12004V311

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU V - AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI - KAPITOLU II - POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI - Sezzjoni 2 - Politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni - Artikolu III-311

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0139 - 0140


Artikolu III-311

1. L-Aġenzija fil-qasam ta' l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' difiża, tar-riċerka, ta' l-akkwist u ta' l-armamenti (l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea) stabbilita bl-Artikolu I-41(3) u soġġetta għall-awtorità tal-Kunsill, għandha bħala l-kompitu tagħha li:

a) tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni tal-miri ta' kapaċità militari ta' l-Istati Membri u l-valutazzjoni ta' l-osservanza ta' l-impenni ta' kapaċità mogħtija mill-Istati Membri;

b) tippromwovi l-armonizzazzjoni ta' bżonnijiet operazzjonali u l-adozzjoni ta' metodi ta' akkwist li huma effettivi u kompatibbli;

ċ) tipproponi proġetti multilaterali sabiex jiġu sodisfatti l-miri f'termini ta' kapaċitajiet militari, u tassigura kordinazzjoni tal-programmi implimentati mill-Istati Membri u l-amministrazzjoni ta' programmi speċifiċi ta' koperazzjoni;

d) issostni riċerka dwar it-teknoloġija tad-difiża, u tikkordina u tippjana attivitajiet ta' riċerka konġunta u l-istudju ta' soluzzjonijiet tekniċi li jissodisfaw bżonnijiet operattivi futuri;

e) tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni u, jekk neċessarju, l-implimentazzjoni ta' kull miżura utli għat-tisħiħ tal-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża u għat-titjib ta' l-effettività ta' l-infiq militari.

2. L-Aġenzija tad-Difiża Ewropea għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha li jixtiequ jkunu parti minnha. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jadotta deċiżjoni Ewropea li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operattivi ta' l-Aġenzija. Dik id-deċiżjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-livell ta' parteċipazzjoni effettiva fl-attivitajiet ta' l-Aġenzija. Għandhom jiġu stabbiliti fl-Aġenzija gruppi speċifiċi li jinkludu Stati Membri involuti fi proġetti konġunti. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha flimkien mal-Kummissjoni meta neċessarju.

--------------------------------------------------