1993R2019 — MT — 01.01.2005 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (EEC) Nru 2019/93

tad-19 Lulju 1993

li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Aegean iż-żgħar rigward ċerti prodotti agrikoli

(ĠU L 184, 27.7.1993, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 822/94 tat-13 ta' April 1994

  L 95

1

14.4.1994

 M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 997/95 tat- 3 ta' Mejju 1995

  L 101

16

4.5.1995

 M3

COMMISSION REGULATION (EC) No 1363/95 of 15 June 1995 (*)

  L 132

8

16.6.1995

 M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSIJONI (KEE) Nru 2362/95 tad-9 Ottubru 1995

  L 241

12

10.10.1995

 M5

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSIJONI (EEC) Nru 2417/95 tat-13 ta’ Ottubru 1995

  L 248

39

14.10.1995

►M6

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999

  L 160

80

26.6.1999

►M7

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 442/2002 tat-18 ta’ Frar 2002

  L 68

4

12.3.2002

►M8

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003

  L 270

1

21.10.2003



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (EEC) Nru 2019/93

tad-19 Lulju 1993

li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Aegean iż-żgħar rigward ċerti prodotti agrikoli



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-propsta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi l-Kunsill Ewropew, meta ltaqa’ f’Rodi fit-2 u t-3 ta’ Diċembru 1988, rrikonoxxa l-problemi speċifiċi socjo-ekonomiċi esperjenzjati minn ċerti reġjuni gżejjer fil-Komunità; billi għandhom jiġu mplimentati miżuri sabiex jirrispondu għal dawn il-problemi speċifiċi;

Billi s-sitwazzjoni ġeografika eċċezzjonali fil-gżejjer Aegean fir-rigward tal-fonti ta’ fornitura ta’ ikel u prodotti agrikoli essenzjali għall-konsum ta’ kuljum jew produzzjoni agrikola fuq il-gżejjer Aegean timponi spejjeż li jikkostitwixxu piż serju fuq is-setturi kkonċernati; billi dan il-piż naturali jista’ jiġi paċut bl-introduzzjoni ta’ arranġamenti speċifiċi ta’ fornitura għal prodotti bażiċi essenzjali;

Billi l-kwantitajiet ta’ prodotti li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta’ fornitura għandhom jiġu determinati fil-kwadru ta’ bilanċi mbassra ta’ fornitura li jistgħu jiġu aġġustati matul is-sena fuq il-bażi tal-ħtiġiet essenzjali tas-suq lokali waqt li jittieħed kont tal-produzzjoni lokali; billi, minħabba l-miżuri addottati sabiex jiġi inkoraġġit l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali, dawn l-arranġamenti għandhom jiġu applikati fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex matul perjodu ta’ ħames snin u fuq bażi ta’ tnaqqis;

Billi l-arranġamenti in kwistjoni huma maħsuba biex inaqqsu l-ispejjeż ta’ produzzjoni u l-prezzijiet tal-konsumatur; billi għandu għalhekk isir monitoraġġ fuq l-impatt attwali tagħhom;

Billi, sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorzjoni tal-kummerċ, il-prodotti koperti bl-arranġamenti speċifiċi ta’ fornitura ma jistgħux jerġgħu jinbagħtu f’partijiet oħra tal-Komunità jew ri-esportati lejn pajjiżi terzi;

Billi ġestjoni u sistema ta’ kontroll addattati u effettivi għandhom jiġu stabbiliti għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti;

Billi l-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ l-agrikoltura fil-gżejjer Aegean jeħtieġu attenzjoni speċjali; billi huma neċessarji miżuri kemm għall-allevament u prodotti ta’ l-annimali kif ukoll għal-prodotti ta’ l-uċuh;

Billi, għall-promozzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ l-allevament tradizzjonali fuq il-gżejjer, għandhom jingħataw premiums addizzjonali għas-simna ta’ annimali bovini rġiel u għaż-żamma ta’ baqar li jreddgħu u għajnuna għall-ħażna privata għandha tingħata għal ġobnijiet tradizzjonalment fabbrikati f’dawn il-gżejjer;

Billi għandhom jittieħdu miżuri fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u t-tkabbir tal-fjuri sabiex isostnu u jżidu l-produzzjoni u jtejjbu l-produttività tar-razzett u l-kwalità tal-prodott;

Billi għandhom ukoll jittieħdu miżuri biex isostnu l-produzzjoni ta’ patata għall-konsum uman u taż-żerriegħa tal-patata;

Billi sabiex tiġi sostnuta l-vitikultura tradizzjonali fuq dawn il-gżejjer, għandha tingħata għajnuna għad-dwieli li jipproduċu nbejjed ta’ kwalità psr li jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti f’regoli Komunitarji u jiffurmaw parti ta’ programm ta’ titjib fil-kwalità;

Billi, sabiex jiġu sostnut u nkorraġġit titjib fil-kwalità fil-produzzjoni lokali ta’ nbejjed likuri ta’ kwalità psr, għandha tingħata għajnuna biex tpaċi l-ispejjeż tal-ħażna għall-maturazzjoni ta’ dawn il-prodotti;

Billi, sabiex jiġi megħjun l-appoġġ għat-tkabbir tradizzjonali taż-żebbuġ fuq il-gżejjer u sabiex jinżamm il-potenzjal tal-produzzjoni u sabiex tiġi ppriżervata l-kampanja u l-ambjent naturali, għajnuna għal kull ettaru għandha tingħata, sakemm l-imsaġar taż-żebbuġ jinżammu b’mod li jiggarantixxi produzzjoni regolari;

Billi t-trobbija tan-naħal hija settur marbut maż-żamma tal flora mportanti u fraġili fil-gżejjer Aegean waqt li fl-istess ħin tipprovdi lill-abitanti bi dħul addizzjonali; billi, għalhekk, dik l-attività tradizzjonali għandha tkun appoġġata permezz ta’ għoti ta’ għajnuna biex tgħin fit-tnaqqis ta’ l-ispejjeż għolja ta’ produzzjoni; billi dik l-għajnuna għandha tingħata bħala parti mill-inizjattivi għat-titjib tal-kondizzjonijiet tas-suq għall-għasel li għandhom jitwettqu minn assoċjazzjonijiet ta’ produtturi; billi, f’antiċipazzjoni ta’ l-istabbiliment ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet, ammont limitat ta’ għajnuna għandu jiġi allokat lill-produtturi kollha ta’ l-għasel għall-perjodu ristrett;

Billi l-irziezet fuq il-gżejjer Aegean jippreżentaw djufija strutturali maġġuri li minnha jirriżultaw diffikultajiet speċifiċi; billi numru ta’ derogi huma għalhekk neċessarji biex jiffurmaw ir-regoli li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-għoti ta’ ċerti forom ta’ għajnuna strutturali;

Billi ċerti miżuri strutturali essenzjali għall-iżvilupp ta’ l-agrikoltura fuq il-gżejjer Aegean in kwistjoni huma ffinanzjati taħt kwadri Komunitarji ta’ sostenn sabiex jippromwovu l-iżvilupp u l-aġġustament strutturali ta’ reġjuni li l-iżvilupp tagħhom waqa’ lura (mira 1) skond l-Artikoli 130a u 130ċ tat-Trattat;

Billi l-problemi esperjenzati mill-gżejjer Aegean huma aċċentwati bin-nuqqas ta’ daqs tal-gżejjer; billi, sabiex jiġu diretti l-prijoritajiet u tiġi garantita l-effettività tal-miżuri maħsuba, dawn għandhom jiġu applikati biss lil gżejjer b’popolazzjonijiet li ma jaqbżux il-100 000 abitant, magħrufa bħala l-‘gżejjer iż-żgħar’,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabilixxi miżuri speċifiċi biex jirrimedjaw, fir-rigward ta’ ċerti prodotti agrikoli u mezzi ta’ produzzjoni agrikola, id-diffikultajiet ikkawżati min-natura remota u insulari tal-gżejjer Aegean iż-żgħar, hawnhekk iżjed il-quddiem magħrufa bħala “l-gżejjer iż-żgħar”.

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament ‘il-gżejjer iż-żgħar’ huma kwalunkwe gżira fil-Baħar Aegean li l-popolazzjoni permanenti tagħha ma teċċedix il-100 000 abitant.



It-TITOLU I

Arranġamenti speċifiċi ta’ fornitura

▼M7

Artikolu 2

Arranġamenti ta’ provvista speċifiċi huma hawnhekk introdotti għall-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament, li huma essenzjali għall-konsum uman u għad-daħliet fil-produzzjoni agrikoli fil-gżejjer iżgħar ta’ l-Eġew kif ukoll għall-ipproċessar.

Għandu jkun proġettat bilanċ ta’ provvista li jikkwantifika l-prodotti agrikoli msemmijin fil-paragrafu ta’ hawn fuq meħtieġa sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ provvista ta’ kull sena.

Artikolu 3

1.  Taħt l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, l-għajnuna għandha tingħata għall-provvista lill-gżejjer iżgħar ta’ l-Eġew tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 2.

L-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun iffissat għal grupp ta’ gżejjer li jieħdu in konsiderazzjoni l-ispejjeż ta’ reklamar f’dawn il-gżejjer, ikkalkulati mill-portijiet tas-soltu ta’ tbaħħir fit-terraferma tal-Greċja, u mill-portijiet tal-gżejjer ta’ transitu jew tat-tagħbija għall-gżejjer tad-destinazzjoni finali.

90 % ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun iffinanzjat mill-Komunità u 10 % mill-Istat Membru.

2.  Fl-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ ħażna speċifiċi, għandu jittieħed akkont, b’mod partikolari, tas-segwenti:

(a) il-bżonnijiet speċifiċi tal-gżejjer iżgħar ta’ l-Eġew u l-ħtiġijiet ta’ kwalità preċiża;

(b) iċ-ċirkolazzjoni tan-negozju tradizzjonali fil-portijiet tat-terraferma tal-Greċja u bejn il-gżejjer;

(ċ) l-aspett ekonomiku ta’ l-għajnuna proposta;

(d) fejn applikabbli, il-bżonn ma għandux għalfejn itellef l-iżvilupp potenzjali tal-prodotti lokali.

3.  Kundizzjoni għall-benefiċċju mill-arranġamenti ta’ provvista speċifika għandha tkun li l-vantaġġi huma attwalment mgħoddija lil min jużahom l-aħħar.

4.  Prodotti koperti mill-arranġamenti ta’ provvista speċifika ma jistgħux ikunu esportati mill-ġdid lil terzi pajjiżi jew trasmessi lill-bqija tal-Komunità.

5.  Fejn il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 huma pproċessati lill-gżejjer iżgħar ta’ l-Eġew, il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ma japplikawx għall-esportazzjonijiet tradizzjonali jew tbaħħir tradizzjonali tal-prodotti pproċessati lill-bqija tal-Komunità. Fil-każ ta’ l-esportazzjonijiet tradizzjonali, l-ebda rifużjoni ta’ flus ma għandha tingħata.

▼M7

Artikolu 3a

1.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu għandhom ikunu adottati mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13a(2). Għandhom ikopru b’mod partikolari:

(a) l-għaqda flimkien tal-gżejjer iżgħar ta’ l-Eġew fuq il-bażi tad-distanza tagħhom mill-portijiet ta’ tbaħħir tas-soltu fit-terraferma tal-Greċja, u fir-relazzjoni mal-portijiet tal-gżejjer tat-transitu jew tat-tagħbija minn liema l-gżejjer tad-destinazzjoni finali huma normalment forniti;

(b) l-iffissar ta’ l-ammont ta’ għajnuna taħt l-arranġamenti ta’ provvista speċifika;

(ċ) id-disposizzjonijiet sabiex jassiguraw il-kontroll effettiv u li l-vantaġġi huma attwalment mgħoddija lil min jużahom l-aħħar;

(d) l-introduzzjoni, jekk neċessarja, ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ distribuzzjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tabbozza bilanċi ta’ provvista in konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13a(2). Tista’ tirrevedi dawk il-bilanċi, u l-lista tal-prodotti fl-Anness, in konformità ma’ l-istess proċedura, fid-dawl tat-tibdiliet fil-ħtiġijiet tal-gżejjer iżgħar ta’ l-Eġew.

▼M7 —————

▼B



It-TITOLU II

Miżuri għas-sostenn ta’ prodotti lokali

Artikolu 5

L-għajnuniet previsti f’dan it-Titolu għandhom jingħataw għas-sostenn ta’ attivitajiet tradizzjonali, titjib fil-kwalità ta’ u l-iżvilupp ta’ prodotti lokali skond il-ħtiġiet tas-swieq fuq il-gżejjer in kwistjoni u għar-rivitalizzazzjoni ta’ ċerti attivitajiet agrikoli li huma vokazzjoni tradizzjonali u naturali fuq il-gżejjer in kwistjoni.

▼M8

Artikolu 6

1.  Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-esklużjoni pprovduta fl-Artikolu 70 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 ( 4 ) tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, ir-Repubblika Ellenika għandha tippreżenta lill-Kummissjoni programm biex jassisti attivitajiet tradizzjonali konnessi maċ-ċanga u l-vitella, kif ukoll il-produzzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż, fil-limiti tal-bżonnijiet ta’ konsum ta’ Gżejjer Eġej minuri.

Il-programm għandu jkun ippreparat u implimentat mill-awtoritajiet kompetenti nominati mill-Istat Membru.

2.  Il-Komunità għandha tiffinanzja il-programm sa ammont annwali ugwali għas-somma tal-“premiums” imħallsa fl-2003 skond ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 ( 5 ), dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 2529/2001 ( 6 ) għall-produtturi stabbiliti fi Gżejjer Eġej minuri.

Il-Kummissjoni għandha żżid tali ammont biex tieħu kont ta’ l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali. Madankollu, l-ammont annwali m’għandu fl-ebda każ ikun ogħla mis-somma tal-limiti applikabbli fl-2003 għall-“premiums” taċ-ċanga skond dan ir-Regolament multiplikata bil-“premiums” bażi u kumplimentari u bil-pagamenti applikabbli fl-2003 u s-somma tad-drittijiet għall-premium kollha miżmuma mill-produtturi stabbiliti fi Gżejjer Eġej minuri fid-data tat-30 ta’ Ġunju 2003 skond ir-Regolament (KE) Nru 2529/2001 u l-proporzjon rilevanti tar-riżerva nazzjonali multiplikata bil-“premiums” u l-pagamenti applikabbli fl-2003.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni, tapprova u timmodifika l-programm kif ukoll tiffissa u żżid l-ammont ipprovdut fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Il-Kummissjoni, skond l-istess proċedura, tista’ tirrevedi l-limitu mniżżel fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu.

4.  Qabel il-15 ta’ April ta’ kull sena, l-awtoritajiet Griegi għandhom jippreżentaw rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programm.

▼M7 —————

▼M7

Artikolu 8

1.  Għajnuna għal kull ettaru għandha tkun mogħtija għall-koltivazzjoni ta’ patata għall-konsum uman li taqa’ taħt il-Kodiċi NM 0701 90 50 u 0701 90 90 u għall-koltivazzjoni ta’ patata taż-żerriegħa li taqa’ taħt il-Kodiċi NM 0701 10 00, sa limitu ta’ 2 200 ettari kkoltivati u maħżuna kull sena.

L-ammont ta’ l-għajnuna m’għandhiex tkun ta’ iktar minn EUR 603 għal kull ettaru.

2.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati in konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13a(2).

Artikolu 9

1.  Għajnuna għal kull ettaru għandha tingħata għall-koltivazzjoni kontinwata ta’ dwieli għall-produzzjoni ta’ inbejjed ta’ kwalità psr fl-oqsma tradizzjonali ta’ produzzjoni.

L-oqsma segwenti huma eliġibbli għall-għajnuna:

(a) oqsma imħawwla bil-varjetajiet ta’ dwieli inklużi fost il-varjetajiet klassifikati mill-Istati Membri bħala li huma adattati għall-produzzjoni ta’ kull wieħed mill-inbejjed ta’ kwalità psr prodott fit-territorju tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 ( 7 ), u

(b) oqsma fejn il-ħsad għal kull ettaru huwa inqas mill-massimu li għandu jkun iffissat mill-Istat Membru, espress fi kwantitajiet ta’ għeneb, għasir ta’ l-għeneb jew inbid, taħt it-termini ta’ l-Anness VI(I) għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

2.  L-ammont ta’ l-għajnuna għandha tkun ta’ EUR 476 għal kull ettaru fis-sena. Din l-għajnuna għandha tingħata esklussivament għall-gruppi ta’ produtturi jew organizzazzjonijiet li jibdew miżura sabiex itejjbu l-kwalità ta’ l-inbejjed prodotti in konformità ma’ programm approvat mill-awtoritajiet kompetenti; il-programm għandu jinkludi b’mod partikolari mezzi għat-titjib tal-produzzjoni ta’ l-inbid, tal-ħażna u tal- kondizzjonijiet ta’ distribuzzjoni.

3.  Il-Kapitolu II tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 ma għandux japplika għall-gżejjer iżgħar ta’ l-Eġew.

4.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati kif hemm bżonn in konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13a(2).

▼M7 —————

▼M7

Artikolu 11

1.  Għajnuna għal kull ettaru għandha tingħata għall-manteniment ta’ ortijiet taż-żebbuġ fiż-żoni ta’ tkabbir taż-żebbuġ tradizzjonali sakemm l-ortijiet huma miżmuma f’kondizzjonijiet tajba ta’ produzzjoni.

L-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun ta’ EUR 145 għal kull ettaru fis-sena.

2.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati in konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13a(2). B’mod partikolari għandhom jiffissaw il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1, il-kondizzjonijiet għall-manteniment ta’ ortijiet taż-żebbuġ u d-disposizzjonijiet ta’ kontroll.

Artikolu 12

1.  Għajnuna għandha tingħata għall-produzzjoni ta’ għasel ta’ kwalità speċifika mill-gżejjer iżgħar ta’ l-Eġew, li fihom proporzjon kbira ta’ għasel tat-timu.

L-għajnuna għandha titħallas, fuq il-bażi tan-numru ta’ ġarar fil-produzzjoni reġistrati, għall-assoċjazzjonijiet ta’ min iżomm in-naħal rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti li jiftehmu li jimplimentaw il-programmi annwali ta’ inizjattivi maħsuba sabiex itejjbu l-kondizzjonijiet li taħthom tiġi prodotta l-kwalità ta’ l-għasel.

L-ammont ta’ l-għajnuna għandha tkun ta’ EUR 12 għal kull ġarra kull sena.

2.  L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata sa 10 000 ġarra kull sena.

3.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati fil-proċedura msemmija fl-Artikolu 13a(2).

▼B



It-TITOLU III

Derogi applikabbli għal miżuri strutturali

▼M6 —————

▼M7

Artikolu 13

1.  Minkejja dak li jipprovdi l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-għajnuna għall-iżvilupp rurali mill-Fond ta’ Gwida u Garanzija Agrikola Ewroepa (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti ( 8 ), il-valur totali ta’ l-għajnuna, espressa bħala persentaġġ tal-volum ta’ investimenti eliġibbli, tista’ tkun miżjuda b’massimu ta’ 15-il punt ta’ persentaġġ għall-investimenti maħsuba b’mod partikolari sabiex jinkoraġġixxi d-diversifikazzjoni, l-istrutturar jew it-tqarrib lejn agrikoltura sostenibbli fuq oqsma agrikoli fil-gżejjer iżgħar ta’ l-Eġew.

2.  Minkejja dak li jipprovdi l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-valur totali ta’ l-għajnuna, espressa bħala persentaġġ tal-volum ta’ investimenti eliġibbli, ma għandux jaqbeż il-65 % għall-investimenti f’intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ipproċessar u reklamar ta’ prodotti agrikoli li jikkonsisti prinċipalment fil-produzzjoni lokali f’setturi li għandhom ikunu mfissra fil-kumplament tal-programm imsemmi fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi disposizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali ( 9 ).

3.  Il-miżuri ppjanati taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu deskritti bħala parti mill-programmi ta’ operazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 li jkopri l-Gżejjer iżgħar ta’ l-Eġew.

Artikolu 13a

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Ġestjoni għaċ-Ċereali stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 ( 10 ), jew permezz ta’ wieħed mill-kumitati tal-ġestjoni stabbiliti permezz tar-regolamenti dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq għall-prodotti kkonċernati, minn hawn ’il quddiem imsejjħa “il-Kumitat”.

Fil-każ ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 ( 11 ) u prodotti mhux koperti permezz ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Ġestjoni dwar il-Ħops stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 ( 12 ).

2.  Fejn referenza hija magħmula għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

▼B



It-TITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali

▼M7

Artikolu 14

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament, ħlief għall-Artikolu 13, għandhom jikkostitwixxu l-indħil maħsub sabiex ikunu stabbiliti s-swieq agrikoli fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 ( 13 ).

▼M7

Artikolu 14a

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jassiguraw konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda kontrolli u penali amministrattivi, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandu jkun adottat in konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13a(2).

▼M7

Artikolu 15

1.  Il-Greċja għandha tippreżenta rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament.

2.  Fl-aħħar ta’ kull perijodu ta’ ħames snin ta’ implimentazzjoni tal-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ġenerali dwar l-impatt tal-miżuri meħuda flimkien ma’ dan ir-Regolament, flimkien, fejn adegwat, mal-proposti li jikkonċernaw kull tip ta’ tibdil li jista’ jkun neċessarju.

L-ewwel rapport għandu jkun ippreżentat qabel l-aħħar ta’ l-2005.

▼B

Artikolu 16

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M7




L-ANNESS



Lista ta' prodotti koperti mill-arranġamenti ta' provvista speċifika taħt Titolu I tal-gżejjer iżgħar ta' l-Eġew

Deskrizzjoni

Kodiċi NM

Dqiq tal-qamħ

1101 u1102

Dqiq durum

1001 10 00

Qamħ ta' kwalità tajba għall-ħobż

1001 90 99

Għalf

 

—  ċereali

 

—  qamħ

1001

—  segala

1002

—  xgħir

1003

—  ħafur

1004

—  qamħirrum

1005

—  żerriegħa tal-qoton

1207 20 90

—  alfalfa u silla

1214

—  skart u fdalijiet ta' l-industrija ta' l-ikel

2302 sa2308

—  preparazzjonijiet ta' tip użat għall-ikel ta' l-annimali

2309 90



( 1 ) ĠU C 56, tas-26.2.1993, p. 21.

( 2 ) Opinjoni mogħtija fil-25 ta’ Ġunju 1993 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).

( 3 ) Opinjoni mogħtija fis-26 ta’ Mejju 1993 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).

( 4 ) ĠU L 270, tal-21.10.03, p. 1.

( 5 ) ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 1).

( 6 ) ĠU L 341, tat-22.12.01, p. 3.

( 7 ) ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p.1. Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 (ĠU L 194, tal-31.7.2000, p.1.).

( 8 ) ĠU L 160, tas-26.6.1999, p.80.

( 9 ) ĠU L 161, tas-26.6.1999, p.1.

( 10 ) ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p.21.

( 11 ) ĠU L 151, tat-30.6.1968, p.16. Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 195/96 (ĠU L 26, tat-2.2.1996, p.13).

( 12 ) ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p.1. Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 191/2000 (ĠU L 23, tat-28.1.2000, p.4).

( 13 ) ĠU L 160, tas-26.6.1999, p.103.