European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/597

23.1.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M.11865 – NISSAN / MITSUBISHI / IMPRIŻA KONĠUNTA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/597)

1.   

Fil-15 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Nissan Motor Co. Ltd. (“Nissan”, il-Ġappun),

—

Mitsubishi Corporation (“Mistsubushi”, il-Ġappun),

—

Impriża konġunta li għadha kif inħolqot (“NewCo”, il-Ġappun).

Nissan u Mitsubishi se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ NewCo.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Nissan hija korporazzjoni ta’ stokks multinazzjonali attiva prinċipalment fil-manifattura u l-bejgħ ta’ vetturi awtomobilistiċi,

—

Mitsubishi hija kumpanija kummerċjali globali attiva f’diversi industriji inklużi l-enerġija, il-metalli, il-makkinarju, is-sustanzi kimiċi, l-ikel, u l-merkanzija ġenerali.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ NewCo huma li ġejjin: NewCo se tkun attiva fil-forniment ta’ servizzi ta’ mobbiltà u servizzi relatati mal-enerġija li jużaw vetturi elettriċi fil-Ġappun.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista’ jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11865 – NISSAN / MITSUBISHI / IMPRIŻA KONĠUNTA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/IL-BELĠJU


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/597/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)