Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Darfur/4/2006 ta' l- 24 ta’ Ottubru 2006 li taħtar Kap tal-Grupp tal-Pulizija ta' l-UE/Konsulent tal-Pulizija għar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għas-Sudan
Official Journal L 309 , 09/11/2006 P. 0009 - 0009
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0145 - 0145
20061024 Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Darfur/4/2006 ta' l- 24 ta’ Ottubru 2006 li taħtar Kap tal-Grupp tal-Pulizija ta' l-UE/Konsulent tal-Pulizija għar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għas-Sudan (2006/756/PESK) IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu, Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/557/PESK tat- 18 ta' Lulju 2005 dwar l-azzjoni ta' sostenn ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea għall-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur tas-Sudan [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu, Billi: (1) Fil- 5 ta' Lulju 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/468/PESK li ġġedded u tirrivedi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għas-Sudan [2] (EUSR). (2) L-EUSR, inter alia, jiżgura l-koordinazzjoni u l-koerenza tal-kontributi ta' l-Unjoni lill- Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur tas-Sudan (AMIS). Konformement ma' l-Artikolu 5(2) ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK, iċ-Ċellula ta' Koordinazzjoni ta' l-UE f'Addis Ababa (ACC), li taġixxi taħt l-awtorità ta' l-EUSR, u li tinkludi konsulent politiku, konsulent militari u konsulent tal-pulizija, tamministra l-koordinazzjoni ta' kuljum ma' l-atturi rilevanti kollha ta' l-UE u maċ-Ċentru ta' Kontroll Amministrattiv u ta' Maniġġar (ACMC) fil-katina ta' kmand ta' l-Unjoni Afrikana f'Addis Ababa sabiex jiġi żgurat appoġġ koerenti u f'waqtu mill-UE lill-AMIS. (3) Il-Konsulent tal-Pulizija għall-EUSR, li huwa wkoll il-Kap tal-Grupp tal-Pulizija ta' l-UE, huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-koordinazzjoni ta' kuljum ta' l-azzjonijiet ta' sostenn ta' l-UE tal-pulizija. Il-Kap tal-Grupp tal-Pulizija ta' l-UE/Konsulent tal-Pulizija jassumi l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-komponent tal-pulizija ta' l-azzjoni ta' appoġġ u huwa responsabbli għall-persunal u l-kwistjonijiet dixxiplinari. (4) Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, wara r-rakkomandazzjoni mill-EUSR, ippropona li s-Sur Åke ROGHE jiġi maħtur bħala Kap tal-Grupp tal-Pulizija ta' l-UE/Konsulent tal-Pulizija għall-EUSR. (5) Konformement ma' l-Artikolu 4 ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà sabiex jaħtar il-Kap tal-Grupp tal-Pulizija ta' l-UE/Konsulent tal-Pulizija għall-EUSR, IDDEĊIEDA KIF GEJ: Artikolu 1 Is-Sur Åke ROGHE huwa b'dan maħtur Kap tal-Grupp tal-Pulizija ta' l-UE/Konsulent tal-Pulizija għar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għas-Sudan. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fl- 1 ta' Novembru 2006. Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ottubru 2006. Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Il-President T. Tanner [1] ĠU L 188, 20.7.2005, p. 46. [2] ĠU L 184, 6.7.2006, p. 38. --------------------------------------------------