|
19.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 365/75 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1354/2014
tas-16 ta' Diċembru 2014
li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008, (KE) Nru 1964/2006, mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, u mir-Regolamenti (KE) Nru 828/2009 u (KE) Nru 1918/2006, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji ta' importazzjoni fl-2015 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u ż-żejt taż-żebbuġa, li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 951/2006, fir-rigward tad-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta' esportazzjoni fl-2015 fis-setturi taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota, u li jidderoga mir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 fir-rigward tal-perjodu għall-eżami tal-offerti għax-xiri tal-qamħ komuni, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss fil-qafas tal-intervent pubbliku fl-2014 u fl-2015
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikulari l-Artikoli 20(n), 144(g) 178(b), 187(e), u 192(5), tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 (5), (KE) Nru 969/2006 (6) u (KE) Nru 1067/2008 (7) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji ta' importazzjoni tax-xgħir skont il-kwota 09.4126, tal-qamħirrum skont il-kwota 09.4131 u ta' qamħ ta' kwalità differenti minn dik superjuri skont il-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 (8) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 (9) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji ta' importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladexx skont il-kwota 09.4517 u tar-ross miksur skont il-kwota 09.4079. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 (10) jistpula dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni ta' prodotti mis-settur taz-zokkor skont il-kwoti 09.4221, 09.4231 u 09.4241 sa 09.4247. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 (11) jistipula dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa skont il-kwota 09.4032. |
|
(5) |
Meta wieħed iqis il-btajjel tas-sena 2015, jeħtieġ li għal ċerti perjodi tingħata deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008, (KE) Nru 1964/2006, mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, u mir-Regolamenti (KE) Nru 828/2009 u (KE) Nru 1918/2006 f'dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni u l-ħruġ ta' dawn il-liċenzji, biex b'dan il-mod ikun żgurat li jitħarsu l-volumi tal-kwoti konċernati. |
|
(6) |
L-Artikolu 7d(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (12) jistipula li l-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor u l-isoglukożju li jaqbżu l-kwota għandhom jinħarġu mill-Ġimgħa ta' wara dik il-ġimgħa li fiha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet għal liċenzji, dejjem jekk ma tkun ittieħdet l-ebda miżura partikolari mill-Kummissjoni f'dak il-perjodu. |
|
(7) |
Meta wieħed iqis il-btajjel tas-sena 2015, u l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jidher li l-perjodu minn meta jitressqu l-applikazzjonijiet sal-jum meta jinħarġu l-liċenzji huwa qasir wisq biex tkun żgurata ġestjoni tajba tas-suq. Għalhekk jeħtieġ li dan il-perjodu jiġi estiż. |
|
(8) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 (13) jistipula li l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien jumejn tax-xogħol wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 13(1) tal-istess Regolament u fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 13(3) tal-istess Regolament. L-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat ġie estiż għall-31 ta' Diċembru 2014 bir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 949/2014 (14). |
|
(9) |
Meta wieħed iqis il-btajjel tas-snin 2014 u 2015 u l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jidher li l-perjodu għall-eżami tal-offerti huwa qasir wisq biex jiġi żgurat kontroll effettiv tal-kwantitajiet offruti. Għalhekk jeħtieġ li dan il-perjodu jiġi estiż. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ċereali
1. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2015, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tax-xgħir skont il-kwota 09.4126, wara l-Ġimgħa l-11 ta' Diċembru 2015, fis-13.00, ħin ta' Brussell.
2. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2015, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħirrum skont il-kwota 09.4131 wara l-Ġimgħa l-11 ta' Diċembru 2015, fis-13.00, ħin ta' Brussell.
3. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2015, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni ta' qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri skont il-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133, wara l-Ġimgħa l-11 ta' Diċembru 2015, fis-13.00, ħin ta' Brussell.
Artikolu 2
Ross
1. B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2015, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladexx skont il-kwota 09.4517 wara l-Ġimgħa l-4 ta' Diċembru 2015, fis-13.00, ħin ta' Brussell.
2. B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, għas-sena 2015, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tar-ross miksur skont il-kwota 09.4079 wara l-Ġimgħa l-4 ta' Diċembru 2015, fis-13.00, ħin ta' Brussell.
Artikolu 3
Zokkor
B'deroga mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 828/2009, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni wara l-Ġimgħa l-11 ta' Diċembru 2015, fis-13.00, ħin ta' Brussell, u sal-Ġimgħa l-25 ta' Diċembru 2015 fis-13.00, ħin ta' Brussell.
Artikolu 4
Żejt taż-żebbuġa
B'deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, il-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (15).
Artikolu 5
Zokkor u isoglukożju li jaqbżu l-kwota
B'deroga mill-Artikolu 7d(1) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, il-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, filwaqt li, fejn applikabbli, jitqiesu l-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2) tal-istess Regolament.
Artikolu 6
Offerti għax-xiri ta' qamħ komuni bi prezz fiss fil-qafas tal-intervent pubbliku
B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, għall-offerti għall-qamħ komuni, innotifikati matul il-perjodi msemmija fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, il-perjodu li fih il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 13(2)(b) u fl-Artikolu 13(3) tal-istess Regolament, jiskadi fid-data li tidher f'dak l-Anness.
Artikolu 7
Offerti għax-xiri tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss fil-qafas tal-intervent pubbliku
B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, għall-offerti għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, innotifikati matul il-perjodi msemmija fl-Anness IV, il-Partijiet 1 u 2 ta' dan ir-Regolament, il-perjodu li fih il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 13(2)(a) u fl-Artikolu 13(3) tal-istess Regolament, jiskadi fid-data li tidher f'dak l-Anness.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-Regolament għandu jiskadi fl-10 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali
(1) ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(3) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.
(4) ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.
(5) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta' Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffali għall-importazzjoni ta' xgħir minn pajjiżi terzi (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7).
(6) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44).
(7) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta' Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3).
(8) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Bangladexx, b'applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19).
(9) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 tas-7 ta' Ġunju 2012 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta' kwota ta' tariffa għal ross miksur (broken rice) ta' kodiċi NK 1006 40 00 għal produzzjoni ta' tħejjijiet tal-ikel ta' kodiċi NM 1901 10 00 (ĠU L 148, 8.6.2012, p. 1).
(10) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 tal-10 ta' Settembru 2009 li jistpula r-regoli ddettaljati ta' applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali (ĠU L 240, 11.9.2009, p. 14).
(11) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).
(12) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).
(13) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).
(14) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 949/2014 tal-4 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma ta' estensjoni tal-perjodu tal-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2014 (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 21).
(15) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS I
|
Perjodi ta' tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa |
Dati tal-ħruġ |
|
It-Tnejn, 30 jew it-Tlieta, 31 ta' Marzu 2015 |
Il-Ġimgħa, 10 ta' April 2015 |
|
It-Tnejn, 27 jew it-Tlieta, 28 ta' April 2015 |
L-Erbgħa, 6 ta' Mejju 2015 |
|
It-Tnejn, 11 jew it-Tlieta, 12 ta' Mejju 2015 |
Il-Ħamis, 21 ta' Mejju 2015 |
|
It-Tnejn, 18 jew it-Tlieta, 19 ta' Mejju 2015 |
L-Erbgħa, 27 ta' Mejju 2015 |
|
It-Tnejn, 26 jew it-Tlieta 27 ta' Ottubru 2015 |
L-Erbgħa, 4 ta' Novembru 2015 |
ANNESS II
|
Perjodi ta' tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota |
Dati tal-ħruġ |
|
Mit-Tnejn 13 sal-Ġimgħa, 17 ta' Lulju 2015 |
It-Tlieta, 28 ta' Lulju 2015 |
|
Mit-Tnejn, 21 sal-Ġimgħa, 25 ta' Diċembru 2015 |
Il-Ġimgħa, 8 ta' Jannar 2016 |
ANNESS III
|
Data tan-notifika b'rabta mal-offerti għal qamħ komuni skont l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 |
Data tan-notifika b'rabta mal-offerti għal qamħ komuni, imsemmija fl-Artikolu 13(3), tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 |
Tmiem il-perjodu li fih il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-offerti għal qamħ komuni wara dawk in-notifiki |
|
L-Erbgħa, 1 ta' April 2015 |
|
L-Erbgħa, 8 ta' April 2015 |
|
|
Il-Ħamis, 26 ta' Marzu 2015 Il-Ġimgħa, 27 ta' Marzu 2015 It-Tnejn, 30 ta' Marzu 2015 It-Tlieta, 31 ta' Marzu 2015 L-Erbgħa, 1 ta' April 2015 Il-Ħamis, 2 ta' April 2015 Il-Ġimgħa, 3 ta' April 2015 It-Tnejn, 6 ta' April 2015 |
It-Tlieta, 7 ta' April 2015 L-Erbgħa, 8 ta' April 2015 Il-Ħamis, 9 ta' April 2015 Il-Ġimgħa, 10 ta' April 2015 It-Tnejn, 13 ta' April 2015 It-Tnejn, 13 ta' April 2015 It-Tnejn, 13 ta' April 2015 It-Tnejn, 13 ta' April 2015 |
|
|
Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2015 It-Tnejn, 27 ta' April 2015 It-Tlieta, 28 ta' April 2015 L-Erbgħa, 29 ta' April 2015 Il-Ħamis, 30 ta' April 2015 |
It-Tnejn, 4 ta' Mejju 2015 It-Tlieta, 5 ta' Mejju 2015 L-Erbgħa, 6 ta' Mejju 2015 Il-Ħamis, 7 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 8 ta' Mejju 2015 |
|
L-Erbgħa, 13 ta' Mejju 2015 |
|
It-Tlieta, 19 ta' Mejju 2015 |
|
|
Il-Ħamis, 7 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 8 ta' Mejju 2015 It-Tnejn, 11 ta' Mejju 2015 It-Tlieta, 12 ta' Mejju 2015 L-Erbgħa, 13 ta' Mejju 2015 Il-Ħamis, 14 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 15 ta' Mejju 2015 |
It-Tnejn, 18 ta' Mejju 2015 It-Tlieta, 19 ta' Mejju 2015 L-Erbgħa, 20 ta' Mejju 2015 Il-Ħamis, 21 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 22 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 22 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 22 ta' Mejju 2015 |
|
|
It-Tnejn, 18 ta' Mejju 2015 It-Tlieta, 19 ta' Mejju 2015 L-Erbgħa, 20 ta' Mejju 2015 Il-Ħamis, 21 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 22 ta' Mejju 2015 |
It-Tlieta, 26 ta' Mejju 2015 L-Erbgħa, 27 ta' Mejju 2015 Il-Ħamis, 28 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 29 ta' Mejju 2015 It-Tlieta, 1 ta' Ġunju 2015 |
ANNESS IV
PARTI 1
|
Data tan-notifika b'rabta mal-offerti għal butir u ta' trab tal-ħalib xkumat, imsemmija fl-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 |
Data tan-notifika b'rabta mal-offerti għal butir u għal trab tal-ħalib xkumat, imsemmija fl-Artikolu 13(3), tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 |
Tmiem il-perjodu li fih il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-offerti għal butir u għal trab tal-ħalib xkumat wara dawk in-notifiki |
|
It-Tnejn, 22 ta' Diċembru 2014 |
|
It-Tnejn, 5 ta' Jannar 2015 |
|
It-Tnejn, 29 ta' Diċembru 2014 |
|
It-Tlieta, 6 ta' Jannar 2015 |
|
|
It-Tnejn, 22 ta' Diċembru 2014 It-Tlieta, 23 ta' Diċembru 2014 sa Il-Ġimgħa, 2 ta' Jannar 2015 |
Il-Ħamis, 8 ta' Jannar 2015 Il-Ġimgħa, 9 ta' Jannar 2015 |
PARTI 2
|
Data tan-notifika b'rabta mal-offerti għal butir u għal trab tal-ħalib xkumat, imsemmija fl-Artikolu 13(2), il-punt a) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 |
Data tan-notifika b'rabta mal-offerti għal butir u għal trab tal-ħalib xkumat, imsemmija fl-Artikolu 13(3), tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 |
Tmiem il-perjodu li fih il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-offerti għal butir u għal trab tal-ħalib xkumat wara dawk in-notifiki |
|
|
Il-Ħamis, 26 ta' Marzu 2015 Il-Ġimgħa, 27 ta' Marzu 2015 It-Tnejn, 30 ta' Marzu 2015 It-Tlieta, 31 ta' Marzu 2015 L-Erbgħa, 1 ta' April 2015 Il-Ħamis, 2 ta' April 2015 Il-Ġimgħa, 3 ta' April 2015 It-Tnejn, 6 ta' April 2015 |
It-Tlieta, 7 ta' April 2015 L-Erbgħa, 8 ta' April 2015 Il-Ħamis, 9 ta' April 2015 Il-Ġimgħa, 10 ta' April 2015 It-Tnejn, 13 ta' April 2015 It-Tnejn, 13 ta' April 2015 It-Tnejn, 13 ta' April 2015 It-Tnejn, 13 ta' April 2015 |
|
|
Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2015 It-Tnejn, 27 ta' April 2015 It-Tlieta, 28 ta' April 2015 L-Erbgħa, 29 ta' April 2015 Il-Ħamis, 30 ta' April 2015 |
It-Tnejn, 4 ta' Mejju 2015 It-Tlieta 5 ta' Mejju 2015 L-Erbgħa, 6 ta' Mejju 2015 Il-Ħamis, 7 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 8 ta' Mejju 2015 |
|
|
Il-Ħamis, 7 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 8 ta' Mejju 2015 It-Tnejn, 11 ta' Mejju 2015 It-Tlieta, 12 ta' Mejju 2015 L-Erbgħa, 13 ta' Mejju 2015 Il-Ħamis, 14 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 15 ta' Mejju 2015 It-Tnejn, 18 ta' Mejju 2015 |
It-Tnejn, 18 ta' Mejju 2015 It-Tlieta, 19 ta' Mejju 2015 L-Erbgħa, 20 ta' Mejju 2015 Il-Ħamis, 21 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 22 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 22 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 22 ta' Mejju 2015 It-Tlieta, 26 ta' Mejju 2015 |
|
|
It-Tlieta, 19 ta' Mejju 2015 L-Erbgħa, 20 ta' Mejju 2015 Il-Ħamis, 21 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 22 ta' Mejju 2015 |
L-Erbgħa, 27 ta' Mejju 2015 Il-Ħamis, 28 ta' Mejju 2015 Il-Ġimgħa, 29 ta' Mejju 2015 It-Tnejn, 1 ta' Ġunju 2015 |
|
It-Tnejn, 20 ta' Lulju 2015 |
|
Il-Ħamis, 23 ta' Lulju 2015 |
|
|
It-Tlieta, 14 ta' Lulju 2015 L-Erbgħa, 15 ta' Lulju 2015 Il-Ħamis, 16 ta' Lulju 2015 Il-Ġimgħa, 17 ta' Lulju 2015 It-Tnejn, 20 ta' Lulju 2015 |
L-Erbgħa, 22 ta' Lulju 2015 Il-Ħamis, 23 ta' Lulju 2015 Il-Ġimgħa, 24 ta' Lulju 2015 It-Tnejn, 27 ta' Lulju 2015 It-Tlieta, 28 ta' Lulju 2015 |