|
3.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 183/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9676 — Lov Group/Banijay/ESG)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 183/07)
1.
Fil-25 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Lov Group Invest (“Lov Group”, Franza), |
|
— |
Banijay Group (“Banijay”, Franza), ikkontrollata minn Lov Group u DeAgostini, |
|
— |
Endemol Shine Group (“ESG”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Apollo Management u The Walt Disney Company. |
Lov Group jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Banijay u ESG.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Lov Group: Produzzjoni ta’ kontenut televiżiv (permezz ta’ Banijay) fl-Ewropa, attivitajiet fis-setturi tal-logħob tal-azzard online u lukandi lussużi, |
|
— |
Banijay: il-ħolqien, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ kontenut televiżiv tad-divertiment għal xandara fl-Ewropa u f’pajjiżi oħra madwar id-dinja, u |
|
— |
ESG: produzzjoni u distribuzzjoni ta’ kontenut televiżiv u liċenzjar lil terzi persuni, żvilupp ta’ kontenut ta’ divertiment ġenerali fl-Ewropa u pajjiżi oħra madwar id-dinja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9676 — Lov Group/Banijay/ESG
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).