2009D0955 — MT — 02.12.2010 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/955/PESK

tal-15 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani

(ĠU L 330, 16.12.2009, p.76)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/747/PESK tat-2 ta’ Diċembru 2010

  L 318

44

4.12.2010




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/955/PESK

tal-15 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Novembru 2005 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani ( 1 ) (EUPOL COPPS) għal perijodu ta' tliet snin. Il-fażi operattiva tal-EUPOL COPPS bdiet fl-1 ta' Jannar 2006. L-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK ġiet estiża bl-Azzjoni Konġunta 2008/958/PESK ( 2 ) sal-31 ta' Diċembru 2010.

(2)

Huwa neċessarju li jiġi stabbilit l-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2010.

(3)

Huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet li taħthom l-EUPOL COPPS tista' tirrekluta persunal fuq bażi kuntrattwali.

(4)

Il-EUPOL COPPS għandu jkollha unità ta' proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġetti.

(5)

L-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 2, għandu jiżdied punt:

“(d) Il-Missjoni għandu jkollha unità ta' proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġetti. Il-Missjoni għandha, kif meħtieġ, tikkoordina, tiffaċilita u tipprovdi pariri dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u l-Istati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom, f'oqsma relatati mal-Missjoni u b'appoġġ tal-objettivi tagħha.”;

(2) Fl-Artikolu 8,

(a) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.  Iċ-ċittadini tal-Istati Membri għandhom jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali mill-EUPOL COPPS kif meħtieġ, jekk il-funzjonijiet meħtieġa mhumiex previsti mill-persunal issekondat mill-Istati Membri.”;

(b) paragrafu 4 ġdid għandu jiddaħħal kif ġej:

“4.  L-EUPOL COPPS għandha tirrekluta wkoll persunal lokali kif meħtieġ.”;

u l-paragrafi li jifdal għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid skont dan.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.



( 1 ) ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.

( 2 ) ĠU L 338, 17.12.2008, p. 75.