11.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Lulju 2009

li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5314)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/537/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bulgarija ngħatat perjodi ta’ tranżizzjoni bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1).

(2)

Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li tliet stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib lestew il-proċess ta’ aġġornament tagħhom u issa huma konformi bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Wieħed minn dawk l-istabbilimenti għandu l-permess li jirċievi u jipproċessa l-ħalib nej konformi u mhux konformi mingħajr separazzjoni. Għalhekk hu għandu jiżdied mal-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. Stabbiliment wieħed tal-ipproċessar tal-ħalib elenkat fil-Kapitolu I se jipproċessa biss ħalib nej konformi u għalhekk għandu jkun ikkunsidrat bħala stabbiliment approvat tal-UE tal-ipproċessar tal-ħalib. Dan l-istabbiliment għalhekk għandu jitneħħa mil-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI.

(3)

L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS

Il-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat kif ġej:

1.

tiġi miżjuda d-daħla li ġejja:

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

“47

2812010

ET‘Mladost-2-Yanko Yanev’

Yambol, ul. ‘Yambolen’ 13”

(2)

l-annotazzjoni li ġejja għandha titħassar:

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

“22

BG 2012043

‘Agroprodukt’ OOD

gr.Sliven

kv.Industrialen”