possibbli li jaffettwaw il-parametri ewlenin tal-prestazzjoni tal-benefiċjarju, bħal dewmien possibbli fl-eżekuzzjoni tal-miżuri tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo, telf sinifikanti ta’ volumi jew kompetizzjoni intensa fil-prezzijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li x-Xenarju pessimistiku jqis b’mod effettiv il-varjazzjonijiet plawżibbli fl-ixprunaturi tad-dħul u tal-kostijiet li jistgħu kollha, individwalment jew kollettivament, jaffettwaw il-vijabbiltà ta’ DB Cargo. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-fatturi li jaffettwaw b’mod negattiv id-dħul u l-kostijiet fix-Xenarju pessimistiku jitqiesu li jseħħu fl-istess ħin.

(510)

F’Xenarju pessimistiku bħal dan, ir-riżultati ta’ DB Cargo huma affettwati iżda jibqgħu pożittivi u sostenibbli, u b’hekk ma jikkompromettux ir-ritorn tal-benefiċjarju għall-vijabbiltà. Tabilħaqq, l-introjtu nett mistenni tax-Xenarju pessimistiku wara l-kopertura tal-kostijiet operatorji kollha, inkluż l-imgħaxijiet u l-kostijiet ta’ deprezzament, ikompli jkun pożittiv sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fl-2026 u minn hemm ’il quddiem bħal fix-Xenarju ta’ referenza. Barra minn hekk, filwaqt li, skont ix-Xenarju pessimistiku, il-marġni tal-EBIT ta’ DB Cargo jkun ta’ EUR […] (jiġifieri, marġni ta’ […]% fuq id-dħul) fl-2026, dan jiżdied għal kważi EUR […] (jiġifieri, madwar marġni ta’ […]% fuq id-dħul) fis-snin ta’ wara.

(511)

Bl-istess mod, l-ROCE tax-Xenarju pessimistiku ta’ DB Cargo huwa mistenni li jonqos għal […]% meta mqabbel mal- […]% tax-Xenarju ta’ referenza iżda huwa mistenni li jirkupra sa […]% sal-2030 (meta mqabbel mal-livell tax-Xenarju ta’ referenza ta’ […]%). Dan jikkonferma li fix-Xenarju pessimistiku r-ritorn ta’ DB Cargo għall-vijabbiltà fit-tul jibqa’ solidu minkejja s-suppożizzjonijiet avversi kollha li jinkludi dak ix-xenarju.

(512)

Dan huwa kkonfermat ukoll mill-evoluzzjoni mistennija tal-ROA ta’ DB Cargo li, fix-Xenarju pessimistiku, se jkun qrib ta’ […]% fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar (meta mqabbel ma’ […]% fix-Xenarju ta’ referenza) u jikber għal 2,5 % sal-2030 (meta mqabbel ma’ […]% fix-Xenarju ta’ referenza).

(513)

Fir-rigward tal-indikaturi tas-solvenza, fix-Xenarju pessimistiku, DB Cargo hija mistennija wkoll li żżomm pożizzjoni ta’ ekwità pożittiva u li qed tikber matul id-durata tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ristrutturar tagħha. Il-proporzjon tal-ekwità ta’ DB Cargo (Ekwità/Assi Totali), bħal fix-Xenarju ta’ referenza, se jiżdied b’mod kostanti sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar u ’l quddiem (sa […]%). Bl-istess mod, il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Imgħax ta’ DB Cargo (EBIT/Spejjeż tal-Imgħax) fix-Xenarju pessimistiku huwa mistenni li jevolvi b’mod pożittiv matul id-durata tal-Pjan ta’ Ristrutturar u jilħaq livell ta’ kważi 1x sa tmiem l-2026 (u iżjed minn 1x sa Diċembru 2030).

(514)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Pjan ta’ Ristrutturar propost, kemm fix-Xenarju ta’ referenza kif ukoll pessimistiku tiegħu, huwa fattibbli, koerenti u estensiv u huwa kapaċi jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul ta’ DB Cargo fi żmien raġonevoli.

5.4.3.   Effetti pożittivi tal-għajnuna fuq l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi jew ta’ żoni ekonomiċi jisbqu l-effetti negattivi, f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u ta’ effetti avversi fuq il-kummerċ

(515)

Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna taffettwax bla bżonn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ, jeħtieġ li jiġu eżaminati n-neċessità, l-adegwatezza u l-proporzjonalità tal-għajnuna, u li tiġi żgurata t-trasparenza. Jeħtieġ ukoll li jiġu eżaminati l-effetti tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ u li jiġu bbilanċjati l-effetti pożittivi tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-attivitajiet u ż-żoni ekonomiċi li l-għajnuna jkollha l-ħsieb li tappoġġa, kif ukoll effetti pożittivi oħra ta’ dik l-għajnuna, kontra l-effetti negattivi tagħha fuq is-suq intern.

5.4.3.1.   Ħtieġa tal-għajnuna u l-effett ta’ inċentiv

(516)

Skont il-punt 53 tal-Linji Gwida R&R, l-Istati Membri li jkollhom l-intenzjoni li jagħtu għajnuna għar-ristrutturar iridu jipprovdu tqabbil ma’ xenarju alternattiv kredibbli li ma jinvolvix għajnuna mill-Istat, filwaqt li juru li l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi jew taż-żoni mfittxija mill-għajnuna, imsemmija fit-taqsima 3.1.1 tal-Linji Gwida R&R, mhux se jintlaħaq jew jintlaħaq inqas mingħajr l-għajnuna. Barra minn hekk, sabiex juru li l-għajnuna għar-ristrutturar għandha effett ta’ inċentiv, l-Istati Membri jridu juru li, fin-nuqqas tal-għajnuna, il-benefiċjarju kien jiġi ristrutturat, mibjugħ jew stralċat b’mod li ma kienx jilħaq l-objettiv maħsub li jiġu evitati l-falliment tas-suq jew it-tbatija soċjali (il-punt 59 tal-Linji Gwida R&R).

(517)

Fix-xenarju alternattiv li fih DB AG ma tkunx itterminat il-PLTA u tkun tat u tkun għadha tagħti l-għajnuna għar-ristrutturar li ssolvi s-sitwazzjoni ta’ ekwità negattiva, DB Cargo kienet tkun attirat nuqqas ta’ fiduċja possibbli tal-klijenti jew tal-fornituri li l-ewwel iġegħluha tnaqqas f’daqqa t-telf operatorju tagħha fis-segmenti tan-negozju fejn huwa l-akbar, b’mod partikolari l-SWL. DB Cargo dalwaqt kien ikollha telf kbir, u b’hekk tasal għall-insolvenza tagħha de facto.

(518)

Barra minn hekk, peress li l-uniku azzjonist ta’ DB Cargo huwa storikament DB AG, (ara l-premessa 13), ma jkunx realistiku li azzjonist kontrollanti alternattiv kien ikun jew ikun għadu jiġi attirat fuq terminu qasir biex jipprovdi kapital biex ikopri t-telf ta’ DB Cargo. Għalhekk, kien f’idejn DB AG li tevita li l-benefiċjarju jwaqqaf jew inaqqas bil-kbir l-operazzjonijiet. F’xenarju kontrofattwali mingħajr għajnuna, DB Cargo kienet tirriskja u għadha tirriskja li tieqaf tipprovdi servizzi importanti tat-trasport fuq l-art fis-segment tal-SWL fil-Ġermanja, li skont id-daqs u n-natura, il-kompetituri ma setgħux u ma jistgħux jirreplikaw faċilment u fil-ħin.

(519)

Għalhekk, jidher li l-għajnuna għar-ristrutturar kellha u għad għandha effett determinanti li jinċentiva l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar kollha previsti sabiex tirritorna għall-vijabbiltà fit-tul, filwaqt li tipprevjeni lill-benefiċjarju mir-riskji li jwaqqaf jew inaqqas bil-kbir l-operazzjonijiet tat-trasport fuq l-art f’attivitajiet tal-SWL jew f’segmenti oħra tal-merkanzija bil-ferrovija li huma kontributuri essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tat-trasport tal-merkanzija fis-suq intern.

5.4.3.2.   Adegwatezza

(520)

L-għajnuna għar-ristrutturar mhux se titqies kompatibbli mas-suq intern jekk miżuri li joħolqu anqas distorsjoni jippermettu li jintlaħaq l-istess objettiv; l-għajnuna trid tiġi remunerata kif xieraq, u l-istrumenti magħżula jridu jkunu xierqa għall-kwistjonijiet ta’ solvenza jew ta’ likwidità li biħsiebha tindirizza (186).

(521)

L-għajnuna għar-ristrutturar tieħu l-forma ta’ trasferiment tat-telf minn DB Cargo għal DB AG. Dan it-trasferiment tat-telf għandu effett pożittiv fuq is-solvenza ta’ DB Cargo, peress li jipproteġi l-pożizzjoni tal-ekwità ta’ DB Cargo milli tiġi affettwata b’mod negattiv mit-telf iġġenerat. Il-Kummissjoni tinnota li t-trasferiment tat-telf ma jipprovdix lil DB Cargo direttament b’xi likwidità f’konformità mal-fatt li DB Cargo ma kellha l-ebda kwistjoni ta’ likwidità meta saret impriża f’diffikultà.

(522)

Fir-rigward tal-aspett tal-għajnuna li ssaħħaħ is-solvenza, kif spjegat fil-premessa 442, fin-nuqqas tal-għajnuna, l-ekwità ta’ DB Cargo kien ikollha tassorbi t-telf u b’hekk kienet tinbidel f’pożizzjoni negattiva fl-2022. Il-pożizzjoni ta’ ekwità negattiva, li tfisser li l-obbligazzjonijiet ta’ kumpanija jaqbżu l-assi tagħha, tkun problema serja ta’ solvenza, li ġiet evitata bejn l-2022 u l-2024 bl-għoti tal-għajnuna. .

(523)

Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ remunerazzjoni xierqa għall-istrumenti, il-Kummissjoni tinnota li t-telf jiġi impost awtomatikament skont il-PLTA lill-kumpanija omm DB AG ta’ DB Cargo. DB AG ma tirċievi l-ebda remunerazzjoni pożittiva netta diretta għat-trasferiment tat-telf. Madankollu, DB Cargo hija kompletament proprjetà ta’ DB AG, għalhekk DB AG, bħala l-uniku azzjonist ta’ DB Cargo, se tikseb bis-sħiħ kwalunkwe benefiċċju derivat mir-ritorn ta’ DB Cargo għall-vijabbiltà fit-tul.

(524)

F’dak il-kuntest, il-valutazzjoni tantiċipa redditi finanzjarji futuri raġonevoli minn DB Cargo li huma mistennija jissalvagwardjaw l-interessi strateġiċi usa’ ta’ DB AG, bħaż-żamma ta’ sussidjarja ewlenija bħal DB Cargo, b’mod partikolari billi jservu industriji bħall-azzar, il-karozzi u s-sustanzi kimiċi, li jiġġeneraw porzjon sostanzjali mill-EUR 4,5 biljun fi dħul annwali ta’ DB Cargo. Għalhekk, billi tiżgura t-tkomplija tal-operat permezz tal-għajnuna, il-Ġermanja tippreserva l-pożizzjonament strateġiku fit-tul ta’ DB Cargo. Il-valutazzjoni tal-projezzjonijiet fix-xenarju ta’ referenza tantiċipa b’mod raġonevoli r-redditi finanzjarji kumulattivi minn DB Cargo matul il-5 sal-10 snin li ġejjin, b’allinjament mar-remunerazzjoni mistennija matul il-perjodu ta’ ristrutturar u lil hinn minnu. Madankollu, taħt dak li jista’ jkollu investitur tas-suq f’sitwazzjoni simili u wara li jkun sofra t-telf riċenti mġarrab mill-2022, ir-redditi jibqgħu raġonevoli u adegwati, speċjalment mill-aħħar sena tal-perjodu ta’ ristrutturar u wara. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkalkulat ir-Rata ta’ Redditu Interna (IRR, Internal Rate of Return) li DB AG setgħet tistenna mill-pjan ta’ ristrutturar ta’ suċċess. Il-Kummissjoni tuża l-approċċ kif deskritt fil-premessi 378 u 379. Madankollu, minflok ma tuża l-pjanijiet ta’ nofs it-terminu bħala bażi, il-Kummissjoni tuża l-projezzjonijiet tax-xenarju ta’ referenza tal-pjan ta’ ristrutturar. Abbażi ta’ dan il-kalkolu, DB AG setgħet tistenna IRR ta’ madwar […]%. Din l-IRR tkun fil-firxa ta’ rendimenti tal-aktar bonds reċenti maħruġa minn Deutsche Bahn Finance GmbH (187), li bħalissa jrendu bejn […]% u […]% (188). Għalhekk, ir-remunerazzjoni hija fil-biċċa l-kbira konformi mal-kostijiet ta’ finanzjament ta’ DB AG.

(525)

F’dak l-istadju, l-istrument ta’ għajnuna mistenni se jindirizza u jirrimedja s-sitwazzjoni ta’ solvenza degradata, filwaqt li jirremunera biżżejjed lil DB AG u għalhekk lill-Istat Ġermaniż, li s-sehem tiegħu fil-benefiċjarju se jkun żdied fil-valur.

(526)

Minn dan isegwi li l-istrument ta’ għajnuna għar-ristrutturar huwa xieraq.

5.4.3.3.   Proporzjonalità tal-għajnuna u l-kondiviżjoni tal-piżijiet

(527)

Skont il-punt 38(e) tal-Linji Gwida R&R, l-għajnuna għar-ristrutturar ma tridx taqbeż il-minimu meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv imfittex minn dik l-għajnuna. L-ammont u l-intensità tal-għajnuna għar-ristrutturar iridu jkunu limitati għall-minimu strett neċessarju sabiex ikun jista’ jitwettaq ir-ristrutturar, fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji eżistenti tal-benefiċjarju, tal-azzjonisti tiegħu jew tal-grupp kummerċjali li jagħmel parti minnu (il-punt 61 tal-Linji Gwida R&R). B’mod partikolari, irid jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ kontribuzzjoni proprja għall-kostijiet tar-ristrutturar u, fejn l-għajnuna mill-Istat tingħata f’forma li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-ekwità tal-benefiċjarju, tal-kondiviżjoni tal-piżijiet. Il-valutazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti se tqis kwalunkwe għajnuna għas-salvataġġ mogħtija minn qabel.

5.4.3.3.1.   Kontribuzzjoni proprja

(528)

Il-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju għall-kostijiet tar-ristrutturar mir-riżorsi proprji ta’ DB Cargo, l-azzjonist jew il-kredituri tagħha -jew investituri ġodda- trid tkun reali u attwali u normalment jenħtieġ li tkun komparabbli mal-għajnuna mogħtija f’termini ta’ effett fuq il-pożizzjoni tas-solvenza jew tal-likwidità tal-benefiċjarju. Skont il-punt 63 tal-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni jeħtieġ li tivvaluta jekk id-diversi sorsi ta’ kontribuzzjoni proprja humiex reali u ħielsa mill-għajnuna. Skont il-punt 64 tal-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni normalment tqis il-kontribuzzjoni proprja bħala adegwata jekk tammonta għal mill-inqas 50 % tal-kostijiet tar-ristrutturar.

(529)

L-ewwel nett, bħala kunsiderazzjoni preliminari għall-valutazzjoni tal-proporzjonalità, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-ammont ta’ għajnuna għar-ristrutturar li jappoġġa l-kostijiet tal-pjan ta’ ristrutturar huwa de facto limitat mid-disinn għall-ammont ta’ telf nett imġarrab matul il-perjodu ta’ ristrutturar sal-31 ta’ Diċembru 2024. Minn hemm ’il quddiem, kwalunkwe telf nett imġarrab minn DB Cargo -kif mistenni fl-2025 -fin-nuqqas tal-PLTA itterminat ma’ DB AG jeħtieġ li jiġi rreġistrat u mġarrab kif irreġistrat fir-rapport tal-introjtu u l-karta tal-bilanċ ta’ DB Cargo. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni proprja tal-azzjonist ta’ DB Cargo tinkludi Kapital intermedju (EUR 842 miljun ta’ self konvertibbli subordinat) li jista’ jiġi kkonvertit u jappoġġa l-pożizzjoni tal-ekwità u tas-solvenza ta’ DB Cargo jekk ikun meħtieġ b’mod simili bħalma għamlet u tagħmel l-għajnuna għar-ristrutturar sal-2024 inkluża.

(530)

Tabilħaqq, kwalunkwe kwistjoni ta’ solvenza wara t-terminazzjoni tal-PLTA jew l-effetti tardivi tagħha sakemm il-profitti jkunu mistennija huma indirizzati mid-disponibbiltà ta’ linji ta’ finanzjament ikkontribwiti minn DB AG u, b’mod partikolari, mill-Kapital intermedju (EUR 842 miljun ta’ self subordinat), li huwa l-akbar ammont uniku tal-kontribuzzjoni proprja. Għas-solvenza ta’ DB Cargo, il-Kapital intermedju jkollu rwol simili għall-PLTA li jtejjeb il-pożizzjoni tal-ekwità ta’ DB Cargo minħabba s-subordinazzjoni tiegħu u għalhekk il-klassifikazzjoni ta’ titoli qrib l-ekwità.

(531)

Fir-rigward tal-punt 63 tal-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni jeħtieġ li tivverifika jekk id-diversi sorsi ta’ finanzjament tal-kontribuzzjoni proprja għall-kostijiet tal-pjan ta’ ristrutturar deskritti fit-taqsima 4.1.5.3.2.2 humiex ħielsa mill-għajnuna u reali, jiġifieri, probabbli biżżejjed li jimmaterjalizzaw matul l-implimentazzjoni tagħhom, eskluż il-profitti. Fir-rigward tan-natura ħielsa mill-għajnuna tal-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju, bl-eċċezzjoni taċ-ċessjoni tal-assi u l-fatturament, il-biċċa l-kbira tagħha hija magħmula minn strumenti finanzjarji jew appoġġ magħmul disponibbli minn DB AG lil DB Cargo permezz ta’ riżorsi tal-Istat, huwa meħtieġ li din tkun strutturata b’mod strett u pprovduta skont it-termini tas-suq.

5.4.3.3.1.1.   Kapital Intermedju (Self Konvertibbli Subordinat ta’ EUR 842 miljun) u Linji ta’ Kreditu (EUR 325 miljun u EUR 434 miljun)

(532)

Il-Kummissjoni tqis li DB AG żammet ma’ dan il-prinċipju ta’ termini tas-suq billi l-ewwel assenjat, abbażi tal-karatteristiċi finanzjarji intrinsiċi ta’ DB Cargo, klassifikazzjoni interna li tista’ titkejjel, verifikabbli u bbażata fuq is-suq, u t-tieni, billi għamlet valutazzjoni komparattiva tal-istrumenti finanzjarji li tipprovdi lil DB Cargo ma’ data minn għodod ta’ pprezzar tas-suq ta’ reputazzjoni tajba bħal LSEG Data & Analytics (189) u b’hekk żgurat li r-rati tal-imgħax applikati għad-diversi strumenti jirriflettu r-riskju assoċjat mal-klassifikazzjoni ta’ DB Cargo.

(533)

Fil-finanzi korporattivi, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jservu bħala għodda kritika għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ inadempjenza ta’ ditta u, konsegwentement, il-kost tad-dejn tagħha. Skont it-teorija ta’ kompromess tal-istruttura tal-kapital, l-impriżi jibbilanċjaw il-benefiċċji tad-dejn (tarki tat-taxxa) mal-kostijiet (ir-riskju ta’ falliment u l-kostijiet tal-imgħax). Peress li ditti bħal DB Cargo jiffaċċjaw pressjoni finanzjarja, kif rifless fi klassifikazzjonijiet tal-kreditu aktar baxxi, il-kost tas-self tagħhom jiżdied minħabba riskju akbar ta’ inadempjenza.

(534)

F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li l-fatt li DB AG tivvaluta internament l-affidabbiltà kreditizja ta’ DB Cargo bl-użu ta’ prinċipji finanzjarji korporattivi stabbiliti allinjati ma’ dawk użati minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħal S&P (190) huwa bażi soda għad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu interna ta’ DB Cargo peress li, f’korporazzjonijiet kbar, il-proċess intern ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu tipikament jirrifletti metodoloġiji tal-aġenziji esterni iżda huwa adattat biex jirrifletti aħjar l-għarfien strateġiku u operazzjonali tal-kumpanija. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-proċess ta’ klassifikazzjoni interna ta’ DB AG jiżgura li l-kontribuzzjoni ta’ DB AG tkun strutturata f’konformità mal-istandards regolatorji applikabbli u f’konformità mal-prinċipji tas-suq li jiffurmaw il-pedament għad-determinazzjoni tal-primjums tar-riskju u r-rati tal-imgħax xierqa fuq strumenti finanzjarji bħal self subordinat, finanzjament intermedju, u linji ta’ kreditu li huma pprovduti minn DB AG lil DB Cargo bħala l-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju għall-kostijiet ta’ finanzjament tal-Pjan ta’ Ristrutturar ta’ DB Cargo.

(535)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-metrika finanzjarja bħal “kopertura ta’ rkupru” (jiġifieri, fluss ta’ flus operazzjonali wara t-taxxa diviż bid-dejn nett), “dejn nett/EBITDA (191)” u “EBITDA/kopertura tal-imgħax (192)” li DB AG tuża bħala referenzi biex tikklassifika s-sussidjarji tagħha, inkluż DB Cargo, fi klassijiet ta’ kreditu u ta’ klassifikazzjoni differenti bl-użu ta’ proporzjonijiet finanzjarji huma fundamentali fil-valutazzjonijiet tar-riskju ta’ kreditu u rikonoxxuti b’mod wiesa’ fit-teorija tal-finanzi korporattivi (193) għall-evalwazzjoni tas-sostenibbiltà tad-dejn, il-likwidità u l-prestazzjoni operazzjonali ta’ ditta u, bħala tali, użati regolarment minn analisti tas-suq finanzjarju li jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-impriżi.

(536)

Fir-rigward ta’ DB Cargo, il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjoni ta’ DB AG, wara r-rieżami tagħha tal-prestazzjonijiet finanzjarji u l-projezzjonijiet ta’ DB Cargo (eż., EBITDA projettat għall-2024), li tnaqqas il-klassifikazzjoni interna ta’ DB Cargo minn “[…]”“[…]” ibbażata, b’mod partikolari, fuq id-deterjorament tas-saħħa finanzjarja ta’ DB Cargo mill-2021 sal-2023, hija approċċ prudenti li jikkontribwixxi għad-determinazzjoni ta’ rati tal-imgħax aktar realistiċi u xierqa applikabbli għall-istrumenti finanzjarji rilevanti pprovduti minn DB AG lil DB Cargo.

(537)

It-tnaqqis fil-grad għal “[…]” jindika li DB Cargo hija fil-kategorija ta’ rendiment għoli (junk bond), li spiss tkun assoċjata ma’ ditti f’diffikultà li l-probabbiltà ta’ inadempjenza tagħhom tiġi kkwantifikata permezz tal-użu ta’ mudelli ta’ riskju ta’ kreditu bħall-Altman Z-Score u l-mudell Merton (194) li jirriflettu l-użu tal-proporzjonijiet finanzjarji u l-kundizzjonijiet tas-suq minn DB AG fil-proċess intern ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu tagħha.

(538)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-klassifikazzjoni tal-kreditu interna ta’ DB Cargo ta’ “[…]” tirrifletti b’mod xieraq l-affidabbiltà kreditizja agħar tagħha wara d-deterjorament mistenni fl-EBITDA tagħha fl-2024, xprunata minn sfidi tal-industrija u diffikultajiet operazzjonali, li jdgħajfu l-kapaċità tagħha li tiġġenera introjtu operatorju suffiċjenti biex tissodisfa l-obbligi tad-dejn tagħha, b’mod partikolari fid-dawl tan-natura intensiva fil-kapital tagħha bħala kumpanija tal-loġistika.

(539)

Din il-klassifikazzjoni, li tinkorpora riskju ta’ kreditu ogħla meta mqabbel ma’ sussidjarji kklassifikati aħjar, taffettwa direttament ir-rati tal-imgħax imposti fuq il-finanzjament tad-dejn peress li, skont it-teorija Modigliani-Miller (195), fil-preżenza ta’ diffikultà finanzjarja, id-dejn isir dejjem aktar għali, li jirrifletti ż-żieda fil-primjum tar-riskju ta’ inadempjenza. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li r-rati tal-imgħax applikati minn DB AG għall-Kapital intermedju ta’ DB Cargo (imsejjaħ ukoll self konvertibbli subordinat) ta’ EUR 842 miljun u żewġ linji ta’ kreditu ta’ EUR 325 miljun u EUR 434 miljun jirriflettu dan il-primjum tar-riskju, filwaqt li jaderixxu mal-prinċipji ta’ finanzi korporattivi aċċettati b’mod wiesa’ ta’ redditu aġġustat għar-riskju u tqis b’mod xieraq il-klassifikazzjoni “[…]” ta’ DB Cargo u b’hekk tiżgura li t-termini tas-self ikunu kompetittivi ma’ bonds simili b’rendiment għoli fis-suq.

(540)

Wara l-valutazzjoni tal-elementi komponenti u l-mark-ups tar-rati tal-imgħax inkwistjoni u r-raġunament finanzjarju tagħhom, huwa xieraq ukoll fil-prattika li jiġi vvalutat il-livell tar-rati li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet ta’ finanzjament rispettivi għall-Kapital intermedju (jew self subordinat) u ż-żewġ linji ta’ kreditu pprovduti lil DB Cargo.

(541)

F’dak ir-rigward, peress li DB Cargo ma tissellifx minn istituzzjonijiet finanzjarji jew banek esterni, ma hemm l-ebda imgħax tas-suq osservabbli impost fuq is-self tagħha li jkun disponibbli bħala parametru referenzjarju għat-tqabbil. La huwa prattikabbli li jiġi identifikat operatur tal-merkanzija bil-ferrovija — u lanqas — self b’termini tas-suq li jkun simili biżżejjed fil-profil operattiv u finanzjarju u li jservi biex tittieħed kwalunkwe inferenza valida dwar il-kostijiet tas-self ta’ DB Cargo jekk tikseb finanzjament mis-swieq jew mill-istituzzjonijiet finanzjarji. F’sitwazzjoni bħal din, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont tistabbilixxi l-kriterji għad-determinazzjoni ta’ indikatur għar-rata tas-suq (196).

(542)

L-indikatur xieraq li jirriżulta mill-Komunikazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont għalhekk ikun self minn kumpanija omm lil sussidjarja bħal DB Cargo bi klassifikazzjoni dgħajfa u mingħajr self estern. F’każ ta’ inadempjenza, il-kumpanija omm/is-sellief xorta tibqa’ intitolata li tfittex sodisfazzjon mill-assi mhux gravati tas-sussidjarja. L-assi fissi u mhux kurrenti ta’ DB Cargo għandhom valur ta’ EUR […] biljun fil-karta tal-bilanċ tagħha, ferm ogħla mill-EUR 1,7 biljun tal-ammont totali ta’ strumenti finanzjarji li DB AG tipprovdi biex tappoġġa l-kostijiet tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ DB Cargo. Għalhekk, is-sellief ma jkollux telf baxx jekk DB Cargo tkun inadempjenti. Ir-rata tal-imgħax li tirriżulta (proxy ta’) imposta mill-kumpanija omm/sellief tkun […] u […] kif stabbilit fil-Komunikazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont. Ir-rata tal-imgħax annwali ta’ […]% li DB AG titlob lil DB Cargo fuq iż-żewġ linji ta’ kreditu, li huma l-aktar self superjuri tal-kontribuzzjoni proprja, hija fil-firxa tar-rati indikattivi: ferm ogħla mill-indikatur preċedenti u qrib l-indikatur tal-aħħar. Finanzjament aktar riskjuż f’termini ta’ anzjanità bħall-Kapital intermedju (197) (jew self konvertibbli subordinat) jattira rati tal-imgħax ħafna ogħla, fl-applikazzjoni tal-metodoloġija bbażata fuq is-suq u oġġettiva stabbilita fil-ftehimiet ta’ kreditu ma’ DB AG, sa […]% fil-preżent.

(543)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ġabret data finanzjarja mill-bażi tad-data ta’ S&P Capital IQ (198) għall-valutazzjoni komparattiva tar-rati tal-imgħax li DB Cargo trid tħallas għal-linji ta’ kreditu u l-Kapital intermedju. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ġabret data dwar ir-rendimenti ta’ bonds korporattivi għal korporattivi mhux finanzjarji bi profil tar-riskju simili għal DB Cargo, jiġifieri kumpaniji kklassifikati “[…]” u “[…]”. Illustrazzjoni 9 turi l-kurvi tar-rendiment tal-bonds korporattivi għal dawn il-kumpaniji. Għal grupp ta’ riskju partikolari, il-kurva tipprovdi stima rilevanti tar-rendiment li bih is-suq bħalissa jipprezza d-dejn ta’ dawk l-emittenti. Il-Kummissjoni tuża r-rendimenti tal-bonds bħala indikatur ta’ valutazzjoni komparattiva peress li r-rendiment tal-bonds huwa l-ammont ta’ redditu li investitur jirrealizza fuq bond li jagħti indikazzjoni tajba tal-kost “globali” tas-self għal kumpanija.

Illustrazzjoni 9

Kurva tar-rendiment tal-bonds korporattivi għal maturitajiet u klassifikazzjonijiet differenti

Image 12

Sors:

S&P Capital IQ aċċessat fis-26 ta’ Novembru 2024.

(544)

Il-Kummissjoni tinnota li, għal-linji ta’ kreditu temporanji, ara l-premessi 257(f) u 257(b), ir-rata tal-imgħax applikabbli tiġi kkalkulata għall-ġbid ta’ kreditu individwali. Bl-użu tal-eżempju tal-perjodu ta’ 6 xhur li għalih, skont il-metodoloġija tal-imgħax deskritta fil-ftehimiet, ir-rati tal-imgħax jammontaw għal […]% fuq bażi annwali fil-preżent, il-Kummissjoni tinnota li s-suq bħalissa jipprezza d-dejn b’maturità ta’ 6 xhur bil-[…]% għall-kumpaniji bi klassifikazzjoni ta’ “[…]”, rispettivament bil-[…]% għall-kumpaniji bi klassifikazzjoni “[…]”. L-imgħax ta’ DB Cargo jaqa’ f’dawk iż-żewġ limiti, peress li huwa eqreb lejn il-limitu superjuri. Għalhekk, ir-rata tal-imgħax tidher li hija konformi mal-aspettattivi tas-suq.

(545)

Fir-rigward tas-self konvertibbli subordinat, ara l-premessi 257(a) sa 257(e), il-Kummissjoni tinnota li dak is-self għandu maturitajiet ta’ bejn madwar 5 snin u madwar 7 snin b’rata tal-imgħax applikabbli li tammonta għal […]% fuq bażi annwali fil-preżent. Bħalissa, is-suq jipprezza d-dejn b’maturità ta’ 5 snin għall-kumpaniji kklassifikati bħala “[…]” b’[…]% u b’[…]% għall-kumpaniji kklassifikati bħala “[…]”. Barra minn hekk, għall-bonds b’maturità ta’ 7 snin, ir-rendiment bħalissa huwa pprezzat bil-“[…]% għall-kumpaniji kklassifikati bħala “[…]”, rispettivament […]% għall-kumpaniji kklassifikati bħala “[…]”. Dan ifisser li DB Cargo tħallas primjum imdaqqas għan-natura aktar riskjuża tas-self konvertibbli subordinat meta mqabbel mar-rendimenti attwali tal-bonds. Għalhekk, fir-rigward ukoll tas-self konvertibbli subordinat, il-valutazzjoni komparattiva ma turix li l-finanzjament se jiġi pprovdut minn DB AG b’kundizzjonijiet manifestament vantaġġużi għal DB Cargo.

(546)

Minn dan isegwi li t-termini li bihom il-finanzjament tal-Kapital intermedju u l-linji ta’ kreditu jsiru disponibbli għal DB Cargo bħala sorsi ta’ kontribuzzjoni proprja huma konformi ma’ u effettivament ogħla mill-indikaturi u l-parametri referenzjarji tar-rati tas-suq u għalhekk ħielsa mill-għajnuna.

5.4.3.3.1.2.   Rikavati minn żvestimenti tal-assi (EUR [460-560] miljun)

(547)

L-iżvestimenti tal-assi ta’ DB Cargo b’valur ta’ EUR [460-560] miljun, li jridu jsiru matul il-perjodu ta’ ristrutturar li jeskludu x-xiri intragrupp, jistgħu għalhekk jitqiesu bħala ħielsa mir-riżorsi tal-Istat. Barra minn hekk, l-istanzi disponibbli ta’ bejgħ diġà lil operaturi privati u l-prinċipji li jirregolaw il-bejgħ ippjanat jindikaw approċċ ibbażat fuq is-suq tal-għażla tax-xerrejja li jippreserva l-interess ta’ DB Cargo (ara t-taqsima 4.1.5), li l-Ġermanja u DB Cargo jenħtieġ li jsegwu għal żvestimenti u bejgħ ta’ assi impenjati għalihom.

(548)

Madankollu, il-punt 63 tal-Linji Gwida R&R jeskludi l-aspettattivi ta’ profitti futuri mill-ambitu tal-kontribuzzjonijiet reali. Il-kontribuzzjoni proprja reali u attwali minn DB Cargo identifikata mill-Ġermanja tinkludi rikavati ta’ EUR [460-560] miljun mistennija mill-bejgħ ta’ assi jew parteċipazzjonijiet azzjonarji li jrid isir […]. Dak l-ammont sħiħ ta’ rikavati għadu mhux ċert biżżejjed. F’każ ieħor fil-passat ta’ għajnuna kompatibbli lil kompetitur tal-merkanzija bil-ferrovija, il-Kummissjoni qieset li l-impenn biex jiġu ċeduti assi jew parteċipazzjonijiet azzjonarji matul il-pjan ta’ ristrutturar, minbarra l-finanzjament mill-kumpanija omm, kien sors validu ta’ kontribuzzjoni proprja attwali anki jekk ma ġiex implimentat bis-sħiħ jew kien nieqes minn xerrejja impenjati (199).

(549)

Madankollu, il-Kummissjoni se twarrab b’mod konservattiv mill-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-għajnuna għar-ristrutturar għal DB Cargo l-ammont ta’ dħul mistenni minn żvestimenti jew bejgħ ta’ assi li għadhom ma ġewx iffirmati u dawk li għalihom ma hemmx xerrejja impenjati biżżejjed identifikati u/jew il-prezz tal-bejgħ huwa sempliċi stima. Għalhekk, il-kostijiet rilevanti ppjanati li jiġġarrbu għall-istess ammont se jkollhom jiġu ffinanzjati bid-dħul operattiv mistenni mill-operat normali.

(550)

Mid-deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali pprovduta mill-awtoritajiet Ġermaniżi jirriżulta li d-dħul mistenni minn żvestimenti jew bejgħ ta’ assi li huma ffirmati u dak li għalih hemm offerti vinkolanti minn xerrejja identifikati jammonta għal EUR […], mill-ammont totali mistenni ta’ bejgħ ta’ EUR [460-560] miljun (il-premessa 325). Jenħtieġ li dan id-dħul preċedenti diġà mħallas jew imminenti għal DB Cargo jitqies bħala kontribuzzjonijiet reali u attwali mill-benefiċjarju.

5.4.3.3.1.3.   Fatturament tar-riċevibbli mill-HSBC (EUR [100-140] miljun)

(551)

Il-fatturament ta’ EUR [100-140] miljun riċevibbli huwa miftiehem minn […], bank privat magħżul wara proċess ta’ sejħa għall-offerti bl-aħjar offerta vinkolanti (il-premessa 257(c)(f)). Il-fatturament tar-riċevibbli jnaqqas u se jnaqqas il-kostijiet miżmuma minn DB Cargo u jtejjeb il-kapital operatorju u l-flussi tal-flus tagħha. Minħabba l-provvista minn riżorsi li ma humiex taħt il-kontroll tal-Istat Ġermaniż, il-fatturament minn […] huwa sors ta’ kontribuzzjoni proprja mingħajr għajnuna u effettiva.

5.4.3.3.1.4.   Trasferiment u kopertura ta’ pagi tal-persunal u kostijiet ta’ terminazzjoni tal-impjieg (EUR [100-140] miljun)

(552)

Il-kostijiet relatati mat-tnaqqis tal-għadd ta’ persunal ta’ DB Cargo skattat mill-pjan ta’ ristrutturar se jkunu koperti mill-kontribuzzjoni ta’ DB JobService Gmbh (il-premessa257(c)(f)). It-tnaqqis u l-attribuzzjoni mill-ġdid fi ħdan il-grupp DB ġew miftiehma mill-korpi interni kompetenti għal għadd preċiż ta’ persunal, sabiex l-involviment ta’ DB JobService Gmbh ikun ċert, definit u kkwantifikat b’mod preċiż. Din il-kontribuzzjoni tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ regoli u politiki korporattivi stabbiliti minn qabel ta’ DB AG. Id-deċiżjoni ta’ DB Cargo li tuża s-servizz hija deċiżjoni awtonoma fi ħdan il-grupp, li x’aktarx ma tkunx minħabba l-involviment jew l-interferenza tal-Istat fil-kapaċità tiegħu ta’ azzjonist ta’ DB AG.

(553)

Barra minn hekk, ir-rwol ta’ DB JobService Gmbh bħala fornitur ta’ servizz intern huwa simili għal dak tal-aġenziji ta’ kollokament fis-suq tax-xogħol għall-attribuzzjoni mill-ġdid ta’ persunal li ngħata s-sensja. In-natura intragrupp tal-ambitu, il-forniment u l-valur tas-servizz ipprovdut mhijiex impediment biex jitqies li s-servizz huwa pprovdut fuq termini tas-suq, kif ikun il-każ għal grupp bi sjieda privata ta’ daqs u attivitajiet simili. Minn dan isegwi li dan is-sors ta’ kontribuzzjoni huwa ħieles mill-għajnuna, reali u attwali.

5.4.3.3.1.5.   Konklużjoni

(554)

Ir-riżorsi pprovduti mill-benefiċjarju u mill-azzjonist u l-bank ta’ fatturament tiegħu jistgħu jitqiesu ħielsa minn kwalunkwe għajnuna mill-Istat. Dawk il-kontribuzzjonijiet imressqa mill-Ġermanja effettivament jammontaw għal EUR 2 291 miljun u jaqbżu l-ammont stmat ta’ EUR 1 914 miljun ta’ għajnuna għar-ristrutturar u b’hekk jirrappreżentaw 54 % tal-finanzjament meħtieġ għall-kostijiet tal-pjan. L-għajnuna hija limitata għal massimu tat-telf imġarrab fl-2022, fl-2023 u dak ippjanat għall-2024, sabiex tibqa’ proporzjonata jekk it-telf reali rreġistrat fil-31 ta’ Diċembru 2024 li jkun għadu ttrasferit b’applikazzjoni tal-PLTA jkun baqa’ taħt l-ammont tal-kontribuzzjoni proprja minn DB Cargo.

(555)

Madankollu, dawn il-kontribuzzjonijiet iridu jkunu wkoll reali u attwali, li mhuwiex il-każ għall-ammont sħiħ ta’ EUR [460-560] miljun rikavat mistenni minn żvestimenti ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji jew bejgħ ta’ assi matul il-perjodu ta’ ristrutturar. Anki bis-suppożizzjoni estremament konservattiva li ma jkun hemm l-ebda rikavat mill-bejgħ u l-iżvestimenti li DB Cargo trid twettaq matul il-perjodu ta’ ristrutturar li għalihom għad ma hemmx xerrejja impenjati biżżejjed, il-kontribuzzjoni proprja reali għall-kostijiet mis-sorsi li jifdal ta’ finanzjament mingħajr għajnuna ggarantit sa issa xorta tkun tammonta għal 50 % tat-total.

(556)

Għalhekk, ir-rekwiżit tal-punt 64 tal-Linji Gwida R&R, li skontu l-kontribuzzjoni proprja mill-benefiċjarju normalment se tkun adegwata jekk tammonta għal 50 % tal-kostijiet tar-ristrutturar u tkun sinifikanti, jiġi ssodisfat.

5.4.3.3.2.   Kondiviżjoni tal-piżijiet

(557)

Skont il-punti 65 sa 67 tal-Linji Gwida R&R, l-għajnuna mill-Istat mogħtija f’forma li ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ ekwità tal-benefiċjarju jista’ jkollha l-effett li tipproteġi lill-azzjonisti u lill-kredituri subordinati mill-konsegwenzi tal-għażla tagħhom li jinvestu fil-benefiċjarju, u b’hekk toħloq periklu morali u timmina d-dixxiplina tas-suq. Konsegwentement, jenħtieġ li l-għajnuna sabiex tkopri t-telf tingħata biss fuq termini li jinvolvu kondiviżjoni adegwata tal-piżijiet mill-investituri eżistenti u l-intervent mill-Istat jenħtieġ li jseħħ wara li t-telf ikun ġie kkontabilizzat b’mod sħiħ u attribwit lill-azzjonisti eżistenti u lid-detenturi ta’ dejn subordinat.

(558)

Il-kondiviżjoni adegwata tal-piżijiet normalment se tfisser li l-azzjonisti eżistenti u, fejn meħtieġ il-kredituri subordinati jridu jassorbu t-telf kollu. Jenħtieġ li l-kredituri subordinati jikkontribwixxu għall-assorbiment tat-telf jew billi dan jiġi mibdul f’ekwità jew billi jitnaqqas il-kapital tal-istrumenti rilevanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-intervent tal-Istat isir biss wara li t-telf ikun ġie kkunsidrat u attribwit kollu għall-azzjonisti eżistenti u għad-detenturi tad-dejn subordinat. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-ħruġ ta’ flus mill-benefiċjarju lid-detenturi ta’ ekwità jew dejn subordinat jiġi evitat matul il-perjodu ta’ ristrutturar sa fejn ikun legalment possibbli, sakemm dan ma jaffettwax b’mod sproporzjonat lil dawk li jkunu injettaw ekwità ġdida (il-punt 66 tal-Linji Gwida R&R).

(559)

Barra minn hekk, il-punt 67 tal-Linji Gwida R&R jipprevedi li kwalunkwe għajnuna mill-Istat li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-ekwità tal-benefiċjarju jenħtieġ li tingħata b’termini li jagħtu lill-Istat sehem raġonevoli fil-qligħ futur fil-valur tal-benefiċjarju, fid-dawl tal-ammont ta’ ekwità tal-Istat injettat meta mqabbel mal-ekwità li jifdal tal-kumpanija wara li jkun ġie kontabilizzat it-telf.

(560)

F’dan il-każ, l-għajnuna għar-ristrutturar ma tinċentivax periklu morali jew teħid ta’ riskju eċċessiv għall-benefiċċju tal-azzjonisti jew tal-kredituri tal-benefiċjarju. Tabilħaqq, ma hemm l-ebda kreditur subordinat li ffinanzja lil DB Cargo peress li l-finanzjament kollu ta’ DB Cargo ġie pprovdut fuq bażi interazjendali direttament mid-dipartiment tat-Teżor ta’ DB AG. F’dak l-istadju, it-telf ta’ DB Cargo li l-PLTA pprekluda milli jidher kien u se jiġi assorbit de facto għall-2024 mill-azzjonist uniku DB AG bit-trasferiment ta’ tali telf fl-implimentazzjoni tal-PLTA mill-31 ta’ Diċembru 2022. Għalhekk ma hemm l-ebda telf irreġistrat biex jiġi assorbit minn DB AG jew attribwit lilha. F’termini ta’ kontabbiltà, it-telf ma jkunx ġie rreġistrat jew assorbit; madankollu, dan diġà jkun ġie appoġġat de facto mill-azzjonist uniku ta’ DB Cargo. Bil-konkomitanza tat-trasferiment tat-telf, l-għajnuna għar-ristrutturar u l-waqfien tal-PLTA mill-31 ta’ Diċembru 2024 li jipprevjenu t-trasferiment awtomatiku tal-profitti ta’ DB Cargo lil DB AG, tali għajnuna għat-tisħiħ tal-ekwità tikkonforma mal-punt 66 tal-Linji Gwida R&R.

(561)

L-għajnuna għar-ristrutturar tikkonforma wkoll mal-punt 67 tal-Linji Gwida R&R minħabba li, meta jitqies it-titjib fl-ekwità li l-għajnuna ġġib billi tipprevjeni t-telf nett milli jnaqqasha, il-Ġermanja, l-uniku azzjonist permezz ta’ DB AG ta’ DB Cargo, se tisfrutta bis-sħiħ il-benefiċċji potenzjali kollha tal-azzjonisti derivati mill-vantaġġi mistennija mill-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ristrutturar u mir-ritorn ta’ DB Cargo għall-vijabbiltà fit-tul. Dan huwa l-każ irrispettivament minn jekk iż-żidiet futuri jakkumulawx fil-forma ta’ dividendi futuri jew fil-forma ta’ introjtu nett miżmum li jżid l-ekwità u l-valur tal-parteċipazzjoni azzjonarja indiretta tal-Istat li t-trasferimenti tat-telf żdiedu mill-2022 u se jkomplu jitjiebu għall-2024. Minn dan isegwi li, permezz ta’ DB AG, it-termini tal-intervent mill-Istat jagħtu lill-Ġermanja sehem raġonevoli fil-gwadanji futuri fil-valur ta’ DB Cargo.

5.4.3.3.3.   Konklużjoni

(562)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għar-ristrutturar hija proporzjonata u tinvolvi kondiviżjoni xierqa tal-piżijiet.

5.4.3.4.   Il-prinċipju “tal-ewwel u tal-aħħar darba” u l-limitazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

(563)

Sabiex jiġi żgurat li l-effetti negattivi tal-għajnuna jkunu limitati sabiex jiġu evitati effetti mhux xierqa fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ u sabiex jiġi żgurat li l-bilanċ ġenerali jkun pożittiv (200), l-għajnuna trid tingħata lill-impriżi f’diffikultà f’konformità mal-prinċipju “tal-ewwel u tal-aħħar darba” li jillimita din l-għajnuna għal perjodu ta’ 10 snin.

(564)

Il-Kummissjoni tippermetti għajnuna għar-ristrutturar b’appoġġ għal operazzjoni waħda biss ta’ ristrutturar u dment, jekk xieraq, li jkunu għaddew aktar minn 10 snin wara l-għoti fil-passat ta’ għajnuna għar-ristrutturar jew wara li l-pjan ta’ ristrutturar ikun intemm jew twaqqaf (201). Il-Kummissjoni tippermetti eċċezzjonijiet għal dik ir-regola meta l-għajnuna għar-ristrutturar issegwi l-għajnuna għas-salvataġġ bħala parti minn operazzjoni unika ta’ ristrutturar (202).

5.4.3.4.1.1.   Il-prinċipju ta’ “tal-ewwel u tal-aħħar darba”

(565)

L-għajnuna għar-ristrutturar tappoġġa operazzjoni waħda biss ta’ ristrutturar tal-benefiċjarju. L-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermaw li l-benefiċjarju ma bbenefika mill-ebda għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar fil-passat u ma jappartjenix għal grupp akbar ta’ impriżi li setgħu rċevew tali għajnuna. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-passat ta’ DB Cargo kif ukoll ir-rekords tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar tal-passat u dwar l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar jikkonfermaw din id-dikjarazzjoni. Għalhekk, l-għajnuna għar-ristrutturar tirrispetta l-prinċipju “tal-ewwel u tal-aħħar darba”.

(566)

Skont il-punt 74 tal-Linji Gwida R&R, il-prinċipju “tal-ewwel u tal-aħħar darba” huwa estiż għall-grupp, fis-sens li, meta grupp kummerċjali jkun irċieva għajnuna għas-salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar, il-Kummissjoni normalment ma tippermettix aktar għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar lill-grupp innifsu jew lil xi waħda mill-entitajiet li jappartjenu għall-grupp sakemm ma jkunux għaddew 10 snin minn meta tkun ingħatat l-għajnuna jew minn meta jintemm il-perjodu ta’ ristrutturar jew ma tkunx twaqqfet l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, skont liema jkun seħħ l-aħħar. Barra minn hekk, l-Istati Membri jridu juru li, meta entità li tappartjeni għal grupp kummerċjali tkun irċeviet għajnuna għas-salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar, madankollu l-grupp kollu kif ukoll l-entitajiet l-oħra tal-grupp jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar, l-ebda għajnuna mhi se tgħaddi mill-grupp jew minn entitajiet oħra tal-grupp lill-benefiċjarju preċedenti tal-għajnuna.

(567)

Fir-rigward tal-grupp DB, l-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermaw li l-kumpanija omm tal-benefiċjarju u l-kumpaniji assoċjati tagħha ma bbenefikaw mill-ebda għajnuna għas-salvataġġ jew għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar fil-passat. Ir-rekords tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar tal-passat u dwar l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar jikkonfermaw din id-dikjarazzjoni. Għalhekk, l-għajnuna għas-salvataġġ tirrispetta l-prinċipju “tal-ewwel u tal-aħħar darba”.

5.4.3.4.1.2.   Limitazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

(568)

Skont il-punt 76 u s-segwitu tal-Linji Gwida R&R, meta tingħata l-għajnuna għar-ristrutturar, iridu jittieħdu miżuri biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, sabiex l-effetti negattivi fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ jiġu minimizzati kemm jista’ jkun u l-effetti pożittivi jegħlbu kwalunkwe effett negattiv. Kif spjegat fil-punti 87 sa 93 tal-Linji Gwida R&R, jenħtieġ li l-miżuri tal-kompetizzjoni jiġu kkalibrati u stabbiliti fi proporzjon mal-effetti distorsivi tal-għajnuna. B’mod partikolari, il-fatturi rilevanti huma d-daqs u n-natura tal-għajnuna u l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom tingħata, il-grad tal-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet kif ukoll id-daqs u l-importanza relattiva ta’ DB Cargo fis-suq u l-karatteristiċi tas-suq ikkonċernat. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ma jikkompromettux il-prospetti tar-ritorn għall-vijabbiltà, u jenħtieġ li lanqas ma jsiru għad-detriment tal-konsumaturi u tal-kompetizzjoni.

(569)

Fl-aħħar nett, il-punt 122 tal-Linji Gwida R&R ifakkar li l-benefiċjarju jrid jimplimenta bis-sħiħ il-pjan ta’ ristrutturar u jrid iwettaq kwalunkwe obbligu ieħor stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-għajnuna. Kif stabbilit fid-dettall fit-taqsima 4.1.5, il-Ġermanja timpenja ruħha li DB Cargo se timplimenta l-miżuri li ġejjin li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li se japplikaw […]: (i) il-bejgħ ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji (kif deskritt fit-taqsima 4.1.5.1.2) (ii) il-projbizzjoni fuq ir-reklamar ta’ għajnuna mill-Istat riċevuta (ara l-premessa 301), (iii) il-projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet (ara t-taqsima 4.1.5.1.1), (iv) l-impenn li jiġu esternalizzati ċerti volumi ta’ produzzjoni (ara t-taqsima 4.1.5.2), (v) l-impenn li jiġu limitati l-volumi tal-produzzjoni ta’ DB Cargo (ara t-taqsima 4.1.5.3), u (vi) il-bejgħ ta’ lokomottivi (ara t-taqsima 4.1.5.4). Għalhekk, jenħtieġ li DB Cargo, fuq inizjattiva tagħha stess, timplimenta l-miżuri kkonċernati b’mod diliġenti u f’waqtu.

(570)

Il-valutazzjoni tal-kalibrazzjoni xierqa ta’ dawn il-miżuri għandha tqis l-impatt fuq il-kompetizzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturar lil DB Cargo fid-dawl tal-grad ta’ kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet miksuba f’dan il-każ. Fir-rigward tal-kontribuzzjoni proprja, in-natura u l-ammont tad-diversi sorsi u strumenti jappoġġaw il-konklużjoni li l-għajnuna hija proporzjonata, filwaqt li juru l-fiduċja tal-azzjonist preżenti fil-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ DB Cargo, soġġett għar-ristrutturar tagħha. Barra minn hekk, hija żgurata kondiviżjoni xierqa tal-piżijiet, peress li l-azzjonist eżistenti kien qed jassorbi t-telf ta’ DB Cargo (inkluż permezz tal-miżura ta’ għajnuna), DB Cargo ma għandha l-ebda dejn subordinat u l-Istat huwa intitolat, permezz ta’ DB AG, li jirċievi sehem raġonevoli fil-qligħ futur tal-valur ta’ DB Cargo.

(571)

Fir-rigward tad-daqs u n-natura tal-għajnuna (il-punt 88 tal-Linji Gwida R&R), il-Kummissjoni tosserva li t-telf ittrasferit taħt il-PLTA mill-2022 jammonta għal madwar EUR 1 914 miljun (ara Tabella ). Anki jekk b’kollox ikun imdaqqas, u jammonta għal […] tad-dħul annwali mistenni ta’ DB Cargo fl-2024 (ara t-Tabella 21 fil-premessa 282), meta jitqabbel it-telf ittrasferit kull sena separatament mad-dħul annwali ta’ dik is-sena (it-Tabella 21 fil-premessa 282) jew mal-assi totali (it-Tabella 22), is-sinifikat tagħhom jonqos: rispettivament […]% tad-dħul fl-2022, […]% fl-2023, u […]% fl-2024, kif ukoll […]% tal-assi totali fl-2022, […]% fl-2023 u […]% fl-2024. Meta jitqies ukoll is-sehem tal-merkanzija bil-ferrovija fis-suq totali tal-merkanzija fil-Ġermanja (Tabella 31) jew saħansitra d-dimensjoni tas-suq tal-merkanzija bil-ferrovija fil-Ġermanja, stmat li jiġġenera madwar EUR 6,3 biljun fi dħul fl-2022 u li qed jikber meta mqabbel mal-2021 (kif muri f’Illustrazzjoni 10), l-ammont ta’ għajnuna ma jidhirx eċċessiv.

Illustrazzjoni 10

Żvilupp tad-dħul fis-suq ferrovjarju Ġermaniż f’biljuni ta’ EUR (merkanzija bil-ferrovija bil-griż/fil-quċċata tal-kolonni)

Image 13

Sors:

L-Aġenzija Federali tan-Networks (Bundesnetzagentur Marktuntersuchung Eisenbahnen 2023, Marktuntersuchung Eisenbahnen 2023 (bundesnetzagentur.de), aċċessat l-aħħar fl-10 ta’ Ottubru 2024).

(572)

Il-Kummissjoni tinnota li DB Cargo tipprovdi madwar 8,5 % tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija pprovduti fil-Ġermanja (2022, relattivament stabbli bi proporzjonijiet simili ta’ madwar 10 % jew inqas fis-snin preċedenti). Għall-attività ekonomika aktar ristretta tal-merkanzija bil-ferrovija, is-sehem mis-suq tagħha fil-Ġermanja għas-segmenti kollha tat-trasport ikkombinat bit-triq/bil-ferrovija tal-SWL u tat-tren blokka meħuda flimkien, huwa aktar sinifikanti għal madwar 43 % fl-2022. Madankollu, is-sehem ta’ DB Cargo għall-attività tal-merkanzija bil-ferrovija kien qed jonqos kontinwament, u fornituri oħra ta’ servizzi kienu qed jiksbu ishma akbar (il-premessa 26). Barra minn hekk, meta wieħed iqis ambitu ġeografiku usa’ tal-attivitajiet tal-merkanzija bil-ferrovija fis-suq intern, DB Cargo tipprovdi servizzi tal-merkanzija f’għadd ta’ Stati Membri oħra, filwaqt li żżomm ishma mis-suq ta’ bejn […]% u […]% f’dawk il-pajjiżi. Madankollu, b’kollox, kif muri f’Illustrazzjoni 2 DB Cargo għandha sehem mis-suq ta’ madwar 22 %, li kien qed jonqos b’mod kostanti matul dawn l-aħħar snin u b’hekk naqqas il-pożizzjoni fis-suq ta’ DB Cargo. Barra minn hekk, minbarra l-Ġermanja, DB Cargo tilħaq biss ishma sinifikanti mis-suq f’żewġ Stati Membri oħra, jiġifieri […] (ara l-premessi 26 u 27, u Tabella 2 u 12). Meta jitqiesu s-segmenti tan-negozju differenti (trasport ikkombinat bit-triq/bil-ferrovija tal-SWL u tat-tren blokka), DB Cargo għandha pożizzjoni kważi monopolistika fis-suq tal-SWL fil-Ġermanja, filwaqt li għandha ishma sinifikanti mis-suq bejn […]% u […]% fis-segmenti tat-Tren Blokka u tat-Trasport Ikkombinat (ara t-Tabella 3). Fil-fatt, skont rapport mill-Aġenzija Federali tan-Networks, DB Cargo kellha biss 39,3 % tas-suq totali relattivament diversifikat tal-merkanzija bil-ferrovija fil-Ġermanja fl-2023, li b’hekk jinkludi wkoll is-segment tal-SWL, li fih il-biċċa l-kbira tal-għadd kbir ħafna ta’ fornituri tal-merkanzija bil-ferrovija mhumiex attivi (Tabella 3).

Illustrazzjoni 11

Is-suq tal-merkanzija bil-ferrovija fil-Ġermanja fl-2023

Image 14

Sors:

L-Aġenzija Federali tan-Networks (Bundesnetzagentur Marktuntersuchung Eisenbahnen 2024 (Kurzerhebung Berichtsjahr 2023), Marktuntersuchung Eisenbahnen Kurzerhebung Berichtsjahr 2023 (bundesnetzagentur.de), aċċessat l-aħħar fl-10 ta’ Ottubru 2024).

(573)

Filwaqt li tqis id-daqs u n-natura tal-għajnuna, il-grad tal-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet, u l-pożizzjoni fis-suq ta’ DB Cargo (ara l-premessi 570 sa 572), il-Kummissjoni se tivvaluta l-adegwatezza tal-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni mressqa mill-Ġermanja.

5.4.3.4.1.2.1.   Miżuri strutturali

Il-bejgħ ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji

(574)

Il-bejgħ tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji deskritt fil-premessa 305 et seq. jikkonċerna l-iżvestiment ta’ interessi kummerċjali fuq bażi ta’ negozju avvjat f’negozji vijabbli. B’mod partikolari, l-iżvestimenti fi […] jikkonċernaw l-iżvestiment ta’ sussidjarji kkontrollati indirettament minn DB Cargo (ara l-premessa 324). Kif muri mill-Ġermanja, il-kumpaniji storikament kienu qed jagħmlu profitt (ara Tabella 30) u b’hekk il-ħruġ ta’ DB Cargo Group kien jiftaħ immedjatament opportunitajiet ġodda għall-kompetituri, kif muri mill-interess li diġà wrew ix-xerrejja potenzjali (ara l-premessa 325). Il-Kummissjoni tinnota li l-iżvestimenti jikkonċernaw mhux biss il-Ġermanja ([…]) iżda wkoll il-[…], fejn DB Cargo Group għandu sehem mis-suq sinifikanti.

(575)

Barra minn hekk, l-iżvestiment ta’ aktar minn […] jikkonċerna storikament negozji bi skop ta’ qligħ, kif muri fit-Tabella.

(576)

Fir-rigward tal-iżvestimenti fuq […], għadu għaddej proċess ta’ diliġenza dovuta (ara l-premessa 325(c)), u għalhekk l-interess f’dawk l-assi juri l-opportunitajiet potenzjali għall-kompetituri ta’ DB Cargo Group. Barra minn hekk, dan l-iżvestiment jikkonċerna negozji vijabbli, għalkemm […] fil-fatt iġġeneraw telf fl-2023.

(577)

Barra minn hekk, jekk l-impenn ma jiġix implimentat bis-sħiħ sal-31 ta’ Diċembru 2026, se tkun il-Kummissjoni li tivvaluta li l-alternattivi stabbiliti jkunu ta’ daqs u impatt komparabbli.

Il-bejgħ ta’ lokomottivi

(578)

Minbarra l-bejgħ ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji, DB Cargo, kif deskritt fil-premessa 318, qed tippjana wkoll li ċċedi għadd sinifikanti ta’ lokomottivi. Il-bejgħ tal-lokomottivi jikkonċerna massimu ta’ […] lokomottivi, li huwa konsiderevoli.

(579)

F’dan ir-rigward, l-iżvestiment tal-lokomottivi jnaqqas il-kapaċità u l-abbiltà ta’ DB Cargo li tipprovdi servizzi tal-merkanzija u għalhekk għandha impatt negattiv fuq il-kompetittività ta’ DB Cargo. Barra minn hekk, il-lokomottivi se jinbiegħu lil kompetituri u b’hekk tiżdied il-kompetittività tagħhom meta mqabbla ma’ DB Cargo. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-lokomottivi kkonċernati jintużaw fis-segmenti tat-tren blokka u tat-trasport ikkombinat, iż-żewġ segmenti li fihom DB Cargo tiffaċċja kompetizzjoni aktar intensa.

(580)

L-implimentazzjoni ppjanata u d-dħul gradwali ta’ din il-miżura kif impenjata li tagħmel il-Ġermanja ma jimminawx valutazzjoni pożittiva tal-effettività tagħha. B’mod partikolari, huma pprovduti salvagwardji fis-sens li DB Cargo mhijiex sfurzata titlef aktar minn […]% tal-valur tas-suq tal-lokomottivi minħabba l-obbligu tagħha li tbigħhom sal-iskeda ta’ żmien preskritta sal-2026. Il-bejgħ furzat taħt il-valur tas-suq inaqqas bla bżonn min-naħa tiegħu r-riżorsi proprji ta’ DB Cargo disponibbli u li jkunu siewja, b’mod partikolari, f’xenarju pessimistiku kif muri. Barra minn hekk, jekk il-bejgħ ta’ lokomottivi ma jiġix implimentat bis-sħiħ sa dak iż-żmien, se tkun il-Kummissjoni li tivvaluta li l-alternattivi stabbiliti jkunu ta’ daqs u impatt komparabbli.

5.4.3.4.1.2.2.   Miżuri ta’ mġiba

Limitu tal-volumi tal-produzzjoni

(581)

Kif deskritt fil-premessa 317, DB Cargo mhux se taqbeż ċerti volumi tal-produzzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li dan l-impenn sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fil-31 ta’ Diċembru 2026 fil-fatt jirriżulta fi tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni ta’ madwar […]% meta mqabbel mal-output tas-servizzi ta’ DB Cargo fornuti fl-2022. Dan it-tnaqqis fil-produzzjoni fiż-żona ġeografika fejn DB Cargo hija l-aktar attiva huwa sinifikanti f’termini assoluti u a fortiori f’termini relattivi. Tabilħaqq DB Cargo tistenna suq li qed jikber fis-snin li ġejjin (ara l-premessa 279). Fix-xenarju mistenni tad-domanda tas-suq li qed tikber, il-limitu tal-volum ta’ DB Cargo se jnaqqas ukoll b’mod aktar sinifikanti l-preżenza fis-suq ta’ DB Cargo milli b’domanda staġnata jew li qed tonqos. Tali tnaqqis fil-volumi x’aktarx li jipproduċi effetti tardivi lil hinn minn tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, li jżid jew jaċċellera t-tnaqqis annwali osservat u regolari tas-sehem ta’ DB Cargo fit-total tas-servizzi tal-merkanzija bil-ferrovija pprovduti fil-Ġermanja.

Esternalizzazzjoni tal-volumi tal-produzzjoni

(582)

Minbarra l-limitu tal-volum, DB Cargo se testernalizza wkoll il-produzzjoni lil operaturi terzi (ara l-premessa 314). Filwaqt li din il-miżura fiha nnifisha ma taffettwax il-preżenza fis-suq ta’ DB Cargo f’termini nominali, peress li l-produzzjoni tiġi esternalizzata biss b’DB Cargo li tkun għadha żżomm il-kuntratti mal-klijenti, xorta se tipprovdi lill-kompetituri b’opportunitajiet biex jespandu n-negozju attwali tagħhom u jżidu l-kompetizzjoni fil-futur. Dan minħabba li l-esternalizzazzjoni se jkollha effett negattiv fuq l-użu tal-kapaċità ta’ DB Cargo, jekk il-kapaċità ma titnaqqasx. Barra minn hekk, minbarra d-dħul addizzjonali mis-servizzi pprovduti, jistgħu jinħolqu opportunitajiet għall-kompetituri li jaħdmu bil-kuntratti ta’ esternalizzazzjoni meta l-klijenti jkunu ssodisfati bis-servizzi pprovduti.

Projbizzjoni fuq ir-reklamar u projbizzjoni fuq l-akkwisti

(583)

Barra minn hekk, it-tkabbir tan-negozju ta’ DB Cargo se jiġi mfixkel ukoll mill-projbizzjoni fuq l-akkwisti, li timponi fuq il-kumpanija li żżomm lura milli takkwista ishma fi kwalunkwe kumpanija matul il-perjodu ta’ ristrutturar, ħlief fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul ta’ DB Cargo (il-premessa 302). Il-Ġermanja ma ppreżentat l-ebda akkwiżizzjoni ppjanata li tissodisfa l-kundizzjoni li tkun indispensabbli f’dan l-istadju. Kwalunkwe akkwiżizzjoni meqjusa mill-Ġermanja bħala indispensabbli biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul ta’ DB Cargo fil-futur se jkollha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u debitament motivata, filwaqt li toqgħod lura milli timplimentaha sakemm il-Kummissjoni tikkonferma li l-akkwist huwa meħtieġ biex tiġi appoġġata l-vijabbiltà fit-tul ta’ DB Cargo.

(584)

Minħabba li DB Cargo se tnaqqas l-output tagħha, testernalizza s-servizzi u tkun limitata aktar fir-rigward tat-tkabbir permezz ta’ akkwiżizzjonijiet esterni ta’ kompetituri jew fornituri ta’ prodotti jew servizzi komplementari għal tagħha stess sa tmiem il-pjan ta’ ristrutturar, il-miżuri tal-kompetizzjoni jiżguraw li DB Cargo ma terġax tikseb sehem mis-suq permezz ta’ akkwiżizzjonijiet, tieħu kwalunkwe riskju mhux meħtieġ u tiffoka r-riżorsi fuq it-tlestija tar-ristrutturar tagħha. Għalhekk, DB Cargo, għall-kuntrarju tal-kompetituri, mhux se tkun tista’ tespandi permezz ta’ akkwiżizzjonijiet, li indirettament ikunu possibbli permezz tal-għajnuna għar-ristrutturar.

(585)

Fl-aħħar nett, DB Cargo se toqgħod lura wkoll milli tippubbliċizza l-għajnuna mill-Istat bħala vantaġġ kompetittiv meta tikkummerċjalizza prodotti u servizzi (il-premessa 301).

(586)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni proposti mill-Ġermanja huma xierqa biex jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-għajnuna għar-ristrutturar.

5.4.3.5.   Għajnuna mogħtija lil DB Cargo jew lis-sussidjarji tagħha matul il-perjodu ta’ ristrutturar.

(587)

Skont il-punti 127 sa 130 tal-Linji Gwida R&R, l-għoti ta’ kwalunkwe għajnuna oħra matul il-perjodu ta’ ristrutturar, anki skont skema li diġà ġiet awtorizzata, jista’ jinfluwenza l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-portata neċessarja tal-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Jeħtieġ li l-Kummissjoni tqis din l-għajnuna meta tivvaluta l-għajnuna għar-ristrutturar, u jeħtieġ li tiżgura li tali għajnuna oħra ma tevitax ir-rekwiżiti tal-Linji Gwida R&R.

(588)

Il-Ġermanja indikat l-għajnuna li tingħata jew li hija ppjanata lill-benefiċjarju matul il-perjodu ta’ ristrutturar, filwaqt li infurmat li DB Cargo tirċievi jew hija mistennija li tirċievi għajnuna sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar taħt 29 skema fis-seħħ mill-2019, kemm jekk ta’ applikazzjoni ġenerali għas-settur ferrovjarju jew speċifika għall-merkanzija bil-ferrovija minn 12-il Stat Membru, jiġifieri Franza, l-Italja, l-Awstrija, in-Netherlands, l-Iżvezja, il-Belġju, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, il-Polonja, l-Ungerija, Spanja u d-Danimarka. L-ammonti attwali jew mistennija huma ta’ EUR 337,7 miljun (2023), EUR 340 miljun (2024), EUR 502,9 miljun (2025) u EUR 502,5 miljun (2026).

(589)

Il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-għajnuna individwali pprovduta jew ippjanata mit-12-il Stat Membru favur il-benefiċjarju hija relatata, b’mod partikolari, mat-tnaqqis tal-kostijiet tal-enerġija jew l-imposti tal-aċċess għall-binarji jew l-appoġġ għall-merkanzija bil-ferrovija li huwa ġeneralment disponibbli għal fornituri oħra ta’ servizzi tat-trasport tal-merkanzija, għalkemm eskluż it-trasport bit-triq. Għajnuna individwali bħal din la tammonta de iure u lanqas de facto għal għajnuna ad hoc. Minħabba d-disinn u l-isfond storiku tal-istrument ta’ għajnuna għar-ristrutturar fil-forma ta’ PLTA kif ukoll il-kronoloġija u d-diversità ġeografika tal-iskemi inkwistjoni, ma jidhirx li l-għajnuna individwali inkwistjoni mogħtija jew prevista minn tant Stati Membri differenti għandha l-għan jew l-effett li tevita r-rekwiżiti tal-Linji Gwida R&R, b’mod partikolari, billi tnaqqas artifiċjalment l-ammont ta’ għajnuna għar-ristrutturar li tappoġġa l-pjan. Għalhekk, fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ, ma huwiex xieraq li jiġi kkunsidrat li miżuri addizzjonali li jnaqqsu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fl-Istati Membri kkonċernati huma xierqa.

(590)

Kif innotat fit-taqsima 5.4.2.1, id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija hija ta’ importanza kbira għall-Patt Ekoloġiku tal-Unjoni u s-servizzi li tipprovdi DB Cargo għandhom żvantaġġi intrinsiċi tal-kostijiet meta mqabbla ma’ dawk tat-trasport bit-triq bit-trakkijiet. Id-29 skema inkwistjoni jindirizzaw parzjalment dawk l-iżvantaġġi tal-kostijiet u fil-prinċipju huma disponibbli għall-operaturi tal-merkanzija bil-ferrovija li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà meħtieġa. F’dan ir-rigward, DB Cargo se żżomm pożizzjoni ta’ ekwità solida matul il-pjan ta’ ristrutturar u, dment li tabilħaqq tali pjan jiġi implimentat kif xieraq u f’waqtu, il-Kummissjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni li DB Cargo tkompli tibbenefika mill-iskemi inkwistjoni, mingħajr preġudizzju għall-konformità mal-kundizzjonijiet rilevanti fihom, li se jkun f’idejn l-Istati Membri kkonċernati biex jivvalutaw.

(591)

Il-Kummissjoni titlob lill-Ġermanja, f’konformità mal-punt 130 tal-Linji Gwida R&R, biex tinforma dwar kwalunkwe għajnuna futura lill-benefiċjarju li għandha tingħata matul il-perjodu ta’ ristrutturar, inkluż għajnuna mogħtija f’konformità ma’ skema approvata, flimkien mal-għajnuna individwali li l-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni dwarha kif imsemmi fil-premessa 588.

5.4.3.6.   Trasparenza

(592)

Skont il-punt 38(g) tal-Linji Gwida R&R, l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku jrid ikollhom aċċess faċli għall-atti rilevanti u għall-informazzjoni pertinenti kollha dwar l-għajnuna mogħtija. Dan ifisser li l-Ġermanja trid tirrispetta d-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza stabbiliti fil-punt 96 tal-Linji Gwida R&R. Il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja timpenja ruħha li tirrispetta dawk l-obbligi. L-informazzjoni rilevanti se tkun disponibbli fuq is-sit web li ġej:

https://webgate.ec.europa.eu/competition/transparency.

(593)

Il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li l-Ġermanja tipprovdi rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar kull 6 xhur mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Dawn ir-rapporti se jispeċifikaw, b’mod partikolari, id-dati u l-ammonti tal-iżvestiment attwali tal-finanzjament impenjat kemm bħala għajnuna għar-ristrutturar kif ukoll bħala kontribuzzjonijiet proprji, kwalunkwe għajnuna futura ppjanata lill-benefiċjarju jew lis-sussidjarji tiegħu inkluż taħt skemi approvati, l-istat ta’ implimentazzjoni tal-miżuri li jnaqqsu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, kwalunkwe devjazzjoni mit-trajettorji finanzjarji jew operazzjonali tal-pjan ta’ ristrutturar, it-trażżin tal-kostijiet u t-tnaqqis fil-kostijiet u l-qligħ miksuba mill-miżuri ta’ ristrutturar, u, fejn xieraq, il-miżuri korrettivi previsti jew meħuda mill-Ġermanja, minn DB AG jew mill-benefiċjarju fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kompetenza rispettiv tagħhom. L-obbligu tal-Ġermanja li tipprovdi rapporti bħal dawn huwa stabbilit fl-Artikolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni.

(594)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar lill-Ġermanja fl-obbligu tagħha li tissottometti rapporti annwali lill-Kummissjoni, f’konformità mal-punt 131 tal-Linji Gwida R&R u li tirrapporta dwar kwalunkwe għajnuna mogħtija lil DB Cargo jew lis-sussidjarji tagħha fis-suq intern matul il-perjodu ta’ ristrutturar, inkluż għajnuna mogħtija f’konformità ma’ skema approvata f’konformità mal-punt 129 tal-Linji Gwida R&R.

5.4.4.   Ibbilanċjar tal-effetti pożittivi u negattivi

(595)

Miżura ta’ għajnuna mill-Istat imfassla bir-reqqa trid tiżgura li l-bilanċ ġenerali tal-effetti tal-miżura jkun pożittiv billi tevita milli taffettwa b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni.

(596)

Fil-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni stabbiliet il-kriterji li hija teżamina meta tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar mas-suq intern, filwaqt li tiżgura li l-iżvilupp tal-attività ekonomika inkwistjoni ma jaffettwax ħażin il-kundizzjonijiet tal- kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Kif spjegat fis-sottotaqsimiet 5.4.3.1, 5.4.3.2 u 5.4.3.3, l-għajnuna għar-ristrutturar għandha effett ta’ inċentiv, hija meħtieġa, xierqa u proporzjonata. Barra minn hekk, hemm biżżejjed salvagwardji fis-seħħ biex jiġu limitati d-distorsjonijiet għall-kompetizzjoni, inkluż it-trasparenza (is-subtaqsimiet 5.4.3.4 u 5.4.3.6) u miżuri adegwati ta’ kompetizzjoni li jnaqqsu l-effetti negattivi tal-għajnuna għar-ristrutturar (is-subtaqsima 5.4.3.4).

(597)

Konsegwentement, l-impatt pożittiv tal-għajnuna għar-ristrutturar fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika inkwistjoni jisboq l-effetti negattivi potenzjali fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, li għalhekk mhumiex affettwati b’mod negattiv sa punt li jmur kontra l-interess komuni.

6.   KONKLUŻJONI

(598)

Il-Kummissjoni ssib li l-Ġermanja implimentat b’mod illegali l-għajnuna inkwistjoni bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Madankollu, fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għar-ristrutturar tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà mas-suq intern stabbiliti fil-Linji Gwida R&R, dment li DB Cargo timplimenta bis-sħiħ il-miżuri previsti fil-pjan ta’ ristrutturar u/jew li timpenja ruħha għalihom il-Ġermanja. L-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika u ma taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Għalhekk, l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-TFUE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri li jikkonsistu fil-forniment ta’ servizzi intragrupp ta’ Deutsche Bahn lil DB Cargo AG, il-forniment ta’ finanzjament ta’ self minn Deutsche Bahn Treasury lil DB Cargo AG, il-kopertura parzjali tar-remunerazzjoni tal-impjegati taċ-ċivil impjegati minn DB Cargo AG u t-trasferiment tat-telf annwali ta’ DB Cargo AG sal-31 ta’ Diċembru 2021 skont il-ftehim ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf bejn Deutsche Bahn AG u DB Cargo AG konkluż fil-25 ta’ Ottubru 2012, kif estiż, ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”).

Artikolu 2

1.   It-trasferiment tat-telf annwali ta’ DB Cargo AG lil Deutsche Bahn AG għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2022 u l-31 ta’ Diċembru 2024, skont il-ftehim ta’ trasferiment tal-profitt u t-telf bejn Deutsche Bahn AG u DB Cargo AG konkluż fil-25 ta’ Ottubru 2012, kif estiż, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-għajnuna ngħatat bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

2.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni u għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-Ġermanja għandha tiżgura li DB Cargo AG jew Deutsche Bahn AG skont il-każ, fl-iskedi ta’ żmien inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar jew, kif xieraq, sa mhux aktar tard minn tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fil-31 ta’ Diċembru 2026, jimplimentaw bis-sħiħ il-miżuri inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar ta’ DB Cargo AG kif ukoll il-miżuri relatati li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

Artikolu 4

Il-Ġermanja għandha tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-miżuri previsti jew meħuda biex tikkonforma magħha.

Minn hemm ’il quddiem, il-Ġermanja għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar kull 6 xhur sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fil-31 ta’ Diċembru 2026. Jenħtieġ li dawn ir-rapporti jispeċifikaw, b’mod partikolari, id-dati tal-iżborż attwali tal-finanzjament impenjat bħala kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju, kwalunkwe għajnuna futura ppjanata għal DB Cargo AG jew is-sussidjarji tagħha, inkluż taħt skemi approvati, l-istat ta’ avvanz fl-issodisfar tal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, kwalunkwe devjazzjoni mit-trajettorji finanzjarji jew operazzjonali tal-pjan ta’ ristrutturar, it-trażżin tal-kostijiet u t-tnaqqis fil-kostijiet u ż-żieda fil-qligħ miksub mill-miżuri ta’ ristrutturar operazzjonali, u l-miżuri korrettivi previsti jew meħuda mill-Ġermanja jew, fejn xieraq, minn DB Cargo AG jew Deutsche Bahn AG skont il-każ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Viċi President Eżekuttiv


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2022)639 final tal-31 ta’ Jannar 2022 fil-Kawża SA.50952 (2022/C) (ex 2018/FC) – l-Allegati miżuri ta’ għajnuna mill-Istat tal-Ġermanja favur DB Cargo.

(2)   ĠU C 316, 19.8.2022, p. 20.

(3)  L-identità tal-ilmentatur hija kunfidenzjali.

(4)  Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.

(5)  Fir-rigward tal-Miżura 1 (ara t-Taqsima (39)), skont l-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja, il-bażi tal-kalkolu għat-trasferiment tal-profitt jew it-telf hija l-“ Ergebnis nach Steuern ” (il-profitt wara t-taxxa) ta’ DB Cargo AG. Il-profitt wara t-taxxa ta’ DB Cargo AG jinkludi wkoll il-profitt wara t-taxxa tas-sussidjarji domestiċi. Minbarra DB Cargo AG, huma kkunsidrati s-sussidjarji domestiċi li ġejjin:

—

RBH Logistics GmbH

—

Mitteldeutsche Eisenbahn GmbH

—

DB Cargo Vermögensverwaltungs AG

—

DB Cargo Logistics GmbH

—

DB Cargo BTT GmbH

—

TFG Transfracht GmbH

—

DB Intermodal Services GmbH

—

DB Cargo Eurasia GmbH.

(6)  Dan isegwi minn § 76(1) Aktiengesetz.

(7)  Iċ-ċifri għall-grupp DB u DB Cargo Group huma bbażati fuq l-istandards kontabilistiċi tal-IFRS. Sadanittant, id-dħul individwali ta’ DB Cargo huwa bbażat fuq l-istandards kontabilistiċi stabbiliti fil-Kodiċi tal-Kummerċ Ġermaniż (Handelsgesetzbuch – HGB). Għalhekk, dawk iċ-ċifri ma humiex kompletament komparabbli.

(8)  Il-lista ta’ miżuri individwali li għalihom hija meħtieġa l-approvazzjoni tal-Bord tad-Diretturi ma nbidlitx mill-2010, qabel dik il-verżjoni l-limiti monetarji taħt il-punti (b), (c), (e), u (f) kienu aktar baxxi.

(9)   “ftehimiet tal-kumpanija” (“ Unternehmensverträge ”) tirreferi għal ftehimiet irregolati minn § 291 et seq. AktG, li tinkludi ftehimiet ta’ kontroll u ftehimiet ta’ trasferiment tal-profitt.

(10)  Ma kien hemm l-ebda bidla fil-lista ta’ dawk il-miżuri fid-diversi verżjonijiet tar-regoli ta’ proċedura applikabbli bejn l-2008 u d-data ta’ din id-Deċiżjoni.

(11)  Bħal fil-każ tal-miżuri individwali deskritti fil-premessa 17, verżjonijiet aktar antiki tas-snin 2009 u 2011 jirreferu għal limiti monetarji aktar baxxi. Barra minn hekk, il-verżjoni tal-2011 tirreferi addizzjonalment fil-punt (f) għal DB ML, mhux biss għal DB AG u DB Finance B.V.

(12)  Tunnellata-kilometru jew tkm tfisser l-unità ta’ kejl tat-trasport tal-merkanzija li tirrappreżenta t-trasport ta’ tunnellata (1 000 kilogramma) ta’ merkanzija bil-ferrovija fuq distanza ta’ kilometru. Din l-unità (tkm) hija kruċjali għall-valutazzjoni tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fl-Unjoni, peress li tipprovdi kejl standardizzat tal-piż u l-oġġetti mill-bogħod jiġu ttrasportati bil-ferrovija. Dan jgħin fl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-operatur, fil-bidliet fil-volum tal-merkanzija bil-ferrovija, u jappoġġa l-għanijiet ta’ sostenibbiltà billi jippromwovi l-ferroviji bħala alternattiva b’emissjonijiet aktar baxxi għat-trasport bit-triq. Permezz tal-Iskema ta’ Monitoraġġ tas-Suq Ferrovjarju (RMMS, Rail Market Monitoring Scheme), id-data ta’ tkm tippermetti tqabbil fis-suq intern kollu, filwaqt li tiggwida l-politika u l-investiment biex jissaħħu l-kompetittività ferrovjarja u l-progress lejn miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

(13)  Fir-rigward tas-sehem mis-suq tal-merkanzija bil-ferrovija ta’ DB Cargo fid-Danimarka, il-Ġermanja ssostni li mhuwiex xieraq li d-Danimarka titqies bħala suq ġeografiku tal-merkanzija bil-ferrovija iżda pjuttost bħala pajjiż ta’ tranżitu u li, f’dan il-kuntest, DB Cargo ħadet f’idejha l-operatur nazzjonali stabbilit fl-2001 u tipprovdi servizzi ta’ merkanzija bil-ferrovija biex tgħaqqad il-Ġermanja bħala l-akbar ekonomija Ewropea mal-Iskandinavja.

(14)  Fir-rigward tas-sehem mis-suq tal-merkanzija bil-ferrovija ta’ DB Cargo fin-Netherlands, il-Ġermanja ssostni li, simili għad-Danimarka, il-volum tal-merkanzija bil-ferrovija Netherlandiż huwa komparattivament baxx (madwar 5 % tal-volum Ġermaniż) u li, bħal fid-Danimarka, DB Cargo akkwistat l-operatur nazzjonali stabbilit, fl-2001 għal raġunijiet ta’ tranżitu bejn il-pajjiżi u ta’ konnettività bħall-konnessjoni tal-portijiet Netherlandiżi u Belġjani ma’ Ġenova mill-Ġermanja u l-konnessjoni tal-Baħar tat-Tramuntana mal-Baħar Mediterran mill-Belġju u Franza. Konsegwentement, il-Ġermanja ssostni li mhuwiex xieraq li n-Netherlands jitqiesu bħala suq ġeografiku tal-merkanzija bil-ferrovija indipendenti mis-setturi tal-merkanzija bil-ferrovija tal-pajjiżi ġirien tagħhom.

(15)   Beherrschungs- und Gewinnabführungsvertrag huwa tip ta’ ftehim irregolat minn § 291 u §§ 293 et seq. Aktiengesetz. Skont § 293(1) AktG, ftehimiet irregolati minn § § 291 et seq. isiru effettivi biss bl-approvazzjoni tal-assemblea ġenerali. Ir-riżoluzzjoni teħtieġ maġġoranza ta’ mill-inqas tliet kwarti tal-kapital azzjonarju rappreżentat meta r-riżoluzzjoni tgħaddi. L-istatut ta’ assoċjazzjoni jista’ jipprevedi maġġoranza kapitali akbar u rekwiżiti oħra.

(16)  Il-ftehim ġie ffirmat minn żewġ Membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ DB ML (“Vorstand”) u żewġ membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ DB Schenker Rail Deutschland AG.

(17)  Il-PLTA ġie ppubblikat fir-reġistru kummerċjali għal DB Cargo – rekwiżit għall-validità tal-ftehim - fit-18 ta’ Diċembru 2012.

(18)  Dak il-PLTA ġie konkluż fl-2003.

(19)  Il-kliem oriġinali fil-KStR R14.5, il-paragrafu (6): “ Wird der GAV, der noch nicht fünf aufeinanderfolgende Jahre durchgeführt worden ist, durch Kündigung oder im gegenseitigen Einvernehmen beendet, bleibt der Vertrag für die Jahre, für die er durchgeführt worden ist, steuerrechtlich wirksam, wenn die Beendigung auf einem wichtigen Grund beruht. Ein wichtiger Grund kann insbesondere in der Veräußerung oder Einbringung der Organbeteiligung durch den Organträger, der Verschmelzung, Spaltung oder Liquidation des Organträgers oder der Organgesellschaft gesehen werden. Stand bereits im Zeitpunkt des Vertragsabschlusses fest, dass der GAV vor Ablauf der ersten fünf Jahre beendet werden wird, ist ein wichtiger Grund nicht anzunehmen. Liegt ein wichtiger Grund nicht vor, ist der GAV von Anfang an als steuerrechtlich unwirksam anzusehen. ”

(20)  Imħejjija skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kummerċjali Ġermaniż (Handelsgesetzbuch - HGB) u l-Aktiengesetz.

(21)  Din iż-żieda minn sena għal sena b’EUR 21 miljun tikkorrispondi għal żieda fir-riżerva kapitali minħabba t-trasferiment tal-ishma kollha f’DB Cargo Logistics GmbH, li qabel kienu miżmuma minn Schenker AG lil DB Cargo AG.

(22)  Il-kapital sottoskritt żdied b’EUR 6 000 b’rabta mal-kontribuzzjoni (Einlage) ta’ sitt parteċipazzjonijiet (Beteiligungen). Il-valur tal-kontribuzzjoni tas-sitt parteċipazzjonijiet li jaqbżu ż-żieda fil-kapital sottoskritt ġie ttrasferit għar-riżerva kapitali b’valur ta’ EUR 105 miljun.

(23)  L-ROCE ilu jintuża bħala indikatur b’livell fil-mira mill-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2015. Qabel dik is-sena, il-marġni tal-EBIT biss deher li ntuża għal indikazzjoni tal-prestazzjoni fil-mira.

(24)  Użat f’din id-Deċiżjoni bħala indikatur għall-Qligħ qabel it-Taxxa (EBT, Earnings before Tax) jekk l-EBT ma jkunx inkluż b’mod espliċitu fil-pjan rilevanti ta’ nofs it-terminu.

(25)  Filwaqt li l-bażi għall-kalkolu tal-profitti u t-telf li għandhom jiġu ttrasferiti skont il-PLTA hija l-qligħ wara t-taxxa (“ Ergebnis nach Steuern ”) ta’ DB Cargo AG (inkluż sussidjarji domestiċi) ikkalkulat skont il-prinċipji kontabilistiċi tal-HGB, il-pjanijiet ta’ nofs it-terminu jsegwu l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS, International Financial Reporting Standards). Sal-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2018, il-previżjonijiet jinkludu biss l-introjtu operatorju wara l-imgħax bħala r-riżultat finali tat-tbassir tal-profitt u t-telf.

(26)  Il-pjan jirreferi għall-introjtu operatorju II (“ Betriebsergebnis II ”), li l-Kummissjoni tifhem li huwa l-istess bħall-Introjtu operatorju wara l-imgħax.

(27)  F’% tad-dħul.

(28)  Filwaqt li l-ROCE ma jintużax bħala indikatur tal-prestazzjoni qabel l-2015, il-pjanijiet ta’ nofs it-terminu jinkludu l-kapital użat.

(29)  Introjtu operatorju wara l-imgħax (“ operatorji Ergebnis nach Zinsen ”).

(30)  Il-previżjonijiet tal-ROCE huma disponibbli biss għal DB Cargo Group.

(31)  F’dan il-każ, ir-riskju ewlieni, mhux inkluż fix-xenarju ta’ referenza, kien tnaqqis fit-tkabbir tas-suq.

(32)   Traduzzjoni tal-oriġinal Ġermaniż:

L-ewwel ringiela: Gross-Nett

It-tieni ringiela: opportunitajiet/riskji fir-rigward ta’ PLR 2020 f’miljuni ta’ EUR

Ir-raba’ ringiela: bilanċ bejn l-opportunitajiet u r-riskji probabbli ħafna (aspettattiva > 70 %)

Il-ħames ringiela: “L-Agħar Xenarju Possibbli” tal-Corona

Is-sitt ringiela: ir-riskji taċ-ċiklu ekonomiku f’sens usa’ bħala konsegwenza tal-Brexit

Is-seba’ ringiela: riskji probabbli (40 % < aspettattiva ≤ 70 %)

It-tmien ringiela: opportunitajiet probabbli (40 % < aspettattiva ≤ 70 %)

Id-disa’ ringiela: il-bilanċ tal-opportunitajiet u r-riskji probabbli (40 % < aspettattiva ≤ 70 %)

L-għaxar ringiela: il-bilanċ tal-opportunitajiet u r-riskji (aspettattiva > 40 %)

Il-ħdax-il ringiela: PLR 2020 inkluż il-bilanċ tal-opportunitajiet/tar-riskji (aspettattiva > 40 %)

Parentesi: (inklużi biss opportunitajiet u riskji esterni tal-grupp b’valur ta’ aspettattiva ta’ > 40 % esklużi każijiet ta’ regolamentazzjoni)

(33)  Bejn l-2009 u l-2015, fil-kuntest tal-“proċess ta’ ġestjoni strateġika” fi ħdan il-grupp DB, id-diversi segmenti tan-negozju ppreżentaw l-istrateġiji tagħhom lill-maniġment tal-grupp. Dan il-proċess regolari twaqqaf fl-2016.

(34)  Il-“klijenti ewlenin” kellhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta’ fatturi kwantitattivi u kwalitattivi:

Fatturi kwantitattivi: id-dħul mill-merkanzija, il-volum tal-vaguni, it-tunnellati-kilometri tariffarji;

Fatturi kwalitattivi: l-istabbiltà u l-prevedibbiltà tat-traffiku, id-dipendenza tal-klijenti fuq it-trasport tal-SWL, ir-rieda li jħallsu, il-potenzjal tan-negozju fit-tul tal-klijent.

(35)   Traduzzjoni tal-oriġinal Ġermaniż:

Kriterji tal-valutazzjoni

approċċ

Benefiċċji għall-ekonomija nazzjonali

Benefiċċji ekoloġiċi

Pożizzjonament strateġiku ta’ DB Cargo

Finanzi ta’ DB Cargo

Persunal ta’ DB Cargo

Sistema ferrovjarja domestika u Ewropea

Żvilupp ulterjuri tas-segment b’għajnuna addizzjonali u għajnuna mill-Istat

 

 

 

 

 

 

Żvilupp ulterjuri mingħajr għajnuna addizzjonali mill-Istat

 

 

 

 

 

 

Fokus fuq il-klijenti ewlenin

 

 

 

 

 

 

Għeluq tas-segment

 

 

 

 

 

 

++ = marka pożittiva ħafna + = marka pożittiva 0 = marka newtrali

- = marka negattiva -- = marka negattiva ħafna.

(36)   Traduzzjoni tal-oriġinal Ġermaniż [parti enfasizzata biss]:

SWL EBIT GF.

(37)  Approvata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 8744 final tal-10 ta’ Diċembru 2018 fil-kawża SA.51956 – Skema ta’ għajnuna għall-promozzjoni tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, (ĠU C 14, 11.1.2019, p. 1), emendata u estiża bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2023) 9130 final tad-19 ta’ Diċembru 2023 fil-kawża SA.109540 (2023/N) – Estensjoni u emenda tal-iskema ta’ għajnuna għall-promozzjoni tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija permezz ta’ finanzjament parzjali tat-tariffi għall-aċċess għall-binarji (ĠU C, C/2024/800, 16.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/800/oj).

(38)  Approvata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 7533 final tal-4 ta’ Novembru 2020 fil-kawża SA.58046 (2020/N) – Appoġġ għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija (vagun wieħed) (ĠU C 421, 4.12.2020, p. 1).

(39)   Traduzzjoni tal-oriġinal Ġermaniż [parti enfasizzata biss]:

Sussidji tal-SWL.

(40)   Traduzzjoni tal-oriġinal Ġermaniż [parti enfasizzata biss]:

Li minnhom appoġġ għall-kompożizzjoni tal-ferroviji u s-sussidji tal-SWL

Li minnhom il-parti ta’ DB Cargo prevista fil-Baġit Federali.

(41)   Traduzzjoni tal-oriġinal Ġermaniż [parti enfasizzata biss]:

Fondi addizzjonali meħtieġa

(1) appoġġ għall-kompożizzjoni tal-ferroviji u s-sussidji tal-SWL.

(42)  Rapport integrat ta’ DB AG tal-2016, p. 75, https://ir.deutschebahn.com/fileadmin/Englisch/2016e/Berichte/IB_2016_dbkonzern_en_pdf.pdf (aċċessat fit-3 ta’ Diċembru 2021): “Il-kostijiet għall-funzjonijiet tal-Grupp ma jiġux trasferiti lill-unitajiet tan-negozju (l-ebda “tariffi tal-Grupp”). Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet jew talbiet arbitrarji għall-ħlas, il-kostijiet tas-servizzi mogħtija jitħallsu mill-kumpanija azzjonarja nnifisha u ma jiġux mgħoddija. Dan ifisser li l-kumpaniji tal-Grupp ma jħallsu l-ebda tariffa tal-Grupp għal dawn is-servizzi.”

(43)  Mill-1991, l-Unjoni żviluppat leġiżlazzjoni biex tiftaħ il-ferroviji għall-kompetizzjoni, bl-għan li tgħinhom jerġgħu jiksbu sehem modali mit-trasport bit-triq u bl-ajru. Wara l-proposti suċċessivi tal-Kummissjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni adotta erba’ settijiet ta’ leġiżlazzjoni, magħrufa bħala erba’ pakketti ferrovjarji (https://transport.ec.europa.eu/transport-modes/rail/railway-packages_en). Huwa t-tieni pakkett ferrovjarju, magħmul minn atti differenti adottati fl-2004, li huwa meqjus strumentali għal-liberalizzazzjoni tas-servizzi tal-merkanzija bil-ferrovija billi s-suq tal-merkanzija bil-ferrovija jinfetaħ kompletament għall-kompetizzjoni. Fir-rigward tas-settur tal-merkanzija bil-ferrovija, hija d-data tal-1 ta’ Jannar 2007 li hija meqjusa bħala d-data tal-liberalizzazzjoni sħiħa, billi minn dik id-data, bis-saħħa tad-Direttiva 2004/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/51/oj), l-operaturi liċenzjati tal-merkanzija bil-ferrovija ngħataw, b’kundizzjonijiet ekwi, aċċess għall-infrastruttura fl-Istati Membri kollha bl-għan li joperaw it-tipi kollha ta’ servizzi tal-merkanzija bil-ferrovija.

(44)  F’konformità ma’ din id-dispożizzjoni, l-uffiċjali tal-Istat jistgħu, bil-kunsens tagħhom, iwettqu temporanjament attività li tikkorrispondi għad-dmirijiet tagħhom f’korp pubbliku jew f’korpi oħra, meta l-interess pubbliku jirrikjedi dan.

(45)  Id-dispożizzjonijiet ta’ § 21 tad-DBGrG baqgħu l-istess mill-1994 fir-rigward tar-regola als-ob-Kosten. Modifiki limitati introdotti għal § 21 tad-DBGrG f’Mejju 2021 ħolqu obbligu għal DB AG li tkompli tirrimborża l-kostijiet tal-persunal anki jekk ħaddiem ferrovjarju assenjat ingħata s-sensja wara l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ razzjonalizzazzjoni.

(46)  Id- Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/111/oj).

(47)  B’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 1988, Kwekerij Gebroeders van der Kooy vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi 67/85, 68/85, 70/85, ECLI:EU:C:1988:38, il-punti 34 u 36.

(48)  § 65(1), 3 tal-Bundeshaushaltsordnung (Regolamenti baġitarji federali, “BHO”) u §§ 15 u 19 tal-Grundsätze guter Unternehmens- und aktiver Beteiligungsführung im Bereich des Bundes (Codex ta’ Governanza Korporattiva Pubblika, “PCGK”), pp. 34 u 35.

(49)  § 394 Aktiengesetz.

(50)  § 65(1), 3 “BHO” u §§ 15 u 19 PCGK.

(51)  § 16 PCGK.

(52)  Id-data pprovduta mill-Ġermanja ġejja mid-disa’ Rapport Annwali dwar il-Monitoraġġ tas-Suq tal-IRG-Rail, id-disa’ Dokument ta’ Ħidma Annwali dwar il-Monitoraġġ tas-Suq tal-IRG-Rail datat April 2021.

(53)  Pereżempju, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ottubru 2004, T-137/02, Pollmeier Malchow GmbH &Co. KG vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2004:304, il-punt 50.

(54)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Settembru 2009, Akzo Nobel u Oħrajn vs Il-Kummissjoni, C-97/08 P, ECLI:EU:C:2009:536.

(55)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Novembru 1984, Intermills vs Il-Kummissjoni, il-Kawża C-323/82, ECLI:EU:C:1984:345, il-punti 9 et seq.

(56)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 1996, Viho vs Il-Kummissjoni, C-73/95 P, ECLI:EU:C:1996:405, il-punt 16; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Ottubru 2000, Stora Kopparbergs Bergslags vs Il-Kummissjoni, C-286/98 P, ECLI:EU:C:2000:630, il-punti 26 et seq.; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ottubru 1983, AEG vs Il-Kummissjoni, C-107/82, ECLI:EU:C:1983:293, il-punti 47 et seq.

(57)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/651/oj).

(58)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1407/oj). Il-premessa 4 tiddikjara li “[g]ħall-finijiet tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat, impriża hija kwalunkwe entità, kemm jekk tkun persuna fiżika kif ukoll jekk ġuridika, involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u mill-mod li bih tiġi ffinanzjata. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-entitajiet kollha li huma kkontrollati (fuq bażi legali jew de facto) mill-istess entità għandhom jitqiesu bħala impriża waħda.”

(59)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/34/oj).

(60)  Id-Direttiva (UE) 2016/2370 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/2370/oj).

(61)  Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Diċembru 2020, C-160/19 P, Commune di Milano vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2020:1012, il-punt 30, u tat-28 ta’ Marzu 2019, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-405/16, ECLI:EU:C:2019:268, il-punt 58.

(62)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Marzu 2021, Il-Kummissjoni vs L-Italja u Oħrajn, C-425/19 P, ECLI:EU:C:2021:154.

(63)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1208 tat-23 ta’ Diċembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja implimentat favur il-bank Tercas (Kawża SA.39451 (2015/C) (ex 2015/NN)) (ĠU L 203, 28.7.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1208/oj).

(64)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2182 tas-6 ta’ Marzu 2020, SA.41727 (2016/C) (ex 2016/NN) (ex 2015/CP) dwar il-miżuri favur Empresa de Manutenção de Equipamento Ferroviário, S.A. (EMEF) (ĠU L 444, 10.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/2182/oj).

(65)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 1988, Van der Kooy u Oħrajn vs Il-Kummissjoni, C-67/85, C-68/85 u C-70/85, ECLI:EU:C:1988:38, il-punt 36.

(66)  F’Vertragskonzern, jiġifieri grupp ibbażat fuq ftehimiet, ftehim ta’ kontroll jistabbilixxi d-dritt tal-kumpanija li tikkontrolla li toħroġ direttivi lil dik ikkontrollata.

(67)  Gruppi (Organschaften) kif definiti mil-liġi Ġermaniża dwar it-taxxa.

(68)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ġunju 2012, EDF vs Il-Kummissjoni, C-124/10, ECLI:EU:C:2012:318, il-punt 83.

(69)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/506 tal-20 ta’ Frar 2014 dwar il-miżuri meħuda mill-Ġermanja fir-rigward ta’ Flughafen Berlin-Schönefeld GmbH u diversi linji tal-ajru — SA.15376 (C 27/2007, ex NN 29/2007) (ĠU L 89, 1.4.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/506/oj).

(70)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ġunju 2012, EDF vs Il-Kummissjoni, C-124/10, ECLI:EU:C:2012:318, il-punt 81.

(71)  Approvata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2024) 3488 final tal-21 ta’ Mejju 2024 fil-kawża SA.108800 (2024/N) — Appoġġ għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija (tagħbija fuq vagun wieħed u ferroviji tat-trasport tal-grupp tal-vaguni) (ĠU C, C/2024/3976, 25.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3976/oj).

(72)  Dawn il-pagamenti saru lil DB AG li mbagħad kienet qed tittrasferixxi l-flus lill-BEV. Kif iċċarat mill-awtoritajiet Ġermaniżi, l-allokazzjoni tal-persunal issir lil DB AG li taġixxi bħala intermedjarja. Għaldaqstant, ir-rimborż tal-kostijiet tal-persunal għall-uffiċjali assenjati lil DB AG isir minn DB AG lill-BEV u ma hemm l-ebda pagament dirett tal-kostijiet tal-persunal minn DB Cargo għall-BEV (ara l-premessa 80).

(73)  Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tat-23 ta’ Ottubru 2023.

(74)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1589/oj).

(75)  L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, id-Deċiżjoni Nru 082/23/COL tal-31 ta’ Mejju 2023 biex tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali relatata mal-kuntratti ta’ OSP għall-passiġġieri ferrovjarji fin-Norveġja, il-paragrafi 182 et seq. u l-paragrafu 250 et seq.

(76)  Il-Ġermanja tirreferi b’mod partikolari għad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2014 fil-kawża SA.30481 – Għajnuna illegali mill-Istat favur Agence France-Press (AFP) (ĠU C 20, 19.1.2018, p. 1); tal-24 ta’ April 2007 fil-kawża SA.18957 – Il-finanzjament tax-xandara tas-servizz pubbliku fil-Ġermanja, il-premessa 196 (ĠU C 185, 8.8.2007, p. 1); tas-27 ta’ Frar 2008 fil-kawża SA.21395 – Il-finanzjament tal-VRT, il-premessa 118 (ĠU C 143, 10.6.2008, p. 1).

(77)  Il-Ġermanja tispjega li Railion inħolqot bħala vettura għall-ftuħ ta’ DB Cargo għal ferroviji sħab Ewropej.

(78)  Skont l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Proċedurali “għajnuna eżistenti” tfisser għajnuna li titqies bħala għajnuna eżistenti minħabba li jista’ jiġi stabbilit li fiż-żmien meta daħlet fis-seħħ ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna, u sussegwentement saret għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq intern u mingħajr ma nbidlet mill-Istat Membru. Meta ċerti miżuri jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni ta’ attività mid-dritt tal-Unjoni, tali miżuri ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna eżistenti wara d-data stabbilita għal-liberalizzazzjoni.

(79)  Il-Ġermanja tirreferi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1589/oj).

(80)  Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, tad-29 ta’ April 2004, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-278/00, ECLI:EU:C:2004:239 u tat-8 ta’ Mejju 2003, L-Italja u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni, C-328/00 u C-399/00, ECLI:EU:C:2003:252.

(81)  Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Marzu 2021, Il-Kummissjoni vs L-Italja u Oħrajn, C-425/19 P, ECLI:EU:C:2021:154 u tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021, Oltchim vs Il-Kummissjoni, T-565/19, ECLI:EU:T:2021:904.

(82)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Settembru 2017, ENEA, C-329/15, ECLI:EU:C:2017:671, il-punt 20 u tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021, DEI vs Il-Kummissjoni, T-639/14 RENV, T-352/15 u T-740/17, ECLI:EU:T:2021:604. Il-Ġermanja tinvoka wkoll id-Deċiżjoni (UE) 2021/2182.

(83)  Il-Ġermanja tirreferi għall-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Commune di Milano vs Il-Kummissjoni, C-160/19 P, ECLI:EU:C:2020:591, il-punt 98.

(84)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).

(85)  Għal deskrizzjoni tat-Torri ta’ Kontroll ta’ DB Cargo, ara l-premessi 237 et seq.

(86)  Il-Ġermanja tispjega li l-pjan ta’ DB Cargo huwa li tagħmel l-output u l-previżjonijiet tal-mudell ta’ produzzjoni tagħha dejjem aktar preċiżi b’mod konsistenti anki jekk wieħed jew aktar mill-varjabbli jew is-suppożizzjonijiet tal-input ikollhom jinbidlu minħabba ċirkostanzi mhux previsti.

(87)  Previżjoni fit-22 ta’ Novembru 2024.

(88)  L-ammont ta’ telf mistenni li jiġi ttrasferit għall-2024 (previst fit-22 ta’ Novembru 2024) jinkludi, mingħajr effett fuq l-EBITDA u l-EBT kif previst, obbligazzjoni ta’ taxxa differita stmata għal EUR 18 miljun. It-telf trasferit minn DB Cargo lil DB AG għalhekk jiżdied fuq dak li altrimenti jiġi ttrasferit mingħajr it-terminazzjoni tal-PLTA.

(89)  Tabella 29: Self, faċilitajiet tal-linja ta’ kreditu, linji ta’ kreditu temporanji u Kapital Mezzanin (self konvertibbli subordinat) DB Cargo AG 2025-2029 kif previst mill-Ġermanja fil-“Pjan ta’ Ristrutturar tal-Għajnuna mill-Istat għal DB Cargo” ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2024, kif aġġornat.

(90)  Minn § 2(1) tal-“Ftehim ta’ self intermedju dwar qafas ta’ finanzjament ta’ EUR [842].000.00” (traduzzjoni mill-Ingliż).

(91)  Minn §1(3) tal-“Ftehim ta’ self intermedju dwar qafas ta’ finanzjament ta’ EUR [842].000.00” (traduzzjoni mill-Ingliż).

(92)  Minn § 5(1) u (2) tal-“Ftehim ta’ self intermedju dwar qafas ta’ finanzjament ta’ EUR [842].000.00” (traduzzjoni mill-Ingliż).

(93)  Kif ikkalkulat minn sorsi disponibbli għall-pubbliku bħal www.investing.com (https://www.investing.com/rates-bonds/eur-5-years-irs-interest-rate-swap-historical-data).

(94)  Minn §2(3) tal-“Ftehim ta’ self intermedju dwar qafas ta’ finanzjament ta’ EUR [842].000.00” (traduzzjoni mill-Ingliż).

(95)  Mit-Taqsima 7(a) tal-“Ftehim ta’ self intermedju dwar qafas ta’ finanzjament ta’ EUR [842].000.00” (traduzzjoni mill-Ingliż).

(96)  Minn § 12 tal-“Ftehim ta’ self intermedju dwar qafas ta’ finanzjament ta’ EUR [842].000.00” (traduzzjoni mill-Ingliż).

(97)  Minn §1(1) u (2) tal-“Kuntratt qafas dwar linja ta’ kreditu fl-ammont ta’ EUR 325 000 000,00 ” (traduzzjoni mill-Ingliż).

(98)  Kif disponibbli għall-pubbliku minn sorsi bħal www.euribor-rates.eu (https://www.euribor-rates.eu/en/).

(99)  Minn §12(1) tal-“Kuntratt qafas dwar linja ta’ kreditu fl-ammont ta’ EUR 325 000 000,00 ” (traduzzjoni mill-Ingliż).

(100)  Minn §12(2) tal-“Kuntratt qafas dwar linja ta’ kreditu fl-ammont ta’ EUR 325 000 000,00 ” (traduzzjoni mill-Ingliż).

(101)  Minn §12(3) tal-“Kuntratt qafas dwar linja ta’ kreditu fl-ammont ta’ EUR 325 000 000,00 ” (traduzzjoni mill-Ingliż).

(102)  Minn § 1(1) u (2) tal-“Kuntratt qafas dwar linja ta’ kreditu ta’ tranżizzjoni (“finanzjament tranżitorju”) fl-ammont ta’ EUR 434 000 000,00 ” (traduzzjoni mill-Ingliż).

(103)  Kif disponibbli għall-pubbliku minn sorsi bħal www.euribor-rates.eu (https://www.euribor-rates.eu/en/).

(104)  Minn §5(1) tal-“Kuntratt qafas dwar linja ta’ kreditu tranżitorja (“finanzjament tranżitorju”) fl-ammont ta’ EUR 434 000 000,00 ” (traduzzjoni mill-Ingliż).

(105)  Minn §14(2) tal-“Kuntratt qafas dwar linja ta’ kreditu tranżitorja (“finanzjament tranżitorju”) fl-ammont ta’ EUR 434 000 000,00 ” (traduzzjoni mill-Ingliż).

(106)  CAGR tfisser rata ta’ tkabbir annwali komposta.

(107)  1RoE (Redditu fuq l-Ekwità) = Qligħ wara t-taxxa (EAT)/Ekwità

(108)  2RoCE (Redditu fuq il-Kapital Użat) = EBIT/Kapital Użat

(109)  Il-Ġermanja ssostni li l-Kost Medju Ponderat tal-Kapital ta’ DB Cargo (WACC, Weighted Average Cost of Capital) jammonta għal […]%. Id-WACC huwa s-somma tal-multiplikazzjoni tal-kost tad-dejn u l-kost tal-ekwità bil-ponderazzjonijiet rilevanti. Il-kost tal-ekwità ta’ 20 % huwa kkalkulat bl-użu ta’ mudell tal-ipprezzar tal-assi kapitali u jikkonsisti minn (i) ir-rata mingħajr riskju ta’ 2,5 %, u (ii) il-primjum tar-riskju speċifiku għall-kumpanija, li huwa derivat mill-primjum tar-riskju tas-suq ta’ […]% immultiplikat b’fattur Beta ([…]). Il-kost tad-dejn huwa preżunt li huwa 4,5 % abbażi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu interna ta’ “[…]”. Il-ponderazzjoni hija bbażata fuq livell ta’ dejn mistenni fi tmiem is-sena fiskali 2024 ta’ EUR […] miljun u livell ta’ ekwità ta’ EUR […] miljun, u b’hekk proporzjon ta’ dejn għal ekwità ta’ 370 %. Abbażi ta’ dawk is-suppożizzjonijiet, il-Ġermanja ssostni li d-WACC ta’ DB Cargo huwa mbassar li jkun madwar […]%.

(110)  1) L-aktar ċifra reċenti disponibbli għas-sena 2022.

(111)  2) Medja tal-marġni tal-EBIT li tirreferi għall-2021–2022 minħabba 1), ara hawn fuq.

(112)  3) Metrans hija parti mis-segment intermodali ta’ HHLA u kienet tammonta għal aktar minn 95 % tad-dħul ta’ HHLA f’dan is-segment fl-2023.

(113)  1RoE (Redditu fuq l-Ekwità) = Qligħ wara t-taxxa (EAT)/Ekwità

(114)  2RoCE (Redditu fuq il-Kapital Użat) = EBIT/Kapital Użat

(115)  […]

(116)  […]

(117)  […].

(118)  Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1), il-punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata. Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2015, SACE u SACE BT vs Il-Kummissjoni, T-305/13, ECLI:EU:T:2015:435.

(119)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 3955 final tat-2 ta’ Marzu 2005 fil-kawża N 386/2004 – France Aide à la restructuration à Fret SNCF (ĠU C 172, 12.7.2005, p. 3), il-premessi 133–135 u 146.

(120)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Jannar 1978, Van Tiggele, 82/77, ECLI:EU:C:1978:10, il-punti 25 u 26; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 1996, Air France vs Il-Kummissjoni, T-358/94, ECLI:EU:T:1996:194, il-punt 63.

(121)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 1996, Air France vs Il-Kummissjoni, T-358/94, ECLI:EU:T:1996:194, il-punt 56.

(122)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ottubru 1987, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, 248/84, ECLI:EU:C:1987:437, il-punt 17; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2002, Territorio Histórico de Álava u Oħrajn vs il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-92/00 u T-103/00, ECLI:EU:T:2002:61, il-punt 57.

(123)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-punt 38. Ara wkoll is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 2004, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-278/00, ECLI:EU:C:2004:239, il-punti 53 u 54, tat-8 ta’ Mejju 2003, L-Italja u SIM 2 Multimedia SpA vs il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda C-328/99 u C-399/00, ECLI:EU:C:2003:252 il-punti 33 u 34, u tal-10 ta’ Diċembru 2020, C-160/19 P, Comune di Milano vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2020:1012, il-punti 31 u 34 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(124)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Marzu 2021, Il-Kummissjoni vs L-Italja u Oħrajn, C-425/19 P, ECLI:EU:C:2021:154, il-punti 59 u 60 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(125)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Marzu 2021, Il-Kummissjoni vs L-Italja u Oħrajn, C-425/19 P, ECLI:EU:C:2021:154, il-punti 60 u 61 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(126)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Marzu 2021, Il-Kummissjoni vs L-Italja u Oħrajn, C-425/19 P, ECLI:EU:C:2021:154, il-punt 62 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(127)  Ara § 76(1) Aktiengesetz.

(128)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Diċembru 2020, C-160/19 P, Comune di Milano vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2020:1012, il-punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(129)  Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2012, Budapesti Erőmű Zrt vs il-Kummissjoni, T-80/06 u T-182/09, ECLI:EU:T:201:65, il-punti 55 u 67 u tat-30 ta’ April 2014, Dunamenti Erőmű Zrt vs Il-Kummissjoni, T-179/09, ECLI:EU:T:2014/236, il-punt 66, dan tal-aħħar ikkonfermat mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Ottubru 2015, Electrabel SA u Dunamenti Erőmű Zrt vs Il-Kummissjoni, C-357/14 P, ECLI:EU:C:2015:642.

(130)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust), C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-punt 56.

(131)  Ara Bundesministerium für Verkehr und Digitale Infrastruktur, “Masterplan Schienengüterverkehr”, 23 ta’ Ġunju 2017, https://www.bmvi.de/SharedDocs/DE/Publikationen/E/masterplan-schienengueterverkehr.pdf?__blob=publicationFile (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2024).

(132)  Ara d-Deċiżjoni C(2020) 7533 final tal-4 ta’ Novembru 2020, premessi 3–5, u d-Deċiżjoni C(2024)3488 final tal-21 ta’ Mejju 2024, premessi 4–8.

(133)  Għal dak il-għan, ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2023, T-525/20, ITD u Danske Fragtmænd vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2023:542, il-punti 86-96 u 104-107.

(134)   https://www.bundesfinanzministerium.de/Content/EN/Downloads/Resources/Laws/1969-08-19-federal-budget-code.pdf?__blob=publicationFile&v=1, ikkonsultat fit-30 ta’ Ottubru 2024.

(135)  §12(2) tad-DBGrG tipprevedi li l-uffiċjali tal-Istat għandhom jiġu assenjati (“ sind (...) zugewiesen ”) lil DB AG.

(136)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Arriva Italia, C-385/18, ECLI:EU:C:2019:1121, il-punt 34.

(137)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 1996, SFEI u Oħrajn, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-punt 60; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, ECLI:EU:C:1999:210, il-punt 41.

(138)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Lulju 1974, L-Italja vs Il-Kummissjoni, 173/73, ECLI:EU:C:1974:71, il-punt 13.

(139)  Ibidem.

(140)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1), il-punt 67 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(141)  Fir-rigward tal-investimenti, ara s-sentenza tal-Qorti tal-5 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-punti 79-82 u 87.

(142)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2009, EDF vs Il-Kummissjoni, T-156/04, ECLI:EU:T:2009:505, il-punt 228.

(143)  Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ April 2014, Franza vs Il-Kummissjoni, C-559/12 P, ECLI:EU:C:2014:217, il-punt 94 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(144)  Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010, Il-Greċja u Oħrajn vs il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-415/05, T-416/05 u T-423/05, ECLI:EU:T:2010:386, il-punti 377 sa 393, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Ottubru 2000, Magefesa, C-480/98, ECLI:EU:C:2000:559, il-punti 19 u 20.

(145)  Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2022, JCDecaux Street Furniture Belgium vs il-Kummissjoni, T-642/19, ECLI:EU:T:2022:503, il-punti 28, 49 u 65 (ikkonfermata bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Settembru 2024, JCDecaux Street Furniture Belgium v il-Kummissjoni, C-710/22 P, ECLI:EU:C:2024:787).

(146)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1990, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-142/87, ECLI:EU:C:1990:125, il-punt 29; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1991, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-305/89, ECLI:EU:C:1991:142, il-punti 18 u 19; u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 1998, Cityflyer Express vs Il-Kummissjoni, T-16/96, ECLI:EU:T:1998:78, il-punt 51. Ara wkoll l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1), il-paragrafu 74.

(147)  Sors: ir.deutschebahn.com/de/berichte/archiv/ (aċċessat l-aħħar fil-15 ta’ Novembru 2024)

(148)  Il-kliem oriġinali “ Ein wichtiger Grund liegt namentlich vor, wenn der andere Vertragsteil voraussichtlich nicht in der Lage sein wird, seine auf Grund des Vertrags bestehenden Verpflichtungen zu erfüllen ”.

(149)  Il-kliem oriġinali “ Der Durchführung des GAV steht es nicht entgegen, wenn z. B. […] die Organgesellschaft ständig Verluste erwirtschaftet. ”

(150)  Il-Kummissjoni tuża d-WACC ta’ qabel it-taxxa tal-grupp DB, kif previst fir-rapporti annwali tas-sena tal-pjan ta’ nofs it-terminu, biex tiskonta l-benefiċċju fuq it-taxxa. Din hija suppożizzjoni konservattiva peress li l-kost tal-ekwità tal-grupp DB huwa aktar baxx mill-kost tal-ekwità tas-segment tan-negozju tal-merkanzija u tal-loġistika tiegħu.

(151)  F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li t-tieni rapport ta’ E.CA juża rata tat-taxxa ta’ 15 % għat-telf peress li jassumi li 50 % jista’ jiġi rikonoxxut bħala riport tat-telf b’rata tat-taxxa ta’ 30 %, u 12 % għal riżultati pożittivi minħabba r-riport tat-telf (ara l-premessa 126).

(152)  Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-VPN negattiv mhuwiex limitat għall-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2020, iżda, abbażi tal-pjan ta’ nofs it-terminu tal-2021 (li jkopri s-snin 2022-2026), il-VPN ikun negattiv ukoll għal madwar EUR -166 miljun.

(153)  Jiġifieri l-kriterji nnumerati 1, 2, 5 u 6, jiġifieri: (1) il-benefiċċji għall-ekonomija nazzjonali (l-impatt fuq il-Ġermanja bħala post industrijali), (2) il-benefiċċji ekoloġiċi (l-impatt fuq is-sostenibbiltà tat-trasport tal-merkanzija fil-Ġermanja), (5) l-impatt fuq il-persunal ta’ DB Cargo filwaqt li titqies ir-“responsabbiltà speċjali” għall-impjegati tal-kumpanija tal-Istat, u (6) l-impatt fuq is-sistema ferrovjarja domestika u Ewropea.

(154)  Filwaqt li l-Ġermanja targumenta li l-element ta’ kontroll tal-PLTA għandu effett dixxiplinarju (ara l-premessa 113), il-Kummissjoni tiddubita l-effettività ta’ dawk l-elementi, minħabba n-nuqqas kontinwu ta’ DB Cargo li tilħaq il-miri ta’ prestazzjoni u t-telf annwali kontinwu tagħha (ara t-Tabella 4).

(155)  Il-Kummissjoni tinnota li E.CA ma kkalkulatx id-differenza bejn il-valur tal-intrapriża terminali u d-dejn nett, billi kkalkulat biss il-valur tal-intrapriża ta’ DB Cargo u mhux il-valur tal-ekwità tagħha.

(156)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ġunju 2015, Il-Kummissjoni vs MOL, C-15/14 P, ECLI:EU:C:2015:362, il-punt 60.

(157)  Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Marzu 1994, Banco Exterior de España, C-387/92, ECLI:EU:C:1994:100, il-punt 13 u tal-11 ta’ Lulju 1996, SFEI u Oħrajn, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-punt 58.

(158)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ottubru 2016, Orange vs Il-Kummissjoni, C-211/15 P, ECLI:EU:C:2016:798, il-punt 38.

(159)  Għal modifiki limitati għal § 21 tad-DBGrG, ara n-nota 48 f’qiegħ il-paġna.

(160)  Is-sottomissjonijiet tal-Ġermanja tal-21 ta’ April 2022 u tas-27 ta’ Settembru 2024.

(161)   ĠU L 279, 21.8.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/540/oj.

(162)  Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2015, Orange vs Il-Kummissjoni, T-385/12, ECLI:EU:T:2015:117 u tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ottubru 2016, Orange vs Il-Kummissjoni, C-211/15 P, ECLI:EU:C:2016:798.

(163)  Ara l-premessi 98 u 138 tad-Deċiżjoni Orange.

(164)  Il-Liġi Nru 90-568 tat-2 ta’ Lulju 1990.

(165)  Ara n-nota 48 f’qiegħ il-paġna.

(166)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-punt 187 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(167)  Ara s-sentenzi tas-26 ta’ Ottubru 2016, DEI u l-Kummissjoni vs Alouminion tis Ellados, C-590/14 P, ECLI:EU:C:2016:797, il-punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata; tal-15 ta’ Diċembru 2022, Veejaam u Espo, C-470/20, ECLI:EU:C:2022:981, il-punti 44 u 47.

(168)  Is-sentenza tal-20 ta’ Mejju 2010, Todaro Nunziatina & C., C-138/09, ECLI:EU:C:2010:291, il-punti 44 sa 47.

(169)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P, ECLI:EU:C:2020:742, il-punt 20.

(170)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P, ECLI:EU:C:2020:742, il-punti 18 sa 20.

(171)  Il-Linji Gwida R&R, il-punt 38.

(172)  Teknikament u f’termini kontabilistiċi, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata strettament fil-jum meta tali telf akkumulat jaqbeż il-limitu ta’ 50 % tal-kapital azzjonarju sottoskritt, li jista’ jiġi ċċertifikat biss ex post fi tmiem is-sena finanzjarja, u aktar tard wara ċ-ċertifikazzjoni tal-awditur. Għall-applikazzjoni prattika tagħha, il-kundizzjoni jeħtieġ li tiġi interpretata fid-dawl tad-definizzjoni kwalitattiva li l-impriża tkun kważi ċertament ikkundannata li tfalli fuq perjodu ta’ żmien qasir sa medju, li jista’ jvarja. F’dan il-każ, it-telf operatorju de facto fl-2021 u r-riżultati projettati għall-2022 u wara li kienu jwasslu biex azzjonist fis-suq jagħti lil DB Cargo avviż ta’ terminazzjoni tal-PLTA fit-30 ta’ Settembru 2021. F’każ bħal dan u minn dak il-mument, DB Cargo kienet kważi ċertament tkun ikkundannata li tfalli fuq terminu qasir jew medju, bit-tnaqqis dejjem akbar prevedibbli tal-bażi tal-ekwità tagħha.

(173)  Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2015, Niki Luftfahrt vs Il-Kummissjoni, T-511/09, ECLI:EU:T:2015:284, il-punt 159, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022, Ryanair DAC vs Il-Kummissjoni, T-577/20, ECLI:EU:T:2022:301, il-punt 46.

(174)  Disponibbli fuq: https://www.bundesnetzagentur.de/SharedDocs/Downloads/DE/Sachgebiete/Eisenbahn/Unternehmen_Institutionen/Veroeffentlichungen/Marktuntersuchungen/MarktuntersuchungEisenbahnen/MarktuntersuchungEisenbahnen2023Sonderausgabe5.pdf?__blob=publicationFile&v=4.

(175)  COM (2019) 640 final tal-11.12.2019. Disponibbli fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52019DC0640.

(176)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti”, COM(2020) 789 final tad-9.12.2020, disponibbli fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52020DC0789.

(177)  Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, imniedi mill-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru 2019, huwa l-pjan direzzjonali tal-UE għal ekonomija sostenibbli u newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju u għandu l-għan li jagħmel lill-UE newtrali għall-klima sal-2050. L-għanijiet ewlenin tiegħu jinkludu t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’55 % sal-2030, id-dekarbonizzazzjoni tal-enerġija, il-promozzjoni ta’ ekonomija ċirkolari, ir-restawr tal-bijodiversità, u t-trawwim ta’ agrikoltura sostenibbli permezz tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt. Il-pjan jappoġġa l-innovazzjoni ekoloġika, it-tranżizzjoni industrijali, u Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta biex jgħin lill-ħaddiema fir-reġjuni affettwati. L-iskeda ta’ żmien tiegħu hija kif ġej: 2019: Tnedija tal-Patt Ekoloġiku, 2020-2021: Żvilupp ta’ strateġiji speċifiċi (eż., Bijodiversità u Ekonomija Ċirkolari), 2021: Introduzzjoni tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, 2022-2030: Implimentazzjoni tal-politika, immirata lejn tnaqqis ta’ 55 % fl-emissjonijiet sal-2030, 2050: L-għan tan-newtralità klimatika.

(178)  Il-programm “Lesti għall-mira ta’ 55 %” huwa pakkett leġiżlattiv tal-Unjoni mniedi f’Lulju 2021 bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, li għandu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990, fit-triq lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Il-miżuri ewlenin jinkludu: (i) riforma tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS, Emissions Trading System) u l-introduzzjoni ta’ Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM, Carbon Border Adjustment Mechanism), (ii) aġġornamenti għad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED, Renewable Energy Directive), immirata lejn 40 % enerġija rinnovabbli sal-2030, u d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika (EED, Energy Efficiency Directive) għal użu mtejjeb tal-enerġija, (iii) tisħiħ tal-bjar tal-karbonju skont ir-regolament dwar l-Użu tal-Art, Tibdil fl-Użu tal-Art, u l-Forestrija (LULUCF, Land Use, Land Use Change, and Forestry), (iv) ħolqien ta’ Fond Soċjali għall-Klima biex jiġu appoġġati l-unitajiet domestiċi vulnerabbli. L-iskeda ta’ żmien tiegħu hija kif ġej: 2021: Pakkett imniedi u diskuss, 2022: Ftehimiet politiċi milħuqa, 2023-2025: Implimentazzjoni tal-politiki ewlenin, 2030: Mira ta’ tnaqqis ta’ 55 % tal-emissjonijiet, 2050: L-għan tan-newtralità klimatika.

(179)  Ara t-Taqsima 2.2., il-premessi 27 u 37.

(180)  Ara t-Taqsima 2.2., il-premessi 27 u 37.

(181)  Ara t-Taqsima 2.2., il-premessi 27 u 37.

(182)  Ara t-Taqsima 2.2. hawn fuq, il-premessi 27 u 37.

(183)  Ara l-premessi 466 sa 469.

(184)  L-introjtu operatorju l-ieħor jinkludi l-effett ta’ darba tal-qligħ tal-ammont riportat mill-bejgħ ta’ lokomottivi fl-2026.

(185)  Huwa importanti li wieħed jinnota li dan il-marġni tal-EBIT jista’ jintlaħaq biss bil-kombinazzjoni ta’ miżuri ambizzjużi interni tal-kumpaniji u s-sussidju tat-trasport tal-SWL Ġermaniż ta’ madwar EUR 300 miljun fis-sena. Minbarra s-sussidju, is-segment tan-negozju ta’ vagun wieħed ma jerġax lura għall-profittabbiltà. Huwa ugwalment rilevanti li wieħed jinnota li l-applikazzjoni ta’ DB Cargo għall-finanzjament tat-trasport fuq vagun wieħed għall-2024 għadha ma ġietx approvata mill-Awtorità Federali Ġermaniża tal-Ferroviji. Għalhekk għadu mhux ċar sa liema punt il-finanzjament ta’ EUR 300 miljun fis-sena għas-settur eventwalment se jilħaq lil DB Cargo. Is-suppożizzjoni fil-każ bażi hija li […]% ta’ dan il-volum (EUR […] fis-sena) se jiġi allokat lil DB Cargo.

(186)  Il-punt 38(c), u l-punti 54 u 58 tal-Linji Gwida R&R.

(187)  Bonds bin-Numri Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN, International Securities Identification Numbers):

—

XS2624017070

—

XS2689049059

—

XS2755487076

—

XS2808189760.

(188)  Skont id-data minn https://www.boerse-frankfurt.de/en, aċċessat l-aħħar fis-27 ta’ Novembru 2024.

(189)  LSEG Data & Analytics, li qabel kienet Refinitiv, hija fornitur globali Amerikan-Brittaniku ta’ data u infrastruttura tas-suq finanzjarju. Il-kumpanija twaqqfet fl-2018 bħala sussidjarja ta’ Thomson Reuters, li mbagħad biegħet sehem ta’ 55 % lil Blackstone Group LP f’Awwissu 2018. F’Ottubru 2019, Blackstone u Thomson Reuters ħabbru l-bejgħ tal-kumpanija lil London Stock Exchange Group (LSEG). LSEG Data & Analytics hija meqjusa affidabbli ħafna għad-data tas-suq finanzjarju minħabba r-reputazzjoni twila, il-kopertura globali komprensiva, u l-akkuratezza tagħha. Hija tipprovdi data preċiża f’ħin reali għal diversi klassijiet ta’ assi u hija integrata ma’ sistemi finanzjarji ewlenin. LSEG Data & Analytics tindika li ssegwi standards regolatorji stretti, filwaqt li tiżgura t-trasparenza u l-konformità. L-affiljazzjoni tagħha mal-LSEG kompliet issolidifikat l-affidabbiltà tagħha. L-istituzzjonijiet finanzjarji, l-analisti, u r-regolaturi jiddependu fuq LSEG Data & Analytics għall-għodod robusti tagħha tad-data u tal-analitika, u dan jagħmilha pedament tal-industrija finanzjarja.

(190)  Bħall-probabbiltajiet storiċi ta’ inadempjenza ppubblikati ta’ S&P.

(191)  Il-proporzjon tad-dejn nett/EBITDA jkejjel l-ingranaġġ ta’ ditta, u jindika kemm snin ikun hemm bżonn għall-kumpanija biex tħallas lura d-dejn tagħha jekk kemm id-dejn kif ukoll l-EBITDA jibqgħu kostanti. Bħala l-aħjar prattika, proporzjon ogħla minn 3 spiss jitqies bħala sinjal ta’ riskju ta’ kreditu elevat, u għal DB Cargo, proporzjon għoli ta’ dejn nett/EBITDA x’aktarx li kkontribwixxa għat-tnaqqis fil-grad fil-klassifikazzjoni tagħha.

(192)  Il-proporzjon tal-EBITDA/kopertura tal-imgħax ikejjel il-kapaċità tad-ditta li taqdi l-obbligi tad-dejn tagħha, b’valuri ogħla li jirriflettu stabbiltà finanzjarja akbar.

(193)  Skont prattiki moderni ta’ finanzi korporattivi, mudell ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu intern komprensiv jivvaluta kemm il-fatturi kwantitattivi (proporzjonijiet finanzjarji) kif ukoll il-fatturi kwalitattivi (il-prospettiva tan-negozju, il-kwalità tal-maniġment, ir-riskju tal-industrija).

(194)  L-Altman Z-Score huwa mudell finanzjarju użat biex jipprevedi l-probabbiltà ta’ falliment ta’ kumpanija. Dan jikkombina diversi proporzjonijiet finanzjarji f’punteġġ wieħed, b’punteġġi ogħla li jindikaw riskju aktar baxx ta’ insolvenza. Il-Mudell Merton jistma r-riskju ta’ kreditu ta’ kumpanija billi jikkalkula l-probabbiltà ta’ inadempjenza abbażi tal-valur tal-assi tad-ditta relattiv għall-obbligazzjonijiet tagħha, bl-użu tat-teorija tal-ipprezzar tal-opzjonijiet.

(195)  It-teorija Modigliani-Miller tissuġġerixxi li, f’suq perfett, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, id-diffikultajiet, u r-riskji ta’ falliment ma jaffettwawx il-valur ta’ ditta, peress li l-istruttura kapitali hija irrilevanti. Madankollu, fir-realtà, dawn il-fatturi huma importanti minħabba li s-swieq ma humiex perfetti. Għalhekk, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u r-riskji ta’ falliment dejjem jinfluwenzaw il-kostijiet tas-self/l-imposti tal-imgħax, il-perċezzjonijiet tal-investituri, u l-istabbiltà finanzjarja tal-kumpaniji f’diffikultà, u b’hekk id-deċiżjonijiet dwar l-istruttura tal-kapital isiru kruċjali fix-xenarji tad-dinja reali.

(196)   ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

(197)  Il-finanzjament intermedju tipikament ikollu rata tal-imgħax ogħla minħabba l-pożizzjoni tiegħu taħt id-dejn superjuri fl-istruttura tal-kapital, konsistenti mat-teorija tal-ordni ta’ tnaqqis tal-finanzi korporattivi. Din it-teorija tgħid li l-kumpaniji jippreferu jiksbu l-kapital fl-ordni ta’ bl-anqas kost għall-aktar kost, b’finanzjament intermedju li jirrappreżenta għażla bejn l-ekwità u d-dejn superjuri. Fil-każ partikolari ta’ DB Cargo u għall-kuntrarju ta’ każijiet oħra ta’ finanzjament intermedju, is-self intermedju ta’ DB AG ma jippermettix li l-pagament tal-imgħax jiġi sospiż jew li d-data tal-ħlas lura tiġi posposta, li jirriżulta f’imposta tal-imgħax aktar baxxa milli fil-każ ta’ finanzjament dirett tal-ekwità li la għandu maturità u lanqas obbligu li jħallas l-imgħax.

(198)   https://www.capitaliq.com/.

(199)  Id-Deċiżjoni C(2004) 3955 final tat-2 ta’ Marzu 2005, premessi 82–87 u 186–187.

(200)  Il-punt 38(f) tal-Linji Gwida R&R.

(201)  Il-punti 70 u 71 tal-Linji Gwida R&R.

(202)  Il-punt 72(a) tal-Linji Gwida R&R.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1167/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)