Official Journal L 137 , 05/06/2003 P. 0025 - 0029
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2003 ta' l-14 ta' Marzu 2003 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u tas-saħħa tal-pjanti) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 [1]. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 535/2002 tal-21 ta' Marzu 2002 li jemenda l-Anness ¬ tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE u li jemenda d-Deċiżjoni 2000/330/KE [2] għandu jkun inkorporat fil-Ftehim. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/261/KE tal-25 ta' Marzu 2002 li temenda d-Deċiżjoni 93/198/KEE li tistabbilixxi l-mudell għall-kondizzjonijiet għas-saħħa ta' l-annimali u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' l-annimali domestiċi li huma tan-nagħaġ jew bħan-nagħaġ u tal-mogħoż jew bħal mogħoż minn pajjiżi terzi u li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ġewwa l-Komunità fl-annimali tan-nagħaġ jew bħan-nagħaġ u tal-mogħoż jew bħall-mogħoż [3], kif ikkoreġuta mill-ĠU L 94, tal-11.4.2002, p. 34, għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. (4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/270/KE tad-9 ta' April 2002 li temenda d-Deċiżjonijiet 93/24/KEE, 93/244/KEE u 2001/618/KE fir-rigward tal-lista ta' l-Istati Membri u r-reġjuni mingħajr il-marda ta' Aujeszky u r-reġjuni fejn il-programmi approvati biex tinqered il-marda ta' Aujeszky qegħdin jitħaddmu [4] għandha tkun inkoporata fil-Ftehim. (5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/279/KE tat-12 t'April 2002 li temenda d-Deċiżjoni 2000/666/KE u d-Deċiżjoni 2001/106/KE fir-rigward ta' l-istabbiliment tal-mudell għal-listi tal-faċilitajiet appovati għall-kwarantina jew ċentri għall-importazzjoni tat-tjur fl-Istati Membri [5] għandħa tkun inkorporata fil-Ftehim. (6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/341/KE tat-3 ta' Mejju 2002 li temenda d-Deċiżjoni 2001/296/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji approvati biex jiċċekkjaw l-effectività tal-vaċċinazzjon kontra l-idrofobija f'ċerti karnivori domestiċi [6] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. (7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/482/KE tal-21ta' Ġunju 2002 li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE li tirrekordja l-konformità minn ċerti Stati Membri jew reġjuni bil-ħtiġijiet dwar il-bruċellożi (B. melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta' Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda [7] għandha tkun inkoporata fil-Ftehim. (8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/544/KE ta' l-4 ta' l-Lulju 2002 li tirrikonoxxi s-sistema tan-networks tas-sorveljanza għall-azjendi tal-bovini implimentata fil-Belġju skond id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE [8] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. (9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1226/2002 tat-8 ta' Lulju 2002 li jemenda l-Anness B tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE [9] għandu jkun inkoporat fil-Ftehim. (10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/588/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li temenda d-Deċiżjoni 1999/466/KE li tistabbilixxi l-istatus uffiċjali tal-ħelsien mill-bruċellożi tal-merħliet tal-bovini ta' ċerti Stati Membri jew reġjuni ta' l-Istati Membri [10] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. (11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2002 tal-15 ta' Lulju 2002 li jemenda l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ fil-Komunità u l-importazzjoni lejn il-Komunità ta' l-annimali, tas-semen, tal-bajd u ta' l-embrijoni li mhux suġġetti għall-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti f'regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEE [11] għandu jkun inkorporat fil-Ftehim. (12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/598/KE tal-15 ta' Lulju 2002 li tapprova l-vaċċin kontra l-bruċellożi tal-bovini fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE [12] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. (13) Din id-Deċiżjoni m'għandix tapplika għall-Islanda u għall-Liechtenstein, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 535/2002, 1226/2002 u 1282/2002 u d-Deċiżjonijiet 2002/261/KE, 2002/270/KE, 2002/279/KE, 2002/341/KE, 2002/482/KE, 2002/544/KE, 2002/588/KE u 2002/598/KE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2003, iżda n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għandhom ikunu magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [13]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fl-14 ta' Marzu 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 38, tat-13.2.2003, p. 3. [2] ĠU L 80, tat-23.3.2002, p. 22. [3] ĠU L 91, tas-6.4.2002, p. 31. [4] ĠU L 93, ta' l-10.4.2002, p. 7. [5] ĠU L 99, tas-16.4.2002, p. 17. [6] ĠU L 117, ta' l-4.5.2002, p. 13. [7] ĠU L 166, tal-25.6.2002, p. 23. [8] ĠU L 176, tal-5.7.2002, p. 46. [9] ĠU L 179, tad-9.7.2002, p. 13. [10] ĠU L 187, tas-16.7.2002, p[. 52. [11] ĠU L 187, tas-16.7.2002, p[. 3. [12] ĠU L 194, tat-23.7.2002, p. 45. [13] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati. -------------------------------------------------- L-ANNESS TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 30/2003 Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat hawn taħt: 1. L-inċiżi li ġejjin għandhom jkunu miżjuda ma' punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE) fil-Parti 4.1: "— 32002 R 0535: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 35/2002 tal-21 ta' Marzu 2002 (ĠU L 80, tat-23.3.2002, p. 22), — 32002 R 1226: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1226/2002 tat-8 ta' Lulju 2002 (ĠU L 179, tad-9.7.2002, p. 13)." 2. L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud ma' punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE) fil-Parti 4.1: "— 32002 D 0261: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/261/KE tal-25 ta' Marzu 2002 (ĠU L 91, tas-6.4.2002, p. 31), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 94, tal-11.4.2002, p. 34." 3. L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud ma' punt 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 4.1 u 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 8.1: "— 32002 R 1282: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2002 tal-15 ta' Lulju 2002 (ĠU L 187, tas-16.7.2002, p. 3)." 4. L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud ma' punt 14 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE) fil-Parti 4.2: "— 32002 D 0482: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/482/KE tal-21 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 166, tal-25.6.2002, p. 23)." 5. L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud ma' punt 46 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/466/KE) fil-Parti 4.2: "— 32002 D 0588: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/588/KE tal-11 ta' Lulju 2002 (ĠU L 187, tas-16.7.2002, p. 52)." 6. Dan li ġej għandu jkun miżjud ma' punt 55 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/330/KE) fil-Parti 4.2: ", kif emendata mir-: - 32002 R 0535: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 535/2002 tal-21 ta' Marzu 2002 (ĠU L 80, tat-23.3.2002, p. 22)." 7. Dan li ġej għandu jkun miżjud ma' punt 61 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/106/KE) fil-Parti 4.2: ", kif emendata mid-: - 32002 D 0279: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/279/KE tat-12 t' April 2002 (ĠU L 99, tas-16.4.2002, p. 17)." 8. L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud ma' punt 62 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/296/KE) fil-Parti 4.2: "— 32002 D 0341: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/341/KE tat-3 ta' Mejju 2002 (ĠU L 117, ta' l-4.5.2002, p. 13)." 9. L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud ma' punt 64 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE) fil-Parti 4.2: "— 32002 D 0270: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/270/KE tad-9 t'April 2002 (ĠU L 93, ta' l-10.4.2002, p. 7)." 10. Il-punt li ġej għandu jkun inkluż wara l-punt 66 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE) fil-Parti 4.2: "67. 32002 D 0598: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/598/KE tal-15 ta' Lulju 2002 li tapprova l-vaċċin kontra l-bruċellożi tal-bovini fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (ĠU L 194, tat-23.7.2002, p. 45)." 11. Taħt l-Intestatura "ATTI LI TAGĦHOM L-ISTATI TA" L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-ASSOĊJAZZJONI EWROPEA TAL-KUMMERĊ ĦIELES SER JIEĦDU AKKONT DOVUT', il-punt li ġej għandu jkun inkluż wara l-punt 52 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/304/KE) fil-Parti 4.2: "53. 32002 D 0544: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/544/KE ta' l-4 ta' Lulju 2002 li tirrikonoxxi s-sistema tan-networks tas-sorveljanza għall-azjendi tal-bovini implementati fil-Belġju skond id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (ĠU L 176, tal-5.7.2002, p. 46)." --------------------------------------------------